30.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 360/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1589

tat-22 ta’ Lulju 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data dwar vetturi heavy-duty ġodda li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 tispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-Istati Membri fir-rigward ta’ vetturi heavy-duty ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

(2)

Biex jiġi ffaċilitat it-tqabbil tad-data rrappurtata għal kull vettura heavy-duty mill-Istati Membri ma’ dik irrappurtata mill-manifatturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar parametri addizzjonali marbuta mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-vetturi.

(3)

Biex tkun tista’ tiġi vverifikata l-kwalità tad-data rrappurtata mill-manifatturi tal-vetturi heavy-duty, jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw ukoll il-marka tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur inkluża fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vettura.

(4)

Il-punt 2 tal-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jispeċifika d-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrappurtata mill-manifatturi ta’ kull vettura heavy-duty ġdida.

(5)

Biex jiġi żgurat rappurtar uniformi tal-informazzjoni dwar il-manifatturi tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati jew tas-sistemi, jenħtieġ li jiddaħħlu referenzi għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (2).

(6)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika l-kwalità tad-data rrappurtata mill-manifatturi fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-magna, jenħtieġ li l-manifatturi jirrappurtaw ukoll in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A jiżdiedu l-punti (g) sa (n) li ġejjin:

(a)

Jiżdiedu l-punti (g) sa (n) li ġejjin:

“(g)

għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, l-istadju tal-ikkompletar, kif indikat fil-mudell magħżul taċ-ċertifikat tal-konformità skont il-punt 2 tal-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE;

(h)

il-kategorija tal-vettura kif speċifikat fl-entrata 0.4 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(i)

għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2020 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2021 fil-każijiet kollha, l-għadd ta’ fusien, kif speċifikat fl-entrata 1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(j)

il-massa bit-tagħbija massima teknikament permissibbli, kif speċifikat fl-entrata 16.1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(k)

għall-vetturi rreġistrati sal-31 ta’ Diċembru 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Jannar 2022 fil-każijiet kollha, il-marka tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur kif speċifikat fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat tal-konformità; għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw biss l-ewwel tmien karattri tal-hash kriptografika;

(l)

għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif speċifikat fl-entrata 49.5 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(m)

għall-vetturi rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2021 fejn disponibbli, u għall-vetturi rreġistrati mill-1 ta’ Lulju 2021 fil-każijiet kollha, il-valur medju tat-tagħbija utli kif speċifikat fl-entrata 49.6 taċ-ċertifikat tal-konformità;

(n)

id-data tar-reġistrazzjoni.”;

(2)

fil-Parti B, il-punt 2 huwa emendat kif ġej għall-vetturi rrappurtati mill-2021 ’il quddiem:

(a)

l-entrati 24 u 25 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“24

Isem u indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni

Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-trażmissjoni”;

25

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

(b)

l-entrati 32 u 33 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“32

Isem u indirizz tal-manifattur tal-fus

Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fus”;

33

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tal-fus)

Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

(c)

l-entrati 39 u 40 jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“39

Isem u indirizz tal-manifattur tat-tajers

Il-punt 1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

Speċifikazzjonijiet ewlenin tat-tajers”;

40

Ditta (isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers)

Il-punt 3 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

(d)

tiżdied l-entrata 101 li ġejja:

Nru

Parametri tal-monitoraġġ

Sors: Il-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor

Deskrizzjoni

“101

Għall-vetturi b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2020, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna

Il-punt 1.2.1. tal-Addendum tal-Appendiċi 5, 6 jew 7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema tkun applikabbli.

Speċifikazzjonijiet tal-magna”.