1.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 402/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1795
tat-30 ta’ Novembru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku, f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li jrid jiġi klassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-4 ta’ Lulju 2019 (2) u tal-25 ta’ Mejju 2020 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali u fuq is-sikurezza tal-konsumaturi. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv hu irritant għall-għajnejn, sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda, u ddikjarat li hemm riskju għall-utenti tal-addittiv mat-teħid tan-nifs. Għalhekk, il-Kummissjoni jidhrilha li jenħtieġ jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li dak l-addittiv ma joħloqx riskju addizzjonali għall-ambjent meta mqabbel ma’ komposti awtorizzati oħra tal-ħadid u li dan hu sors effikaċi ta’ ħadid għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma jidhrilhiex li hemm bżonn rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf, fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni tal-addittiv turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, soġġett għal miżuri protettivi rilevanti għall-utenti tal-addittiv, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tal-addittiv jenħtieġ jiġi awtorizzat. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li taqa’ fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u l-grupp funzjonali “komposti ta’ oligoelementi”, hi awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) L-EFSA Journal 2019;17(7):5792.
(3) L-EFSA Journal 18(6):6164.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|||||||||||||||||||
Kontenut tal-element (Fe) f’mg/kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi nutrittivi Grupp funzjonali: komposti ta’ oligoelementi |
||||||||||||||||||||||||||||
3b111 |
- |
Kelat tal-ħadid tal-liżina u tal-aċidu glutamiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Taħlita ta’ kelati tal-ħadid bil-liżina u ta’ kelati tal-ħadid bl-aċidu glutamiku fi proporzjon ta’ 1:1 bħala trab
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
Ovini: 500 (total (2)) Bovini u pollam: 450 (total (2)) Ħnienes sa ġimgħa qabel ma jinfatmu: 250 mg/jum (total (2)) Annimali domestiċi: 600 (total (2)) Speċijiet oħra: 750 (total (2)) |
|
21.12.2030 |
|||||||||||||||||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanzi attivi: Formuli kimiċi: Melħ tal-aċidu tal-ħadid-2,6-diamminoeżanojku, tal-klorur u tas-sulfat tal-idroġenu: C6H17ClFeN2O7S Melħ tal-aċidu tal-ħadid-2-amminopentanediojku, tas-sodju u tas-sulfat tal-idroġenu: C5H12FeNNaO10S |
||||||||||||||||||||||||||||
Metodi analitiċi (1): Għall-kwantifikazzjoni tal-kontenut tal-liżina u tal-aċidu glutamiku fl-addittiv tal-għalf:
Biex tiġi ppruvata l-istruttura kelata tal-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ ħadid fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ ħadid fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni tat-total ta’ ħadid fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:
|
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) L-ammont ta’ ħadid inert ma għandux jitqies fil-kalkolu tal-kontenut totali tal-ħadid fl-għalf.