|
27.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 398/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1773
tas-26 ta’ Novembru 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 429/2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf u l-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu l-għan li jżid it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Unjoni fil-katina alimentari. Għal dak il-għan, dan jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-għan li tissaħħaħ it-trasparenza fil-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-addittivi tal-għalf. |
|
(3) |
Biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali, ir-Regolament (UE) 2019/1381 jemenda d-dispożizzjonijiet relatati mat-trasparenza u l-kunfidenzjalità stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tal-addittivi tal-għalf, l-emendi li saru għar-Regolament (KE) Nru 178/2002 bir-Regolament (UE) 2019/1381 għandhom ukoll impatt dirett fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 429/2008 sa fejn huma kkonċernati l-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dossiers tal-applikazzjoni, li jeħtieġu l-adattament ta’ dawk ir-rekwiżiti għal raġunijiet ta’ konsistenza u ċertezza legali. Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 jenħtieġ jiġi emendat biex jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet addizzjonali meħtieġa rigward il-preparazzjoni u l-preżentazzjoni tad-dossiers tal-applikazzjoni. |
|
(5) |
B’mod partikolari, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 429/2008 jiġu adattati fir-rigward tat-talbiet ta’ kunfidenzjalità, il-format tal-informazzjoni u tad-data ta’ sostenn tal-applikazzjonijiet, li jenħtieġ ikunu elettroniċi u jridu jikkonformaw mal-formati standard tad-data, mal-kunċett tas-sommarju tad-dossier minħabba l-prinċipju tat-trasparenza stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1381 u mar-referenza għall-istudji notifikati skont l-Artikolu 32b tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament jenħtieġ japplika mis-27 ta’ Marzu 2021 u għall-applikazzjonijiet u d-dossiers imressqa minn dik id-data, li hi d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1381. |
|
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 429/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 429/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 429/2008 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 hu sostitwit b’dan li ġej: “2. Qabel l-adozzjoni ta’ formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-applikazzjoni u d-dossier għandhom jitressqu bis-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni, b’format elettroniku li jippermetti t-tniżżil, l-istampar u t-tiftix tad-dokumenti. Wara l-adozzjoni tal-formati standard tad-data skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-applikazzjoni u d-dossier għandhom jitressqu bis-sistema ta’ sottomissjoni elettronika pprovduta mill-Kummissjoni skont dawk il-formati standard tad-data. (*1) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002. p. 1).” " |
|
(2) |
L-Annessi I u II huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-27 ta’ Marzu 2021 u għall-applikazzjonijiet u d-dossiers mressqa minn dik id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1381 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 1829/2003, (KE) Nru 1831/2003, (KE) Nru 2065/2003, (KE) Nru 1935/2004, (KE) Nru 1331/2008, (KE) Nru 1107/2009, (UE) 2015/2283 u d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 231, 6.9.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002. p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 429/2008 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-punt 1.5 hu sostitwit b’dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).” " |
|
(2) |
L-Anness II hu emendat kif ġej:
|
(*1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).” ”