16.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1485

tat-12 ta’ Ottubru 2020

li jemenda Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 (1) jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed.

(2)

Il-pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran (‘il-Pjan’) ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati jiġu ffissati b’mod li jiksbu mortalità mis-sajd fil-livell tar-rendiment massimu sostenibbli (l-“MSY”) fuq bażi progressiva u inkrementali sal-2020 fejn possibbli, u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2025.

(3)

Skont ir-Regolament (UE) 2019/1022, jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jingħataw f’termini tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli u jiġu ffissati skont ir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit f’dak ir-Regolament. Kull Stat Membru kien meħtieġ jikkalkula l-linja bażi għal kull grupp tal-isforz tas-sajd jew kull subżona ġeografika bħala l-isforz tas-sajd medju, espress bħala l-għadd ta’ jiem tas-sajd bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2017, u jenħtieġ li jitqiesu biss il-bastimenti attivi matul dak il-perjodu. L-Istati Membri ddikjaraw id-data dwar l-isforz tal-linja bażi tagħhom skont is-segmenti tal-flotta u l-jiem tas-sajd.

(4)

Matul il-proċess ta’ stima tal-linja bażi għat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd, Spanja identifikat żball fil-kalkolu tekniku li ntuża biex jaqsam il-jiem tas-sajd bejn is-sajd kostali u s-sajd fil-fond fil-każ ta’ vjaġġi b’durata ta’ aktar minn jum.

(5)

Konsegwentement, huwa neċessarju li jiġi emendat il-kalkolu tal-linja bażi ta’ Spanja rigward l-isforz tas-sajd massimu permissibbli f’jiem tas-sajd. Tali modifika tal-kalkolu ma taffettwax l-għadd totali ta’ jiem tas-sajd għal Spanja, u lanqas ma għandha implikazzjoni għall-Istati Membri l-oħra li jimplimentaw il-pjan. Madankollu, tali modifika hija meħtieġa sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskrepanza bejn ir-rappurtar ta’ Spanja dwar l-isforz tas-sajd tagħha u l-ammont tal-isforz tas-sajd stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/2236.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/2236 jiġi emendat skont dan.

(7)

Għal raġunijiet ta’ urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament hekk kif jiġi ppubblikat. Ir-Regolament (UE) 2019/2236 japplika mill-1 ta’ Jannar 2020. Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet għall-gruppi ta’ sforz tas-sajd ikkonċernati għadhom ma ġewx eżawriti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/2236, it-taqsima (a)hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Fil-Baħar Alboran, fil-Gżejjer Baleariċi, fit-Tramuntana ta’ Spanja u fil-Golf ta’ Lion (is-subżoni ġeografiċi 1-2-5-6-7)

Grupp ta’ stokkijiet

Tul sħiħ tal-bastimenti

Spanja

Franza

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

It-trilja tal-ħama fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7; il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 1-5-6-7; il-gamblu abjad fis-subżoni ġeografiċi 1, 5 u 6; u l-iskampu fis-subżoni ġeografiċi 5 u 6.

< 12-il metru

2 260

0

0

EFF1/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

24 284

0

0

EFF1/MED1_TR2

≥ 18-il m u < 24 m

45 563

5 144

0

EFF1/MED1_TR3

≥ 24 metru

16 047

6 258

0

EFF1/MED1_TR4

Il-gamblu l-blu u l-aħmar fis-subżoni ġeografiċi 1, 5, 6 u 7.

< 12-il metru

0

0

0

EFF2/MED1_TR1

≥ 12-il metru u < 18-il metru

1 139

0

0

EFF2/MED1_TR2

≥ 18-il m u < 24 m

11 535

0

0

EFF2/MED1_TR3

≥ 24 metru

9 260

0

0

EFF2/MED1_TR4”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2019 li jiffissa, għall-2020, l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 336, 30.12.2019, p. 14).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 1).