6.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 370/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1648

tas-6 ta’ Novembru 2020

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja.

(2)

Fid-9 ta’ Awwissu 2020, il-Belarussja kellha elezzjonijiet presidenzjali, li nstab li kienu inkonsistenti mal-istandards internazzjonali u li ġew imxekkla mir-repressjoni ta’ kandidati indipendenti u repressjoni brutali fuq dimostranti paċifiċi wara dawk l-elezzjonijiet. Fil-11 ta’ Awwissu 2020, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-‘Rappreżentant Għoli’) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tqis li l-elezzjonijiet la kienu liberi u lanqas ġusti. Ġie ddikjarat ukoll li jistgħu jittieħdu miżuri kontra dawk responsabbli għall-vjolenza, l-arresti mhux ġustifikati u l-falsifikazzjoni tar-riżultati tal-elezzjoni.

(3)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adottata r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1387 (2) li ddeżinja 40 individwu bħala responsabbli għal repressjoni u intimidazzjoni ta’ dimostranti paċifiċi, membri tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja, kif ukoll għat-tmexxija ħażina tal-proċess elettorali għal dawk l-elezzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali.

(4)

Fl-24 ta’ Settembru 2020, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li fiha stqarr li l-hekk imsejħa “inawgurazzjoni” u l-mandat il-ġdid iddikjarat minn Aleksandr Lukashenko ma għandhom ebda leġittimità demokratika. Id-dikjarazzjoni tenniet mill-ġdid l-aspettattiva tal-Unjoni li l-awtoritajiet Belarussi jieqfu minnufih milli jwettqu kwalunkwe repressjoni u vjolenza ulterjuri fil-konfront tal-poplu Belarussu u jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha detenuti, inkluż il-priġunieri politiċi.

(5)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja, minħabba r-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-attivisti tal-oppożizzjoni, jenħtieġ li Aleksandr Lukashenko u 14-il persuna oħra jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(6)

Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b’dan emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1387 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (ĠU L 319I, 2.10.2020, p. 1).


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, jiżdiedu l-persuni li ġejjin:

 

Ismijiet

Traskrizzjoni ta’ ortografija Belarussa

Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

Ismijiet

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta’

identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

“45.

Aliaksandr Ryhoravich LUKASHENKA

Alexandr Grigorievich LUKASHENKO

Аляксандр Рыгоравiч ЛУКАШЭНКА

Александр Григорьевич ЛУКАШЕНКО

President tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 30.8.1954

Post tat-twelid: Kopys settlement, Vitebsk/Viciebsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Bħala l-President tal-Belarussja b’awtorità fuq il-korpi statali, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mill-apparat tal-Istat qabel u wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-esklużjoni ta’ kandidati ewlenin tal-oppożizzjoni, arresti arbitrarji u l-maltrattament ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti.

46.

Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA

Viktor Aleksandrovich LUKASHENKO

Вiктар Аляксандравiч ЛУКАШЭНКА

Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО

Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà

Data tat-twelid: 28.11.1975

Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

47.

Ihar Piatrovich SERGYAENKA

Igor Petrovich SERGEENKO

Iгар Пятровiч СЕРГЯЕНКА

Игорь Петрович СЕРГЕЕНКО

Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali

Data tat-twelid: 14.1.1963

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Stolitsa fl-Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għaldaqstant qiegħed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020.

48.

Ivan Stanislavavich TERTEL

Ivan Stanislavovich TERTEL

Iван Станiслававiч ТЭРТЭЛЬ

Иван Станиславович ТЕРТЕЛЬ

President tal-KGB, eks President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali

Data tat-twelid: 8.9.1966

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Privalki/Privalka fl-Oblast ta’ Hrodna/Grodno (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali KGB u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

49.

Raman Ivanavich MELNIK

Roman Ivanovich MELNIK

Раман Iванавiч МЕЛЬНIК

Роман Иванович МЕЛЬНИК

Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni,

Data tat-twelid: 29.5.1964

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

50.

Ivan Danilavich NASKEVICH

Ivan Danilovich NOSKEVICH

Iван Данiлавiч НАСКЕВIЧ

Иван Данилович НОСКЕВИЧ

President tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 25.3.1970

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fl-Oblast ta’ Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

51.

Aliaksey Aliaksandravich VOLKAU

Alexey Aleksandrovich VOLKOV

Аляксей Аляксандравiч ВОЛКАЎ

Алексей Александрович ВОЛКОВ

Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, attwalment President tal-Kumitat tal-Istat għall-Għarfien Espert fil-Forensika

Data tat-twelid: 7.9.1973

Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ tmexxija bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

52.

Siarhei Yakaulevich AZEMSHA

Sergei Yakovlevich AZEMSHA

Сяргей Якаўлевiч АЗЕМША

Сергей Яковлевич АЗЕМША

Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 17.7.1974

Post tat-twelid: Rechitsa, Oblast ta’ Gomel (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

53.

Andrei Fiodaravich SMAL

Andrei Fyodorovich SMAL

Андрэй Фёдаравiч СМАЛЬ

Андрей Федорович СМАЛЬ

Viċi President tal-Kumitat Investigattiv

Data tat-twelid: 1.8.1973

Post tat-twelid: Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l-investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni mnedija mill-oppożizzjoni biex jikkontesta r-riżultat ta’ dik l-elezzjoni u kontra d-dimostranti paċifiċi.

54.

Andrei Yurevich PAULIUCHENKA

Andrei Yurevich PAVLYUCHENKO

Андрэй Юр’евiч П АЎЛЮЧЕНКА

Андрей Юрьевич ПАВЛЮЧЕНКО

Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku

Data tat-twelid: 1.8.1971

Ġeneru: maskil:

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari billi xekkel il-konnessjoni man-networks tat-telekomunikazzjoni bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

55.

Ihar Ivanavich BUZOUSKI

Igor Ivanovich BUZOVSKI

Iгар Iванавiч БУЗОЎСКI

Игорь Иванович БУЗОВСКИЙ

Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-Twelid: 10.7.1972

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Koshelevo, ir-reġjun ta’ Grodno/Hrodna (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, partikularment bid-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti.

56.

Natallia Mikalaeuna EISMANT

Natalia Nikolayevna EISMONT Natalia Nikolayevna EISMONT

Наталля Мiкалаеўна ЭЙСМАНТ

Наталья Николаевна ЭЙСМОНТ

Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja

Data tat-twelid: 16.2.1984

Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Kunjom tax-xbubija: Kirsanova (RU: Кирсанова) jew Selyun (RU Селюн)

Ġeneru: femminili

Fil-pożizzjoni tagħha bħala Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja, hija assoċjata mill-qrib mal-President u hija responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-media tal-President, fosthom l-abbozzar ta’ stqarrijiet u l-organizzazzjoni ta’ dehriet pubbliċi. Għaldaqstant qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. B’mod partikolari, bl-istqarrijiet pubbliċi tagħha fejn iddefendiet lill-President u kkritikat l-attivisti tal-oppożizzjoni kif ukoll id-dimostranti paċifiċi, li għamlet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, ikkontribwiet biex jiddgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

57.

Siarhei Yaugenavich ZUBKOU

Sergei Yevgenevich ZUBKOV

Сяргей Яўгенавiч ЗУБКОЎ

Сергей Евгеньевич ЗУБКОВ

Kmandant tal-Unità Alfa

Data tat-twelid: 21.8.1975

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fuq il-forzi tal-Unità Alfa, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet minn dawn il-forzi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti.

58.

Andrei Aliakseevich RAUKOU

Andrei Alekseevich RAVKOV

Андрэй Аляксеевiч РАЎКОЎ

Андрей Алексеевич РАВКОВ

Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà

Data tat-twelid: 25.6.1967

Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Revyaki, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: maskil

Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti..

59.

Pyotr Piatrovich MIKLASHEVICH

Petr Petrovich MIKLASHEVICH

Пётр Пятровiч МIКЛАШЭВIЧ

Петр Петрович МИКЛАШЕВИЧ

President tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja

Data tat-twelid: 18.10.1954

Post tat-twelid: Oblast ta’ Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja)

Ġeneru: Maskil

Bħala l-President tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali adottata fil-25 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha ġew leġittimizzati r-riżultati tal-elezzjonijiet frodulenti. Għaldaqstant appoġġa u ffaċilita azzjonijiet ta’ kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mill-apparat tal-Istat kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti u huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien serju tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.”