10.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 415/39


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2016

tad-9 ta’ Diċembru 2020

li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit, Guernsey, Isle of Man u Jersey

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stat Membru. B’mod partikolari, l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li l-Kummissjoni jeħtieġ tadotta żewġ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi, li minnhom l-annimali domestiċi elenkati fil-Parti A tal-Anness tiegħu, prinċipalment klieb, qtates u inmsa, jistgħu jiġu mċaqalqa għal finijiet mhux kummerċjali għal ġo Stat Membru.

(2)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stat Membru, ivarjaw skont is-sitwazzjoni tat-territorju jew tal-pajjiż terz ta’ oriġini. Meta titqies is-sitwazzjoni partikolari tagħhom, il-pajjiżi terzi jew it-territorji jistgħu jiġu elenkati f’konformità mal-Artikolu 13(1) jew (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(3)

Il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (2) tistabbilixxi l-lista ta’ territorji u pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

(4)

Fid-dawl tat-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ) fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-Renju Unit ippreżenta applikazzjoni lill-Kummissjoni biex flimkien mad-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey, jiġi elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013. Il-Kummissjoni vvalutat dik l-applikazzjoni u vverifikat li fir-rigward tal-annimali domestiċi elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, ir-Renju Unit, kif ukoll id-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey, jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, u jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 skont dan, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll.

(5)

Għalhekk, il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).


ANNESS

“PARTI 2

Lista tat-territorji u tal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi ISO

Territorju jew pajjiż terz

Territorji inklużi

AC

Il-Ġżira ta’ Ascension

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigua u Barbuda

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AW

Aruba

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BB

Barbados

 

BH

Il-Bahrain

 

BM

Il-Bermuda

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

 

BY

Il-Belarussja

 

CA

Il-Kanada

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CW

Curaçao

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GB

Ir-Renju Unit (*1)

 

GG

Guernsey

 

HK

Hong Kong

 

IM

Isle of Man

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

JE

Jersey

 

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KY

Il-Gżejjer Cayman

 

LC

Saint Lucia

 

MS

Montserrat

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MU

Mauritius

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

NC

New Caledonia

 

NZ

New Zealand

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

RU

Ir-Russja

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

 

SX

Sint Maarten

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TW

It-Tajwan

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

AS – is-Samoa Amerikana

GU – Guam

MP – il-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana

PR – Puerto Rico

VI – il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VU

Vanuatu

 

WF

Wallis u Futuna

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludix l-Irlanda ta’ Fuq.”