|
21.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 431/9 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2155
tal-14 ta’ Ottubru 2020
li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(10) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2010/31/UE hi l-leġiżlazzjoni ewlenija, flimkien mad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u mar-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jindirizza l-effiċjenza enerġetika fil-bini fil-kuntest tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030. Id-Direttiva 2010/31/UE għandha żewġ objettivi kumplimentari, jiġifieri li tħaffef ir-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti sal-2050 u li tappoġġa l-modernizzazzjoni tal-bini kollu b’teknoloġiji intelliġenti, bħal dawk li jużaw l-intelliġenza artifiċjali u servizzi bbażati fuq il-cloud, u b’rabta aktar ċara mal-mobbiltà nadifa. |
|
(2) |
Biex tiġi appoġġata klassifikazzjoni konsistenti u trasparenti tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini fl-Unjoni, jenħtieġ tiġi stabbilita definizzjoni komuni tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u metodoloġija komuni għall-kalkolu tiegħu. |
|
(3) |
Biex ikunu żgurati l-aċċettabbiltà, l-użabbiltà u l-konsistenza tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, il-Kummissjoni żviluppat metodoloġija, b’kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u id f’id mal-Istati Membri, għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini skont l-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE u l-Anness IA tagħha. |
|
(4) |
Dik il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini tiżgura grad ta’ konsistenza u komparabbiltà fil-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini madwar l-UE, filwaqt li tħalli biżżejjed flessibbiltà biex il-kalkolu jkun adattat għal kundizzjonijiet speċifiċi. |
|
(5) |
Jenħtieġ jiġu stabbiliti mekkaniżmi adegwati tal-kontroll b’rabta mal-implimentazzjoni tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza. |
|
(6) |
Meta rilevanti, jenħtieġ tkun possibbli awtovalutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza mis-sid, mill-maniġer tal-faċilità jew minn xi parti kkonċernata oħra marbuta mal-bini, appoġġata bi gwida u għodod miftuħa. |
|
(7) |
Biex tkun evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u tal-ispejjeż bejn l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-iskemi obbligatorji eżistenti, il-metodoloġija għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jenħtieġ tippermetti lill-Istati Membri, jekk ikunu jixtiequ, li jorbtu jew jintegraw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma’ skemi nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u ma’ skemi oħra stabbiliti skont id-Direttiva 2010/31/UE. |
|
(8) |
L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ ikun imfassal b’mod li jirrifletti l-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u s-sistemi tagħhom u jenħtieġ jintuża biex jikkumplimenta – u mhux biex jieħu post – l-għodod li jivvalutaw aspetti oħra tal-bini, bħal pereżempju r-rendiment fl-użu tal-enerġija jew is-sostenibbiltà. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza ma jkunx indikatur għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini. Is-sidien tal-bini jenħtieġ ikunu infurmati li l-potenzjal ta’ intelliġenza kif rifless fl-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza, u r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini kif espress fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma kwistjonijiet differenti, li għalhekk iridu jiġu indirizzati minn tipi differenti ta’ miżuri; iżda l-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ jgħin biex jitjieb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija. |
|
(10) |
Il-benefiċċji għall-konsumaturi, għall-utenti tal-bini u għas-sidien se jiġu massimizzati meta l-istrumenti disponibbli għall-klassifikazzjoni tal-bini jintużaw flimkien, filwaqt li jiġi żgurat li l-konsumaturi, l-utenti tal-bini u s-sidien ikunu jistgħu jiksbu fehim komprensiv tal-bini tagħhom u dwar kif jistgħu jtejbu r-rendiment ġenerali. |
|
(11) |
L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ ikun disponibbli kemm għall-bini eżistenti kif anki għall-proġetti ġodda tal-bini. Il-mudelli diġitali tal-bini, inkluż il-mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew it-tewmin diġitali, jenħtieġ jitħallew jintużaw biex jeħfief il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza. |
|
(12) |
Jenħtieġ li l-qafas għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ intelliġenza jitħalla jintuża għat-tipi kollha ta’ bini u ta’ unitajiet tal-bini koperti bid-Direttiva 2010/31/UE. |
|
(13) |
L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ jippermetti l-enfasi tal-benefiċċji addizzjonali minn teknoloġiji intelliġenti avvanzati għas-sidien u l-utenti tal-bini, pereżempju mil-lat ta’ ffrankar fl-enerġija u tħejjija għat-tibdil fil-klima, jew mil-lat ta’ aktar inklużività u aċċessibbiltà, kumdità u benesseri. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini bħala parti mill-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-fini ta’ ħruġ ta’ ċertifikat tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, issir minn esperti kwalifikati jew akkreditati. |
|
(15) |
Meta l-Istati Membri jidhrilhom li hu xieraq, jenħtieġ li l-esperti akkreditati għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini, jew għall-ispezzjoni tat-tisħin, tal-arja kkundizzjonata u tas-sistemi kkombinati tat-tisħin jew tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni skont id-Direttiva 2010/31/UE, jew għat-twettiq tal-awditi tal-enerġija skont id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), jitħallew jitqiesu kompetenti wkoll biex jivvalutaw il-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jew tal-unitajiet tal-bini. |
|
(16) |
B’aktar diġitizzazzjoni u konnettività fil-bini jiżdiedu r-riskji taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data, filwaqt li l-bini u s-sistemi tagħhom isiru aktar vulnerabbli għat-theddid ċibernetiku u l-użu ħażin tad-data personali. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ jgħin biex is-sidien u l-utenti tal-bini jiġu infurmati dwar dawk ir-riskji. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini, jiġifieri d-definizzjoni tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u metodoloġija komuni għall-kalkolu tiegħu. Il-metodoloġija tikkonsisti fil-kalkolu ta’ punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jew tal-unitajiet tal-bini u li tidderivi klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jew tal-unitajiet tal-bini.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser indikatur li jinforma dwar il-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini f’konformità mal-Artikolu 8(10) tad-Direttiva 2010/31/UE; |
|
(2) |
“skema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini; |
|
(3) |
“operatur ekonomiku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun is-sid ta’ binja li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, jew persuna fiżika jew ġuridika li tippossjedi jew tokkupa unità tal-bini li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, u li titlob ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ dak il-bini jew dik l-unità tal-bini; |
|
(4) |
“klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser il-klassifikazzjoni tal-bini jew tal-unità tal-bini skont il-metodoloġija stabbilita f’dan ir-Regolament; |
|
(5) |
“punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser il-punteġġ miksub minn binja jew minn unità tal-bini bħala parti mill-proċess għall-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza; |
|
(6) |
“sistema” tfisser sistema li tista’ tinstab f’binja u li hi rilevanti għall-ambitu tal-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fid-Direttiva 2010/31/UE, inkluż iżda mhux limitat għas-sistemi tekniċi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE; |
|
(7) |
“funzjonalità ewlenija tal-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser waħda mit-tliet funzjonalitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness IA tad-Direttiva 2010/31/UE; |
|
(8) |
“kriterju tal-impatt” tfisser impatt ewlieni li s-servizzi intelliġenti lesti huma mfassla biex jiksbu, kif stabbilit f’dan ir-Regolament; |
|
(9) |
“dominju tekniku” tfisser ġabra ta’ servizzi intelliġenti lesti li, flimkien, iwettqu parti integrata u konsistenti tas-servizzi mistennija mill-binja jew mill-unità tal-bini, bħal pereżempju t-tisħin; |
|
(10) |
“konnettività” tfisser l-abbiltà tas-sistemi li jiskambjaw data bejniethom u l-abbiltà tal-binja jew tal-unità tal-bini li tiskambja d-data, mal-grilja u ma’ entitajiet relatati, bħal aggregatur, jew ma’ binjiet oħrajn; |
|
(11) |
“interoperabbiltà” tfisser l-abbiltà li sistema tinteraġixxi għal fini komuni, abbażi ta’ standards maqbula b’mod komuni, permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u data; |
|
(12) |
“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet meħtieġa għall-protezzjoni tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti ta’ dawn is-sistemi, u individwi oħra milquta minn theddid ċibernetiku; |
|
(13) |
“teknoloġija intelliġenti lesta” tfisser faċilitatur teknoloġiku, bħal awtomatizzazzjoni tal-bini, għal servizz intelliġenti lest wieħed jew aktar; |
|
(14) |
“servizz intelliġenti lest” tfisser funzjoni jew aggregazzjoni ta’ funzjonijiet provduti minn komponent jew sistema teknika waħda jew aktar. Servizz intelliġenti lest juża teknoloġiji intelliġenti lesti u jorbothom f’funzjonijiet ta’ livell ogħla; |
|
(15) |
“ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza” tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika maħtura minn Stat Membru, li jindika l-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, ikkalkulat bil-metodoloġija stabbilita f’dan ir-Regolament; |
|
(16) |
“livell tal-funzjonalità” tfisser il-livell ta’ potenzjal ta’ intelliġenza ta’ servizz intelliġenti lest; |
|
(17) |
“fattur ta’ ponderazzjoni” tfisser parametru li jintuża fil-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza biex jesprimi l-importanza ta’ dominju tekniku jew kriterju ta’ impatt speċifiku f’dak il-kalkolu; |
|
(18) |
“ventilazzjoni” tfisser proċess li jimmaniġġja r-rati tal-fluss tal-arja friska biex tinżamm u titjieb il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa skont ir-rekwiżiti applikabbli; |
|
(19) |
“bilanċ tal-enerġija” tfisser approċċ li bih ċerti fatturi ta’ ponderazzjoni jistgħu jiġu adattati abbażi taż-żona klimatika tal-bini. |
Artikolu 3
Indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jippermetti klassifikazzjoni u komunikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini u tal-unitajiet tal-bini lill-operaturi ekonomiċi u lil partijiet ikkonċernati oħra, b’mod partikolari dawk li jippjanaw u l-operaturi tal-bini.
2. Jenħtieġ li l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jkun jippermetti l-valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ binja jew ta’ unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u tal-grilja, u li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħha u r-rendiment ġenerali tagħha waqt l-użu. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jkopri karatteristiċi għal titjib fl-iffrankar tal-enerġija, fil-parametraġġ referenzjarju u fil-flessibbiltà, u tisħiħ tal-funzjonalitajiet u tal-kapaċitajiet bis-saħħa ta’ apparati aktar interkonnessi u intelliġenti.
3. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jinkludi l-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, u sett ta’ punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza li jirriflettu l-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini, tal-unitajiet tal-bini u tas-sistemi skont funzjonalitajiet ewlenin predefiniti, kriterji tal-impatt u dominji tekniċi.
4. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jinkludi, meta possibbli, informazzjoni addizzjonali dwar l-inklużività u l-konnettività tal-bini, dwar l-interoperabbiltà u ċ-ċibersigurtà tas-sistemi, u dwar il-protezzjoni tad-data.
Artikolu 4
Metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn f’binja jew f’unità tal-bini, u tas-servizzi intelliġenti lesti li jitqiesu rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.
2. Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jkun ibbażat fuq qafas metodoloġiku komuni tal-Unjoni stabbilit fl-Annessi I sa VI.
3. Il-metodoloġija standard għall-kalkolu stabbilita fl-Annessi I sa VI tista’ tiġi adattata skont l-Anness VII, b’mod partikolari billi ssir rabta mal-kalkoli tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-ambitu taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
4. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tintuża skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalifika tal-esperti.
Artikolu 5
Klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza
Il-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini għandha tkun ibbażata fuq il-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza kkalkulati għall-binja jew għall-unità tal-bini skont l-Anness VIII.
Artikolu 6
L-għażla fakultattiva tal-iskema
1. L-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandha tkun skema komuni fakultattiva tal-Unjoni.
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu. Jistgħu jagħżlu wkoll li jimplimentaw l-iskema għal ċerti kategoriji ta’ bini biss.
3. L-Istati Membri li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza jistgħu jagħżlu li japplikawha fuq bażi volontarja jew obbligatorja għall-bini jew għall-unitajiet tal-bini li jinsabu fit-territorju tagħhom.
4. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza fit-territorju nazzjonali tagħhom, jew f’partijiet minnu, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma jimplimentaw l-iskema.
5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimmodifikaw, jadattaw, jew itemmu l-implimentazzjoni tal-iskema fi kwalunkwe ħin mingħajr il-bżonn ta’ ġustifikazzjoni għal dan. Dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din.
Artikolu 7
Ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini għandu jiġi kkomunikat lill-operaturi ekonomiċi u lil partijiet ikkonċernati oħra b’ċertifikat.
2. Iċ-ċertifikat tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandu jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness IX.
Artikolu 8
Esperti tal-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jew tal-unitajiet tal-bini bil-ħsieb li jinħareġ ċertifikat tal-potenzjal ta’ intelliġenza ssir minn esperti kwalifikati jew akkreditati. L-esperti jistgħu joperaw għal rashom jew ikunu impjegati ta’ korpi pubbliċi jew intrapriżi privati.
2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-kwalifika jew l-akkreditazzjoni tal-esperti tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u jiżguraw li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kriterji ta’ kompetenza, inkluż fil-qasam tal-ICT.
Artikolu 9
Sistema tal-kontroll tal-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskema tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza għandhom jistabbilixxu sistema tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Meta rilevanti, dawk l-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq sistemi tal-kontroll indipendenti li huma diġà fis-seħħ, bħal dawk għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
2. Is-sistema tal-kontroll indipendenti għandha tiżgura l-validità taċ-ċertifikati tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza maħruġa fit-territorju tal-Istat Membru.
Artikolu 10
Rieżami
Wara konsultazzjoni mal-esperti msemmija fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2010/31/UE, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi dan ir-Regolament kif xieraq sal-1 ta’ Jannar 2026 u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposti.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13.
(2) Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(4) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
ANNESS I
Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza
1.
Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew unità tal-bini jirrifletti l-kapaċitajiet tal-binja jew tal-unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupanti u tal-grilja, u li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħha u r-rendiment ġenerali tagħha waqt l-użu.
2.
Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew unità tal-bini hu ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fil-binja jew fl-unità tal-bini jew tal-bini, jew li huma rilevanti għaliha, u l-livell tal-funzjonalità tagħhom.
3.
Il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew unità tal-bini hu espress bi klassifikazzjoni dderivata minn punteġġ totali għall-potenzjal ta’ intelliġenza espress bħala persentaġġ u li jirrappreżenta l-proporzjon tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-bini jew tal-unità tal-bini f’paragun mal-potenzjal massimu ta’ intelliġenza li jista’ jintlaħaq.
4.
Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza hu bbażat fuq fatturi predefiniti ta’ ponderazzjoni f’konformità mal-Annessi III, V u VII, li l-valur tagħhom jista’ jiddependi fuq kundizzjonijiet klimatiċi u aspetti rilevanti oħra, bħat-tip ta’ bini.
5.
Biex jiġi espress il-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, il-metodoloġija tippermetti wkoll l-użu ta’ punteġġi diżaggregati tal-potenzjal ta’ intelliġenza espressi bħala persentaġġ. Il-punteġġi diżaggregati jistgħu jesprimu l-potenzjal ta’ intelliġenza għal wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:|
(a) |
tliet funzjonalitajiet ewlenin tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif enfasizzat fil-punt 2 tal-Anness Ia tad-Direttiva 2010/31/UE:
|
|
(b) |
il-kriterji ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif definiti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) |
id-dominji tekniċi tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif definiti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
6.
Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza ta’ binja jew ta’ unità tal-bini jiddependi fuq il-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti jew ippjanati fl-istadju tad-disinn, u fuq il-livell tal-funzjonalità tagħhom. Il-valutazzjoni għandha l-għan li tiddetermina b’affidabbiltà biżżejjed liema servizzi huma preżenti jew ippjanati, u jekk iva, il-livell tal-funzjonalità għal kull wieħed minn dawk is-servizzi. Għal dan il-għan, meta jkunu disponibbli, jistgħu jintużaw mudelli diġitali tal-bini, inkluż mudelli ta’ informazzjoni dwar il-bini jew tewmin diġitali. Is-servizzi intelliġenti lesti li jistgħu jkunu preżenti f’binja huma elenkati f’katalgu predefinit ta’ servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI u huma organizzati f’dominji tekniċi predefiniti kif stabbilit fl-Anness IV.
7.
Il-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza jsir skont il-protokoll li ġej:|
(a) |
f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti kif stabbilit fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għal kull dominju tekniku kif stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, jiġu vvalutati s-servizzi intelliġenti lesti li huma preżenti u, għal kull wieħed minnhom, il-livell tal-funzjonalità jiġi ddeterminat skont il-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti. |
|
(b) |
f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, u għal kull kriterju ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kif stabbilit fl-Anness II, il-punteġġ I(d,ic) ta’ kull dominju tekniku hu ddeterminat kif ġej:
fejn:
|
|
(c) |
f’konformità mal-katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti, il-punteġġ massimu ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt Imax(d,ic) jiġi ddeterminat kif ġej:
fejn:
|
|
(d) |
Il-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza espress bħala persentaġġ għal kull wieħed mill-kriterju ta’ impatt SRic jiġi ddeterminat bil-ponderazzjoni speċifikata fl-Anness V, kif ġej:
fejn:
|
|
(e) |
il-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza tul it-tliet funzjonalitajiet ewlenin enfasizzati fl-Anness Ia, il-punt 2 tad-Direttiva 2010/31/UE, SRf , huma ddeterminati bil-fatturi ta’ ponderazzjoni speċifikati skont l-Anness III, kif ġej:
fejn:
|
|
(f) |
il-punteġġ totali għall-potenzjal ta’ intelliġenza SR jista’ jiġi kkalkulat bħala s-somma ponderata tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza tal-funzjonalitajiet ewlenin, kif ġej:
fejn:
|
|
(g) |
il-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza tad-dominji tekniċi għal kull kriterju ta’ impatt SRd,ic jistgħu jiġu kkalkulati, kif ġej:
fejn:
|
ANNESS II
Kriterji ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza
Il-kriterji ta’ impatt tal-potenzjal ta’ intelliġenza kkunsidrati fil-protokoll tal-kalkolu stabbilit fl-Anness I huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-effiċjenza enerġetika, |
|
(b) |
il-manutenzjoni u t-tbassir tal-ħsarat, |
|
(c) |
il-kumdità, |
|
(d) |
il-konvenjenza, |
|
(e) |
is-saħħa, il-benesseri u l-aċċessibbiltà, |
|
(f) |
l-informazzjoni lill-okkupanti, |
|
(g) |
il-flessibbiltà u l-ħżin tal-enerġija |
ANNESS III
Ponderazzjoni tal-kriterji ta’ impatt fil-funzjonijiet ewlenin
1.
Kull kriterju ta’ impatt stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament hu kkunsidrat għal waħda biss mit-tliet funzjonalitajiet ewlenin, kif stabbilit fil-punti 2 sa 4. Għal kull funzjonalità ewlenija, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-fatturi rispettivi ta’ ponderazzjoni tal-kriterji rilevanti ta’ impatt.
2.
Għall-funzjonalità ewlenija “rendiment fl-użu tal-enerġija u operat”, il-kriterji rilevanti ta’ impatt huma “l-effiċjenza enerġetika” u “il-manutenzjoni u t-tbassir tal-ħsarat”.
3.
Għall-funzjonalità ewlenija “rispons għall-ħtiġijiet tal-utenti”, il-kriterji rilevanti ta’ impatt huma “il-kumdità”, “il-konvenjenza”, “l-informazzjoni għall-okkupanti” u “is-saħħa, il-benesseri u l-aċċessibbiltà”.
4.
Għall-funzjonalità ewlenija “flessibbiltà tal-enerġija”, il-kriterju rilevanti ta’ impatt hu “il-flessibbiltà u l-ħżin tal-enerġija”.
ANNESS IV
Dominji tekniċi
Id-dominji tekniċi tal-potenzjal ta’ intelliġenza kkunsidrati fil-protokoll tal-kalkolu stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:
|
(a) |
it-tisħin, |
|
(b) |
it-tkessiħ, |
|
(c) |
l-ilma sħun domestiku; |
|
(d) |
il-ventilazzjoni, |
|
(e) |
it-tidwil, |
|
(f) |
l-involukru dinamiku tal-bini, |
|
(g) |
l-elettriku, |
|
(h) |
l-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, |
|
(i) |
il-monitoraġġ u l-kontroll. |
ANNESS V
Ponderazzjoni tad-dominji tekniċi
1.
Kull dominju tekniku hu ponderat għal kull wieħed mill-kriterji ta’ impatt, u l-fatturi ta’ ponderazzjoni jikkaratterizzaw l-influwenza tad-dominju tekniku fuq il-kriterju ta’ impatt.
2.
Il-fatturi ta’ ponderazzjoni tad-dominji tekniċi huma espressi bħala persentaġġ, u għal kull kriterju ta’ impatt, is-somma tal-fatturi ta’ ponderazzjoni tad-dominji tekniċi hi 100 %.
3.
L-approċċ standard għall-allokazzjoni tal-fatturi ta’ ponderazzjoni għad-dominji tekniċi hu bbażat fuq:|
(a) |
Il-bilanċ tal-enerġija taż-żona klimatika għall-fatturi ta’ ponderazzjoni tad-dominji tekniċi ta’ “it-tisħin”, “it-tkessiħ”, “l-ilma sħun domestiku”, “il-ventilazzjoni”, “it-tidwil” u “l-elettriku” tul il-kriterji ta’ impatt ta’ “l-effiċjenza enerġetika”, “il-manutenzjoni u t-tbassir tal-ħsarat” u “il-flessibbiltà u l-ħżin tal-enerġija”; |
|
(b) |
għall-każijiet l-oħra kollha: il-fatturi ta’ ponderazzjoni huma fissi jew distribwiti ugwalment. |
4.
L-Istati Membri jiddefinixxu ż-żoni klimatiċi li jintużaw, meta rilevanti, fid-determinazzjoni tal-fatturi ta’ ponderazzjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw, meta disponibbli, gwida rilevanti tal-Unjoni.
5.
Il-fatturi ta’ ponderazzjoni tad-dominji tekniċi jistgħu jvarjaw bejn il-binjiet residenzjali u l-binjiet mhux residenzjali għal uħud mill-kriterji ta’ impatt.
6.
L-Istati Membri jiddefinixxu l-fatturi ta’ ponderazzjoni u, għal dan il-għan, huma mħeġġa jużaw, meta disponibbli, gwida rilevanti tal-Unjoni. Jistgħu wkoll iqisu l-impatti possibbli mit-tibdil fil-klima.
ANNESS VI
Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti
1.
Għall-fini tal-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, l-Istati Membri jagħmlu disponibbli mill-inqas katalogu wieħed tas-servizzi intelliġenti lesti li jrid jintuża mill-esperti bħala l-bażi għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tas-servizzi intelliġenti lesti.
2.
Katalgu tas-servizzi intelliġenti lesti jinkludi l-lista tas-servizzi intelliġenti lesti li jridu jitqiesu għall-kalkolu tal-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza, il-livelli tal-funzjonalità relatati, u l-punteġġi individwali korrispondenti għall-kriterji ta’ impatt.
3.
Id-definizzjoni u kull aġġornament sussegwenti tal-katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti jirriflettu l-aktar teknoloġiji intelliġenti lesti avvanzati bħalissa.
4.
L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu linji gwida lill-esperti dwar l-aktar mod effettiv biex jiġu identifikati u vvalutati s-servizzi intelliġenti lesti, permezz ta’ gwida rilevanti tal-Unjoni, meta disponibbli.
5.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli diversi katalgi tas-servizzi intelliġenti lesti, pereżempju għal tipi differenti ta’ bini.
ANNESS VII
Adattament possibbli tal-proċess tal-kalkolu standard
1.
Biex ikun evitat penalizzar inġust ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, xi servizzi intelliġenti lesti jistgħu jitħallew barra mill-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza, f’każ li dawk is-servizzi ma jkunux rilevanti għal dik il-binja jew l-unità tal-bini.
2.
L-Istati Membri jiddefinixxu l-kundizzjonijiet li skonthom dawn l-adattamenti huma rilevanti u permessi.
3.
Il-fatturi ta’ ponderazzjoni ta’ dawk id-dominji tekniċi li għalihom se jintuża l-approċċ (klimatiku) tal-bilanċ tal-enerġija skont il-kalkolu standard jistgħu jiġu kkalkulati abbażi tal-konsumi kif evalwati fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binja jew tal-unità tal-bini inkwistjoni.
ANNESS VIII
Klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza
1.
Il-klassifikazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza hi espressa abbażi ta’ seba’ klassijiet tal-potenzjal ta’ intelliġenza, mill-akbar potenzjal ta’ intelliġenza sal-inqas potenzjal ta’ intelliġenza.
2.
Kull klassi tal-potenzjal ta’ intelliġenza tikkorrispondi għal firxa ta’ punteġġi totali għall-potenzjal ta’ intelliġenza, kif ġej: 90-100 %; 80-90 %; 65-80 %; 50-65 %; 35-50 %; 20-35 %; < 20 %.
ANNESS IX
Kontenut taċ-ċertifikat tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza
L-informazzjoni li tinsab fl-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u mibgħuta lill-utent finali tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
l-ID uniku taċ-ċertifikat, |
|
(b) |
id-data tal-ħruġ u d-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat, |
|
(c) |
test ta’ informazzjoni li jiċċara l-ambitu tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija intelliġenti, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, |
|
(d) |
informazzjoni ġenerali dwar il-binja jew l-unità tal-bini (it-tip ta’ binja jew ta’ unità tal-bini, l-erja tas-superfiċje, is-sena tal-kostruzzjoni u, meta rilevanti, tar-rinnovazzjoni, il-lokazzjoni), |
|
(e) |
meta tkun disponibbli, il-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binja jew tal-unità tal-bini kif speċifikat f’ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, |
|
(f) |
il-klassi tal-potenzjal ta’ intelliġenza tal-binja jew tal-unità tal-binja, |
|
(g) |
b’mod fakultattiv, il-punteġġ totali għall-potenzjal ta’ intelliġenza tal-binja jew tal-unità tal-bini, |
|
(h) |
il-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza tul it-tliet funzjonalitajiet ewlenin enfasizzati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, |
|
(i) |
il-punteġġ għall-potenzjal ta’ intelliġenza għal kull kriterju ta’ impatt, |
|
(j) |
b’mod fakultattiv, il-punteġġi ta’ kull dominju tekniku għal kull kriterju ta’ impatt, |
|
(k) |
meta possibbli, l-informazzjoni disponibbli dwar il-konnettività, b’mod partikolari dwar l-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika diġà installata fil-binja għal broadband b’veloċità għolja, bħat-tikketta volontarja “broadband ready”, |
|
(l) |
meta possibbli, l-informazzjoni disponibbli dwar l-interoperabbiltà, iċ-ċibersigurtà tas-sistemi u l-protezzjoni tad-data, inkluż meta rilevanti dwar il-konformità mal-istandards maqbula b’mod komuni, u l-informazzjoni dwar ir-riskji relatati, |
|
(m) |
test ta’ informazzjoni li jiċċara li ċ-ċertifikat jirrifletti l-potenzjal ta’ intelliġenza fid-data tal-ħruġ u li kwalunkwe modifika sinifikanti fil-bini u fis-sistemi tiegħu taffettwa l-potenzjal ta’ intelliġenza u għalhekk ikun hemm bżonn aġġornament tal-informazzjoni mogħtija fuq iċ-ċertifikat, |
|
(n) |
b’mod fakultattiv, rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jitjieb il-potenzjal ta’ intelliġenza tal-binja jew tal-unità tal-bini li jqisu, meta rilevanti, il-valur patrimonjali, |
|
(o) |
b’mod fakultattiv, informazzjoni addizzjonali dwar is-suppożizzjonijiet li jsiru fil-kalkolu tal-punteġġi, bħall-fatturi ta’ ponderazzjoni tal-kriterji ta’ impatt użati għall-kalkolu tal-punteġġi għall-potenzjal ta’ intelliġenza għall-funzjonalitajiet ewlenin. |