2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 405/1 |
REGOLAMENT (UE) 2020/1783 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Novembru 2020
dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda)
(riformulazzjoni)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (3) ġie emendat qabel. Peress li għandhom isiru iżjed emendi sostanzjali, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat fl-interess taċ-ċarezza. |
(2) |
L-Unjoni għandha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala spazju ta’ libertà, sigurtà, u ġustizzja, li fih il-moviment liberu tal-persuni huwa assigurat. Għall-istabbiliment ta’ spazju bħal dan, l-Unjoni għandha tadotta, fost miżuri oħrajn, miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(3) |
Għall-finijiet tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-iżvilupp ta’ spazju ta’ ġustizzja ċivili fl-Unjoni li huwa rregolat bil-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi, huwa neċessarju li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-effettività u l-ħeffa tal-proċedimenti ġudizzjarji billi jissimplifika u jirrazzjonalizza l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-proċedimenti transfruntiera, filwaqt li jgħin biex inaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. L-għoti ta’ aktar ċertezza legali u proċeduri aktar simplifikati, razzjonalizzati u diġitalizzati ser jinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera, u b’hekk tingħata spinta lill-kummerċ fl-Unjoni u, bħala konsegwenza, lill-funzjonament tas-suq intern. |
(4) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali. |
(5) |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jenħtieġ li jinftiehem li jfisser ukoll awtoritajiet li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, li jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, u li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. Dan jinkludi b’mod partikolari awtoritajiet li jikkwalifikaw bħala qorti skont atti legali oħrajn tal-Unjoni, bħar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 (4) u r-Regolamenti (UE) Nru 1215/2012 (5) u (UE) Nru 650/2012 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat l-ogħla grad ta’ ċarezza u ċertezza legali, it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li tiġi trażmessa fuq formola mimlija fil-lingwa tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta jew f’lingwa oħra aċċettata minn dak l-Istat Membru. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li mill-aktar possibbli jintużaw formoli għal aktar komunikazzjoni bejn il-qrati rilevanti. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet bejn l-Istati Membri għall-finijiet tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, jenħtieġ li jintużaw kwalunkwe teknoloġiji ta’ komunikazzjoni moderna adattati. Għaldaqstant, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambju kollha ta’ dokumenti jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli li tinkludi sistemi tal-IT nazzjonali li huma interkonnessi u teknikament interoperabbli, pereżempju, u mingħajr preġudizzju għall-progress teknoloġiku ulterjuri, ibbażata fuq e-CODEX. Għaldaqstant, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema tal-IT deċentralizzata għal skambji ta’ data skont dan ir-Regolament. In-natura deċentralizzata ta’ dik is-sistema tal-IT ser tippermetti l-iskambji ta’ data esklużivament bejn Stat Membru wieħed u ieħor, mingħajr l-involviment tal-ebda istituzzjoni tal-Unjoni f’dawk l-iskambji. |
(8) |
Mingħajr preġudizzju għall-progress teknoloġiku futur, is-sistema tal-IT deċentralizzata sigura u l-komponenti tagħha jenħtieġ li ma jinftehmux bħala li jikkostitwixxu neċessarjament “servizz elettroniku kwalifikat ta’ konsenja rreġistrat kif definit mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
(9) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw minflok sistema nazzjonali tal-IT, f’konformità mal-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tfassal, tiżviluppa u tmantni s-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza f’konformità mar-rekwiżiti u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stipulati fir-Regolamenti (UE) 2018/1725 (8) u (UE) 2016/679 (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza jenħtieġ li jinkludi wkoll il-miżuri tekniċi xierqa u jippermetti l-miżuri organizzattivi neċessarji sabiex jiġi żgurat livell ta’ sigurtà u interoperabbiltà, li jkun xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-kuntest tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. |
(10) |
Fir-rigward tal-komponenti tas-sistema tal-IT deċentralizzata li huma taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni, l-entità ta’ ġestjoni jenħtieġ li jkollha biżżejjed riżorsi sabiex tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-sistema. |
(11) |
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkunu responsabbli bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li jwettqu skont dan ir-Regolament għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra bejn l-Istati Membri. |
(12) |
It-trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata tista’ ssir impossibbli minħabba interruzzjoni tas-sistema jew minħabba n-natura tax-xhieda, pereżempju meta jiġu trażmessi kampjuni ta’ DNA jew ta’ demm. Mezzi oħra ta’ komunikazzjoni jistgħu jkunu aktar xierqa anke f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li jistgħu jinkludu sitwazzjoni fejn it-trasformazzjoni ta’ dokumentazzjoni voluminuża għall-forma elettronika timponi piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-awtoritajiet kompetenti jew fejn id-dokument oriġinali ikun meħtieġ f’forma kartaċja biex tiġi vvalutata l-awtentiċità tiegħu. Fejn ma tintużax is-sistema tal-IT deċentralizzata, it-trażmissjoni jenħtieġ li titwettaq bl-aktar mezzi alternattivi xierqa. Tali mezzi alternattivi jenħtieġ li jwasslu, fost l-oħrajn, għal trażmissjoni li ssir kemm jista’ jkun malajr u b’mod sigur permezz ta’ mezzi elettroniċi siguri oħra jew bil-posta. |
(13) |
Sabiex titjieb it-trażmissjoni elettronika transfruntiera tad-dokumenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, tali dokumenti jenħtieġ li ma jiġux miċħuda l-effett legali u jenħtieġ li ma jitqisux inammissibbli bħala prova fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Madankollu, jenħtieġ li dak il-prinċipju jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-effetti legali jew l-ammissibbiltà ta’ tali dokumenti bħala prova f’konformità mal-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li dan ikun ukoll mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali rigward il-konverżjoni tad-dokumenti. |
(14) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-kapaċità li l-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni skont sistemi stabbiliti taħt strumenti oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) 2019/1111 jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (10), anke fejn dik l-informazzjoni jkollha valur evidenzjarju, u għalhekk l-għażla tal-aktar metodu adattat titħalla f’idejn l-awtorità rikjedenti. |
(15) |
Talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiġu eżegwiti bil-ħeffa. Jekk mhuwiex possibbli li talba tiġi eżegwita fi żmien 90 jum minn meta tasal mill-qorti rikjesta, il-qorti rikjesta jenħtieġ li tinforma lill-qorti rikjedenti kif xieraq, filwaqt li tiddikjara r-raġunijiet li jżommuha milli teżegwixxi t-talba bil-ħeffa. |
(16) |
Biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun effettiv, iċ-ċirkostanzi li fihom hija possibbli li tiġi miċħuda l-eżekuzzjoni tat-talba ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiġu limitati għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali strettament limitati. |
(17) |
Il-qorti rikjesta jenħtieġ li teżegwixxi talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha. |
(18) |
Il-partijiet għall-proċedimenti u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, sabiex ikunu jistgħu jsegwu l-proċedimenti b’mod komparabbli bħallikieku x-xhieda tkun ġiet ikkumpilata fl-Istat Membru tal-qorti rikjedenti. Jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jitolbu li jipparteċipaw fil-kumpilazzjoni tax-xhieda sabiex ikollhom rwol aktar attiv fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Madankollu, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-qorti rikjesta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha. |
(19) |
Ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk dan ikun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, sabiex ikunu f’pożizzjoni aħjar li jevalwaw ix-xhieda. Jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jitolbu li jipparteċipaw fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-qorti rikjesta f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, sabiex ikollhom rwol aktar attiv fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. |
(20) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kumpilazzjoni tax-xhieda, jenħtieġ li jkun possibbli li qorti ta’ Stat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha, tikkumpila x-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor, jekk it-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tkun aċċettata minn dan tal-aħħar, u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest. |
(21) |
It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, pereżempju l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni tax-xhieda, bħalissa mhux qed tintuża bil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn ix-xhieda għandha tiġi kkumpilata billi persuna tiġi eżaminata bħal xhud, parti fil-proċedimenti jew espert preżenti fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li l-qorti rikjedenti tikkumpila dik ix-xhieda direttament permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra, jekk dik it-teknoloġija tkun disponibbli għall-qorti u l-qorti tqis li l-użu ta’ din it-teknoloġija jkun xieraq minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u l-kondotta xierqa tal-proċedimenti. Il-vidjokonferenza tista’ tintuża wkoll biex jinstema’ minuri kif previst fir-Regolament (UE) 2019/1111. Madankollu, fejn il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jqisu li ċertu kondizzjonijiet huma neċessarji, il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jenħtieġ li ssir skont dawk il-kondizzjonijiet f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jenħtieġ li jkunu jistgħu jiċħdu l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda kompletament jew parzjalment, jekk tali kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tkun tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi ta’ dak l-Istat Membru. |
(22) |
Meta x-xhieda għandha tiġi kkumpilata permezz tas-smigħ ta’ persuna permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra, il-qorti rikjedenti jenħtieġ li tingħata, fuq talba tagħha, assistenza biex issib interpretu, inkluż biex issib interpretu ċċertifikat fejn ikun speċifikament mitlub. |
(23) |
Il-qorti vestita mill-proċedimenti jenħtieġ li tipprovdi lill-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom bi struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dokumenti jew ta’ materjal ieħor matul meta x-xhieda tingħata permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija oħra xierqa ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. |
(24) |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari, tali persuni jenħtieġ li jkunu jistgħu, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona li fiha huma akkreditati, jikkumpilaw xhieda mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel, billi jisimgħu, mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri koerċittivi, ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw, fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla għad-diskrezzjoni tal-Istat Membru jekk l-aġenti diplomatiċi jew l-uffiċjali konsulari tiegħu għandhomx is-setgħa li jikkumpilaw xhieda bħala parti mill-funzjonijiet tagħhom. |
(25) |
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari jenħtieġ li ssir fil-bini tal-missjoni diplomatika jew il-konsulat ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Tali ċirkostanzi jistgħu jinkludu l-fatt li l-persuna li għandha tinstema’ ma tistax tmur sal-bini minħabba marda serja. |
(26) |
L-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma toħloqx pretensjoni għal xi rimborż ta’ taxxi jew spejjeż. Madankollu, jekk il-qorti rikjesta tirrikjedi rimborż, it-tariffi mħallsa lil esperti u interpreti, kif ukoll l-ispejjeż maħluqa mit-twettiq skont il-proċedura speċjali prevista fil-liġi nazzjonali jew bl-użu ta’ teknoloġija tal-komunikazzjoni mill-bogħod, jenħtieġ li ma jiġux imġarrba minn dik il-qorti. F’każ bħal dan, il-qorti rikjedenti jenħtieġ li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura rimborż mingħajr dewmien. Fejn tinħtieġ l-opinjoni ta’ espert, il-qorti rikjesta jenħtieġ li tkun tista’, qabel ma teżegwixxi t-talba, titlob lill-qorti rikjedenti depożitu xieraq jew ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż. |
(27) |
Sabiex jiġu aġġornati l-formoli fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew biex isiru bidliet tekniċi f’dawk il-formoli, is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għal dak l-Anness. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (11). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom b’mod sistematiku għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. |
(28) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(29) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri li għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni bħal dan ir-Regolament.. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jkollhom jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti li jiffaċilitaw aktar kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament. |
(30) |
Huwa essenzjali li jkunu disponibbli mezzi effettivi għall-kisba, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xhieda, u li d-drittijiet tad-difiża jiġu rrispettati u li l-informazzjoni kunfidenzjali tiġi protetta. F’dan il-kuntest, huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġija moderna. |
(31) |
Il-proċeduri għall-kumpilazzjoni, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali, kif ukoll il-privatezza u l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data personali, ikunu protetti f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali. |
(32) |
Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f’konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe proċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll ir-Regolament (UE) 2018/1725. Id-data personali jenħtieġ li tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fih. |
(33) |
F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali ta’ dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri. Fejn l-Istati Membri jiġbru data dwar l-għadd ta’ talbiet trażmessi u talbiet eżegwiti, kif ukoll dwar l-għadd ta’ każijiet li fihom it-trażmissjoni tkun twettqet permezz ta’ mezzi oħra u mhux bis-sistema tal-IT deċentralizzata, jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni t-tali data għal finijiet ta’ monitoraġġ. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni bħala sistema back-end jenħtieġ li jiġbor b’mod programmatiku d-data meħtieġa għal finijiet ta’ monitoraġġ u tali data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li jużaw sistema nazzjonali tal-IT minflok is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza żviluppat mill-Kummissjoni dik is-sistema tista’ tiġi mgħammra biex tinġabar b’mod programmatiku dik id-data u f’dak il-każ tali data jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-Kummissjoni. |
(34) |
Billi għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-ħolqien ta’ qafas legali ssemplifikat li jiżgura t-trażmissjoni diretta, effettiva u rapida ta’ talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-kumpilazzjoni tax-xhieda, jintlaħqu pjuttost aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(35) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fit-13 ta’ Settembru 2019 (14). |
(36) |
Sabiex id-dispożizzjonijiet tiegħu jsiru aktar aċċessibbli u jinqraw aktar faċilment, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jenħtieġ li jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament. |
(37) |
F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolament attwali. |
(38) |
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattament dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament japplika f’materji ċivili jew kummerċjali fejn il-qorti ta’ Stat Membru, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat Membru, titlob:
(a) |
lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tikkumpila xhieda; jew |
(b) |
il-kumpilazzjoni tax-xhieda direttament fi Stat Membru ieħor. |
2. Ma għandhiex issir talba biex tinkiseb xhieda li mhijiex maħsuba għall-użu fi proċedimenti ġudizzjarji li jkunu diġà bdew jew li hemm il-ħsieb li jinbdew.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“qorti” tfisser qrati u awtoritajiet oħra fl-Istati Membri kif mgħarrfa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3), li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, li jaġixxu skont delega ta’ setgħa minn awtorità ġudizzjarja jew li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, u li huma kompetenti taħt il-liġi nazzjonali biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali; |
(2) |
“sistema tal-IT deċentralizzata” tfisser netwerk ta’ sistemi nazzjonali tal-IT u punti ta’ aċċess interoperabbli li joperaw taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni individwali ta’ kull Stat Membru, li jippermettu l-iskambju transfruntier sigur u affidabbli ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali. |
Artikolu 3
Trażmissjoni diretta bejn il-qrati
1. It-talbiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) għandhom jiġu trażmessi mill-qorti li quddiemha qed jinbdew il-proċedimenti jew li quddiemha jkun hemm il-ħsieb li jinbdew (il-“qorti rikjedenti”), direttament lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor (il-“qorti rikjesta”) għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.
2. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta’ qrati kompetenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont dan ir-Regolament. Il-lista għandha tindika wkoll it-territorju u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjoni speċjali ta’ dawk il-qrati.
Artikolu 4
Korp ċentrali
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali responsabbli għal:
(a) |
provvista ta’ tagħrif lill-qrati; |
(b) |
tfittxija ta’ soluzzjonijiet għal xi diffikultajiet li jistgħu jinħolqu rigward talba; |
(c) |
trażmissjoni, f’każijiet eċċezzjonali, ta’ talba lill-qorti kompetenti fuq talba ta’ qorti rikjedenti. |
2. Stati Membri federali, Stati Membri li fihom japplikaw diversi sistemi legali u Stati Membri b’unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu ħielsa li jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.
3. Kull Stat Membru għandu jaħtar wkoll il-korp ċentrali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew awtorità kompetenti waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fuq talbiet magħmula skont l-Artikolu 19.
KAPITOLU II
TRAŻMISSJONI U EŻEKUZZJONI TA’ TALBIET
TAQSIMA 1
Trażmissjoni ta’ talbiet
Artikolu 5
Formola u kontenut tat-talba
1. It-talbiet għandhom isiru permezz tal-formola A jew, fejn xieraq, il-formola L fl-Anness I. Kull talba għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:
(a) |
il-qorti rikjedenti u, fejn xieraq, il-qorti rikjesta; |
(b) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet għall-proċedimenti u r-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm; |
(c) |
in-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti; |
(d) |
deskrizzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda rikjesta; |
(e) |
fejn it-talba hija għall-eżami ta’ persuna:
|
(f) |
fejn it-talba hija għal xi forma ta’ kumpilazzjoni tax-xhieda apparti dik imsemmija fil-punt (e), id-dokumenti jew l-oġġetti oħra li għandhom jiġu spezzjonati; |
(g) |
fejn xieraq, kwalunkwe talba skont l-Artikolu 12(3) jew (4), jew l-Artikolu 13 jew 14 u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn. |
2. It-talba u d-dokumenti kollha li jakkumpanjaw it-talba għandhom jiġi eżentati mill-ħtieġa ta’ awtentikazzjoni jew ta’ xi formalità ekwivalenti.
3. Id-dokumenti li l-qorti rikjedenti tqis li huma meħtieġa li żżid mal-eżekuzzjoni tat-talba għandhom ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwa li fiha nkitbet it-talba.
Artikolu 6
Lingwa
It-talbiet u l-komunikazzjonijiet magħmula skont dan ir-Regolament għandhom jitfasslu fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rikjest jew, jekk ikun hemm diversi lingwi uffiċjali f’dak l-Istat Membru, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn il-kumpilazzjoni tax-xhieda mitluba għandha titwettaq, jew f’lingwa oħra li l-Istat Membru li jkun indika li ser jaċċetta.
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni għajr tiegħu stess li fiha jistgħu jimtlew il-formoli stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 7
Trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
1. It-talbiet u l-komunikazzjonijiet magħmula skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata sigura u affidabbli b’rispett dovut għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq soluzzjoni interoperabbli bħal e-CODEX.
2. Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu japplika għat-talbiet u l-komunikazzjonijiet trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
3. Meta t-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw siġilli elettroniċi kkwalifikati jew firem elettroniċi kkwalifikati kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014.
4. Meta t-trażmissjoni f’konformità mal-paragrafu 1 ma tkunx possibbli minħabba interruzzjoni fis-sistema tal-IT deċentralizzata jew minħabba n-natura tax-xhieda kkonċernata, jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, it-trażmissjoni għandha ssir bl-aktar mezz alternattiv xieraq u rapidu, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu żgurati l-affidabbiltà u s-sigurtà.
Artikolu 8
Effetti legali ta’ dokumenti elettroniċi
Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali jew jitqiesu inammissibbli bħala prova fil-proċedimenti unikament minħabba li huma f’forma elettronika.
TAQSIMA 2
Riċevuta ta’ talbiet
Artikolu 9
Riċevuta ta’ talbiet
1. Fi żmien sebat ijiem minn meta tkun irċeviet talba, il-qorti rikjesta għandha tibgħat konferma tar-riċevuta lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola B fl-Anness I. Meta t-talba ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7, il-qorti rikjesta għandha tniżżel nota dwar dan fil-konferma tar-riċevuta.
2. Fejn il-qorti rikjesta ma jkollhiex ġurisdizzjoni biex teżegwixxi talba, li ssir permezz tal-formola A fl-Anness I, li tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 dik il-qorti għandha tibgħat it-talba lill-qorti kompetenti tal-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-qorti rikjedenti b’dan permezz tal-formola C fl-Anness I.
Artikolu 10
Talbiet mhux kompluti
1. Jekk talba ma tistax tiġi eżegwita minħabba li ma fihiex l-informazzjoni kollha meħtieġa imsemmija fl-Artikolu 5, il-qorti rikjesta għandha tinforma b’dan lill-qorti rikjedenti mingħajr dewmien u, l-aktar tard, fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet it-talba, permezz tal-formola D fl-Anness I, u għandha titlob lill-qorti rikjedenti biex tibgħat l-informazzjoni nieqsa, fejn għandha tispeċifika liema hija l-informazzjoni nieqsa b’mod preċiż kemm jista’ jkun.
2. Jekk talba ma tistax tiġi eżegwita minħabba li jkun intalab depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3), il-qorti rikjesta għandha tinforma b’dan lill-qorti rikjedenti mingħajr dewmien, l-aktar tard fi żmien 30 jum minn meta tkun irċeviet it-talba, permezz tal-formola D fl-Anness I, u għandha tinforma lill-qorti rikjedenti kif għandu jsir id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem. Il-qorti rikjesta għandha tinforma li rċeviet id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mingħajr dewmien, l-aktar tard fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi d-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem, permezz tal-formola E fl-Anness I.
Artikolu 11
Tlestija tat-talba
1. Jekk il-qorti rikjesta tkun niżżlet nota fuq il-konferma tar-riċevuta skont l-Artikolu 9(1) li t-talba ma tikkonformax mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 jew informat lill-qorti rikjedenti skont l-Artikolu 10 li t-talba ma tistax tiġi eżegwita għaliex ma tinkludix l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 5, il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 12 għandu jibda jgħodd minn meta l-qorti rikjesta tkun irċeviet it-talba kompluta b’mod debitu.
2. Fejn il-qorti rikjesta titlob depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3), il-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 12 għandu jibda jgħodd minn meta jsir id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem.
TAQSIMA 3
Kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta
Artikolu 12
Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eżekuzzjoni ta’ talba
1. Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba mingħajr dewmien u, l-aktar tard, fi żmien 90 jum minn meta tirċievi t-talba.
2. Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.
3. Il-qorti rikjedenti tista’ titlob li t-talba tiġi eżegwita f’konformità ma’ proċedura speċjali prevista mil-liġi nazzjonali tagħha, permezz tal-formola A fl-Anness I. Il-qorti rikjesta għandha teżegwixxi t-talba skont il-proċedura speċjali għajr jekk li jsir hekk ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħha jew minħabba li hija ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba diffikultajiet prattiċi kbar. Jekk il-qorti rikjesta ma tikkonformax mat-talba li t-talba tiġi eżegwita skont il-proċedura speċjali għal waħda minn dawk ir-raġunijiet, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola H fl-Anness I.
4. Il-qorti rikjedenti tista’ titlob lill-qorti rikjesta biex tuża’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifika għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, partikolarment permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ telekonferenza.
Il-qorti rikjesta għandha tuża t-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifikata skont l-ewwel subparagrafu għajr jekk tagħmel dan ikun inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tagħha jew il-qorti rikjesta ma tistax tagħmel dan minħabba diffikultajiet prattiċi kbar.
Jekk il-qorti rikjesta ma tużax it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni speċifika minħabba waħda minn dawk ir-raġunijiet, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola H fl-Anness I.
Jekk it-teknoloġija ta’ komunikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu mhix disponibbli fil-qorti rikjedenti jew fil-qorti rikjesta, dawk il-qrati jistgħu jagħmlu t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni disponibbli permezz ta’ ftehim reċiproku.
Artikolu 13
Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet
1. Jekk il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti tipprevedi hekk, il-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom id-dritt li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta.
2. Fit-talba tagħha, il-qorti rikjedenti għandha tinforma lill-qorti rikjesta, permezz tal-formola A fl-Anness I, li l-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, ser ikunu preżenti u, fejn adatt, li qed tintalab il-parteċipazzjoni tagħhom għall-kumpilazzjoni tax-xhieda. Din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fi kwalunkwe ħin adatt ieħor.
3. Jekk tintalab il-parteċipazzjoni tal-partijiet u jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta għandha tiddetermina il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw, f’konformità mal-Artikolu 12.
4. Il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-partijiet u, jekk ikun hemm, lir-rappreżentanti tagħhom, bil-ħin u l-post fejn ser issir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u, fejn xieraq, bil-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, permezz tal-formola I fl-Anness I.
5. Il-paragrafi 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għall-kapaċità tal-qorti rikjesta li titlob lill-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom, li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda jew li jipparteċipaw fiha jekk dan ikun previst mil-liġi tal-Istat Membru tagħha.
Artikolu 14
Kumpilazzjoni tax-xhieda bil-preżenza u l-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti tal-qorti rikjedenti
1. Fejn ikun kompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, rappreżentanti tal-qorti rikjedenti għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda mill-qorti rikjesta.
2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “rappreżentant” jinkludi persunal ġudizzjarju maħtur mill-qorti rikjedenti f’konformità mal-liġi nazzjonali. Il-qorti rikjedenti tista’ taħtar wkoll lil kwalunkwe persuna oħra, bħal espert, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħha.
3. Fit-talba tagħha, il-qorti rikjedenti għandha tinforma lill-qorti rikjesta, permezz tal-formola A fl-Anness I, li r-rappreżentanti tagħha, ser ikunu preżenti u, fejn adatt, li qed tintalab il-parteċipazzjoni tagħhom fil-kumpilazzjoni tax-xhieda. Din l-informazzjoni tista’ tingħata wkoll fi kwalunkwe ħin adatt ieħor.
4. Jekk tintalab il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta għandha tiddetermina, f’konformità mal-Artikolu 12, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw.
5. Il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti bil-ħin u l-post fejn ser issir il-kumpilazzjoni tax-xhieda u, fejn xieraq, bil-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw ir-rappreżentanti tagħha fil-kumpilazzjoni tax-xhieda, permezz tal-formola I fl-Anness I.
Artikolu 15
Miżuri koerċittivi
Fejn meħtieġ, meta teżegwixxi talba, il-qorti rikjesta għandha tapplika l-miżuri koerċittivi adatti fil-każijiet u sa fejn ikunu previsti fil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta għall-eżekuzzjoni ta’ talba li ssir għall-istess fini mill-awtoritajiet nazzjonali jew minn waħda mill-partijiet ikkonċernati.
Artikolu 16
Ċaħda tal-eżekuzzjoni ta’ talbiet
1. Talba għall-eżami ta’ persuna ma għandhiex tiġi eżegwita fejn il-persuna kkonċernata tinvoka d-dritt li tirrifjuta li tagħti xhieda jew hija pprojbita milli tagħti xhieda,
(a) |
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta; jew |
(b) |
skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti, u tali dritt jew projbizzjoni jkunu ġew speċifikati fit-talba, jew, jekk neċessarju, ikunu ġew ikkonfermati mill-qorti rikjedenti, fuq talba tal-qorti rikjesta. |
2. L-eżekuzzjoni ta’ talba tista’ tinċaħad biss għal raġunijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, fejn tapplika raġuni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
it-talba ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-eżekuzzjoni tat-talba ma taqax fil-funzjonijiet tal-ġudikatura skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta; |
(c) |
il-qorti rikjedenti ma tikkonformax mat-talba tal-qorti rikjesta li tikkompleta t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 10 fi żmien 30 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan; jew |
(d) |
id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem mitlub f’konformità mal-Artikolu 22(3) ma jsirx fi żmien 60 jum minn meta l-qorti rikjesta tkun talbet dan id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem. |
3. Il-Qorti rikjesta ma għandhiex tiċħad li teżegwixxi talba għall-unika raġuni li, skont il-liġi nazzjonali tagħha, qorti oħra ta’ dak l-Istat Membru għandha ġurisdizzjoni esklussiva fuq is-suġġett tal-każ jew li l-liġi ta’ dak l-Istat Membru ma tammettix id-dritt ta’ azzjoni dwar is-suġġett.
4. Jekk l-eżekuzzjoni ta’ rikjesta tinċaħad għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 2, il-qorti rikjesta għandha tinforma lill-qorti rikjedenti b’dan fi żmien 60 jum minn meta tirċievi t-talba mill-qorti rikjesta, permezz tal-formola K fl-Anness I.
Artikolu 17
Notifika ta’ dewmien
Jekk il-qorti rikjesta mhijiex f’pożizzjoni li teżegwixxi t-talba fi żmien 90 jum minn meta tirċievi t-talba, hija għandha tinforma lill-qorti rikjedenti permezz tal-formola J fl-Anness I. Meta tagħmel dan, hija għandha tagħti r-raġunijiet għad-dewmien kif ukoll iż-żmien stmat li hija tipprevedi li teħtieġ biex teżegwixxi t-talba.
Artikolu 18
Proċedura wara l-eżekuzzjoni tat-talba
Il-qorti rikjesta għandha tibgħat lill-qorti rikjedenti d-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba, mingħajr dewmien u, fejn xieraq, għandha tirritorna d-dokumenti li tkun irċeviet mill-qorti rikjedenti. Dawk id-dokumenti għandhom ikunu akkumpanjati minn konferma ta’ eżekuzzjoni permezz tal-formola K fl-Anness I.
TAQSIMA 4
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti u kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew konsulari
Artikolu 19
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mill-qorti rikjedenti
1. Fejn qorti titlob il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fi Stat Membru ieħor, hija għandha tissottometti talba lill-korp ċentrali jew lill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, permezz tal-formola L fl-Anness I.
2. Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda tista’ sseħħ biss jekk tkun tista’ titwettaq fuq bażi volontarja mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi.
Fejn il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda timplika li persuna għandha tiġi eżaminata, l-qorti rikjedenti għandha tinforma lil dik il-persuna li l-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha sseħħ fuq bażi volontarja.
3. Il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandha titwettaq minn membru tal-persunal ġudizzjarju jew minn kwalunkwe persuna oħra, bħal espert, li tiġi maħtura, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.
4. Fi żmien 30 jum minn meta jirċievu t-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest għandhom jinformaw lill-qorti rikjedenti dwar jekk it-talba ġietx aċċettata u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jinformaw lill-qorti rikjedenti bil-kondizzjonijiet li taħthom il-kumpilazzjoni tax-xhieda għandha titwettaq skont il-liġi tal-Istat Membru tagħha, permezz tal-formola M fl-Anness I.
Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex tieħu sehem fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda sabiex jiġi żgurat li dan l-Artikolu jiġi applikat sewwa u li l-kondizzjonijiet li taħthom titwettaq il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jiġi rrispettati.
5. Fejn il-qorti rikjedenti ma tirċevix informazzjoni fi żmien 30 jum mill-konferma tal-wasla tat-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda dwar jekk it-talba tkunx ġiet aċċettata, hija tista’ tibgħat nota ta’ tfakkir lill-korp ċentrali jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest. Jekk il-qorti rikjedenti ma tirċevix tweġiba fi żmien 15-il jum mill-konferma tal-wasla tan-nota ta’ tfakkir, it-talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandha titqies bħala aċċettata. Madankollu, f’ċirkostanzi straordinarji fejn il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti ma setgħux jirreaġixxu għat-talba sal-iskadenza wara t-tfakkira, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda jistgħu xorta jibqgħu jiġu invokati b’mod eċċezzjonali fi kwalunkwe ħin wara li tgħaddi dik l-iskadenza sal-mument tal-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda attwali.
6. Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jistgħu jassenjaw qorti tal-Istat Membru tagħhom biex jipprovdu assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda.
7. Il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jistgħu jiċħdu talba għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda biss jekk:
(a) |
din ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
din ma jkunx fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa msemmija fl-Artikolu 5; jew |
(c) |
il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda mitluba tmur kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi fl-Istat Membru tagħha. |
8. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kondizzjoni stabbilita f’konformità mal-paragrafu 4, il-qorti rikjedenti (għandha twettaq il-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħha.
Artikolu 20
Kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra
1. Fejn ix-xhieda għandha tiġi kkumpilata bl-eżami ta’ persuna li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, u l-qorti tirrikjedi l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda f’konformità mal-Artikolu 19, dik il-qorti għandha tagħmel il-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra dment li tali teknoloġija tkun disponibbli lill-qorti u l-qorti tqis l-użu ta’ tali teknoloġija bħala adatta fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ.
2. Talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta’ vidjokonferenza jew ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod oħra jenħtieġ li ssir bl-użu tal-formola N fl-Anness I. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rikjest jew il-qorti assenjata biex tipprovdi assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti prattiċi għas-smigħ.
Fuq talba, il-qorti rikjedenti għandha tingħata assistenza biex issib interpretu, jekk ikun meħtieġ.
Artikolu 21
Kumpilazzjoni tax-xhieda minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li l-qrati tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-aġenti diplomatiċi jew lill-uffiċjali konsulari tagħhom li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn huma akkreditati biex jikkumpilaw xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew tal-konsulat, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel, billi jisimgħu, fuq bażi volontarja u mingħajr l-użu ta’ miżuri koerċittivi, lil ċittadini tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw. L-aġent diplomatiku jew l-uffiċjal konsulari rikjest għandu jeżegwixxi t-talba f’konformità mal-liġi tal-Istat Membru tagħhom.
TAQSIMA 5
Spejjeż
Artikolu 22
Spejjeż
1. L-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda f’konformità mal-Artikolu 12, ma għandha tagħti lok għall-ebda pretensjoni għar-rimborż ta’ taxxi jew ta’ spejjeż.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, il-qorti rikjesta tista’ teħtieġ ir-rimborż tat-taxxi jew l-ispejjeż. Jekk il-qorti rikjesta titlob dan, il-qorti rikjedenti għandha tiżgura li s-segwenti jiġu rimborżati mingħajr dewmien:
— |
it-tariffi mħallsa lil esperti u interpreti, u |
— |
l-ispejjeż li jinħolqu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) u (4). |
L-obbligu tal-partijiet li jħallsu tali tariffi jew spejjeż għandu jiġi rregolat mil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.
3. Fejn tkun meħtieġa l-opinjoni ta’ espert, qabel ma teżegwixxi t-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda, il-qorti rikjesta tista’ titlob lill-qorti rikjedenti depożitu xieraq jew ħlas bil-quddiem tal-ispejjeż mistennija tal-opinjoni esperta mitluba. Fil-każijiet l-oħra kollha, depożitu jew ħlas bil-quddiem ma għandux ikun kondizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda.
Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir mill-partijiet jekk dan ikun previst bil-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 23
Manwal u emendar tal-Anness I
1. Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna regolarment manwal li jkun fih l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 31 u l-ftehimiet u jew l-arranġamenti fis-seħħ, f’konformità mal-Artikolu 29(3). Hija għandha tagħmel il-manwal disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-Materji Ċivili u Kummerċjali u fuq il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 24 biex temenda l-Anness I sabiex taġġorna l-formoli stipulati hemmhekk jew biex tagħmel bidliet tekniċi f’dawk il-formoli.
Artikolu 24
Eżerċizzju ta’ delega
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 23(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-22 ta’ Diċembru 2020. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 23(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti ddeżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 23(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 25
Adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata, li jistabbilixxu s-segwenti:
(a) |
l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta’ komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi għall-finijiet tas-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(b) |
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-protokolli ta’ komunikazzjoni; |
(c) |
l-objettivi fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri tekniċi rilevanti li jiżguraw l-istandards minimi tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-ipproċessar u l-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fi ħdan is-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(d) |
l-objettivi fir-rigward tad-disponibbiltà minima u r-rekwiżiti tekniċi relatati possibbli għas-servizzi pprovduti mis-sistema tal-IT deċentralizzata; |
(e) |
l-istabbiliment ta’ kumitat ta’ tmexxija li fih rappreżentanti tal-Istati Membri biex jiġu żgurati t-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati sat-23 ta’ Marzu 2022 f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26(2).
Artikolu 26
Proċedura ta’ kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 27
Software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur ta’ software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw bħala s-sistema back-end tagħhom minflok sistema nazzjonali tal-IT. Il-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp futur tas-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, twettaq il-manutenzjoni u tappoġġa implimentazzjoni mingħajr ħlas tal-komponenti tas-software li jkunu jsostnu l-punti ta’ aċċess.
Artikolu 28
Spejjeż tas-sistema tal-IT deċentralizzata
1. Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tiegħu b’interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
2. Kull Stat Membru għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-istabbiliment u l-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-punti ta’ aċċess, u għandu jġarrab l-ispejjeż marbuta mal-amministrazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ dawk is-sistemi.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw għal għotjiet bħala appoġġ għall-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi skont il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.
Artikolu 29
Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn Stati Membri
1. Dan ir-Regolament għandu jieħu preċedenza b’rabta mal-materji li għalihom japplika fuq dispożizzjonijiet oħra li jinsabu f’xi ftehimiet jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri u b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1 ta’ Marzu 1954 dwar il-Proċedura Ċivili u l-Konvenzjoni ta’ The Hague tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar il-Kumpilazzjoni tax-xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali, f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma parti minn dan.
2. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jiffaċilitaw aktar il-kumpilazzjoni tax-xhieda, dment li dawk il-ftehimiet jew arranġamenti huma kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.
3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:
(a) |
kopja ta’ kwalunkwe ftehim jew arranġament imsemmi fil-paragrafu 2 konkluż bejn l-Istati Membri, kif ukoll abbozzi ta’ kwalunkwe tali ftehim jew arranġament li għandhom il-ħsieb li jadottaw; u |
(b) |
kull denunzja ta’ dawk il-ftehimiet jew arranġamenti jew emendi għalihom. |
Artikolu 30
Protezzjoni tal-informazzjoni trażmessa
1. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.
walunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni għandu jsir f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta’ każ speċifiku għandha titħassar minnufih.
2. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti skont il-liġi nazzjonali għandhom jitqiesu bħala kontrolluri skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tintuża mill-qorti rikjesta biss għall-għan li għalih tkun ġiet trażmessa.
4. Il-qrati rikjesti għandhom jiżguraw li tali informazzjoni tibqa’ kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.
5. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali li jippermettu lis-suġġetti tad-data jkunu informati dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trażmessa skont dan ir-Regolament.
6. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/58/KE.
Artikolu 31
Komunikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dan li ġej:
(a) |
il-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2) li tindika t-territorju u, fejn applikabbli, il-ġurisdizzjoni speċjali tal-qrati; |
(b) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi ċentrali u l-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 4(3), filwaqt li jindikaw il-ġurisdizzjoni territorjali tagħhom; |
(c) |
il-mezzi tekniċi għall-irċevuta ta’ talbiet li jkunu disponibbli għall-qrati fil-lista mfassla skont l-Artikolu 3(2); |
(d) |
il-lingwi aċċettati għat-talbiet, kif imsemmi fl-Artikolu 6. |
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
3. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-dettalji tal-awtoritajiet l-oħra li huma kompetenti biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla f’dawk id-dettalji.
4. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk huma jkunu f’pożizzjoni li jħaddmu s-sistema tal-IT deċentralizzata aktar kmieni minn kif inhu meħtieġ minn dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli elettronikament, b’mod partikolari permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Artikolu 32
Monitoraġġ
1. Sat-2 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tal-eżiti, ir-riżultati u l-impatt ta’ dan ir-Regolament. Dan għandu jistabbilixxi meta d-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha tinġabar għall-ewwel darba, li għandha tkun sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Lulju 2026, u f’liema intervalli ulterjuri għandha tinġabar dik id-data.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, id-data li ġejja li hija meħtieġa għall-finijiet ta’ monitoraġġ, fejn din tkun disponibbli:
(a) |
l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda trażmessi f’konformità mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 19(1) rispettivament; |
(b) |
l-għadd ta’ talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda eżegwiti f’konformità mal-Artikolu 12 u l-Artikolu 19(8) rispettivament; |
(c) |
l-għadd ta’ każijiet li fihom it-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun ġiet trażmessa b’mezzi oħra u mhux bis-sistema tal-IT deċentralizzata f’konformità mal-Artikolu 7(4). |
4. Is-software ta’ implimentazzjoni ta’ referenza u, fejn tkun mgħammra biex tagħmel dan, is-sistema back-end nazzjonali għandhom jiġbru b’mod programmatiku d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 u jittrażmettuha lill-Kummissjoni fuq bażi regolari.
Artikolu 33
Evalwazzjoni
1. Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 f’konformità mal-Artikolu 35(3), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fejn xieraq, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 34
Tħassir
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 li għandu jitħassar mid-data ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 msemmi fl-Artikolu 35(3) ta’ dan ir-Regolament.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 35
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
2. L-Artikolu 31(3) għandu japplika mit-23 ta’ Marzu 2022.
3. L-Artikolu 7 għandu japplika minn l-ewwel jum tax-xahar wara l-perijodu ta’ tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 25.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2020.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
D.M. SASSOLI
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
(1) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tal-4 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Novembru 2020 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1111 tal-25 ta’ Ġunju 2019 dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u l-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri (ĠU L 178, 2.7.2019, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 107).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(8) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(9) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).
(11) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta’ data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
ANNESS I
FORMOLA A
TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA (Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (1)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Qorti rikjedenti:
|
3. |
Qorti rikjesta:
|
4. |
Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) (2)
|
5. |
Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant
|
6. |
Kontra l-konvenut/l-intimat(i) (3)
|
7. |
Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat
|
8. |
Preżenza u parteċipazzjoni tal-partijiet
|
9. |
Preżenza u parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti: ☐
|
10. |
In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ): |
11. |
Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir
|
12. |
Jekk jogħġbok eżegwixxi t-talba
|
13. |
Raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata (Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783) (5)
It-trażmissjoni elettronika ma kinitx possibbli minħabba:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA B
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA (Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (6)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Qorti rikjesta
|
5. |
It-talba waslet fi ... (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4. |
6. |
It-talba ma tistax tiġi ttrattata għax:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku |
FORMOLA C
NOTIFIKA TAT-TRAŻMISSJONI TA’ TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA (Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (7)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
3. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
4. |
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti indikata fil-punt 3 tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u ntbagħtet lil
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA D
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA (Artikolu 10 tar- Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (8)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
3. |
Isem il-qorti rikjesta: |
4. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
5. |
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita mingħajr l-informazzjoni addizzjonali li ġejja: |
6. |
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita qabel ma jsir depożitu jew ħlas bil-quddiem f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) 2020/1783 Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem għandu jsir bil-mod li ġej:
☐ Oħrajn (jekk jogħġbok speċifika (kodiċi ISO)):
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA E
KONFERMA TAR-RIĊEVUTA TA’ DEPOŻITU JEW ĦLAS BIL-QUDDIEM (Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (9)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti rikjesta: |
5. |
Id-depożitu jew il-ħlas bil-quddiem waslu fi … (id-data tar-riċevuta) mill-qorti indikata fil-punt 4.
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA F (10)
TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN (Artikolu 12(1) u Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili (kumpilazzjoni tax-xhieda) (11)) |
IT-TALBA LI ĠEJJA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA NTBAGĦTET IŻDA MHI DISPONIBBLI L-EBDA INFORMAZZJONI DWAR L-EŻITU TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta (jekk disponibbli): |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta: |
5. |
It-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) jew it-talba oriġinali għall-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda (formola L) hija mehmuża. ☐
Informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-qorti rikjedenti:
…………………………………… Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA G (12)
TWEĠIBA GĦAL TALBA GĦAL INFORMAZZJONI DWAR DEWMIEN (Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (13)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta (jekk disponibbli): |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti/korp ċentrali/awtorità kompetenti rikjesta: |
5. |
ID-DEWMIEN KIEN DOVUT GĦAL:
|
6. |
Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA H
NOTIFIKA DWAR IT-TALBA GĦAL PROĊEDURI SPEĊJALI U/JEW GĦALL-UŻU TA’ TEKNOLOĠIJI TA’ KOMUNIKAZZJONI (Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (14)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti rikjesta: |
5. |
It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda skont il-proċedura speċjali indikata fil-punt 12.1. tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda (formola A) ma setatx tiġi ssodisfata għax:
|
6. |
It-talba għall-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda permezz tal-użu ta’ teknoloġija ta’ komunikazzjoni mill-bogħod indikati fil-punt 12.2. tat-talba (formola A) għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma setgħatx tiġi ssodisfata għax:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA I
IN-NOTIFIKA TAD-DATA, IL-ĦIN, IL-POST TAL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA U L-KONDIZZJONIJIET GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI (Artikoli 13(4) u 14(5) tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (15)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Qorti rikjedenti
|
4. |
Qorti rikjesta
|
5. |
Id-data u l-ħin tal-kumpilazzjoni tax-xhieda: |
6. |
Il-post tal-kumpilazzjoni tax-xhieda, jekk differenti minn dak imsemmi fil-punt 4: |
7. |
Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom il-partijiet u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jipparteċipaw: |
8. |
Fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jipparteċipaw ir-rappreżentanti tal-qorti rikjedenti:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA J
NOTIFIKA TA’ DEWMIEN (Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (16)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti rikjesta: |
5. |
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ma tistax tiġi eżegwita fi żmien 90 jum minn meta waslet minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
|
6. |
Huwa stmat li t-talba ser tiġi eżegwita sa ... (indika data prevista).
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA K
INFORMAZZJONI DWAR L-EŻEKUZZJONI TAT-TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI TAX-XHIEDA (Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (17)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Isem il-qorti rikjesta: |
5. |
It-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda ġiet eżegwita ☐
Id-dokumenti li jikkonfermaw l-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda huma mehmuża: |
6. |
L-eżekuzzjoni tat-talba għall-kumpilazzjoni tax-xhieda inċaħdet minħabba li:
|
7. |
Raġunijiet oħra għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA L
TALBA GĦALL-KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA (Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) (18)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/l-awtorità kompetenti ((*)): |
3. |
Qorti rikjedenti:
|
4. |
Korp ċentrali/awtorità kompetenti tal-Istat rikjest
|
5. |
Fil-każ imressaq mir-rikorrent/mill-petizzjonant(i) (19)
|
6. |
Rappreżentanti tar-rikorrent/tal-petizzjonant
|
7. |
Kontra l-konvenut/l-intimat(i) (20)
|
8. |
Rappreżentanti tal-konvenut/tal-intimat
|
9. |
Il-provi ser jinġabru permezz ta’:
|
10. |
In-natura u s-suġġett tal-każ u dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti (f’anness, skont il-każ): |
11. |
Kumpilazzjoni tax-xhieda li għandha ssir
|
12. |
Il-qorti rikjedenti titlob li l-kumpilazzjoni tax-xhieda ssir direttament bl-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni stabbilita fil-formola N ☐
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA M
INFORMAZZJONI MILL-KORP ĊENTRALI/AWTORITÀ KOMPETENTI DWAR KUMPILAZZJONI DIRETTA TAX-XHIEDA (Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (għall-kumpilazzjoni tax-xhieda) (21)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti: |
2. |
Numru ta’ referenza tal-korp ċentrali/awtorità kompetenti: |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti: |
4. |
Korp ċentrali/awtorità kompetenti
|
5. |
Informazzjoni mill-korp ċentrali/awtorità kompetenti
|
6. |
Il-qorti li ġejja ġiet assenjata biex tipprovdi assistenza prattika fil-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda:
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
FORMOLA N
INFORMAZZJONI DWAR IL-PRATTIKALITAJIET TEKNIĊI BIEX ISSIR VIDJOKONFERENZA JEW BIEX TINTUŻA TEKNOLOĠIJA OĦRA TA’ KOMUNIKAZZJONI MILL-BOGĦOD (Artikoli 12(4) u 20 tar-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (kumpilazzjoni tax-xhieda) (22)) |
1. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjedenti ((*)): |
2. |
Numru ta’ referenza tal-qorti rikjesta ((*)): |
3. |
Isem il-qorti rikjedenti ((*)): |
4. |
Isem il-qorti rikjesta ((*)): |
5. |
Data teknika tal-qorti rikjedenti:
|
6. |
Forma preferuta ta’ konnessjoni (fil-każ ta’ aktar possibbiltajiet imniżżla fil-punt 5): |
7. |
Data/i u ħin(ijiet) preferuti ta’ konnessjoni:
|
8. |
Data/i u ħin(ijiet) preferuti għall-ittestjar tal-konnessjoni:
|
9. |
Informazzjoni dwar l-interpretazzjoni:
|
10. |
Informazzjoni dwar jekk hux ser issir reġistrazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda (24):
|
11. |
Oħra: ….
Magħmul fi: Data: Firma u/jew timbru jew firma elettronika u/jew siġill elettroniku: |
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(2) Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 4.1. sa 4.5.
(3) Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 6.1. sa 6.5.
(4) Fejn ikun hemm aktar minn rappreżentant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punt 9.2.
(5) Dan il-punt japplika biss mid-data ta’ applikazzjoni tas-sistema tal-IT deċentralizzata.
(6) ĠU L 405, 2.12.2020, p. 1.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(10) L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.
(12) L-użu ta’ din il-formola mhuwiex obbligatorju.
(14) ĠU 405, , 2.12.2020, p. 1
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(19) Fejn ikun hemm aktar minn rikorrent/petizzjonant wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 5.1. sa 5.5.
(20) Dan il-punt mhux obbligator ju.Fejn ikun hemm aktar minn konvenut/intimat wieħed, jekk jogħġbok agħti informazzjoni kif stabbilit fil-punti 7.1. sa 7.5.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
((*)) Dan il-punt mhux obbligatorju.
(23) Ħin lokali tal-Istat Membru rikjest.
(24) Pereżempju reġistrazzjoni jew traskrizzjoni online tal-kumpilazzjoni tax-xhieda.
ANNESS II
REGOLAMENT IMĦASSAR B’LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1) |
|
Regolament (KE) Nru 1103/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Ottubru 2008 li jadatta numru ta’ strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju — Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju — It-Tielet Parti (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 80) |
L-emendi biss għall-Artikoli 19(2) u 20 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001 |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) |
– |
– |
Artikolu 2 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 5(3) |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7(1) |
– |
Artikolu 7(2), (3) u (4) |
– |
Artikolu 8 |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 13(2) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 13(3) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 12(3) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 12(5) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 16(3) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 17(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 19(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 17(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 19(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 17(4), it-tielet subparagrafu |
– |
– |
Artikolu 19(5) |
– |
Artikolu 19(6) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 19(7) |
Artikolu 17(6) |
Artikolu 19(8) |
– |
Artikolu 20 |
– |
Artikolu 21 |
Artikolu 18 |
Artikolu 22 |
Artikolu 19(1) |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 19(2) |
– |
– |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 20 |
Artikolu 26 |
– |
Artikolu 24 |
– |
Artikolu 25 |
– |
Artikolu 27 |
– |
Artikolu 28 |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 29(1) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 21(3)(a) |
– |
Artikolu 21(3)(b) |
Artikolu 29(3)(a) |
Artikolu 21(3)(c) |
Artikolu 29(3)(b) |
– |
Artikolu 30 |
Artikolu 22, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 22, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 31(2) |
– |
Artikolu 31(3) |
– |
Artikolu 31(4) |
– |
Artikolu 32 |
Artikolu 23 |
Artikolu 33(1) |
– |
Artikolu 33(2) |
Artikolu 24 |
– |
– |
Artikolu 34 |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 35(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 35(1), it-tieni subparagrafu |
– |
Artikolu 35(2) |
|
Artikolu 35(3) |
Anness |
Anness I |
– |
Anness II |
– |
Anness III |