18.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 428/9


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2147

tat-8 ta’ Ottubru 2020

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jiddefinixxi l-lista ta’ kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati f’kull ċiklu ta’ verifika

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Dan ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ir-Regolament dwar id-DNG) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2).

Billi:

(1)

Id-data dwar id-Dħul Nazzjonali Gross bi prezzijiet tas-suq jenħtieġ tkun affidabbli, eżawrjenti u komparabbli, u jenħtieġ jiġu stabbiliti miżuri xierqa għal dan il-għan.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament dwar id-DNG u biex jiġu vverifikati s-sorsi, l-użi tagħhom u l-metodi użati biex jiġu magħmulin l-aggregati tal-DNG u l-komponenti tagħhom, il-Kummissjoni tfassal mudell ta’ verifika b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta’ Esperti tad-DNG. Dan il-mudell jenħtieġ jqis il-lista ta’ kwistjonijiet stabbilita f’dan ir-Regolament Delegat.

(3)

Abbażi tal-proċess ta’ verifika tad-data dwar id-Dħul Nazzjonali Gross, it-tagħlimiet miksuba tul iċ-ċikli ta’ verifika preċedenti u r-rispons mingħand l-esperti tal-kontijiet nazzjonali mill-Istati Membri, il-Kummissjoni identifikat il-kwistjonijiet biex ikunu żgurati l-affidabbiltà, l-eżawrjenza u l-komparabbiltà tad-data dwar id-Dħul Nazzjonali Gross,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta’ kwistjonijiet biex ikunu żgurati l-affidabbiltà, l-eżawrjenza u l-komparabbiltà tad-data dwar id-Dħul Nazzjonali Gross li trid tiġi indirizzata f’kull ċiklu ta’ verifika għandha tinkludi s-suġġetti li ġejjin:

definizzjoni tat-territorju ġeografiku,

il-prinċipji ta’ stima tas-servizzi tal-abitazzjoni,

it-trattament tal-iżborżi tal-VAT,

miżuri dwar l-eżawrjenza,

it-trattament tal-VAT mhux miġbura.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19.