|
8.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 412/29 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2003
tas-7 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq nhar it-22 ta’ Mejju 2003 skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jeleneka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni milli l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi individwu wieħed u ħdax-il entità mil-lista ta’ individwi u entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi III u IV tar-Regolament (UE) Nru 1210/2003 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Id-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
ANNESS
L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness III, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Fl-Anness IV, titħassar l-entrata li ġejja:
|