|
6.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 370/7 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1649
tas-6 ta’ Novembru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqiesu l-ħatriet ministerjali reċenti, jenħtieġ li jiżdiedu tmien persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(3) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“303. |
Bassam TOU’MA (magħruf ukoll bħala TU’MA) (بسام طعمة) |
Data tat-twelid: 1969 Post tat-twelid: Safita, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru għaż-żejt u r-riżorsi minerali. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
304. |
Hassan GHABACHE (magħruf ukoll bħala GHOBASH, AL-GHABBASH) (حسن غباشة) |
Data tat-twelid: 1971 Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru għas-saħħa. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
305. |
Ziyad SABBAGH (زياد صباغ) |
Data tat-twelid: 1960 Post tat-twelid: Aleppo, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru għall-Industrija. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
306. |
Mohammad Hassan QATANA (حسن قطانة) |
Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru għall-Agrikoltura u r-Riforma agrarja. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
307. |
Ghassan ZAMEL (magħruf ukoll bħala AL-ZAMIL, AL-ZAMEL) (غسان زامل) |
Data tat-twelid: 1963 Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru għall-Elettriku. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
308. |
Mohamad (magħruf ukoll bħala Mohammad) Fayez BARCHA (magħruf ukoll bħala BARSHA, AL-BARASHA) (محمد فايز برشة) |
Data tat-twelid: 1955 Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
309. |
Malloul (magħruf ukoll bħala Maloul) HUSSEIN (magħruf ukoll bħala AL-HUSSEIN) (ملول حسين) |
Data tat-twelid: 1950 Post tat-twelid: Provinċja ta’ Al-Hasakah, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili. |
6.11.2020 |
|
310. |
Mohammad Samir HADDAD (محمد سمير حداد) |
Data tat-twelid: 1956 Post tat-twelid: Tartous, is-Sirja Sess: Raġel |
Ministru tal-Istat. Maħtur f’Awwissu 2020. Bħala Ministru tal-Gvern, iġorr parti mir-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.” |
6.11.2020 |