7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 410/49


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1992

tat-2 ta’ Diċembru 2020

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali pprovdew ukoll informazzjoni rilevanti. L-informazzjoni pprovduta tikkontribwixxi biex jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li l-lista tiġi aġġornata.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lill-kumpaniji tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq kumpanija tal-ajru li tkun inkluża fil-lista fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lill-kumpaniji tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mal-kumpaniji tal-ajru tal-Belarussja, tar-Repubblika Dominicana, tal-Każakistan, tal-Moldova, tal-Pakistan u tar-Russja. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tal-avjazzjoni fl-Armenja, fil-Kongo (Brazzaville), fil-Guinea Ekwatorjali, fl-Indoneżja u fil-Kirgiżistan.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jirriżultaw mill-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. L-Aġenzija pprovdiet ukoll informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal aktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bil-għan li dawn ikunu megħjuna jsolvu n-nuqqasijiet ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjoni ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO u bi statistika dwar il-messaġġi ta’ allert għall-kumpaniji tal-ajru pprojbiti.

Il-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, ikkumplimentata wkoll bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u minn awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri ħadu ċerti miżuri ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri tennew li huma lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-kumpaniji tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja

(12)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(13)

Il-Kummissjoni kompliet timmonitorja l-progress tal-awtorità kompetenti tal-Belarussja, jiġifieri d-Dipartiment tal-Avjazzjoni tal-Belarussja (“AD-BLR”) fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu biex jiżgura li l-operazzjonijiet minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja jitwettqu f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza.

(14)

Fit-8 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u r-rappreżentanti tal-AD-BLR kellhom laqgħa teknika biex jiddiskutu l-azzjonijiet imwettqa mill-AD-BLR, inkluż dawk li jindirizzaw it-tħassib tal-Aġenzija dwar is-sikurezza identifikat matul il-valutazzjonijiet tekniċi tagħha mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet tat-TCO skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014.

(15)

Matul dik il-laqgħa, l-AD-BLR ipprovda informazzjoni dwar l-istruttura organizzattiva l-ġdida tiegħu, inkluż ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal, il-funzjonament tad-dipartiment tal-kwalità tiegħu, l-istatus taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-AD-BLR u l-limitazzjonijiet temporanji li jimponi fuq xi kumpaniji tal-ajru, kif ukoll l-attivitajiet imwettqa bħala parti mill-programm ta’ sorveljanza tiegħu. L-AD-BLR innota wkoll li tlestiet l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva żviluppat b’rispons għan-nuqqasijiet identifikati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f’Marzu 2019.

(16)

Fis-17 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-AD-BLR. Abbażi ta’ dan, anki jekk hemm xi nuqqasijiet fir-rigward ta’ ċerti kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-AD-BLR li jeħtieġu rettifika, bħan-nuqqas li l-programm ta’ manutenzjoni jiġi adattat għat-tip ta’ operazzjonijiet tal-inġenju tal-ajru, jew in-nuqqasijiet identifikati fl-immaniġġjar ta’ komponenti li jeħtieġu manutenzjoni f’intervalli regolari u dawk b’tul ta’ ħajja limitat, dawn ma jiġġustifikawx l-inklużjoni ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(17)

Għaldaqstant, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Belarussja, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Belarussja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(19)

Fejn ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tikxef riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana

(20)

Qatt ma ġew inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(21)

Mis-27 sal-31 ta’ Jannar 2020, twettqet żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Aġenzija u tal-Istati Membri fir-Repubblika Dominicana fl-uffiċċji tal-Instituto Dominicano de Aviación Civil (“IDAC”). Filwaqt li r-riżultati ta’ dik iż-żjara wrew li l-IDAC kellu l-kapaċitajiet li jissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni fir-Repubblika Dominicana, ġew identifikati għadd ta’ dgħufijiet fis-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza. Madankollu, dawk id-dgħufijiet ma jqajmux tħassib immedjat dwar is-sikurezza. L-IDAC żviluppa pjan ta’ azzjoni korrettiva biex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati u bagħtu lill-Kummissjoni fil-15 ta’ April 2020.

(22)

Fl-4 ta’ Novembru 2020, l-IDAC ipprovda rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu. Dak ir-rapport ta’ progress ipprovda informazzjoni dettaljata għal kull nuqqas identifikat, bħall-analiżi tal-kawżi ewlenin, l-azzjoni korrettiva li qed tiġi implimentata u l-progress tagħha, il-kompiti differenti ta’ kull azzjoni u l-progress tagħhom, kif ukoll segwitu dettaljat. L-IDAC jistma li 87,66 % tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tiegħu tlesta.

(23)

Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan l-istadju l-IDAC għandu l-kapaċità u r-rieda neċessarja biex jindirizza n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati matul iż-żjara, u li qed jimplimenta l-pjan ta’ azzjoni tiegħu b’mod effettiv. Għal dawk ir-raġunijiet, ma kienx hemm bżonn ta’ smigħ tal-IDAC quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

(24)

Għaldaqstant, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mir-Repubblika Dominicana, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(25)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Dominicana mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(26)

Fejn ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tikxef riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan

(27)

Fl-2016, kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (6).

(28)

Fi Frar 2020, minħabba tnaqqis apparenti fis-sorveljanza tas-sikurezza mill-awtoritajiet kompetenti fil-Każakistan, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ngħata ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan fil-laqgħa tiegħu f’Mejju 2020.

(29)

Bħala segwitu għal-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni u l-Aġenzija żammew kuntatt kontinwu mal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”) u mal-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni tal-Każakistan Joint Stock Company (“AAK”) biex jiġbru aktar data u informazzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni staqsiet dwar ir-revoka mill-AAK taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) ta’ Sigma Airlines għal raġunijiet ta’ sikurezza.

(30)

Fis-16 ta’ Ottubru 2020 saret laqgħa bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti mis-CAC KZ u mill-AAK. L-AAK ipprovdiet ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-funzjonijiet tagħha, it-twettiq tagħha tas-sorveljanza tas-sikurezza, inkluż aġġornament fir-rigward tal-lista tad-detenturi tal-AOC, l-inġenji tal-ajru rreġistrati, l-aċċidenti, l-inċidenti u l-okkorrenzi serji tal-avjazzjoni u tal-miżuri ta’ infurzar tagħha. Ipprovdiet ukoll ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha, il-pjanijiet tagħha fir-rigward tar-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal tekniku, u l-approċċ strateġiku tagħha għall-iżvilupp teknoloġiku fil-kuntest tal-bini tal-kapaċità tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Barra minn hekk, l-AAK tat informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ sorveljanza addizzjonali, implimentazzjoni mtejba tal-programm ta’ sorveljanza tas-sikurezza, u l-passi meħuda għall-implimentazzjoni ta’ sistema tal-ġestjoni tal-kwalità.

(31)

L-AAK spjegat li, flimkien mas-CAC KZ, qed tieħu azzjonijiet li jtejbu s-sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan, inkluż il-modifikazzjoni meħtieġa tal-qafas legali nazzjonali, li jenħtieġ li twassal għal separazzjoni funzjonali aħjar bejn iż-żewġ awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni (l-AAK u s-CAC KZ).

(32)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inklużi l-valutazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tal-Aġenzija u l-informazzjoni pprovduta mill-AAK kemm qabel kif ukoll matul il-laqgħa teknika tas-16 ta’ Ottubru 2020, jidher li qed isiru sforzi sinifikanti u żviluppi konsegwenzjali biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tas-sikurezza fil-Każakistan. Il-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-azzjoni li ttieħdet s’issa, se tkompli l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tagħha rigward l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni beħsiebha twettaq, bl-assistenza tal-Aġenzija u l-Istati Membri, żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Każakistan.

(33)

Għaldaqstant, fid-dawl tal-evidenza msemmija hawn fuq tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-AAK u mis-CAC KZ, u f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Każakistan, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(34)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(35)

Fejn ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tikxef riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova

(36)

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova, minbarra t-tliet kumpaniji tal-ajru Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, kienu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 fl-2019 (7).

(37)

Fit-23 ta’ Lulju 2020, fuq talba tal-Moldova u bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwi, il-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Moldova (“CAAM”) organizzaw laqgħa, li matulha s-CAAM ipprovdiet ħarsa ġenerali lejn il-funzjonijiet tagħha, inkluż il-prinċipji bażiċi tat-twettiq tagħha tas-sorveljanza tas-sikurezza. Informazzjoni oħra pprovduta mis-CAAM kienet tinkludi ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi u s-sitwazzjoni attwali tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva tagħhom li jindirizza l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li rriżultaw miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fi Frar 2019.

(38)

Barra minn hekk, fil-31 ta’ Lulju 2020, bħala segwitu għal-laqgħa teknika, is-CAAM ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar il-progress li sar fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva li jindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza identifikati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta jidher li s-CAAM għamlet xi progress fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, bħalissa m’hemmx biżżejjed evidenza li tiġġustifika t-tneħħija tar-restrizzjonijiet operattivi fuq il-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta dwar it-titjib tiġi vverifikata aktar, preferibbilment matul żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Moldova.

(39)

Għaldaqstant, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Moldova, ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(40)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(41)

Fejn ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tikxef riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mill-Pakistan

(42)

Il-Pakistan International Airlines kienet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 f’Marzu 2007 (8) u tneħħiet f’Novembru 2007 (9).

(43)

Fl-24 ta’ Ġunju 2020, dikjarazzjoni mill-Ministru Federali tal-Avjazzjoni tal-Pakistan żvelat li għadd kbir ta’ liċenzji tal-bdoti, maħruġa mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”), inkisbu b’mezzi frodulenti.

(44)

Dan l-avveniment, u meta jitqies ukoll in-nuqqas ta’ implimentazzjoni effettiva tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”), wassal lill-Aġenzija biex tissospendi l-awtorizzazzjonijiet TCO ta’ Pakistan International Airlines u ta’ Vision Air b’effett mill-1 ta’ Lulju 2020. In-nuqqas apparenti ta’ sorveljanza effettiva mill-PCAA f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza kkontribwixxa għal dik id-deċiżjoni.

(45)

Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet mal-PCAA skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. Il-Kummissjoni talbet lill-PCAA biex tipprovdi informazzjoni dwar it-tweġiba tagħha għad-dikjarazzjoni tal-Ministru Federali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar is-sorveljanza tal-kumpaniji tal-ajru rreġistrati fil-Pakistan, inklużi s-Sistemi ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza tagħhom, kif ukoll l-evidenza li sitwazzjoni simili ma sseħħx f’setturi oħra, bħaċ-ċertifikazzjoni tal-ekwipaġġ tal-kabina jew il-liċenzjar tal-inġiniera tal-manutenzjoni.

(46)

Fid-9 ta’ Lulju u fil-25 ta’ Settembru 2020, saru laqgħat tekniċi mal-PCAA biex jiddiskutu l-informazzjoni pprovduta u l-azzjonijiet meħuda.

(47)

Il-PCAA kienet kooperattiva u trasparenti fit-trattar tagħha mal-Kummissjoni. Infurmat lill-Kummissjoni li l-eżami tagħha tas-sitwazzjoni fl-aħħar mill-aħħar wassal għar-revoka jew is-sospensjoni tal-liċenzji frodulenti, kif ukoll għad-deċiżjoni li jitwaqqaf il-ħruġ tal-liċenzji frodulenti mill-aħħar ta’ Ġunju 2020. Il-PCAA infurmat ukoll li ġew stabbiliti regoli tal-avjazzjoni ġodda biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li tqajmu u, fejn xieraq, ittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar. Fir-rigward tas-sorveljanza tal-SMS, il-PCAA ammettiet li l-implimentazzjoni tagħha tinsab fi stadju bikri. Jidher li l-PCAA għad fadlilha tidentifika b’mod effettiv il-kawżi ewlenin tal-problemi tagħha, u tindirizzahom b’mod sostenibbli.

(48)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, inkluża l-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-TCO tal-Aġenzija, jidher li l-PCAA hija involuta fi sforz sinifikanti biex twettaq l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tas-sikurezza identifikata fil-Pakistan. Il-Kummissjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-azzjonijiet li ttieħdu s’issa, se tkompli l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tagħha ta’ kif is-sitwazzjoni tkompli tiżviluppa. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni beħsiebha twettaq, bl-assistenza tal-Aġenzija u l-Istati Membri, żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fil-Pakistan.

(49)

Għaldaqstant, fid-dawl tal-evidenza msemmija hawn fuq tal-azzjonijiet li ttieħdu mill-PCAA, u f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru mill-Pakistan ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni.

(50)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(51)

Fejn ikun hemm kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tikxef riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Il-kumpaniji tal-ajru mir-Russja

(52)

Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri komplew jimmonitorjaw mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru li huma ċċertifikati fir-Russja u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jitwettqu fir-rigward ta’ ċerti kumpaniji tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(53)

Fit-22 ta’ Ottubru 2020, rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija ltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”) biex jirrieżaminaw il-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja abbażi tar-rapporti tal-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa bejn il-15 ta’ April 2019 u l-15 ta’ Ottubru 2020, u biex jidentifikaw f’liema każijiet jenħtieġ li l-FATA ssaħħaħ l-attivitajiet ta’ sorveljanza tagħha.

(54)

Ir-rieżami tal-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fir-Russja ma żvela l-ebda nuqqas rikorrenti tas-sikurezza.

(55)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli attwalment, inkluż l-informazzjoni pprovduta mill-FATA fil-laqgħa, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju, il-FATA għandha l-ħila u r-rieda meħtieġa biex tindirizza n-nuqqasijiet fis-sikurezza. Għal dawk ir-raġunijiet, ma kienx hemm bżonn li jsir smigħ tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni Russi u ta’ kwalunkwe kumpanija tal-ajru ċċertifikata fir-Russja quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

(56)

Għaldaqstant, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li f’dan l-istadju ma hemm ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni biex jiġu inklużi kumpaniji tal-ajru mir-Russja.

(57)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva ta’ ċerti kumpaniji tal-ajru mir-Russja mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(58)

Meta dawk l-ispezzjonijiet jidentifikaw riskju imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni tista’ timponi projbizzjoni fuq l-operat tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mir-Russja u tinkludihom fl-Anness A jew fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(59)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 474/2006 jiġi emendat skont dan.

(60)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għalhekk hemm bżonn li, biex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa u biex jonqsu kemm jista’ jkun l-impatti kummerċjali, jiġu ppubblikati d-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, u jidħlu fis-seħħ minnufih wara li jiġu adottati.

(61)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

L-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tal-It-Tlieta, 29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/618 tal-15 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni, (ĠU L 106, 17.4.2019, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”) jew tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, fosthom

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

L-Armenja

AIRCOMPANY ARMENIA

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

ATLANTIS ARMENIAN AIRLINES

AM AOC 068

AEU

L-Armenja

ATLANTIS EUROPEAN AIRWAYS

AM AOC 017

LUR

L-Armenja

MARS AVIA

AM AOC 066

MRS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 069

N/A

L-Armenja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK)

MWANT JET

AAC/DG/OPS-09/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(RDC)

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgiżistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi

 

 

Il-Kirgiżistan

AIR COMPANY AIR KG

50

Mhux magħruf

Il-Kirgiżistan

AIR MANAS

17

MBB

Il-Kirgiżistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgiżistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgiżistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgiżistan

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AVIATION AND SERVICES

008/05

GAK

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Moldova responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief Air Moldova, Fly One u Aerotranscargo, fosthom

 

 

Il-Moldova

Î.M “VALAN ICC” SRL

MD009

VLN

Il-Moldova

CA “AIM AIR” SRL

MD015

AAM

Il-Moldova

CA “AIR STORK” SRL

MD018

MSB

Il-Moldova

Î M “MEGAVIATION” SRL

MD019

ARM

Il-Moldova

CA “PECOTOX-AIR” SRL

MD020

PXA

Il-Moldova

CA “TERRA AVIA” SRL

MD022

TVR

Il-Moldova

CA “FLY PRO” SRL

MD023

PVV

Il-Moldova

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, fosthom

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057 A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA’S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Is-Sierra Leone

Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, fosthom

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TA’ KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif muri fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

In-numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“l-AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

L-Istat tal-Operatur

It-tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

L-Istat ta’ reġistrazzjoni

AIR SERVICE COMORES

06-819/TA-15/DGACM

KMD

Comoros

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: LET 410 UVP.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: D6-CAM (851336).

Comoros

IRAN AIR

FS100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

Inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif jissemma fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU- 204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq


(1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, dejjem jekk jitħarsu l-istandards rilevanti tas-sikurezza.