2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1377
tal-1 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ tal-ħalib, għall-ispeċijiet porċini minuri kollha għajr l-annimali riproduttivi (detentur tal-awtorizzazzjoni Beldem, diviżjoni ta’ Puratos NV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet porċini kollha, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-addittiv ġie awtorizzat għal għaxar snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/211 (2) għat-tjur, għad-driefeġ miftuma u għall-ħnieżer tas-simna. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tas-7 ta’ Ottubru 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) ma għandux effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumatur jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali u li ma setgħet issir l-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni dermali mill-addittiv. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Fl-opinjoni preċedenti tagħha (4), l-Awtorità kkonkludiet li l-addittiv wera titjib ta’ prestazzjoni żooteknika fid-driefeġ miftuma u fil-ħnieżer tas-simna u din il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-ispeċijiet porċini kollha minn dawk tal-ħalib sa dawk għall-qatla, iżda ma ntwerietx l-effikaċja għall-ħnieżer nisa jew għal speċijiet porċini oħra għar-riproduzzjoni. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis (LMG S-15136) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dan il-preparat jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u il-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/211 tas-7 ta’ Frar 2017 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott minn Bacillus subtilis (LMG-S 15136) bħala addittiv tal-għalf għat-tjur, għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għat-tismin u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1259/2004, (KE) Nru 1206/2005, u (KE) Nru 322/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 516/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Beldem, diviżjoni ta’ Puratos NV) (ĠU L 33, 8.2.2017, p. 23).
(3) EFSA Journal 2019;17(11):5892.
(4) EFSA Journal 2016;14(9):4562.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||
Unità ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||
4a1606i |
Beldem, diviżjoni ta’ Puratos NV |
Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Bacillus subtilis LMG S-15136 b’attività minima ta’: 400 IU (1)/g Forma solida u forma likwida |
Driefeġ tal-ħalib Speċijiet porċini minuri għajr l-annimali riproduttivi |
- |
10 IU |
- |
|
22.10.2030 |
||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Bacillus subtilis LMG S-15136 |
|||||||||||||
Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf:
|
(1) IU wieħed huwa l-ammont ta’ enzimi li jillibera mikromolu wieħed ta’ zokkrijiet riduċenti (ekwivalenti ta’ ksilożi) fil-minuta mill-ksilan tal-fagu b’pH ta’ 4,5 u f’temperatura ta’ 30 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports