11.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 416/32


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2037

tal-10 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 16 u 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 13 u 16 tiegħu,

Billi:

1.   KUNTEST

(1)

Fil-31 ta’ Jannar 2019, “il-Kummissjoni” imponiet miżuri ta’ salvagwardja definittivi fuq ċerti prodotti tal-azzar (“ir-Regolament ta’ Miżuri ta’ Salvagwardja Definittivi”) (3).

(2)

Il-Kummissjoni emendat il-miżuri darbtejn skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1590 (4) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/894 (5) rispettivament.

(3)

Skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ (6) bejn l-Unjoni u r-Renju Unit (“ir-Renju Unit”), mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit mhuwiex se jibqa’ jifforma aktar parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Għaldaqstant, minn dik id-data ’l quddiem, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali li għalih japplikaw il-miżuri ta’ salvagwardja se jinbidel. Peress li l-livell tal-miżuri ta’ salvagwardja fuq ċerti prodotti tal-azzar ġie stabbilit fuq il-bażi tal-medja tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ 28 Stat Membru, jiġifieri inklużi l-importazzjonijiet fir-Renju Unit, matul il-perjodu ta’ referenza 2015-2017, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tadatta l-volum tal-Kwoti Tariffarji (“TRQs”) skont dan, kif ukoll il-lista ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw soġġetti għall-miżuri ta’ salvgwardja attwali.

(4)

Fit-30 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) li tispjega l-ħsieb wara l-proposta u l-metodoloġija li kienet biħsiebha tapplika, u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. In-Notifika kienet tinkludi wkoll il-volum ta’ TRQs ikkalkulati mill-ġdid li se jkunu fis-seħħ għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2021.

2.   PROĊESS ĠUST

(5)

Il-Kummissjoni rċeviet dsatax-il preżentazzjoni mingħand il-partijiet interessati fiż-żmien stipulat. Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjonijiet ma’ disa’ gvernijiet ta’ pajjiżi terzi.

3.   VALUTAZZJONI TAL-KUMMENTI RIĊEVUTI

(6)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet, li jikkonċernaw kategoriji ta’ prodotti speċifiċi jew aspetti ġenerali tal-adattament, kif ġej:

3.1.   Kategorija 4 – pjanċi miksija bil-metall

(7)

Bosta partijiet interessati ppreżentaw kummenti fir-rigward tal-volumi kkalkulati għall-kategoriji 4 A u 4B (inklużi l-gradi awtomobilistiċi) u talbu lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-kalkolu tagħha. B’mod partikolari, matul il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi, parti interessata indikat żball klerikali fil-kalkolu. Parti interessata oħra identifikat kwistjoni ta’ kalkolu speċifika jew ipproponiet allokazzjoni differenti bejn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti, li tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni tagħha fir-rigward tal-volumi li jikkonċernaw il-kwoti tariffarji, b’kont meħud tas-sitwazzjoni kontrofattwali f’dan il-każ, jiġifieri kif il-kwoti tariffarji kienu jiġu allokati kieku r-Renju Unit ma kienx parti mit-territorju doganali fiż-żmien meta ġew adottati l-miżuri ta’ salvagwardja oriġinali. Wara li vvalutat dawn id-dikjarazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li dawn kienu ġġustifikati u rrevediet il-volumi inklużi fin-notifika tal-30 ta’ Ottubru skont dan.

(8)

Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li dawn l-aġġustamenti jikkonċernaw biss id-distribuzzjoni tal-kwoti tariffarji bejn is-subkategoriji 4 A u 4B, iżda ma jaffettwawx il-livell tal-kwoti tariffarji għall-kategorija ġenerali tal-prodott 4.

(9)

Il-volumi aġġornati huma riflessi fil-volumi tal-kwoti tariffarji fl-Anness I.

3.2.   Impatt tal-adattament tal-volumi ta’ kwoti tariffarji

(10)

Xi partijiet argumentaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-volumi ta’ kwoti tariffarji eżistenti u, barra minn hekk, tagħti lir-Renju Unit il-kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż tiegħu stess jew, jekk din tkun taqa’ taħt il-kwoti tariffarji residwi, il-volumi ta’ dawn it-TRQs jeħtieġ jiżdiedu sabiex jinkludu l-flussi kummerċjali tradizzjonali tar-Renju Unit.

(11)

Xi partijiet argumentaw ukoll li jistgħu jkunu affettwati b’mod negattiv mill-inklużjoni tar-Renju Unit fit-taqsima residwa ta’ kwoti tariffarji eżistenti, peress li din iżżid il-kompetizzjoni għal volum iżgħar ta’ kwoti tariffarji.

(12)

Partijiet oħra nnutaw li għal ċerti oriġini, il-volum globali ta’ kwoti tariffarji kkalkulat jonqos, u b’hekk il-miżura ssir aktar restrittiva.

(13)

Fl-aħħar nett, ċerti pajjiżi esportaturi lmentaw li skont il-proposta tal-Kummissjoni, huma se jitilfu l-kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ prodotti. Dawn il-partijiet argumentaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm il-kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż tagħhom u li jekk ma tagħmilx dan, il-miżuri jsiru aktar restrittivi, u b’hekk jiksru r-regoli tad-WTO.

(14)

Il-Kummissjoni ma qablitx li l-aġġustament propost se jagħmel il-miżura ta’ salvagwardja aktar stretta. Kif iddikjarat fin-Notifika tat-30 ta’ Ottubru, ir-riżultat tal-adattament, fi ftit każijiet, jista’ jwassal biex xi pajjiżi jitilfu l-kwoti tariffarji speċifiċi għall-pajjiż tagħhom (u viċi versa) f’ċerti kategoriji ta’ prodotti. Madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx li l-adattament, fih innifsu, jista’ jwassal għal miżura aktar restrittiva. Fin-Notifika tat-30 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni spjegat il-loġika tal-adattament, jiġifieri li jkun hemm volum ta’ kwoti tariffarji (kemm f’livell globali kif ukoll għal kull kategorija ta’ prodott) proporzjonat mat-tnaqqis tal-ambitu ġeografiku tat-territorju fejn tapplika l-miżura ta’ salvagwardja tal-Unjoni li se sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-volumi kumplessivi tal-kwoti tariffarji li jirriżultaw mill-adattament huma 3 % ogħla minn dawk attwalment fis-seħħ, u li dan ma jistax jitqies bħala fattur li jagħmel il-miżura aktar restrittiva.

(15)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li, kieku kellha taċċetta talbiet minn dawk il-pajjiżi li jitilfu ċerta kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż, tkun qed tiddiskriminahom fil-konfront ta’ partijiet interessati billi ma żżommx mal-prinċipju bażiku tagħha li tagħti kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż biss meta jiġi ssodisfat ċertu valur limitu (5 % tal-importazzjonijiet), f’perijodu speċifiku (8). Mill-applikazzjoni tax-xenarju kontrofattwali, jirriżulta li l-pajjiżi li kellhom kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż ma għadhomx jissodisfaw il-kriterju oġġettiv, filwaqt li oħrajn jissodisfawh.

(16)

Il-volumi mhux użati tal-kwoti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/894 ta’ dawk il-pajjiżi li, wara l-adattament jitilfu l-kwoti speċifiċi għall-pajjiż tagħhom f’kategorija ta’ prodotti, ġew allokati għall-kwoti tariffarji residwi fil-kategorijiet ta’ prodotti rilevanti.

3.3.   Talba biex titwettaq analiżi bbażata fuq id-data tal-UE-27

(17)

Xi partijiet interessati argumentaw li jekk l-Unjoni qiegħda tadatta l-miżuri tagħha, hija trid tivvaluta mill-ġdid jekk ir-rekwiżiti kollha biex jiġu imposti miżuri ta’ salvagwardja għadhomx jiġu ssodisfati fl-ambitu tal-UE-27. Parti interessata nnutat, b’mod partikolari, li approċċ bħal dan iwassal lill-UE tiddetermina li għal diversi kategoriji ta’ prodotti, ma kienx ikun hemm żieda fl-importazzjonijiet, u għalhekk dawn għandhom jiġu esklużi mill-miżuri.

(18)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta miżura ta’ salvagwardja jeħtieġ li jiġu ssodisfati meta tiġi imposta miżura ta’ salvagwardja għall-ewwel darba. Fil-każ ta’ din il-miżura, il-kundizzjonijiet ġew issodisfati kif spjegat fid-dettall fir-Regolament ta’ Salvagwardja Definittiv.

(19)

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fehmiet espressi minn xi partijiet interessati li sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni teħtieġ li ssir rivalutazzjoni sħiħa. Fil-fatt, kif spjegat fin-Notifika tat-30 ta’ Ottubru, il-proċediment attwali huwa limitat għall-adattament tal-volumi ta’ kwoti tariffarji għall-bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-territorju fejn tapplika l-miżura ta’ salvagwardja tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinsisti li dan il-proċediment bl-ebda mod ma jikkostitwixxi reviżjoni sħiħa tal-miżuri, u għalhekk, m’għandha l-ebda obbligu legali li twettaq l-analiżi mitluba minn xi partijiet interessati.

3.4.   Kategorija 18 – folji tal-azzar

(20)

Xi partijiet interessati kkontestaw il-proposta tal-Kummissjoni li tagħti TRQ speċifika għall-pajjiż lir-Renju Unit f’din il-kategorija ta’ prodotti għar-raġuni li allegatament ma hemm l-ebda produzzjoni ta’ din il-kategorija ta’ prodotti fir-Renju Unit. B’riżultat ta’ dan, il-volumi allokati lir-Renju Unit ma jintużawx. Dawn il-kumpaniji sostnew ukoll li t-tnaqqis fil-volumi ta’ TRQs li rriżulta mill-adattament ma kellu l-ebda ġustifikazzjoni u li l-Kummissjoni għandha żżomm l-istess livell ta’ TRQs kif previst bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/894.

(21)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni, fin-Notifika tagħha tal-30 ta’ Ottubru, kienet spjegat il-metodoloġija u r-raġunament wara l-adattament u l-implikazzjonijiet li dan seta’ jinvolvi. Jekk ikun hemm tnaqqis fil-volumi kumplessivi ta’ TRQs f’din il-kategorija, huwa minħabba li l-importazzjonijiet fir-Renju Unit fil-perjodu ta’ referenza tnaqqsu mill-volum tal-kwota tariffarja. Barra minn hekk, fin-Notifika tagħha tal-30 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni spjegat kif stabbiliet il-livell tal-importazzjonijiet tar-Renju Unit fl-UE27 matul il-perjodu ta’ referenza. Id-dikjarazzjoni fir-rigward tan-nuqqas ta’ produzzjoni fir-Renju Unit ma kinitx sostanzjata kif xieraq u ma tikkorrispondix mal-istatistika użata mill-Kummissjoni. L-ebda parti interessata ma pprovdiet data dwar jekk l-importazzjonijiet lejn ir-Renju Unit ġewx ikkunsmati, ipproċessati aktar jew sussegwentement mibjugħa fl-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, il-volum allokat lir-Renju Unit ma setax jiġi ttrasferit għal oriġini oħra minħabba li dan jista’ jgħolli artifiċjalment il-volum tat-TRQ. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni hija immaterjali għall-utenti. Il-Kummissjoni ċaħdet ukoll it-talba li jinżammu l-volumi ta’ TRQs attwali peress li dan ikun jinjora t-tnaqqis fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tat-territorju kopert mill-miżura ta’ salvagwardja, u jista’ jirriżulta wkoll f’volum ta’ TRQs artifiċjalment minfuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni tiċħad dawn l-argumenti.

3.5.   Kategorija tal-prodott 9 – Prodotti tal-azzar inossidabbli irrumblati ċatti fil-kiesaħ

(22)

Xi partijiet interessati nnutaw li minħabba l-proposta tal-Kummissjoni, il-Vjetnam se jitlef it-TRQ speċifika għall-pajjiż tiegħu f’din il-kategorija ta’ prodotti. Dawn il-partijiet wissew lill-Kummissjoni li dawn il-volumi, li se jappartjenu għat-taqsima “pajjiżi oħra” tal-kwota tariffarja, x’aktarx li se jintużaw malajr, b’mod partikolari minn ċerta oriġini. Għaldaqstant, dawn il-partijiet talbu lill-Kummissjoni biex tillimita l-volumi li kwalunkwe pajjiż jista’ juża fl-ambitu tal-kwota tariffarja (TRQ) residwa f’din il-kategorija.

(23)

Il-Kummissjoni nnotat li t-talba biex l-aċċess jiġi limitat għall-pajjiżi esportaturi stabbiliti fl-ambitu tat-TRQ (9) residwa, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-eżerċizzju ta’ adattament, peress li tinvolvi modifika tal-funzjonament tal-miżuri. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li l-istess talba saret fi proċedimenti preċedenti u ġiet miċħuda. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tkomplix tindirizza l-merti ta’ din id-dikjarazzjoni.

3.6.   Aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw soġġetti għal miżuri

(24)

Il-lista ta’ kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li għalihom japplikaw il-miżuri definittivi jeħtieġ li tiġi aġġornata biex tirrifletti l-adattament territorjali. Il-Kummissjoni bbażat il-kalkolu tagħha fuq data aġġornata li tikkonċerna s-sett ta’ data dwar l-importazzjonijiet għas-sena 2019 (jiġifieri l-istess perjodu użat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/894, iżda bl-esklużjoni tal-importazzjonijiet fir-Renju Unit).

(25)

Fir-rigward tal-kategoriji 4 A u 4B, fit-Taqsima 4, il-paragrafu 3 tan-Notifika tat-30 ta’ Ottubru l-Kummissjoni ddeskriviet l-approċċ proviżorju tagħha fir-rigward tat-trattament tal-importazzjonijiet tar-Renju Unit għall-fini tal-kalkolu tat-TRQs rispettivi. Wara l-valutazzjoni tal-kummenti li waslu u l-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward dan l-approċċ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-istess metodoloġija għall-fini tal-aġġornament tal-lista ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw soġġetti għall-miżuri fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni affidabbli oħra jew proposta alternattiva dokumentata minn kwalunkwe parti interessata, il-Kummissjoni assumiet li jenħtieġ li l-importazzjonijiet tar-Renju Unit fis-sena 2019 jitqassmu b’mod ugwali bejn iż-żewġ kategoriji ta’ prodotti.

(26)

Il-volumi ta’ kwoti tariffarji speċifiċi għall-pajjiż allokati lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li se jiġu esklużi mill-miżura ta’ salvagwardja stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, ġew allokati għall-kwoti tariffarji residwi fil-kategoriji ta’ prodotti rilevanti.

(27)

Il-bidliet fil-lista tal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw soġġetti għall-miżuri huma kif ġej:

Iċ-Ċina ssir soġġetta għall-miżuri fil-kategorija ta’ prodotti 22;

It-Turkija tiġi eskluża mill-miżuri fil-kategorija tal-prodotti 25 A;

L-Emirati Għarab Magħquda jiġu esklużi mill-miżuri fil-kategoriji tal-prodotti 21 u 26.

(28)

L-ebda parti interessata ma għamlet kummenti dwar dan l-adattament.

(29)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 huwa emendat kif ġej:

L-Anness IV huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

L-Anness III.2 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16.

(2)  ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1590 tas-26 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 248, 27.9.2019, p. 28).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/894 tad-29 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 206, 30.6.2020, p. 27).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).

(7)  Notifika 2020/C 366/12 rigward l-adattament tal-livell ta’ kwoti tar-rati tariffarji skont il-miżuri ta’ salvagwardja fuq ċerti prodotti tal-azzar wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2021 (ĠU C 366, 30.10.2020, p. 36).

(8)  F’dan il-każ partikolari, il-limitu jirreferi għas-sehem ta’ 5 % tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ referenza f’ċerta kategorija ta’ prodott biex jikkwalifika għal kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż.

(9)  Il-pajjiżi eżistenti li jesportaw fl-ambitu tal-kwota tariffarja residwa huma dawk li ma jibbenefikawx minn kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż f’ċertu kategorija ta’ prodotti.


ANNESS I

“ANNESS IV

IV.1   – Volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji

Numru tal-prodotti

Kategorija ta’ prodotti

Kodiċijiet NM

Allokazzjoni skont il-pajjiż (Fejn Applikabbli)

Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021

Rata tad-dazju addizzjonali

Numri tal-ordni

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

1

Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bis-Sħana

7208 10 00 , 7208 25 00 , 7208 26 00 , 7208 27 00 , 7208 36 00 , 7208 37 00 , 7208 38 00 , 7208 39 00 , 7208 40 00 , 7208 52 99 , 7208 53 90 , 7208 54 00 , 7211 14 00 , 7211 19 00 , 7212 60 00 , 7225 19 10 , 7225 30 10 , 7225 30 30 , 7225 30 90 , 7225 40 15 , 7225 40 90 , 7226 19 10 , 7226 91 20 , 7226 91 91 , 7226 91 99

Il-Federazzjoni Russa

395 909,00

400 307,98

25 %

09.8966

It-Turkija

313 791,59

317 278,16

25 %

09.8967

L-Indja

161 191,83

162 982,85

25 %

09.8968

Ir-Repubblika tal-Korea

129 042,60

130 476,40

25 %

09.8969

Ir-Renju Unit

114 460,48

115 732,26

25 %

09.8976

Is-Serbja

113 624,87

114 887,37

25 %

09.8970

Pajjiżi oħra

969 690,07

980 464,41

25 %

 (1)

2

Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bil-Kesħa

7209 15 00 , 7209 16 90 , 7209 17 90 , 7209 18 91 , 7209 25 00 , 7209 26 90 , 7209 27 90 , 7209 28 90 , 7209 90 20 , 7209 90 80 , 7211 23 20 , 7211 23 30 , 7211 23 80 , 7211 29 00 , 7211 90 20 , 7211 90 80 , 7225 50 20 , 7225 50 80 , 7226 20 00 , 7226 92 00

L-Indja

143 355,40

144 948,24

25 %

09.8801

Ir-Repubblika tal-Korea

83 143,26

84 067,08

25 %

09.8802

Ir-Renju Unit

76 842,60

77 696,41

25 %

09.8977

L-Ukrajna

63 833,81

64 543,07

25 %

09.8803

Il-Brażil

40 842,75

41 296,56

25 %

09.8804

Is-Serbja

36 193,20

36 595,35

25 %

09.8805

Pajjiżi oħra

252 391,11

255 195,45

25 %

 (2)

3.A

Folji Elettriċi (għajr GOES)

7209 16 10 , 7209 17 10 , 7209 18 10 , 7209 26 10 , 7209 27 10 , 7209 28 10

Il-Federazzjoni Russa

333,03

336,73

25 %

09.8808

Ir-Renju Unit

285,37

288,54

25 %

09.8978

Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran

145,80

147,42

25 %

09.8809

Ir-Repubblika tal-Korea

118,68

119,99

25 %

09.8806

Pajjiżi oħra

719,47

727,46

25 %

 (3)

3.B

7225 19 90 , 7226 19 80

Il-Federazzjoni Russa

33 685,76

34 060,05

25 %

09.8811

Ir-Repubblika tal-Korea

20 132,89

20 356,59

25 %

09.8812

Iċ-Ċina

15 498,07

15 670,27

25 %

09.8813

It-Tajwan

11 627,43

11 756,62

25 %

09.8814

Pajjiżi oħra

6 024,76

6 091,70

25 %

 (4)

4.A

Folji Miksija Metalliċi

Kodiċijiet TARIC:

7210410020 , 7210490020 ,

7210610020 , 7210690020 ,

7212300020 , 7212506120 ,

7212506920 , 7225920020 ,

7225990011 , 7225990022 ,

7225990045 , 7225990091 ,

7225990092 , 7226993010 ,

7226997011 , 7226997091 ,

7226997094

Ir-Repubblika tal-Korea

32 981,94

33 348,41

25 %

09.8816

L-Indja

47 144,92

47 668,75

25 %

09.8817

Ir-Renju Unit

31 075,99

31 421,28

25 %

09.8979

Pajjiżi oħra

417 545,50

422 184,90

25 %

 (5)

4.B

Kodiċijiet NM:

7210 20 00 , 7210 30 00 ,

7210 90 80 , 7212 20 00 ,

7212 50 20 , 7212 50 30 ,

7212 50 40 , 7212 50 90 ,

7225 91 00 , 7226 99 10

Kodiċijiet TARIC:

7210410030 , 7210410080 ,

7210490030 , 7210490080 , 7210610030 , 7210610080 , 7210690030 , 7210690080 , 7212300030 , 7212300080 , 7212506130 , 7212506180 , 7212506930 , 7212506980 , 7225920030 , 7225920080 , 7225990023 , 7225990041 , 7225990093 , 7225990095 , 7226993030 , 7226993090 , 7226997013 , 7226997019 , 7226997093 , 7226997096

Iċ-Ċina

112 702,10

113 954,34

25 %

09.8821

Ir-Repubblika tal-Korea

146 267,74

147 892,93

25 %

09.8822

L-Indja

67 313,85

68 061,78

25 %

09.8823

Ir-Renju Unit

31 075,99

31 421,28

25 %

09.8980

Pajjiżi oħra

94 312,94

95 360,86

25 %

 (6)

5

Folji Miksija Organiċi

7210 70 80 , 7212 40 80

L-Indja

69 079,96

69 847,51

25 %

09.8826

Ir-Repubblika tal-Korea

62 432,08

63 125,77

25 %

09.8827

Ir-Renju Unit

30 651,88

30 992,45

25 %

09.8981

It-Tajwan

20 009,20

20 231,52

25 %

09.8828

It-Turkija

13 814,36

13 967,85

25 %

09.8829

Pajjiżi oħra

37 843,96

38 264,44

25 %

 (7)

6

Prodotti stanjati

7209 18 99 , 7210 11 00 , 7210 12 20 , 7210 12 80 , 7210 50 00 , 7210 70 10 , 7210 90 40 , 7212 10 10 , 7212 10 90 , 7212 40 20

Iċ-Ċina

97 495,49

98 578,77

25 %

09.8831

Ir-Renju Unit

35 561,84

35 956,97

25 %

09.8982

Is-Serbja

19 570,13

19 787,58

25 %

09.8832

Ir-Repubblika tal-Korea

14 156,15

14 313,44

25 %

09.8833

It-Tajwan

11 769,81

11 900,58

25 %

09.8834

Pajjiżi oħra

32 623,10

32 985,58

25 %

 (8)

7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00

L-Ukrajna

209 860,26

212 192,04

25 %

09.8836

Ir-Repubblika tal-Korea

85 938,89

86 893,77

25 %

09.8837

Il-Federazzjoni Russa

72 574,83

73 381,22

25 %

09.8838

L-Indja

47 696,17

48 226,13

25 %

09.8839

Ir-Renju Unit

47 679,95

48 209,72

25 %

09.8983

Pajjiżi oħra

289 237,24

292 450,99

25 %

 (9)

8

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00

Pajjiżi oħra

90 629,91

91 636,90

25 %

 (10)

9

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Llaminati bil-Kesħa

7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80

Ir-Repubblika tal-Korea

43 629,00

44 113,77

25 %

09.8846

It-Tajwan

40 458,63

40 908,18

25 %

09.8847

L-Indja

27 041,19

27 341,65

25 %

09.8848

L-Istati Uniti

22 000,76

22 245,21

25 %

09.8849

It-Turkija

18 307,38

18 510,79

25 %

09.8850

Il-Malasja

11 598,54

11 727,41

25 %

09.8851

Pajjiżi oħra

46 526,20

47 043,16

25 %

 (11)

10

Pjanċi Kwarto Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

7219 21 10 , 7219 21 90

Iċ-Ċina

4 320,80

4 368,81

25 %

09.8856

L-Indja

1 832,92

1 853,28

25 %

09.8857

Ir-Renju Unit

756,12

764,53

25 %

09.8984

It-Tajwan

698,09

705,84

25 %

09.8858

Pajjiżi oħra

915,93

926,11

25 %

 (12)

12

Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

7214 30 00 , 7214 91 10 ,

7214 91 90 , 7214 99 31 ,

7214 99 39 , 7214 99 50 ,

7214 99 71 , 7214 99 79 ,

7214 99 95 , 7215 90 00 ,

7216 10 00 , 7216 21 00 ,

7216 22 00 , 7216 40 10 ,

7216 40 90 , 7216 50 10 ,

7216 50 91 , 7216 50 99 ,

7216 99 00 , 7228 10 20 ,

7228 20 10 , 7228 20 91 ,

7228 30 20 , 7228 30 41 ,

7228 30 49 , 7228 30 61 ,

7228 30 69 , 7228 30 70 ,

7228 30 89 , 7228 60 20 ,

7228 60 80 , 7228 70 10 ,

7228 70 90 , 7228 80 00

Iċ-Ċina

103 601,87

104 753,01

25 %

09.8861

Ir-Renju Unit

86 672,43

87 635,46

25 %

09.8985

It-Turkija

62 288,24

62 980,33

25 %

09.8862

Il-Federazzjoni Russa

57 825,56

58 468,06

25 %

09.8863

L-Iżvizzera

46 358,90

46 874,00

25 %

09.8864

Il-Belarussja

37 104,08

37 516,35

25 %

09.8865

Pajjiżi oħra

47 142,12

47 665,92

25 %

 (13)

13

Vireg tar-rinforz

7214 20 00 , 7214 99 10

It-Turkija

58 826,75

59 480,38

25 %

09.8866

Il-Federazzjoni Russa

56 951,11

57 583,90

25 %

09.8867

L-Ukrajna

28 798,84

29 118,83

25 %

09.8868

Il-Bożnija-Ħerzegovina

25 219,87

25 500,09

25 %

09.8869

Ir-Repubblika tal-Moldova

18 125,11

18 326,50

25 %

09.8870

Pajjiżi oħra

109 637,11

110 855,30

25 %

 (14)

14

Bars Stainless u Forom Ħfief

7222 11 11 , 7222 11 19 ,

7222 11 81 , 7222 11 89 ,

7222 19 10 , 7222 19 90 ,

7222 20 11 , 7222 20 19 ,

7222 20 21 , 7222 20 29 ,

7222 20 31 , 7222 20 39 ,

7222 20 81 , 7222 20 89 ,

7222 30 51 , 7222 30 91 ,

7222 30 97 , 7222 40 10 ,

7222 40 50 , 7222 40 90

L-Indja

27 892,96

28 202,88

25 %

09.8871

Ir-Renju Unit

4 076,21

4 121,51

25 %

09.8986

L-Iżvizzera

4 012,28

4 056,86

25 %

09.8872

L-Ukrajna

3 098,90

3 133,33

25 %

09.8873

Pajjiżi oħra

4 521,80

4 572,05

25 %

 (15)

15

Virga tal-Wajer Stainless

7221 00 10 , 7221 00 90

L-Indja

6 487,41

6 559,49

25 %

09.8876

It-Tajwan

4 182,82

4 229,30

25 %

09.8877

Ir-Renju Unit

3 360,43

3 397,77

25 %

09.8987

Ir-Repubblika tal-Korea

2 088,34

2 111,54

25 %

09.8878

Iċ-Ċina

1 414,37

1 430,08

25 %

09.8879

Il-Ġappun

1 403,63

1 419,23

25 %

09.8880

Pajjiżi oħra

698,10

705,85

25 %

 (16)

16

Virga tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

7213 10 00 , 7213 20 00 ,

7213 91 10 , 7213 91 20 ,

7213 91 41 , 7213 91 49 ,

7213 91 70 , 7213 91 90 ,

7213 99 10 , 7213 99 90 ,

7227 10 00 , 7227 20 00 ,

7227 90 10 , 7227 90 50 ,

7227 90 95

Ir-Renju Unit

133 112,45

134 591,48

25 %

09.8988

L-Ukrajna

93 132,26

94 167,07

25 %

09.8881

L-Iżvizzera

90 980,58

91 991,47

25 %

09.8882

Il-Federazzjoni Russa

78 745,32

79 620,26

25 %

09.8883

It-Turkija

76 362,96

77 211,44

25 %

09.8884

Il-Belarussja

62 438,46

63 132,22

25 %

09.8885

Ir-Repubblika tal-Moldova

46 799,56

47 319,56

25 %

09.8886

Pajjiżi oħra

77 881,71

78 747,06

25 %

 (17)

17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

7216 31 10 , 7216 31 90 ,

7216 32 11 , 7216 32 19 ,

7216 32 91 , 7216 32 99 ,

7216 33 10 , 7216 33 90

L-Ukrajna

27 500,57

27 806,14

25 %

09.8891

Ir-Renju Unit

23 890,85

24 156,31

25 %

09.8989

It-Turkija

19 883,09

20 104,02

25 %

09.8892

Ir-Repubblika tal-Korea

4 633,85

4 685,34

25 %

09.8893

Pajjiżi oħra

10 905,03

11 026,20

25 %

 (18)

18

Gzuz ta’ Pjanċi

7301 10 00

Iċ-Ċina

6 151,98

6 220,33

25 %

09.8901

L-Emirati Għarab Magħquda

3 044,65

3 078,48

25 %

09,8902

Ir-Renju Unit

789,54

798,32

25 %

09.8990

Pajjiżi oħra

224,06

226,55

25 %

 (19)

19

Materjal tal-Ferrovija

7302 10 22 , 7302 10 28 ,

7302 10 40 , 7302 10 50 ,

7302 40 00

Ir-Renju Unit

3 788,71

3 830,80

25 %

09.8991

Il-Federazzjoni Russa

1 375,95

1 391,24

25 %

09.8906

It-Turkija

1 117,60

1 130,02

25 %

09.8908

Iċ-Ċina

989,92

1 000,92

25 %

09.8907

Pajjiżi oħra

1 024,65

1 036,04

25 %

 (20)

20

Pajpijiet tal-gass

7306 30 41 , 7306 30 49 ,

7306 30 72 , 7306 30 77

It-Turkija

43 450,18

43 932,96

25 %

09.8911

L-Indja

16 721,00

16 906,78

25 %

09.8912

Il-Maċedonja ta’ Fuq

6 175,81

6 244,43

25 %

09.8913

Ir-Renju Unit

5 874,82

5 940,09

25 %

09.8992

Pajjiżi oħra

12 635,26

12 775,65

25 %

 (21)

21

Pajpijiet vojta minn ġewwa

7306 61 10 , 7306 61 92 ,

7306 61 99

It-Turkija

66 577,91

67 317,67

25 %

09.8916

Ir-Renju Unit

40 001,61

40 446,07

25 %

09.8993

Il-Federazzjoni Russa

22 664,34

22 916,17

25 %

09.8917

Il-Maċedonja ta’ Fuq

21 621,70

21 861,94

25 %

09.8918

L-Ukrajna

16 174,57

16 354,29

25 %

09.8919

L-Iżvizzera

13 600,58

13 751,70

25 %

09.8920

Il-Belarussja

13 392,20

13 541,00

25 %

09.8921

Pajjiżi oħra

15 230,42

15 399,64

25 %

 (22)

22

Tubi u Pajpijiet Stainless Seamless

7304 11 00 , 7304 22 00 ,

7304 24 00 , 7304 41 00 ,

7304 49 10 , 7304 49 93 ,

7304 49 95 , 7304 49 99

L-Indja

5 168,74

5 226,17

25 %

09.8926

L-Ukrajna

3 236,47

3 272,43

25 %

09.8927

Ir-Renju Unit

1 642,83

1 661,08

25 %

09.8994

Ir-Repubblika tal-Korea

1 017,41

1 028,71

25 %

09.8928

Il-Ġappun

946,14

956,65

25 %

09.8929

Iċ-Ċina

811,77

820,79

25 %

09.8931

Pajjiżi oħra

2 360,85

2 387,08

25 %

 (23)

24

Tubi Seamless Oħra

7304 19 10 , 7304 19 30 ,

7304 19 90 , 7304 23 00 ,

7304 29 10 , 7304 29 30 ,

7304 29 90 , 7304 31 20 ,

7304 31 80 , 7304 39 10 ,

7304 39 52 , 7304 39 58 ,

7304 39 92 , 7304 39 93 ,

7304 39 98 , 7304 51 81 ,

7304 51 89 , 7304 59 10 ,

7304 59 92 , 7304 59 93 ,

7304 59 99 , 7304 90 00

Iċ-Ċina

30 152,17

30 487,19

25 %

09.8936

L-Ukrajna

23 541,21

23 802,78

25 %

09.8937

Il-Belarussja

12 595,36

12 735,31

25 %

09.8938

Ir-Renju Unit

9 557,38

9 663,58

25 %

09.8995

L-Istati Uniti

6 714,21

6 788,82

25 %

09.8940

Pajjiżi oħra

35 461,44

35 855,45

25 %

 (24)

25.A

Tubi kbar iwweldjati

7305 11 00 , 7305 12 00

Pajjiżi oħra

106 330,19

107 511,63

25 %

 (25)

25.B

Tubi kbar iwweldjati

7305 19 00 , 7305 20 00 ,

7305 31 00 , 7305 39 00 ,

7305 90 00

It-Turkija

9 347,69

9 451,55

25 %

09.8971

Iċ-Ċina

6 323,27

6 393,53

25 %

09.8972

Il-Federazzjoni Russa

6 278,07

6 347,83

25 %

09.8973

Ir-Renju Unit

4 248,97

4 296,18

25 %

09.8996

Ir-Repubblika tal-Korea

2 488,39

2 516,04

25 %

09.8974

Pajjiżi oħra

5 771,54

5 835,67

25 %

 (26)

26

Pajpijiet Iwweldjati Oħra

7306 11 10 , 7306 11 90 ,

7306 19 10 , 7306 19 90 ,

7306 21 00 , 7306 29 00 ,

7306 30 11 , 7306 30 19 ,

7306 30 80 , 7306 40 20 ,

7306 40 80 , 7306 50 20 ,

7306 50 80 , 7306 69 10 ,

7306 69 90 , 7306 90 00

L-Iżvizzera

40 668,04

41 119,90

25 %

09.8946

It-Turkija

31 126,18

31 472,03

25 %

09.8947

Ir-Renju Unit

9 655,60

9 762,88

25 %

09.8997

It-Tajwan

7 510,15

7 593,59

25 %

09.8950

Iċ-Ċina

6 540,69

6 613,37

25 %

09.8949

Il-Federazzjoni Russa

6 402,83

6 473,97

25 %

09.8952

Pajjiżi oħra

20 849,11

21 080,77

25 %

 (27)

27

Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b’finatura bil-kesħa

7215 10 00 , 7215 50 11 ,

7215 50 19 , 7215 50 80 ,

7228 10 90 , 7228 20 99 ,

7228 50 20 , 7228 50 40 ,

7228 50 61 , 7228 50 69 ,

7228 50 80

Il-Federazzjoni Russa

74 594,12

75 422,94

25 %

09.8956

L-Iżvizzera

17 399,98

17 593,32

25 %

09.8957

Ir-Renju Unit

13 012,46

13 157,05

25 %

09.8998

Iċ-Ċina

12 561,01

12 700,58

25 %

09.8958

L-Ukrajna

10 233,14

10 346,84

25 %

09.8959

Pajjiżi oħra

9 702,37

9 810,18

25 %

 (28)

28

Wajer Mhux Illigat

7217 10 10 , 7217 10 31 ,

7217 10 39 , 7217 10 50 ,

7217 10 90 , 7217 20 10 ,

7217 20 30 , 7217 20 50 ,

7217 20 90 , 7217 30 41 ,

7217 30 49 , 7217 30 50 ,

7217 30 90 , 7217 90 20 ,

7217 90 50 , 7217 90 90

Il-Belarussja

56 580,19

57 208,86

25 %

09.8961

Iċ-Ċina

39 836,99

40 279,62

25 %

09.8962

Il-Federazzjoni Russa

26 657,35

26 953,54

25 %

09.8963

It-Turkija

21 490,10

21 728,87

25 %

09.8964

L-Ukrajna

17 144,99

17 335,49

25 %

09.8965

Pajjiżi oħra

29 751,08

30 081,65

25 %

 (29)

IV.2   – Volumi tal-kwoti tar-rati tariffarji globali għal kull trimestru

Numru tal-prodott

 

Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021

Volum tal-kwota tariffarja (tunnellati netti)

1

Pajjiżi oħra

969 690,07

980 464,41

2

Pajjiżi oħra

252 391,11

255 195,45

3 A

Pajjiżi oħra

719,47

727,46

3B

Pajjiżi oħra

6 024,76

6 091,70

4 A

Pajjiżi oħra

417 545,50

422 184,90

4 B

Pajjiżi oħra

94 312,94

95 360,86

5

Pajjiżi oħra

37 843,96

38 264,44

6

Pajjiżi oħra

32 623,10

32 985,58

7

Pajjiżi oħra

289 237,24

292 450,99

8

Pajjiżi oħra

90 629,91

91 636,90

9

Pajjiżi oħra

46 526,20

47 043,16

10

Pajjiżi oħra

915,93

926,11

12

Pajjiżi oħra

47 142,12

47 665,92

13

Pajjiżi oħra

109 637,11

110 855,30

14

Pajjiżi oħra

4 521,80

4 572,05

15

Pajjiżi oħra

698,10

705,85

16

Pajjiżi oħra

77 881,71

78 747,06

17

Pajjiżi oħra

10 905,03

11 026,20

18

Pajjiżi oħra

224,06

226,55

19

Pajjiżi oħra

1 024,65

1 036,04

20

Pajjiżi oħra

12 635,26

12 775,65

21

Pajjiżi oħra

15 230,42

15 399,64

22

Pajjiżi oħra

2 360,85

2 387,08

24

Pajjiżi oħra

35 461,44

35 855,45

25 A

Pajjiżi oħra

106 330,19

107 511,63

25 B

Pajjiżi oħra

5 771,54

5 835,67

26

Pajjiżi oħra

20 849,11

21 080,77

27

Pajjiżi oħra

9 702,37

9 810,18

28

Pajjiżi oħra

29 751,08

30 081,65

IV.3 -   Volum massimu ta’ kwota residwa aċċessibbli mill-1.4.2021 sat-30.6.2021 għall-pajjiżi bi kwota speċifika għall-pajjiż

Kategorija ta’ prodotti

Kwota allokata ġdida mill-1.4.2021 sat-30.6.2021 f’tunnellati

1

Reġim speċjali

2

255 195,45

3.A

727,46

3.B

6 091,70

4.A

422 184,90

4.B

Reġim speċjali

5

L-ebda aċċess għall-kwota residwa fir-raba trimestru (Q4)

6

32 985,58

7

292 450,99

8

Mhux applikabbli

9

47 043,16

10

277,83

12

28 599,55

13

28 822,38

14

2 514,63

15

522,33

16

L-ebda aċċess għall-kwota residwa fir-raba trimestru (Q4)

17

11 026,20

18

226,55

19

1 036,04

20

L-ebda aċċess għall-kwota residwa fir-raba trimestru (Q4)

21

3 233,93

22

1 933,53

24

35 855,45

25.A

Mhux applikabbli

25.B

5 835,67

26

21 080,77

27

L-ebda aċċess għall-kwota residwa fir-raba trimestru (Q4)

28

21 357,97


(1)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8601

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8602

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għar-Russja*: 09.8571, għat-Turkija*: 09.8572, għall-Indja*: 09.8573, għar-Repubblika tal-Korea*: 09.8574, għas-Serbja*: 09.8575 u għar-Renju Unit*: 09.8599

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(2)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8603

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8604

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Indja*, ir-Repubblika tal-Korea*, l-Ukrajna*, il-Brażil*, is-Serbja* u r-Renju Unit*: 09.8567

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(3)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8605

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8606

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għar-Repubblika tal-Korea*, ir-Russja*, ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran’* u r-Renju Unit*: 09.8568

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(4)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8607

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8608

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għar-Russja*, il-Korea (ir-Repubblika ta’)*, iċ-Ċina* u t-Taiwan*: 09.8569

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(5)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8609

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8610

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Indja*, ir-Repubblika tal-Korea* u r-Renju Unit*: 09.8570

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(6)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8611

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09,8612

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*: 09.8581, għar-Repubblika tal-Korea*: 09.8582, għall-Indja*: 09.8583, għar-Renju Unit*: 09.8584

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(7)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8613

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8614

(8)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8615

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8616

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*, ir-Repubblika tal-Korea*, it-Tajwan*, is-Serbja* u r-Renju Unit*: 09.8576

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(9)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8617

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8618

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Ukrajna*, ir-Repubblika tal-Korea*, ir-Russja*, l-Indja* u r-Renju Unit*: 09.8577

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(10)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8619

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8620

(11)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8621

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8622

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għar-Repubblika tal-Korea*, it-Tajwan*, l-Indja*, l-Istati Uniti tal-Amerka*, it-Turkija* u l-Malasja*: 09,8578

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(12)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8623

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8624

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*, l-Indja*, it-Tajwan* u r-Renju Unit*: 09.8591

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(13)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8625

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8626

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*, it-Turkija*, ir-Russja*, l-Iżvizzera*, il-Belarussja* u r-Renju Unit*: 09.8592

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(14)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09,8627

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8628

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għat-Turkija*, ir-Russja*, l-Ukrajna*, il-Bożnija-Ħerzegovina* u l-Moldova*: 09.8593

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(15)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09,8629

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8630

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Indja*, l-Iżvizzera*, l-Ukrajna* u r-Renju Unit*: 09.8594

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(16)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09,8631

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8632

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Indja*, it-Taiwan*, ir-Repubblika tal-Korea*, iċ-Ċina*, il-Ġappun* u r-Renju Unit*: 09.8595

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(17)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8633

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8634

(18)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8635

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8636

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għat-Turkija*, l-Ukrajna*, ir-Repubblika tal-Korea* u r-Renju Unit*: 09.8579

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(19)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8637

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8638

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*, L-Emirati Għarab Magħquda* u r-Renju Unit*: 09.8580

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(20)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8639

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8640

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għar-Russja*, iċ-Ċina*, it-Turkija* u r-Renju Unit*: 09.8585

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(21)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8641

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8642

(22)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8643

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8644

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għat-Turkija*, ir-Russja*, l-Ukrajna*, il-Maċedonja ta’ Fuq*, l-Iżvizzera*, il-Belarussja* u r-Renju Unit*: 09.8596

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(23)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8645

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8646

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Indja*, l-Ukrajna*, ir-Repubblika tal-Korea*, il-Ġappun*, iċ-Ċina* u r-Renju Unit*: 09.8597

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(24)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8647

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8648

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għaċ-Ċina*, l-Ukrajna*, il-Belarussja*, l-Istati Uniti tal-Amerka* u r-Renju Unit*: 09.8586

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(25)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8657

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8658

(26)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8659

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8660

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għat-Turkija*, iċ-Ċina*, ir-Russja*, ir-Repubblika tal-Korea* u r-Renju Unit*: 09.8587

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(27)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8651

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8652

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għall-Iżvizzera*, it-Turkija*, it-Tajwan*, iċ-Ċina*, ir-Russja* u r-Renju Unit*: 09.8588

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5

(28)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8653

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8654

(29)  Mill-1.1.2021 sal-31.3.2021: 09.8655

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: 09.8656

Mill-1.4.2021 sat-30.6.2021: Għat-Turkija*, ir-Russja*, l-Ukrajna*, iċ-Ċina* u l-Belarussja*: 09.8598

*Fil-każ tal-eżawriment tal-kwoti speċifiċi tagħhom skont l-Artikolu 1.5


ANNESS II

Lista ta’ kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li għalihom japplikaw il-miżuri definittivi

L-Anness III.2 huwa emendat kif ġej:

“Lista ta’ kategoriji ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp li għalihom japplikaw il-miżuri definittivi

Pajjiż/Grupp ta’ prodotti

1

2

3 A

3 B

4 A

4 B

5

6

7

8

9

10

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

24

25 A

25 B

26

27

28

Il-Brażil

 

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Iċ-Ċina

 

 

 

X

 

X

 

X

 

X

 

X

X

 

 

X

 

 

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

L-Indja

X

X

 

X

X

X

X

X

X

 

X

X

 

 

X

X

 

 

 

 

X

 

X

X

 

 

X

 

 

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-Malasja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-Messiku

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

 

 

 

It-Tajlandja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

It-Turkija

X

X

 

 

X

X

X

X

 

 

X

 

X

X

 

 

X

X

 

X

X

X

 

X

 

X

X

X

X

L-Ukrajna

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

X

X

X

 

 

 

X

X”

L-Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

X

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-Vjetnam

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

Il-pajjiżi l-oħra kollha fil-fażi tal-iżvilupp

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X