6.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 324/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1396

tal-5 ta’ Ottubru 2020

dwar l-awtorizzazzjoni tal-ġeranjol, taċ-ċitral, tat-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, taż-(Z)-nerol, tal-aċetat tal-ġeranil, tal-butirat tal-ġeranil, tal-format tal-ġeranil, tal-propjonat tal-ġeranil, tal-propjonat tan-neril, tal-format tan-neril, tal-aċetat tan-neril, tal-isobutirat tan-neril, tal-isobutirat tal-ġeranil u tal-aċetat tal-prenil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sustanzi ġeranjol, ċitral, 3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol, (Z)-nerol, aċetat tal-ġeranil, butirat tal-ġeranil, format tal-ġeranil, propjonat tal-ġeranil, propjonat tan-neril, format tan-neril, aċetat tan-neril, isobutirat tan-neril, isobutirat tal-ġeranil u aċetat tal-prenil (“is-sustanzi kkonċernati”) kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien permezz tad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. L-applikant talab biex dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-25 ta’ Mejju 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li għall-ambjent tal-baħar, il-livell tal-użu sikur huwa stmat li huwa 0,05 mg/kg għalf. Il-livelli tal-użu proposti għas-sustanzi kkonċernati jaqbżu l-livell sikur għall-ambjent tal-baħar, u għalhekk l-użu għall-annimali tal-baħar mhuwiex awtorizzat. Fl-opinjoni tagħha l-Awtorità kkonkludiet ukoll li, peress li s-sustanzi kkonċernati huma effikaċi meta jintużaw fl-ikel bħala aromatizzanti u li l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma hemmx bżonn li tintwera xi effikaċja oħra. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-għalf. Għalkemm l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb, jenħtieġ li jkun possibbli li jintużaw is-sustanzi kkonċernati fl-għalf kompost li sussegwentement jiġu amministrati permezz tal-ilma.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li fin-nuqqas ta’ data s-sustanzi kkonċernati jenħtieġ li jitqiesu bħala perikolużi għall-ġilda, u perikolużi meta jiġu f’kuntatt mal-għajnejn u mal-esponiment għan-nifs. Huwa rrapportat ukoll li l-ġeranjol, iċ-ċitral u t-3,7,11-trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol huma sensitizzaturi tal-ġilda. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu tas-sustanzi kkonċernati jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux li jiġi ffissat kontenut massimu, u meta titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, jenħtieġ li fuq it-tikketta tal-addittiv tal-għalf jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Fejn dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni.

(8)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ April 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ Ottubru 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta’ Ottubru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-26 ta’ Ottubru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem

(ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2016;14(6):4512.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b02012

Ġeranjol

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ġeranjol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ġeranjol

Prodott permezz tad-distillazzjoni frazzjonali ta’ żejt essenzjali jew permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C10H18O

Numru CAS: 106-24-1

Nru FLAVIS: 02.012

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-ġeranjol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 25 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-25 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b02029

3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol

Kompożizzjoni tal-addittiv

3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 96 % assaġġ

Formula kimika: C15H26O

Numru CAS: 4602-84-0

Nru FLAVIS: 02.029

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-3,7,11-Trimetildodeka-2,6,10-trien-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b02058

(Z)-Nerol

Kompożizzjoni tal-addittiv

(Z)-Nerol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

(Z)-Nerol

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C10H18O

Numru CAS: 106-25-2

Nru FLAVIS: 02.058

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni taż-(Z)-nerol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b05020

Ċitral

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ċitral

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċitral

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 96 % assaġġ

Formula kimika: C10H16O

Numru CAS: 5392-40-5

Nru FLAVIS: 05.020

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni taċ-ċitral fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 25 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-25 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09011

Aċetat tal-ġeranil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tal-ġeranil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat tal-ġeranil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 90 % assaġġ

Formula kimika: C12H20O2

Numru CAS: 105-87-3

Nru FLAVIS: 09.011

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09048

Butirat tal-ġeranil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Butirat tal-ġeranil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Butirat tal-ġeranil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 92 % assaġġ

Formula kimika: C14H24O2

Numru CAS: 106-29-6

Nru FLAVIS: 09.048

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-butirat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09076

Format tal-ġeranil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Format tal-ġeranil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Format tal-ġeranil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 94 % assaġġ

Formula kimika: C11H18O2

Numru CAS: 105-86-2

Nru FLAVIS: 09.076

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-format tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09128

Propjonat tal-ġeranil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Propjonat tal-ġeranil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Propjonat tal-ġeranil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 92 % assaġġ

Formula kimika: C13H22O2

Numru CAS: 105-90-8

Nru FLAVIS: 09.128

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-propjonat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09169

Propjonat tan-neril

Kompożizzjoni tal-addittiv

Propjonat tan-neril

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Propjonat tan-neril

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C13H22O2

Numru CAS: 105-91-9

Nru FLAVIS: 09.169

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-propjonat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09212

Format tan-neril

Kompożizzjoni tal-addittiv

Format tan-neril

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Format tan-neril

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 90 % assaġġ

Formula kimika: C11H18O2

Numru CAS: 2142-94-1

Nru FLAVIS: 09.212

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-format tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09213

Aċetat tan-neril

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tan-neril

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat tan-neril

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 93 % assaġġ

Formula kimika: C12H20O2

Numru CAS: 141-12-8

Nru FLAVIS: 09.213

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċetat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel u fit-tikkettar tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09424

Isobutirat tan-neril

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isobutirat tan-neril

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isobutirat tan-neril

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 92 % assaġġ

Formula kimika: C14H24O2

Numru CAS: 2345-24-6

Nru FLAVIS: 09.424

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tan-neril fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09431

Isobutirat tal-ġeranil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isobutirat tal-ġeranil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isobutirat tal-ġeranil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C14H24O2

Numru CAS: 2345-26-8

Nru FLAVIS: 09.431

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tal-ġeranil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-5 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030

2b09692

Aċetat tal-prenil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tal-prenil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat tal-prenil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C7H12O2

Numru CAS: 1191-16-8

Nru FLAVIS: 09.692

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-prenil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel ta’ aromatizzanti.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 1 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 1 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk il-kontenut tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % jaqbeż il-1 mg/kg.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

26.10.2030


(1)  = Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports