30.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 360/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1588
tal-25 ta’ Ġunju 2020
li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi limiti ta’ volum għal minerali u konċentrati tat-tantalju jew nijobju, minerali u konċentrati tad-deheb, ossidi u idrossidi tal-landa, tantalati, u karburi tat-tantalju
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/821 fih lista ta’ minerali u metalli fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u jistabbilixxi ċerti limiti annwali ta’ volum ta’ importazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk il-minerali u l-metalli. |
(2) |
Skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2017/821, dak ir-Regolament ma japplikax għal importaturi tal-Unjoni fejn il-volum annwali ta’ importazzjoni tagħhom ta’ kull wieħed mill-minerali jew metalli kkonċernati jkun anqas mil-limiti stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Dawk il-limiti huma stabbiliti f’livell li jiżgura li mhux inqas minn 95 % tal-volumi totali importati fl-Unjoni ta’ kull mineral u metall ikunu soġġetti għall-obbligi tal-importaturi tal-Unjoni stipulati fir-Regolament. |
(3) |
Fiż-żmien meta ġie adottat ir-Regolament fl-2017, ma kienx hemm kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda diżaggregati b’mod suffiċjenti fir-rigward ta’ ħames minerali u metalli speċifiċi elenkati fl-Anness I. Bħala riżultat, id-data dwar l-importazzjoni fir-rigward ta’ dawk il-minerali u l-metalli ma kinitx disponibbli u għalhekk għad iridu jiġu stabbiliti ħames limiti ta’ volum fl-Anness I. |
(4) |
Skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) 2017/821, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-limiti ta’ volum li għad iridu jiġu stabbiliti fl-Anness I billi tadotta att delegat, skont l-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament (UE) 2017/821, sabiex temenda l-Anness I. Jekk dan ikun fattibbli, l-att delegat għandu jiġi adattat sal-1 ta’ April 2020 iżda mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2020. |
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2017/821 ħoloq ħames sottodiviżjonijiet tat-Tariffa Integrata ġdida tal-Komunitajiet Ewropej (“TARIC”) li jikkorrispondu għall-ħames minerali u l-metalli b’limiti li għad iridu jiġu stabbiliti, li fir-rigward tagħhom l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ġabru data doganali minn meta r-Regolament daħal fis-seħħ f’Ġunju 2017. |
(6) |
Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/821, il-Kummissjoni għandha toqgħod fuq l-informazzjoni dwar l-importazzjoni għal kull importatur tal-Unjoni pprovduta mill-Istati Membri għas-sentejn ta’ qabel, u għalhekk għall-2018 u l-2019. |
(7) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/821 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament Delegat.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament Delegat għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament Delegat għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-“Parti A: Minerali”, it-tabella hija emendata kif ġej:
|
(2) |
fil-“Parti B: Metalli”, it-tabella hija emendata kif ġej:
|