|
1.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1367
tal-1 ta’ Ottubru 2020
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Diċembru 2019, il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, ħabbar il-ftuħ ta’ pont ferrovjarju fuq l-Istrett ta’ Kerch, li indika l-implimentazzjoni tal-proġett usa’ tal-konnessjoni tal-infrastrutturi ferrovjarji tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment u dawk tar-Russja. |
|
(3) |
L-Unjoni ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa. Il-kostruzzjoni tal-pont u l-linji ferrovjarji li jgħaqqduh mal-infrastruttura preeżistenti tat-trasport għandha l-għan li tikkonsolida l-kontroll tal-Federazzjoni Russa fuq il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment u li jiżolaw aktar il-peniżola mill-Ukrajna. |
|
(4) |
Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżiedu erba’ entitajiet u żewġ individwi mal-lista’ ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għar-rwol tagħhom fit-tfassil, il-bini u l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja li tgħaqqad lir-Russja u l-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ROTH
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
|
|
Persuni
|
|
|
Entitajiet
|