22.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 433/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2173

tas-16 ta’ Ottubru 2020

li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jaġġorna l-parametri ta’ monitoraġġ u jiċċara ċerti aspetti relatati mal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(8) u 15(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu kkalkulati l-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ manifattur għall-perjodu mill-2021 sal-2024 skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631, hija meħtieġa data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja 2020. Għall-manifatturi li jqiegħdu vetturi fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fil-perjodu mill-2021 sal-2024, jeħtieġ li jiġi ċċarat kif il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi tagħhom kif ukoll il-miri tad-deroga għal dak il-perjodu jenħtieġ li jiġu ddeterminati, filwaqt li jitqies li d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 mhux se tkun disponibbli, jew se tkun disponibbli parzjalment biss, għal dawk il-manifatturi fis-sena kalendarja 2020.

(2)

Bl-istess mod, hija meħtieġa kjarifika għall-manifatturi li jqiegħdu vetturi b’emissjonijiet żero tas-CO2 biss fis-suq tal-Unjoni fis-sena kalendarja 2020 fir-rigward ta’ kif jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom fil-perjodu mill-2021 sal-2024.

(3)

Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 iridu jkunu bbażati fuq id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 stabbilita skont il-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat sabiex jiġu aġġustati l-parametri li jridu jiġu mmonitorjati u rrapportati u jitneħħew ir-referenzi għad-data stabbilita abbażi taċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC). Madankollu, għar-rapportar tad-data għas-sena kalendarja 2020, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet il-ġodda u dawk eżistenti jitħallew jikkoinċidu sat-28 ta’ Frar 2021.

(4)

Jenħtieġ ukoll li tittieħed l-opportunità li jiġu armonizzati, safejn ikun possibbli, il-parametri ta’ monitoraġġ għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief u li jiġu allinjati d-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ kif il-parametri ta’ monitoraġġ iridu jiġu rreġistrati u rrapportati mill-Istati Membri kif stabbilit fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 (3) u (UE) Nru 293/2012 (4) flimkien mal-formati ta’ rapportar stabbiliti fl-Annessi II u III tar-Regolament (UE) 2019/631.

(5)

Ċerti parametri ġodda jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rrapportati fid-dawl tat-tħejjija ta’ proċedura għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija reali kif previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/631, u għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi fis-servizz kif previst fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. Dan jinkludi, b’mod partikolari, il-valuri tal-konsum tal-fjuwil u, fuq talba tal-Kummissjoni, il-parametri użati għall-kalkolu tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi, jiġifieri l-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq, l-erja ta’ quddiem u l-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers.

(6)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (UE) 2019/631 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 15).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 293/2012 tat-3 ta’ April 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ data fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 98, 4.4.2012, p. 1).


ANNESS

Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

wara l-punt 3, jiddaħħlu l-punti 3a, 3b u 3c li ġejjin:

“3a.

Għal manifattur li għalih id-WLTPCO2 jew l-NEDCCO2 huwa żero, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun NEDC2020target kif definita fil-punt 3.

3b.

Għal manifattur li jqiegħed karozzi tal-passiġġieri fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għall-manifatturi kollha skont il-punt 3, ponderati skont l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020.

3c.

Minkejja l-punt 3b, fejn fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, manifattur iqiegħed karozzi tal-passiġġieri fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba, iżda dak il-manifattur kien iffurmat b’fużjoni ta’ żewġ manifatturi jew aktar li mill-inqas wieħed minnhom kien responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għall-manifattur il-ġdid għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fejn żewġ manifatturi jew aktar li jkunu qed jiġu fużi kienu responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għal dawk il-manifatturi skont il-punt 3, ponderati skont l-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020;

(b)

fejn wieħed biss mill-manifatturi li jkunu qed jiġu fużi kien responsabbli għal karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza speċifika għall-emissjonijiet fl-2021 determinata skont il-punt 3 għal dak il-manifattur.”;

(ii)

il-punt 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Miri tad-deroga f’konformità mal-Artikolu 10(3) jew 10(4)

(a)

Għal manifattur li jkun ingħata deroga skont l-Artikolu 10(3) mill-mira tiegħu tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-NEDC fis-sena kalendarja 2021, jew deroga skont l-Artikolu 10(4) mill-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira tad-deroga bbażata fuq id-WLTP għal dawk is-snin għandha tiġi kkalkulata kif ġej:

Image 1

Fejn:

WLTPCO2

hija WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;as defined in point 3;

NEDCCO2

hija NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCderogationtarget

hija l-mira tad-deroga mogħtija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(3) jew 10(4) skont il-każ.

(b)

Minkejja l-punt (a), fejn manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10(4) mill-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, iżda ma kienx responsabbli għar-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri fl-Unjoni qabel l-2021, il-mira tad-deroga għal kwalunkwe waħda minn dawk is-snin kalendarji għandha tiġi kkalkulata skont il-formula fil-punt (a), fejn għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

WLTPCO2

hija l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tad-WLTPCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCCO2

hija l-valur medju għall-manifatturi individwali kollha, ponderat bl-għadd ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2020, tal-NEDCCO2 kif definita fil-punt 3;

NEDCderogationtarget

hija l-mira tad-deroga kkalkulata skont l-Artikolu 10(4), flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 63/2011.”;

(b)

fil-Parti B tal-Anness I, wara l-punt 3, jiddaħħlu l-punti 3a, 3b u 3c li ġejjin:

“3a.

Għal manifattur li għalih id-WLTPCO2 jew l-NEDCCO2 huwa żero, il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun NEDC2020target kif definita fil-punt 3.

3b.

Għal manifattur li jkun qed iqiegħed vetturi kummerċjali ħfief fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għall-manifatturi kollha skont il-punt 3, ponderata skont l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020.

3c.

Minkejja l-punt 3b, fejn fi kwalunkwe waħda mis-snin kalendarji mill-2021 sal-2024, manifattur ikun qed iqiegħed vetturi kummerċjali ħfief fis-suq tal-Unjoni għall-ewwel darba, iżda dak il-manifattur kien iffurmat b’fużjoni ta’ żewġ manifatturi jew aktar li mill-inqas wieħed minnhom kien responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza speċifika għall-emissjonijiet fl-2021 għall-manifattur il-ġdid għandha tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

fejn żewġ manifatturi jew aktar li jkunu qed jiġu fużi jkunu responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 għandha tkun il-medja tal-miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi determinati għal dawk il-manifatturi skont il-punt 3, ponderata skont l-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li ġew irreġistrati għal dawk il-manifatturi fl-Unjoni fl-2020;

(b)

fejn wieħed biss mill-manifatturi li jkunu qed jiġu fużi kien responsabbli għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni fl-2020, il-mira ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021 hi ddeterminata skont il-punt 3 għal dak il-manifattur.”;

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt 1 jitħassar fl-1 ta’ Marzu 2021;

(ii)

jiddaħħal il-punt 1a li ġej:

“1a.

L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull karozza ġdida tal-passiġġieri rreġistrata bħala vettura M1 fit-territorju tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data indikata fil-punti (22), (23) u (24) li għandha tingħata fuq talba tal-Kummissjoni:

(1)

Il-manifattur;

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet tiegħu;

(3)

It-tip, il-varjant u l-verżjoni;

(4)

L-għamla u l-isem kummerċjali;

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura;

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata;

(8)

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata;

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni;

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2;

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil;

(12)

Il-massa fi stat operattiv;

(13)

Il-massa tat-test;

(14)

It-tip ta’ fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(15)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika;

(16)

L-awtonomija elettrika;

(17)

Kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni;

(18)

L-iffrankar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-ekoinnovazzjoni;

(19)

Il-Footprint: it-tul bejn il-fusien, il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

(20)

Il-kapaċità tal-magna;

(21)

Il-potenza netta massima;

(22)

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq: f0, f1 u f2;

(23)

L-erja ta’ quddiem;

(24)

Il-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer.

Skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni d-data kollha elenkata f’dan il-punt, fil-format speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Parti B. Id-data indikata fil-punti (9) u (11) għandha tiġi rreġistrata mis-sena kalendarja 2022 u għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-ewwel darba fit-28 ta’ Frar 2023.”;

(iii)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1 għandha tittieħed miċ-ċertifikat tal-konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti.”;

(iv)

wara l-punt 2, jiddaħħal il-punt 2a. li ġej:

“2 a.

Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil, li jaħdmu bil-petrol u bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG) jew bil-petrol u bil-gass naturali kkompressat (CNG), li ċ-ċertifikati tal-konformità tagħhom jinkludu emissjonijiet speċifiċi tal-valuri tas-CO2 għaż-żewġ tipi ta’ fjuwils, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur għal-LPG jew għas-CNG skont il-każ.

Fil-każ ta’ vetturi flex fuel li jużaw il-petrol u l-fjuwil tal-etanol (E85), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-emissjonijiet speċifiċi tal-valur tas-CO2 għall-petrol.”

(b)

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima 2 titħassar fl-1 ta’ Marzu 2021;

(ii)

tiddaħħal it-Taqsima 2a. li ġejja:

“Taqsima 2a

Data Dettaljata dwar il-Monitoraġġ – reġistrazzjoni ta’ vettura waħda

Referenza għall-punt 1 u 1a tal-Parti A

Data dettaljata għal kull vettura rreġistrata

Sorsi tad-data

Ċertifikat ta’ konformità (L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (*1)) sakemm ma jkunx indikat mod ieħor

(1)

Isem il-manifattur (denominazzjoni standard tal-UE(1))

L-isem assenjat mill-Kummissjoni

Isem il-manifattur(2)

0.5, jew fil-każ ta’ aktar minn isem wieħed tal-manifattur, l-isem irreġistrat fl-entrata 0.5.1

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu

0.11

(3)

Tip

0.2

Varjant

Verżjoni

(4)

L-għamla u l-isem kummerċjali

0.1 u 0.2.1

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura

0.2.3.1

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

0.10

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata

0.4

(8)

Il-kategorija tal-vettura reġistrata

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 (g/km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil (l/100 km jew m3/100 km jew kg/100 km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

(12)

Il-massa fi stat operattiv (kg)

13

(13)

Il-massa tat-test (kg)

47.1.1

(14)

It-tip ta’ fjuwil

26

Il-modalità tal-fjuwil

26.1

(15)

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(16)

L-awtonomija elettrika (km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(17)

Il-kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni

49.3.1

(18)

L-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet (g CO2/km)

49.3.2.2

(19)((19)

Bażi tar-roti (mm)

 

Wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir (Fus 1) (mm)(3)

30

Wisa’ bejn rota u oħra tal-fus l-ieħor (Fus 2) (mm)(3)

30

(20)

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

25

(21)

Il-potenza netta massima (kW)

27.1 u 27.3

(22)

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq(4)

f0, N

47.1.3.0

f1, N/(km/h)

47.1.3.1

f2, N/(km/h)

47.1.3.2

(23)

Erja ta’ quddiem (m2)(4)

47.1.2

(24)

Il-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer(4)

35

Noti:

(1)

Lista ppubblikata mill-Kummissjoni fuq CIRCABC.

(2)

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira (NSS) jew approvazzjoni individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “L-isem tal-manifattur” filwaqt li fil-kolonna “Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ

(3)

Fejn vettura tkun mgħammra b’wisgħat differenti bejn rota u oħra tal-fusien, għandha tiġi rrapportata l-wisa’ massima tal-fus.

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni.

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i)

il-punt 1.1 jitħassar fl-1 ta’ Marzu 2021;

(ii)

jiddaħħal il-punt 1.1 a li ġej:

“1.1 a.

Vetturi kompluti rreġistrati bħala N1

L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirreġistraw id-data dettaljata li ġejja għal kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata bħala vettura N1 fit-territorju tagħhom, bl-eċċezzjoni tad-data indikata fil-punti (23), (24) u (25) li għandha tingħata fuq talba tal-Kummissjoni:

(1)

Il-manifattur;

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet tiegħu;

(3)

It-tip, il-varjant u l-verżjoni;

(4)

L-għamla u, fejn disponibbli, l-isem kummerċjali;

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura;

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata;

(8)

Il-kategorija tal-vettura rreġistrata;

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni;

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2;

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil;

(12)

Il-massa fi stat operattiv;

(13)

Il-massa tat-test;

(14)

It-tip ta’ fjuwil u l-modalità tal-fjuwil;

(15)

Il-konsum ta’ enerġija elettrika;

(16)

L-awtonomija elettrika;

(17)

Kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni;

(18)

L-iffrankar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-ekoinnovazzjoni;

(19)

Il-Footprint: it-tul bejn il-fusien, il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn;

(20)

Il-kapaċità tal-magna;

(21)

Il-potenza netta massima;

(22)

Il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli;

(23)

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq: f0, f1 u f2;

(24)

L-erja ta’ quddiem;

(25)

Il-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer.

L-Istati Membri għandhom, skont l-Artikolu 7, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-data kollha elenkata f’dan il-punt fil-format speċifikat fit-Taqsima 2 tal-Parti C. Id-data indikata fil-punti (9) u (11) għandha tiġi rreġistrata mis-sena kalendarja 2022 u għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-ewwel darba fit-28 ta’ Frar 2023.”;

(iii)

fil-punt 1.2.1.2 jiżdied il-punt “, (q)”;

(iv)

Il-punti 1.2.1.1 u 1.2.1.2 jitħassru mill-1 ta’ Marzu 2021;

(v)

jiddaħħal il-punt 1.2.1.2a. li ġej:

“1.2.1.2a.

Vetturi kompletati tal-kategorija N1 li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151

Għal kull vettura ġdida kompletata rreġistrata fl-2021 u għas-snin kalendarji sussegwenti, l-Istati Membri għandhom bħala minimu jirrapportaw id-data speċifikata fil-punti (1), (5), (6), (8), (10), (11), (12), (17), (18) u (22) tal-punt 1.1a., u għal kull vettura ġdida rreġistrata fl-2022 u fis-snin kalendarji sussegwenti, id-data speċifikata fil-punti (9), (23), (24) u (25) tal-punt 1.1a.”;

(vi)

fil-punt 1.2.2., il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għal kull vettura kompletata ġdida tal-kategorija N1, li jkollha l-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 u rreġistrata fl-2020 u fis-snin kalendarji sussegwenti, il-manifattur tal-vettura bażi relatata għandu, sa mill-2021, jirrapporta lill-Kummissjoni id-data li ġejja relatata mal-vettura bażi:”;

(vii)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

Id-data dettaljata msemmija fil-punt 1 għandha tittieħed miċ-ċertifikat tal-konformità tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Għal dawk id-dettalji li mhumiex disponibbli fiċ-ċertifikat ta’ konformità, għandhom jittieħdu d-dettalji mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew mill-informazzjoni rrapportata mill-manifattur tal-vettura bażi skont il-punt 1.2.3.”;

(viii)

wara l-punt 2, jiddaħħal il-punt 2a. li ġej:

“2a.

Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ tipi ta’ fjuwil, li jaħdmu bil-petrol u bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG) jew bil-petrol u bil-gass naturali kkompressat (CNG), li ċ-ċertifikati tal-konformità tagħhom jinkludu emissjonijiet speċifiċi ta’ valuri ta’ CO2 għaż-żewġ tipi ta’ fjuwils, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur għal-LPG jew għas-CNG skont il-każ.

Fil-każ ta’ vetturi flex fuel li jużaw il-petrol u l-fjuwil tal-etanol (E85), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-emissjonijiet speċifiċi tal-valur tas-CO2 għall-petrol.”;

(b)

Il-Parti C hija emendata kif ġej:

(i)

It-Taqsima 2 titħassar fl-1 ta’ Marzu 2021;

(ii)

tiddaħħal it-Taqsima 2a. li ġejja:

“Taqsima 2a.

Data Dettaljata dwar il-Monitoraġġ – reġistrazzjoni ta’ vettura waħda

Referenza għall-punt 1.1 u 1.1a tal-Parti A

Data dettaljata għal kull vettura rreġistrata

Sorsi tad-data

Ċertifikat ta’ konformità (l-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683), sakemm ma jkunx indikat mod ieħor

(1)

Isem il-manifattur (denominazzjoni standard tal-UE(1))

L-isem assenjat mill-Kummissjoni

Isem il-manifattur(2)

0.5, jew fil-każ ta’ aktar minn isem wieħed tal-manifattur, l-isem irreġistrat fl-entrata 0.5.1

(2)

In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjonijiet tiegħu

0.11

(3)

Tip

0.2

Varjant

Verżjoni

(4)

L-għamla u l-isem kummerċjali

0.1 u 0.2.1

(5)

L-identifikatur tal-familja tal-interpolazzjoni tal-vettura

0.2.3.1

(6)

In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura

0.10

(7)

Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvata

0.4

(8)

Il-kategorija tal-vettura reġistrata

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

(9)

Id-data tal-ewwel reġistrazzjoni

Iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni

(10)

L-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 (g/km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

(11)

Il-konsum ta’ fjuwil (l/100 km jew m3/100 km jew kg/100 km)

49.4 ikkombinati, jew fejn applikabbli, ikkombinati ponderati

(12)

Il-massa fi stat operattiv (vetturi kompluti u kkompletati) (kg)

13

(13)

Il-massa tat-test (vetturi kompluti u kkompletati) (kg)

47.1.1

(14)

It-tip ta’ fjuwil

26

Il-modalità tal-fjuwil

26.1

(15)

Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(16)

L-awtonomija elettrika (km)

PEV: 49.5.1

OVC-HEV: 49.5.2

(17)

Il-kodiċi(jiet) tal-ekoinnovazzjoni

49.3.1

(18)

L-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet (g CO2/km)

49.3.2.2

19 (19)

Bażi tar-roti (mm)

4

Wisa’ bejn ir-roti tal-fus tal-istering (Fus 1)(3)

30

Wisa’ bejn ir-roti tal-fus l-ieħor (Fus 2)(3)

30

(20)

Il-kapaċità tal-magna (cm3)

25

(21)

Il-potenza netta massima (kW)

27.1 u 27.3

(22)

Massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli (vettura kompluta u kompletata) (kg)

16.1

(23)

Il-koeffiċjenti tat-tagħbija fit-triq(4)

f0, N

47.1.3.0

f1, N/(km/h)

47.1.3.1

f2, N/(km/h)

47.1.3.2

(24)

Erja ta’ quddiem (m2)(4)

47.1.2

(25)

Il-klassi tar-reżistenza għad-dawrien tat-tajer(4)

35

Noti:

(1)

Lista ppubblikata mill-Kummissjoni fuq CIRCABC.

(2)

Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira (NSS) jew approvazzjoni individwali (IVA), l-isem tal-manifattur għandu jiġi pprovdut fil-kolonna “L-isem tal-manifattur” filwaqt li fil-kolonna “Isem il-manifattur – Denominazzjoni standard tal-UE” għandu jiġi indikat wieħed minn dawn li ġejjin: “AA-NSS” jew “AA-IVA” skont il-każ.

(3)

Fejn vettura tkun mgħammra b’wisgħat differenti bejn rota u oħra tal-fusien, għandha tiġi rrapportata l-wisa’ massima tal-fus.

(4)

Fuq talba tal-Kummissjoni.”.


(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020)”