16.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 342/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1505

tas-16 ta’ Ottubru 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u meta jitqiesu l-ħatriet ministerjali reċenti, jenħtieġ li jiżdiedu seba’ persuni mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. L-informazzjoni relatata ma’ 18-il persuna li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 36/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


ANNESS

I.   

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni”) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“296.

Talal AL-BARAZI (magħruf ukoll bħala Barazi)

(طلال البرازي)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Il-belt ta’ Hama, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għall-Kummerċ Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Maħtur f’Mejju 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

297.

Loubana MOUCHAWEH

 

(لبانة مشوّح)

Data tat-twelid: 1955;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: Mara

Ministru għall-Kultura. Maħtura f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

298.

Darem TABA’A

(دارم طباع)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għall-Edukazzjoni. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

299.

Ahmad SAYYED (magħruf ukoll bħala Alsyed, al-Sayyed, al-Sayed)

(أحمد السيد)

Data tat-twelid: 1965;

Post tat-twelid: Quneitra, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għall-Ġustizzja. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

300.

Tammam RA’AD (a.k.a; Tamam; Raad)

(تمام رعد)

Data tat-twelid: 1965;

Post tat-twelid: Al-Qusayr, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għar-Riżorsi Idrawliċi. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

301.

Kinan YAGHI (magħruf ukoll bħala Yagi)

(كنان ياغي)

Data tat-twelid: 1976

Post tat-twelid: Il-kampanja ta’ Salmiya, Hama, is-Sirja;

Sess: Raġel

Ministru għall-Finanzi. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

16.10.2020

302.

Zuhair KHAZIM

 

(زهير خزيم)

Post tat-twelid: Ain al-Tinah, is-Sirja

Sess: Raġel

Ministru għat-Trasport. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.”

16.10.2020

II.   

Fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma sostitwiti kif ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“56.

Ali (

Image 1

) Abdullah (

Image 2

) (magħruf ukoll bħala Abdallah) AYYUB (

Image 3

) (magħruf ukoll bħala Ayyoub, Ayub, Ayoub, Ayob)

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja;

Sess: raġel

Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri u Ministru għad-Difiża. Maħtur f’Jannar 2018.

Uffiċjal fil-grad ta’ Ġeneral fl-Armata Sirjana fil-kariga wara Mejju 2011. Eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati Sirjani. Persuna li tappoġġa r-reġim Sirjan u responsabbli għar-repressjoni ta’ u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja.

14.11.2011

109.

Imad (Image 4) Mohammad

(Image 5) (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammed) Deeb (Image 6) KHAMIS (Image 7)

(magħruf ukoll bħala Imad Mohammad Dib Khamees)

Data tat-twelid: 1.8.1961;

Post tat-twelid: viċin Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Prim Ministru u eks Ministru għall-Elettriku.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.3.2012

178.

Nizar Wahbeh YAZAJI

(magħruf ukoll bħala Nizar Wehbe Yazigi)

(نزار وهبه يازجي)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għas-Saħħa.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

21.10.2014

180.

Ahmad AL-QADRI

(أحمد القادري)

Data tat-twelid: 1956;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Agrikoltura u r-Riforma Agrarja.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

190.

Hussein ARNOUS (magħruf ukoll bħala Arnus) (حسين عرنوس)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Idleb, is-Sirja; Sess: raġel

Prim Ministru. Maħtur f’Awwissu 2020.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

24.6.2014

217.

Atef NADDAF

( Image 8)

Data tat-twelid: 1956;

Post tat-twelid: Il-kampanja ta’ Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għan-Negozju Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

218.

Hussein MAKHLOUF

(magħruf ukoll bħala Makhluf)

(Image 9)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja;

Sess: raġel

Ministru għall-Amministrazzjoni Lokali u l-Ambjent.

Eks Gvernatur tal-Gvernorat ta’ Damasku.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

Kuġin ta’ Rami Makhlouf.

14.11.2016

220.

Ali GHANEM

( Image 10)

Data tat-twelid: 1963;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għaż-Żejt u r-Riżorsi Minerali.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

222.

Mohammed (magħruf ukoll bħala Mohamed, Muhammad, Mohammad) AL-AHMED (magħruf ukoll bħala al-Ahmad)

( Image 11)

Data tat-twelid: 1961;

Post tat-twelid: Lattakia, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Kultura.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

223.

Ali HAMOUD

(magħruf ukoll bħala Hammoud)

(Image 12)

Data tat-twelid: 1964;

Post tat-twelid: Tartus, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għat-Trasport.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

224.

Mohammed Zuhair (magħruf ukoll bħala Zahir) KHARBOUTLI

( Image 13)

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Elettriku.

Bħala Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

225.

Maamoun (magħruf ukoll bħala Ma’moun) HAMDAN

( Image 14)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Finanzi.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

229.

Abdullah ABDULLAH

( Image 15)

Data tat-twelid: 1956;

Sess: raġel

Eks Ministru tal-Istat.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

230.

Salwa ABDULLAH

( Image 16)

Data tat-twelid: 1953;

Post tat-twelid: Quneitra, is-Sirja;

Sess: mara

Ministru għall-Affarijiet Soċjali u x-Xogħol. Maħtura f’Awwissu 2020.

Eks Ministru tal-Istat.

Bħala Ministru tal-Gvern, tikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

231.

Rafe’a Abu SA’AD (magħruf ukoll bħala Saad)

(Image 17)

Data tat-twelid: 1954;

Post tat-twelid: ir-raħal ta’ Habran, il-provinċja ta’ Sweida, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru tal-Istat.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

14.11.2016

239.

Hisham Mohammad Mamdouh AL-SHA’AR

(هشام محمد ممدوح الشعار)

Data tat-twelid: 1958;

Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Ġustizzja.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

30.5.2017

277.

Imad Muwaffaq AL-AZAB

(عماد موفق العزب)

Data tat-twelid: 1970;

Post tat-twelid: Il-kampanja ta’ Damasku, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru tal-Edukazzjoni.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019

281.

Mohammad Maen Zein Jazba AL-ABIDIN

(magħruf ukoll bħala Mohammad Maen Zein Jazba Al-Abidin)

(محمد معن زين العابدين)

Data tat-twelid: 1962;

Post tat-twelid: Aleppo, is-Sirja;

Sess: raġel

Eks Ministru għall-Industrija.

Bħala eks Ministru tal-Gvern, jikkondividi r-responsabbiltà għar-repressjoni vjolenti tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni ċivili.

4.3.2019”