29.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1336
tal-25 ta’ Settembru 2020
li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
(1) |
Fit-30 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċertu alkoħols tal-polivinil (“PVA”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2019 minn Kuraray Europe GmbH (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali ta’ PVA tal-Unjoni. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali li jirriżulta minn dan, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Partijiet interessati
(3) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi tal-Unjoni oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
(4) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Il-partijiet interessati kollha li talbu s-seduta ta’ smigħ ingħataw il-possibbiltà li jinstemgħu. |
1.3. Kummenti dwar il-bidu
(5) |
Wara l-bidu, diversi utenti tal-prodott ikkonċernat sostnew li s-sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni pprovduta fil-verżjoni miftuħa tal-ilment ma kienx dettaljat biżżejjed jew ma kienx komplut, għalhekk ma ppermettiex li tinftiehem b’mod raġonevoli s-sustanza tal-informazzjoni kunfidenzjali. |
(6) |
Il-Kummissjoni qieset li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment miftuħ għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt il-kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċedimenti. |
(7) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6(5) tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollha effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni. |
(8) |
L-informazzjoni li għaliha ntalab trattament kunfidenzjali taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Fi kwalunkwe każ, l-ilmentatur ipprovda sommarji tal-kontenut tas-segmenti kunfidenzjali tal-ilment u l-kategorizzazzjoni rilevanti tad-data numerika f’parentesi. Il-Kummissjoni vverifikat dawn id-dokumenti qabel il-bidu. Hija kkonkludiet li huma ssodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 u ppermettew li tinftiehem b’mod raġonevoli s-sustanza tal-informazzjoni kunfidenzjali. |
(9) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(10) |
Parti interessata minnhom affermat li l-ilment huwa parti minn strateġija tal-ilmentatur biex itejjeb il-monopolju tiegħu fis-suq tal-Unjoni, billi b’mod deliberat inaqqas il-volum tal-bejgħ u jżid il-prezzijiet. |
(11) |
L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ma wriet l-ebda evidenza ta’ xi prattiki antikompetittivi mwettqa mill-industrija tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, inġabret evidenza speċifika, bħal offerti kummerċjali u skambji ta’ posta elettronika, li l-industrija hija kapaċi u lesta li tipprovdi lil kwalunkwe utent tal-prodott ikkonċernat. |
(12) |
L-ilmentatur innifsu kellu [25 %–30 %] sehem mis-suq tas-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ferm inqas mis-sehem biex ikun jista’ jeżerċita dominanza ta’ kwalunkwe tip. |
(13) |
Fir-rigward tal-allegata strateġija biex jitnaqqsu l-volumi u jiżdiedu l-prezzijiet, l-investigazzjoni wriet li l-ilmentatur inizjalment ipprova jtejjeb l-ekonomiji ta’ skala tiegħu, billi jżid l-output tal-produzzjoni u l-investimenti sabiex inaqqas l-ispejjeż unitarji tal-produzzjoni tiegħu. Barra minn hekk, huwa pprova jsegwi l-prezzijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping bi tnaqqis fil-prezz tiegħu stess sabiex iżomm is-sehem mis-suq. Din l-istrateġija fil-fatt ippermettiet lill-ilmentatur iżomm is-sehem mis-suq, iżda wasslitu għal telf sinifikanti. Kif spjegat hawn taħt fil-premessa (528), l-ilmentatur kien b’hekk sfurzat jabbanduna t-tentattivi tiegħu li jżomm is-sehem mis-suq kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ, u konsegwentement ikkonċentra l-bejgħ tiegħu fuq gradi aktar għaljin fejn xorta seta’ jinkiseb bejgħ profittabbli, għalkemm b’telf sinifikanti korrispondenti tas-sehem mis-suq. |
(14) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(15) |
Wara l-bidu, produttur tal-Unjoni, Wacker Chemie AG, afferma li l-istima tal-kapaċità żejda Ċiniża fl-ilment ma kinitx preċiża u għalhekk ippreżenta l-istima tiegħu stess. |
(16) |
L-istima tal-kapaċità żejda Ċiniża fl-ilment kienet ibbażata fuq sors oġġettiv u stabbilit, il-manwal tal-IHS Chemical Economics. Filwaqt li jistgħu, b’mod ġustifikat, jeżistu stimi differenti tal-provvista u tad-domanda fis-suq Ċiniż, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istima fl-ilment kienet tissodisfa l-kriterji ta’ preċiżjoni u affidabbiltà suffiċjenti meħtieġa għal evidenza prima facie. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(17) |
Wacker Chemie AG ippreżenta wkoll kummenti rigward il-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, waqt li b’mod partikolari sostna li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tkun inkonsistenti mad-WTO u li kien hemm nuqqas ta’ evidenza tad-distorsjoni fl-ispejjeż. Il-kwistjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma diskussi fit-Taqsima 3.1.1 hawn taħt. |
(18) |
Wara l-bidu, Wacker Chemie AG afferma wkoll li l-istima mill-ilmentatur tal-marġni ta’ dumping u tal-valur normali kienet skorretta, minħabba li l-produtturi Ċiniżi kienu integrati vertikalment u ma xtrawx il-monomeru tal-aċetat tal-vinil (“vinyl acetate monomer”–VAM) għall-produzzjoni tagħhom. |
(19) |
L-ilment indika distorsjonijiet għal għadd ta’ materja prima li tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-VAM, skont il-metodu tal-produzzjoni. Din l-istess materja prima tintuża wkoll f’każ li l-produtturi jkunu integrati vertikalment u ma jixtrux VAM minn kumpaniji oħrajn u, għalhekk, id-distorsjonijiet ta’ din il-materja prima kienu rilevanti għall-kalkolu tal-valur normali. Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li l-kalkolu tal-valur normali fl-ilment jippreżenta biżżejjed evidenza ta’ dumping u li l-investigazzjoni stabbiliet il-valur normali abbażi tad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(20) |
Fil-bidu tal-investigazzjoni, Wacker u Carbochem iddikjaraw li l-Kummissjoni użat sistema PCN li ma kinitx tiżgura b’mod adegwat tqabbil tajjeb tal-prezzijiet. L-argument kien imtenni wara d-divulgazzjoni minn Wacker, Carbochem, Gamma Chimica, FAR Polymer u Ahlstrom-Munksjö. |
(21) |
Wacker iddikjara li l-PCN kellu firxa wiesgħa wisq ta’ viskożità, ta’ idroliżi u ta’ kontenut ta’ metanol u kienx iqis id-daqs tal-partikula u l-valur pH. Carbochem, Gamma Chimica u FAR Polimer argumentaw li l-piż molekulari ma kienx ikkunsidrat mill-PCN, filwaqt li Ahlstrom-Munksjö argumenta li l-firxa ta’ kontenut ta’ rmied kienet wiesgħa wisq. |
(22) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li hemm kwistjoni bl-istruttura tal-PCN. Il-PCNs jinkludu l-proprjetajiet bażiċi u essenzjali tal-prodott ikkonċernat, iddefiniti universalment mill-elementi ewlenin inklużi fil-PCN (jiġifieri l-viskożità, l-idroliżi, il-kontenut ta’ rmied u ta’ metanol). Dawn il-parametri huma essenzjali għall-gradi kollha ta’ PVA u huma meqjusa standards industrijali għall-applikazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, filwaqt li jista’ jkun minnu li ċerti karatteristiċi li mhumiex preżenti fil-PCN jistgħu jkunu rilevanti għal ċerti applikazzjonijiet, dawn huma speċifiċi għall-utent (u mhux għall-prodott). |
(23) |
Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat. |
1.4. Il-kampjunar
(24) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(25) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum ta’ produzzjoni rrapportat tal-prodott simili fl-Unjoni. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet (3) produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali stmata tal-UE tal-prodott simili. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. |
(26) |
Parti minnhom esprimiet riżervi dwar l-inklużjoni fil-kampjun ta’ produttur, Wacker Chemie AG, li jimmanifattura l-prodott ikkonċernat esklussivament għall-użu ristrett tiegħu. Fl-opinjoni tagħha, l-inklużjoni ta’ Wacker fil-kampjun, mingħajr bejgħ fis-suq ħieles, setgħet potenzjalment tfixkel l-analiżi tad-dannu. |
(27) |
Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll tas-sitwazzjoni ta’ waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Madankollu, irid jiġi nnotat li l-industrija kollha tal-Unjoni, inklużi t-tliet produtturi tal-Unjoni inizjalment inklużi fil-kampjun, jipproduċu wkoll il-prodott ikkonċernat għal konsum ristrett. Għalhekk, kien ikkunsidrat li l-inklużjoni ta’ Wacker Chemie AG fil-kampjun ma fixklitx l-analiżi tad-dannu, iżda ppermettiet lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa s-sitwazzjoni wkoll tas-suq ristrett tal-PVA fl-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
(28) |
Sabiex ikollha valutazzjoni sħiħa tal-fatti tal-każ, il-Kummissjoni qieset l-interess tal-produtturi tal-UE Wacker u Solutia wkoll bħala utenti tal-prodott li qed jiġi investigat. |
(29) |
Aktar tard fil-proċediment, wieħed mit-tliet produtturi inklużi fil-kampjun, Sekisui Specialty Chemicals Europe S.L., għarraf lill-Kummissjoni li ma setax jikkoopera għal kollox bħala produttur inkluż fil-kampjun. Fil-fatt, it-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju kienet tinkludi biss informazzjoni li tirrigwarda l-makroindikaturi, li ma kinitx biżżejjed għall-finijiet tal-investigazzjoni. B’hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni billi tneħħi lil Sekisui Specialty Chemicals Europe S.L.. |
(30) |
Il-kampjun emendat, magħmul minn żewġ produtturi tal-Unjoni, jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali stmata tal-UE tal-prodott simili. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Il-kampjunar tal-importaturi
(31) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
(32) |
Sitt importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi mhux relatati abbażi tal-akbar volum ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma kien hemm l-ebda kumment. |
1.4.3. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
(33) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-RPĊ jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li għandhom mnejn ikunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
(34) |
Erba’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tlieta, abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ kien raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-partijiet kollha interessati, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.5. Eżami individwali
(35) |
Oriġinarjament, l-erba’ gruppi kollha ta’ produtturi esportaturi li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar talbu għal eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Fil-jum tal-bidu, il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi disponibbli fuq is-sit web tagħha. Barra minn hekk, meta ħabbret il-kampjun, il-Kummissjoni għarrfet lill-produttur esportatur li ma kienx inkluż fil-kampjun li huwa kien meħtieġ jipprovdi tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju jekk kien jixtieq li jiġi eżaminat individwalment. Il-produttur esportatur ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, il-produttur esportatur ma kienx konformi mar-rekwiżiti u, għalhekk, ma setax jingħata eżami individwali. |
1.6. It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika
(36) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti u għall-produtturi esportaturi tal-Unjoni tpoġġew disponibbli online fil-jum tal-bidu. |
(37) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand iż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mingħand it-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Kif imsemmi fil-premessa (29) hawn fuq, waslet ukoll tweġiba mhux kompluta għall-kwestjonarju minn produttur ieħor tal-Unjoni, li għal din ir-raġuni ġie eskluż mill-kampjun. Disa’ utenti u tliet importaturi mhux relatati pprovdew lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-kwestjonarju. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. |
(38) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala neċessarja għad-determinazzjoni tad-dumping, tad-dannu li jirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni:
Importaturi Mhux Relatati:
Utenti:
Produtturi esportaturi u l-kumpaniji relatati tagħhom fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina: Shuangxin:
Sinopec Group:
Wan Wei Group::
|
1.7. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(39) |
L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.8. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
(40) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(41) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fil-pajjiż ikkonċernat sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III għan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-PVA. Erba’ produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
(42) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li hija qieset bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni għarrfet lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
(43) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(44) |
Wara l-bidu, tliet produtturi esportaturi Ċiniżi ressqu kummenti fir-rigward tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-marġni ta’ dumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, waqt li sostnew b’mod partikolari li l-Kummissjoni ma wrietx li l-allegat intervent tal-gvern wassal b’mod ċar għad-distorsjonijiet fil-prezzijiet tal-inputs. Il-kwistjonijiet relatati mal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti huma diskussi fit-Taqsima 3.1.1 hawn taħt. |
(45) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
(46) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel nota għall-fajl (“in-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019”) (3) biex tikseb l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li tista’ tuża l-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli (jiġifieri l-Brażil, il-Malasja, il-Messiku u t-Tajlandja). |
(47) |
Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand tliet produtturi esportaturi, mingħand importatur u utent wieħed u mingħand l-ilmentatur. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment. |
(48) |
Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019 fit-tieni nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-20 ta’ Diċembru 2019 (“in-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019”) (4). Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll il-lista riveduta tal-fatturi ta’ produzzjoni. Abbażi tal-kummenti li waslu, il-Kummissjoni żiedet ukoll lit-Turkija mal-lista ta’ pajjiżi rappreżentattivi xierqa u, wara riċerka ulterjuri, ikkonkludiet li, f’dak l-istadju, it-Turkija kienet meqjusa bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll il-lista ta’ kodiċijiet użati mit-Turkija u għamlet disponibbli l-istatistika doganali rilevanti tat-Turkija fil-fajl miftuħ. |
(49) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand produttur esportatur wieħed, mingħand tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni u mingħand l-ilmentatur. |
(50) |
Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019 fit-tielet nota dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tat-30 ta’ Marzu 2020 (“in-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020”) (5). F’dik in-nota, il-Kummissjoni ċċarat aktar uħud mis-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw. Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet kummenti biss mingħand tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni. Dan ir-Regolament jindirizza dawk il-kummenti fil-premessi (219), (220), (264), (342) u (343). |
1.9. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji u proċedura sussegwenti
(51) |
Fid-9 ta’ Marzu 2020, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri provviżorji u li tkompli l-investigazzjoni. |
(52) |
Billi ma ġiet imposta l-ebda miżura provviżorja, ma saret l-ebda reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(53) |
Il-prodott ikkonċernat (6) huwa ċertu alkoħol tal-polivinil (PVA), kemm jekk fih gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzat kif ukoll jekk le, fil-forma ta’ reżini omopolimeri b’viskożità (imkejla f’soluzzjoni milwiema ta’ 4 % f’temperatura ta’ 20 °C) ta’ 3 mPa s jew aktar, iżda mhux aktar minn 61 mPa s u grad ta’ idroliżi ta’ 80,0 mol % jew aktar, iżda mhux aktar minn 99,9 mol %, it-tnejn imkejla skont il-metodu ISO 15023-2, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) (“il-prodott ikkonċernat”). |
(54) |
Matul l-investigazzjoni deher li d-deskrizzjoni tal-prodott, b’mod partikolari rigward il-metodu ta’ kejl tal-viskożità u l-grad ta’ idroliżi, ma kinitx preċiża biżżejjed u għalhekk setgħet twassal għal interpretazzjoni ħażina u/jew klassifikazzjoni ħażina mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Barra minn hekk, kien hemm riskju li l-operaturi ekonomiċi kienu interpretaw ħażin dik id-deskrizzjoni u, abbażi ta’ dan, setgħu ddeċidew li ma jippreżentawx ruħhom bħala partijiet interessati. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ċċarat id-deskrizzjoni tad-definizzjoni tal-prodott inkluża fin-Notifika ta’ bidu billi ppubblikat Avviż fis-7 ta’ Novembru 2019 (“l-Avviż ta’ Kjarifika”) (7). L-Avviż ta’ Kjarifika ta wkoll il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw ruħhom fi ħdan terminu preskritt biex jagħmlu lilhom infushom magħrufa u biex jitolbu kwestjonarju, jekk ikunu jixtiequ hekk. Utent wieħed tal-prodott ikkonċernat, Henkel AG & Co., ippreżenta t-talba tiegħu biex jitqies bħala parti interessata fil-proċediment. L-ebda parti interessata ma talbet kwestjonarju. |
(55) |
Il-PVA jintuża bħala addittiv, prekursur jew aġent, prinċipalment minn erba’ industriji utenti fi: (i) il-produzzjoni tal-karta u tal-kartun; (ii) il-produzzjoni ta’ reżini tal-PVB (Polyvinyl Buytral) użati fil-produzzjoni ta’ film PVB; (iii) il-produzzjoni ta’ għajnuniet għall-polimerizzazzjoni tal-plastik; u (iv) il-produzzjoni ta’ emulsjonijiet u adeżivi. |
2.2. Il-prodott simili
(56) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(57) |
Il-Kummissjoni sabet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Segmentazzjoni
(58) |
Il-prodott ikkonċernat jiġi manifatturat u mibjugħ fil-forma ta’ diversi tipi ta’ prodotti differenti definiti mill-industrija bħala “gradi”. Kull grad jikkonsisti f’kombinazzjoni speċifika ta’ livelli ta’ viskożità, kontenut ta’ metanol u rmied, kif ukoll grad ta’ idroliżi, li jirriżultaw f’firxa wiesgħa ta’ kombinazzjonijiet manifatturati biex jissodisfaw it-talbiet ta’ speċifikazzjonijiet tal-klijenti f’industriji differenti. |
(59) |
L-investigazzjoni żvelat għadd kbir ta’ gradi ta’ PVA kemm għall-importazzjonijiet Ċiniżi kif ukoll għall-produzzjoni/bejgħ tal-Unjoni. Il-kombinazzjonijiet karatteristiċi differenti ta’ dawn il-gradi ġew kategorizzati mill-Kummissjoni f’numri ta’ kontroll tal-prodott differenti (“PCN”). Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, 34 PCN tal-prodott ikkonċernat ġew importati fl-Unjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, filwaqt li l-produttur tal-Unjoni fil-kampjun biegħ madwar 39 PCN differenti fl-istess perjodu. |
(60) |
L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet ukoll li xi wħud minn dawn il-gradi (mibjugħa kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi) għandhom firxa wiesgħa ta’ applikazzjoni u, ġeneralment, għandhom prezz aktar baxx. Gradi oħra aktar speċjalizzati mfassla għal applikazzjonijiet bi speċifikazzjonijiet stretti (bħal prodotti farmaċewtiċi jew il-produzzjoni tal-film PVB) bħala medja huma aktar għaljin. Dawn il-gradi jinbiegħu wkoll mill-produtturi tal-Unjoni u tal-produtturi esportaturi. |
(61) |
Minkejja għadd kbir ta’ gradi, il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda segment definit fis-suq tal-PVA. Utenti differenti jistgħu jiksbu għadd ta’ gradi ta’ PVA, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa tagħhom. Għal xi utenti, il-kontenut ta’ rmied huwa l-aktar element importanti, għal oħrajn il-viskożità, u xi wħud jistgħu l-biċċ l-kbira jużaw kwalunkwe speċifikazzjoni. Kull industrija tal-utenti tista’ tuża sett differenti ta’ gradi ta’ PVA b’mod interkambjabbli. Minkejja li ċerti utenti (bħall-PVB, l-industrija farmaċewtika) huma aktar limitati f’termini tal-għadd ta’ gradi li jistgħu jużaw, il-firxa ta’ gradi tagħhom għadha tikkoinċidi ma’ tip ieħor ta’ utenti, li jistgħu jiksbu firxa usa’ ta’ gradi. |
(62) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-gradi kollha jikkompetu ma’ xulxin, għall-inqas sa ċertu punt, u għalhekk analiżi segmentali ma kinitx ġustifikata u lanqas xierqa f’dan il-każ. Sabiex tanalizza l-effett tal-prezz fost il-gradi differenti, filwaqt li tiżgura paragun ġust, il-Kummissjoni wettqet aġġustamenti biex jirriflettu d-differenzi f’xi wħud mill-karatteristiċi tal-gradi differenti. Dawn l-aġġustamenti huma spjegati fit-Taqsima 4.4.2 hawn taħt. |
(63) |
Wara d-divulgazzjoni diversi partijiet interessati, Carbochem, Gamma Chimica FAR Polymer, Wacker u Cordial iddikjaraw li l-Kummissjoni ma kkunsidratx li s-suq tal-PVA huwa maqsum f’żewġ segmenti: PVA ta’ kwalità għolja u PVA ta’ kwalità baxxa. Il-partijiet sostnew li l-prodotti li jappartjenu għal dawn is-segmenti mhumiex direttament interkambjabbli u li l-importazzjonijiet Ċiniżi huma fil-biċċa l-kbira preżenti fis-segment tal-PVA ta’ kwalità baxxa. Barra minn hekk huma sostnew li ċerti utenti jistgħu jużaw biss ċerti gradi speċifiċi tal-prodott ikkonċernat fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom. |
(64) |
L-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni kkonfermat li l-gradi differenti, kif spjegat fil-premessa (61), huma interkambjabbli bejniethom, tal-inqas sa ċertu punt. Anki jekk huwa minnu li ċerti utenti jistgħu jiksbu biss sett limitat ta’ gradi għall-applikazzjoni tagħhom, dawn il-gradi ma jirrelatawx esklussivament mal-industrija downstream ta’ utent wieħed iżda jikkoinċidu mal-gradi miksuba minn applikazzjonijiet downstream oħra. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jipprovdu gradi għall-erba’ applikazzjonijiet ewlenin tal-PVA u jikkompetu b’mod sħiħ mal-gradi mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. |
(65) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
2.4. Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott
(66) |
Utent wieħed, Solutia, produttur tal-film PVB, u importatur wieħed mhux relatat, Wegochem, affermaw li jenħtieġ li l-“PVA b’NMWD (narrow molecular weight distribution) u b’Kontenut Baxx ta’ Rmied” (8) jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-partijiet tennew l-affermazzjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni. |
(67) |
Skont huma, “PVA b’NMWD u b’Kontenut Baxx ta’ Rmied” huwa fundamentalment differenti minn PVA ta’ grad standard minħabba li għandu karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi differenti u jeħtieġ proċess ta’ produzzjoni b’valur miżjud għoli. Minħabba dawn il-karatteristiċi speċifiċi, il-produzzjoni ta’ NMWD b’Kontenut Baxx ta’ Rmied hija teknikament diffiċli u kumplessa. Ftit manifatturi biss huma kkwalifikati biex jimmanifatturaw dan il-grad partikolari, li jintuża fil-produzzjoni ta’ film PVB, u wieħed minnhom biss huwa attiv fir-RPĊ. B’mod partikolari, id-distribuzzjoni tal-piż molekulari, il-kontenut tal-ħadid, il-kontenut baxx ta’ rmied u l-kontenut baxx ta’ metanol mhumiex karatteristiċi standard tal-prodott ikkonċernat u jagħmlu dan il-grad ta’ PVA uniku u estremament diffiċli biex jiġi manifatturat, minħabba li l-karatteristiċi tiegħu għandhom ikunu fi ħdan speċifikazzjoni stretta għall-parametri kollha fl-istess ħin. |
(68) |
Abbażi tal-evidenza fil-fajl, il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-analiżi. Kif imsemmi fil-premessa (58), il-PVA jinbiegħ f’diversi gradi differenti, skont l-użu finali. Kull grad għandu kombinazzjoni unika ta’ proprjetajiet (eż. viskożità, idroliżi, kontenut ta’ rmied u kontenut ta’ metanol) li jintalbu speċifikament minn kull utent lill-produttur fil-ħin tal-ordni tax-xiri. Fir-rigward tal-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi differenti, kuntrarju għall-argumenti tal-partijiet, il-prodotti ta’ PVA b’kontenut baxx ta’ rmied jaqgħu kompletament fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu (jiġifieri l-viskożità, il-metanol tal-idroliżi u l-kontenut ta’ rmied). Barra minn hekk, il-produtturi kollha ta’ PVA b’kontenut baxx ta’ rmied jipproduċuh fuq linja ta’ produzzjoni standard, mingħajr ma jiġu applikati proċessi ta’ produzzjoni eċċezzjonali. |
(69) |
Fir-rigward tad-distribuzzjoni stretta tal-piż molekulari (“NMWD”), din mhijiex karatteristika li tixbah l-idroliżi, il-viskożità jew il-kontenut ta’ rmied. L-NMWD ma tinbidilx minn lott ta’ produzzjoni għal ieħor. Ladarba linja ta’ produzzjoni tiġi kkwalifikata bħala li tipproduċi PVA b’NMWD, il-PVA kollha manifatturati minn dik il-linja se jissodisfaw ir-rekwiżiti minħabba li ma jinvolvu l-ebda pass addizzjonali fil-proċess tal-produzzjoni u ma jkollhom l-ebda karatteristika partikolari radikalment differenti minn kwalunkwe grad ieħor. Barra minn hekk, hija ma tintużax esklussivament għall-produzzjoni tar-reżina tal-PVB, iżda tintuża wkoll għall-produzzjoni ta’ adeżivi u kisjiet ta’ protezzjoni li jinħallu fl-ilma. |
(70) |
Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni żvelat li, f’termini ta’ provvista, diversi produtturi tal-PVA jistgħu jipproduċu PVA b’NMWD u b’kontenut baxx ta’ rmied. Minbarra l-PVA b’NMWD u b’kontenut baxx ta’ rmied ta’ oriġini Ċiniża, jista’ jinkiseb PVA b’kontenut baxx ta’ rmied komparabbli mingħand produtturi li jinsabu fl-Istati Uniti tal-Amerika (“USA”) u mingħand il-produtturi tal-Unjoni. |
(71) |
Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tqis li l-karatteristiċi rilevanti kollha ta’ “PVA b’NMWD u b’kontenut baxx ta’ rmied” għandhom jiġu ssodisfati fl-istess ħin u li hemm ftit produtturi kkwalifikati biex ifornu PVA b’NMWD u b’kontenut baxx ta’ rmied. |
(72) |
Kuntrarju għal dak li jsostnu l-partijiet, il-Kummissjoni fil-fatt ħadet inkunsiderazzjoni li l-parametri kollha għal “NMWD PVA b’kontenut baxx ta’ rmied” iridu jiġu ssodisfati simultanjament. Kemm il-metanol kif ukoll il-kontenut ta’ rmied jaqgħu kompletament fi ħdan id-definizzjoni tal-prodott fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, kif ukoll fil-kategarizzazzjoni bbażata fuq il-PCNs. L-investigazzjoni wriet ukoll li kemm il-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi kienu kapaċi jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa. Rigward id-distribuzzjoni stretta tal-piż molekulari f’kombinazzjoni maż-żewġ parametri l-oħra, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (69), ladarba linja ta’ produzzjoni tkun ikkwalifikata biex tipproduċi NMWD PVA, il-PVA kollu prodott minn dik il-linja se jissodisfa r-rekwiżiti għal distribuzzjoni stretta tal-piż molekulari u mbagħad jista’ jiġi kkombinat mal-kontenut ta’ metanol u ta’ rmied xieraq skont ir-rekwiżit ta’ kull klijent. Għalhekk mhijiex karatteristika li tappartjeni esklussivament għall-PVA prodott għal Solutia. |
(73) |
Fir-rigward tat-tieni punt, Solutia kellu strateġija b’bosta sorsi, kien jipproduċi PVA għall-konsum tiegħu stess u bl-użu estensiv ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ PVA mill-industrija tal-Unjoni, mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u mill-produtturi f’pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni sabet li hemm mill-inqas erba’ produtturi fi tliet kontinenti differenti li huma kapaċi jipproduċu “PVA b’NMWD u b’Kontenut Baxx ta’ Rmied”. Għalhekk, filwaqt li huwa minnu li l-kwalifika ta’ fornitur ġdid tal-PVA tista’ tkun proċess diffiċli u twil, l-investigazzjoni wriet li hemm diversi sorsi alternattivi li jillimitaw b’mod sinifikanti r-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista għal Solutia anki bil-miżuri fis-seħħ. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-livell ta’ dazji anti-dumping ma jżommx lill-fornitur ta’ Solutia mir-RPĊ milli jkompli jesporta l-PVA bi prezz ġust. |
(74) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(75) |
Tliet partijiet interessati oħrajn, jiġifieri Cordial, Carbochem u Wacker, affermaw ripetutament u sostnew l-affermazzjonijiet tagħhom wara d-divulgazzjoni, li l-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ kien sostanzjalment differenti mill-prodott simili manifatturat mill-industrija tal-Unjoni. L-argument ewlieni tagħhom kien li l-PVA importat mir-RPĊ kellu firxa ferm usa’ ta’ tolleranza f’termini ta’ kontenut ta’ rmied, perċentwal ta’ aċetat tas-sodju u kontenut ta’ metanol meta mqabbel mal-PVA prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li fil-produzzjoni tar-reżini tal-PVB u ta’ ċerti emulsjonijiet dawn il-karatteristiċi kellhom impatt sinifikanti, għal applikazzjonijiet oħrajn, bħal karti, adeżivi u addittivi tat-tessuti, dawn ma kinux rilevanti. Għalhekk, fl-opinjoni tagħhom, il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili kienu sostanzjalment differenti u adattati għal applikazzjonijiet differenti, u s-suq tal-Unjoni kien maqsum f’PVA ta’ kwalità għolja u dak ta’ kwalità baxxa. |
(76) |
L-investigazzjoni żvelat li għal kważi l-applikazzjonijiet kollha, il-klijenti jistabbilixxu l-limitu massimu aċċettabbli ta’ kontenut ta’ rmied, u jistgħu faċilment jaċċettaw PVA b’kontenut ta’ rmied ferm aktar baxx mill-ogħla livelli limiti tagħhom. Barra minn hekk, id-differenza bejn l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-allegat PVA “standard” (jiġifieri b’kontenut ta’ rmied ogħla minn 0,5 %) u dawk ta’ PVA b’“kontenut baxx ta’ rmied” (kontenut ta’ rmied inqas minn 0,5 %) kienet negliġibbli, billi l-proċess tal-produzzjoni tal-PVA f’termini tal-kontenut ta’ rmied huwa dejjem l-istess. Madankollu, huwa minnu li l-kontenut ta’ rmied huwa inqas rilevanti għal applikazzjonijiet bħal karti jew adeżivi. L-investigazzjoni sabet ukoll li, ħlief għal utent wieħed, l-industriji tal-utenti kollha kienu qed jixtru PVA b’kontenut kemm baxx kif ukoll għoli ta’ rmied. |
(77) |
Fir-rigward tal-kontenut ta’ metanol, l-industrija tal-Unjoni tipproduċi PVA b’kontenut ta’ metanol ferm aktar baxx mill-produtturi Ċiniżi. Madankollu, kemm il-prodott ikkonċernat kif ukoll il-prodott simili huma perfettament fil-medda tal-livelli limiti differenti tal-metanol stabbiliti matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, anki għall-metanol, id-differenzi huma kwistjoni ta’ livelli massimi aċċettabbli u mhux ta’ speċifikazzjoni stretta. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-kontenut ta’ metanol, kemm fir-RPĊ kif ukoll fl-Unjoni, għandu effett negliġibbli kemm fuq il-prezz tal-bejgħ kif ukoll fuq l-ispiża tal-manifattura tal-PVA. |
(78) |
Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessi minn (58) sa (62), id-diversi gradi ta’ PVA jikkondividu l-karatteristiċi bażiċi u l-użi tagħhom huma fil-biċċa l-kbira identiċi u interkambjabbli. Il-livelli tal-kontenut ta’ rmied jew ta’ metanol weħidhom ma jiddefinixxux l-applikazzjonijiet jew il-prezz tal-prodott ikkonċernat, minħabba li hija l-kombinazzjoni mal-karatteristiċi rilevanti l-oħrajn, bħall-viskożità u l-idroliżi, li tiddefinixxi l-karatteristiċi tal-grad, l-użu finali possibbli tiegħu u l-prezz tal-bejgħ. |
(79) |
L-evidenza miġbura fl-investigazzjoni żvelat li d-differenza medja fil-prezz bejn il-gradi tal-PVA b’“kontenut baxx ta’ rmied” kontra dawk b’“kontenut standard ta’ rmied” hija ta’ madwar 10 %. Madankollu, il-prezzijiet tal-PVA jistgħu jvarjaw sa 40 % bejn il-gradi tal-PVA bl-istess kontenut ta’ rmied. Barra minn hekk, ċerti gradi allegatament orħos b’kontenut ta’ rmied “standard” jistgħu jkunu sa 27 % aktar għaljin minn dawk bi gradi ta’ “kontenut baxx ta’ rmied”. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż, kif affermat mill-partijiet interessati, li s-suq tal-Unjoni kien maqsum f’PVA ta’ kwalità għolja (manifatturat mill-industrija tal-Unjoni) u PVA ta’ kwalità baxxa (importat mir-RPĊ) abbażi tal-kontenut ta’ rmied u ta’ metanol, u lanqas li din l-allegata qasma hija riflessa fil-prezzijiet u fl-ispiża tal-produzzjoni. Għall-kuntrarju, kif spjegat hawn fuq fil-premessi minn (58) sa(62), diversi gradi bi speċifikazzjonijiet allegatament “standard” huma wkoll f’kompetizzjoni ma’ gradi ta’ livell allegatament “għoli” tal-prodott simili. |
(80) |
Wara d-divulgazzjoni, Wacker argumenta li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-kontenut ta’ metanol għandu effett negliġibbli fuq il-prezz tal-bejgħ u l-kost tal-manifattura tal-PVA ma kienx korrett. |
(81) |
L-investigazzjoni wriet li l-PVA b’kontenut baxx ta’ metanol kellu kost ta’ produzzjoni ogħla minn PVA bl-istess karatteristiċi iżda b’kontenut ta’ metanol iktar għoli. Madankollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (77), id-data miġbura matul l-investigazzjoni wriet ukoll li kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi, il-livelli differenti ta’ metanol kellhom impatt negliġibbli fuq il-prezzijiet tal-bejgħ. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-kontenut ta’ metanol għandu effett negliġibbli fuq il-prezz tal-bejgħ tal-PVA. Huwa minnu li l-industrija tal-Unjoni tista’ tipproduċi PVA b’kontenut ta’ metanol baxx. Madankollu, dan huwa prodott niċċa, mibjugħ fi kwantitajiet limitati ħafna, filwaqt li l-parti l-kbira tal-PVA mibjugħ fis-suq tal-Unjoni għandu kontenut standard ta’ metanol. |
(82) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda |
(83) |
Parti oħra, Cordial, affermat li l-PVA manifatturat fl-Unjoni mhuwiex adattat għall-użu tiegħu, minħabba li kien jeħtieġ PVA f’forma ta’ trab u b’livell ta’ idroliżi ta’ aktar minn 89 %. |
(84) |
Ġeneralment, il-PVA jiġi manifatturat f’forma granulari solida bajda. Madankollu, huwa jista’ jiġi pproċessat aktar u ttrasformat f’forma ta’ trab permezz ta’ proċess ta’ tħin. Kif żvelat l-investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni hija perfettament kapaċi twettaq dan il-pass ulterjuri. |
(85) |
Fir-rigward tal-livell ta’ idroliżi, id-data miġbura fil-proċediment uriet li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet u biegħet PVA b’livell ta’ idroliżi ’l fuq minn 89 % matul il-PI. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3. DUMPING
3.1. Il-valur normali
(86) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
(87) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[fil-]każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u spejjeż domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mhux distort għall-kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti.” Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni preżenti li, fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.1.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.1.1.1.
(88) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “distorsjonijiet sinifikanti bħala dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta l-prezzijiet jew il-kostijiet irrapportati, inklużi l-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles peress li dawn jiġu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, fost oħrajn, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(89) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni ta’ qabel. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Tabilħaqq, billi din il-lista mhijiex kumulattiva, ma hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha sabiex jinstabu distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari meta l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
(90) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
(91) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (9), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. |
(92) |
L-ilment kien fih informazzjoni dwar għadd ta’ distorsjonijiet fis-suq tal-PVA fiċ-Ċina. L-ewwel nett, il-prezzijiet tal-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tal-VAM: iż-żejt mhux maħdum, il-gass naturali jew il-faħam ifixklu l-kompetizzjoni, minħabba l-intervent tal-gvern fil-forma ta’ pjanijiet settorjali, il-preżenza ta’ SOEs u s-sussidji. It-tieni, l-ilmentatur jirreferi għad-distorsjonijiet fil-kost ta’ materjali intermedjarji oħrajn, b’mod partikolari fis-settur tal-kimika. L-ilmentatur isemmi l-problema tal-kapaċità żejda fis-settur tal-kimika, il-preżenza tal-SOEs u l-użu baxx ħafna tal-produzzjoni fil-metanol, l-aċidu aċetiku, il-karbur tal-kalċju u l-aċetilen li għandhom impatt fuq il-prezzijiet ta’ dawn il-materjali. It-tielet, l-ilmentatur jelenka d-distorsjonijiet fil-kost tal-enerġija minħabba l-interferenza mill-Istat permezz tal-politika tal-gvern dwar l-ipprezzar, il-preżenza tal-SOEs u l-prezzijiet preferenzjali tal-enerġija għal ċerti industriji, bħall-produtturi tal-karbur tal-kalċju. Barra minn hekk, l-ilment isemmi l-provvista tal-kapital, l-aċċess għall-finanzi, kif ukoll in-nuqqas ta’ kontrolli ambjentali effettivi bħala fatturi li għandhom impatt fuq il-prezzijiet fiċ-Ċina. Fl-aħħar nett, l-ilment jindika li l-akbar produtturi tal-PVA huma SOEs u li hemm pjanijiet ambizzjużi biex ikomplu jespandu l-industrija tal-PVA fil-Mongolja Interna, li jindikaw l-involviment tal-Istat Ċiniż. |
(93) |
Kif indikat fil-premessa (42), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ipprovda evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inklużi r-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. Il-GTĊ kkummenta dwar ir-Rapport u l-evidenza li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, biss wara d-divulgazzjoni finali. L-ewwel nett, il-GTĊ sostna li l-pubblikazzjoni tar-Rapport qiegħdet lill-industrija tal-UE f’pożizzjoni vantaġġuża meta ppreżentat l-ilmenti. Fil-fehma tal-GTĊ, dan jippermetti li ġudizzju mingħajr proċess, imur kontra l-ispirtu tal-istat tad-dritt u jwassal biex ċertu negozju jiġi kkastigat f’isem distorsjonijiet settorjali jew nazzjonali. It-tieni, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni ħarġet biss rapport wieħed, jiġifieri r-Rapport dwar iċ-Ċina. It-tielet, skont il-GTĊ, il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda evalwazzjoni dwar jekk is-suq tal-UE jew is-swieq tal-Istati Membri tagħha jkunx fihom l-elementi ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Lanqas ma saret evalwazzjoni simili fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq fl-investigazzjonijiet. Ir-raba’, il-GTĊ sostna li l-kontenut tar-Rapport joħloq distorsjoni tal-fatti, huw unilaterali, jew saħansitra assurd, b’devjazzjoni kbira mill-fatti. Skont is-sottomissjoni tal-GTĊ, id-dipendenza fuq ir-Rapport minflok investigazzjoni attwali hija manifestament inkonsistenti mal-prinċipju ta’ proċess ġust. Il-ħames, il-GTĊ qajjem il-mistoqsija jekk ir-Rapport, bħala dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, jikkonformax mal-kriterji tar-Regolament bażiku li jirrikjedi li rapport jiġi prodott, magħmul pubbliku u aġġornat regolarment mill-Kummissjoni. |
(94) |
Bi tweġiba għall-kummenti tal-GTĊ, il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza possibbli ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż jew fis-settur, hija għandha l-obbligu li tipproduċi rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi rilevanti tas-suq. Skont l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku, il-possibbiltà li l-partijiet interessati jistrieħu fuq l-evidenza li tinsab f’dan ir-rapport hija kkumplimentata minn possibbiltà korrispondenti għal partijiet interessati oħra biex jirribattu, jissupplimentaw jew jikkummentaw dwar ir-rapport u l-evidenza tiegħu. It-tieni, kif ġie ddikjarat pubblikament f’diversi okkażjonijiet mill-Kummissjoni, ir-raġuni għall-pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar iċ-Ċina kienet motivata mill-importanza relattiva taċ-Ċina fil-prassi tal-Kummissjoni għad-difiża tal-kummerċ. Dan ma jfissirx li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tippubblika biss ir-Rapport. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra rapporti simili dwar pajjiżi oħra. It-tielet, il-Kummissjoni tfakkar li għall-fini li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt 2 (6a)(b) tar-Regolament bażiku, l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi elenkati f’din id-dispożizzjoni jiġi analizzat fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur. L-istruttura tal-kostijiet u l-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet fi swieq oħra, bħal fl-UE, ma jitqisux f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, il-proċess tal-għażla ta’ pajjiż rappreżentattiv huwa deskritt fid-dettall hawn taħt fit-Taqsima 3.1.2. Ir-raba’, il-Kummissjoni tinnota li l-GTĊ jonqos milli jindika eżempji speċifiċi mir-Rapport li jqis li huma distorti, jiġbdu lejn naħa waħda jew assurdi, li fid-dawl ta’ liema l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tindirizza dawn l-allegazzjonijiet ġenerali. Madankollu, fir-rigward tal-prinċipju ta’ proċess ġust, il-Kummissjoni tirreferi għad-diversi każijiet matul l-investigazzjoni preżenti li fihom il-partijiet interessati, inkluż il-GTĊ, ingħataw l-opportunità li jipparteċipaw fl-investigazzjonijiet, inkluż biex jikkummentaw dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti (ara l-premessi (3) u (25) hawn fuq). Il-ħames, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku ma jippreskrivix format speċifiku għar-rapporti dwar distorsjonijiet sinifikanti, din id-dispożizzjoni lanqas ma tiddefinixxi mezz għall-pubblikazzjoni jew intervalli għall-aġġornament tar-rapporti. Il-Kummissjoni setgħet biss ittenni mill-ġdid li filwaqt li ingħatat opportunità biex tikkummenta dwar il-kontenut tar-Rapport, il-GTĊ għażel li ma jagħmilx dan (ara l-premessi (37) u (42) hawn fuq). Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-GTĊ. |
(95) |
Kummenti ulterjuri dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti ġew ippreżentati f’isem it-tliet produtturi esportaturi kollha. L-ewwel nett, huma affermaw li xi taqsimiet tar-Rapport imsemmi fl-ilment ma wrewx li hemm xi ħaġa li tista’ tammonta għal distorsjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet, b’tali mod li l-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku dwar l-Anti-Dumping kienet applikabbli. Minflok, ir-Rapport afferma biss xi allegati interventi tal-gvern f’xi swieq fiċ-Ċina, b’mod partikolari fis-settur tal-enerġija. |
(96) |
It-tieni, huma affermaw li jenħtieġ li l-UE ma tiddevjax mill-metodoloġija standard biex tistabbilixxi l-valur normali, jiġifieri li jintużaw biss il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-pajjiż esportatur, sakemm l-ADA ma jippermettix mod ieħor. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jenħtieġ li l-UE ssegwi l-metodoloġija standard f’konformità mal-Artikolu 2 tal-ADA. Barra minn hekk, il-partijiet interessati affermaw ukoll li l-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti lanqas biss jeżisti fl-ADA. Skont il-kummenti sottomessi: 1. ma hemm l-ebda bażi ġuridika fl-ADA jew fil-GATT 1994 għal azzjoni speċifika bħal din u 2. il-każ UE — Bijodiżil (l-Arġentina) jistabbilixxi li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni jridu jużaw il-kostijiet tal-produzzjoni effettivament imġarrba mill-produtturi jew mill-esportaturi għall-kalkolu tal-valur normali maħdum. B’riżultat ta’ dan, il-bini tal-valur normali mhuwiex konsistenti mal-Artikoli 2.2 u 2.2.1.1. tal-ADA. |
(97) |
Biex twieġeb għall-ewwel argument, il-Kummissjoni tfakkar li n-Notifika ta’ Bidu (10) rreferiet għal għadd ta’ irregolaritajiet fis-suq Ċiniż tal-PVA, inkluż, fost l-oħrajn, fit-Taqsima 4.2.1 “L-Istruttura tas-Sistema tal-Ippjanar Ċiniża”, fit-Taqsima 10.1.1 “Ħarsa Ġenerali lejn is-Suq tal-Enerġija”, fit-Taqsima 10.1.2 “Pjanijiet” fis-settur tal-Enerġija, fit-Taqsima 10.2.1.2 “Differenzjazzjoni tal-Prezzijiet”, fit-Taqsima 11.2 “Aċċess għall-Kapital”, fit-Taqsima 11.4.4.1 “Evergreening u Kumpaniji Żombi”, fit-Taqsima 11.4.4 “Rispons tal-Gvern għal Riskju ta’ Dejn”, fit-Taqsima 16.2.5 “Intrapriżi tal-Istat” fis-Settur tas-Sustanzi Kimiċi, fit-Taqsima 16.3 “Qafas Regolatorju/Miri Kwantitattivi għall-Iżvilupp” u fit-Taqsima 16.2.6 “Kapaċità eċċessiva” tar-rapport tal-pajjiż. Barra minn hekk, in-Notifika ta’ Bidu rreferiet għat-12 u t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, kif ukoll għal għadd ta’ rapporti msemmija mill-ilmentatur. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-lista ta’ evidenza elenkata fin-Notifika ta’ Bidu kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(98) |
It-tieni, għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (171) li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taqbilx mas-sottomissjoni tal-parti interessata li l-Kummissjoni ma għandhiex tapplika l-Artikolu 2(6a). Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa applikabbli u jrid jiġi applikat fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li din id-dispożizzjoni hija konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, kif iċċarat f’DS473 EU-Biodiesel (l-Arġentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5), jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u ssostanzjat. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fakkret li t-tilwima DS473 EU-Biodiesel (l-Arġentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
(99) |
Barra minn hekk, parti interessata waħda, jiġifieri Wacker, issottomettiet xi kummenti fir-rigward tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. L-ewwel nett, Wacker sostniet li l-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-dumping hija inkonsistenti bħala tali mal-Artikoli 2.1 u 2.2.2 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping. Dan għaliex il-kunċett ta’ “dumping” jikkonċerna l-imġiba tal-ipprezzar ta’ esportaturi/produtturi barranin individwali, kif innotat mill-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti — Azzar Inossidabbli mill-Messiku, il-paragrafu 86. Barra minn hekk, l-Artikolu 2.2 tal-ADA ma jippermettix il-possibbiltà li jintuża l-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni abbażi tal-kostijiet minn barra l-pajjiż minn fejn joriġina l-prodott esportat. Fl-aħħar nett, [Wacker] sostniet li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża l-kostijiet ta’ pajjiżi terzi għall-fatturi tal-produzzjoni Ċiniża kollha, li huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, kif ikkonfermat ukoll mill-Korp tal-Appell fl-UE — Biodiesel (l-Arġentina) u mill-Panel fl-UE — Biodiesel (l-Indoneżja). |
(100) |
Il-kwistjoni tal-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) mal-liġi tad-WTO kienet diġà ġiet diskussa fil-premessa (98) hawn fuq. |
(101) |
It-tieni, Wacker affermat li kif ġie ċċarat mill-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti — Azzar tal-Karbonju (l-Indja), is-sempliċi fatt li l-gvern huwa fornitur predominanti ta’ prodott f’pajjiż partikolari ma jagħmilx il-prezzijiet f’dak il-pajjiż baxxi/irħas/distorti jew mhux orjentati lejn is-suq. |
(102) |
Il-Kummissjoni fakkret li t-tilwima tal-Istati Uniti — Azzar tal-Karbonju (l-Indja) kienet tikkonċerna miżuri kumpensatorji u, b’hekk, tittratta l-kompatibbiltà tal-miżuri mal-Ftehim SCM. Għalhekk, is-sejbiet f’dan il-każ huma irrilevanti għal investigazzjoni anti-dumping, li hija soġġetta għall-ADA. |
(103) |
It-tielet nett, l-aġġustament tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u tal-kost tal-produzzjoni minħabba l-allegata distorsjoni tal-kostijiet tal-materja prima, kif ukoll il-kostijiet lavorattivi, fost oħrajn, huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA. Fi kwalunkwe każ, Wacker sostniet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) ma tistax tiġi ġustifikata, minħabba li ma hemm l-ebda distorsjoni tal-kostijiet tal-input jew SG&A. |
(104) |
Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali fil-pajjiż tal-oriġini huwa mibni b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). L-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll l-użu ta’ kostijiet domestiċi jekk jiġi stabbilit b’mod pożittiv li huma mingħajr distorsjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-kostijiet tal-SG&A individwali tagħhom u/jew kostijiet oħrajn tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif muri fit-Taqsimiet minn 3.1.1.2 sa 3.1.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija tal-PVA u ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza mill-produtturi esportaturi individwali fir-rigward tal-fatturi ta’ produzzjoni mingħajr distorsjoni. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(105) |
Ir-raba’, Wacker sostniet li l-fatt li l-produtturi Ċiniżi tal-PVA huma fil-biċċa l-kbira tagħhom proprjetà tal-Istat huwa irrilevanti għal din l-investigazzjoni ta’ dumping, billi s-suq Ċiniż tal-PVA huwa kompletament ibbażat fis-suq. |
(106) |
Il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, is-sjieda tal-Istat tista’ tkun indikatur importanti tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti. Anki l-produtturi tal-PVA li huma proprjetà privata, kif deskritti fid-dettall fit-Taqsimiet 3.1.1.3 u 3.1.1.4, joperaw fl-ambjent iddominat mill-preżenza tal-Istat u l-gwida tal-industrija tal-PVA, kif ukoll l-industriji relatati mal-produzzjoni tal-PVA, bħall-produtturi tal-materja prima għall-produzzjoni tal-PVA. |
(107) |
Il-ħames, Wacker sostniet li l-kost tal-faħam, tal-gass, taż-żejt mhux raffinat u tal-elettriku mhuwiex mgħawweġ fiċ-Ċina u, fil-fatt, iċ-Ċina hija importatur tal-faħam u tal-gass u l-prezzijiet tal-elettriku ħafna drabi huma ogħla minn dawk f’pajjiżi oħrajn. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet Ċiniżi għal dawk l-inputs. |
(108) |
Il-Kummissjoni tfakkar li ma għandha l-ebda evidenza konvinċenti biex tistabbilixxi li ċerti kostijiet mhumiex distorti. Skont l-evidenza dwar il-fajl, fil-premessa (169) qed jiġi nnotat li l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs prinċipali tagħhom kollha fir-RPĊ. Billi l-Kummissjoni stabbiliet preżenza fil-pajjiż kollu ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-PVA f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku u ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza skont l-Artikolu 2(6a)(a), it-tielet sing tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
(109) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur/utent wieħed tal-Unjoni reġa’ ppreżenta sett ta’ kummenti essenzjalment identiċi għal dawk deskritti fil-premessa (99) hawn fuq, filwaqt li insista li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti bħala tali mal-Artikoli 2.2 u 2.2.2 tal-ADA u li l-Kummissjoni, filwaqt li ddikjarat li l-Artikolu 2(6a) huwa konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-UE, ma tipprovdi l-ebda spjegazzjoni ulterjuri dwar ir-raġunijiet legali biex tappoġġa d-dikjarazzjoni tagħha. Minflok, il-Kummissjoni allegatament tikkontradixxi lilha nnifisha u qed issibha diffiċli biex issib ġustifikazzjoni legali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(110) |
B’referenza għall-Artikolu 2.2. tal-ADA, il-produttur/utent tal-Unjoni ssottometta wkoll f’dan ir-rigward li l-kostruzzjoni tal-valur normali hija permissibbli biss fi tliet sitwazzjonijiet speċifiċi speċifikati f’din id-dispożizzjoni u li din il-lista ta’ tali sitwazzjonijiet hija eżawrjenti. Konsegwentement, il-produttur/utent tal-Unjoni jargumenta li qabel tirrikorri għall-kostruzzjoni tal-valur normali, il-Kummissjoni kellha tistabbilixxi li teżisti waħda mit-tliet sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.2 tal-ADA aktar milli tiffoka fuq id-dimostrazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet preżunti fl-ekonomija Ċiniża. Fil-fehma tal-produttur/l-utent tal-Unjoni l-Artikolu 2.2 tal-ADA ma jippermetti l-ebda eċċezzjoni għal raġunijiet ta’ distorsjonijiet fil-kostijiet. |
(111) |
Utent wieħed issottometta linja simili ta’ argumenti, anki meta kkwota l-argumentazzjoni tal-produttur/utent tal-Unjoni. B’mod korrispondenti, dan l-utent l-ieħor ikkunsidra l-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni bħala ksur tal-liġi tad-WTO minħabba li l-ADA jippermetti biss li l-kost tal-produzzjoni ikun jista’ jikkalkola l-valur normali meta ma jkunx hemm bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku minħabba jew fil-każ ta’ sitwazzjoni partikolari tas-suq li taffettwa l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Barra minn hekk, l-utent jissottometti li jekk id-distorsjonijiet sinifikanti msemmija mill-Kummissjoni jitqiesu li jammontaw għal sitwazzjoni partikolari tas-suq, tali distorsjonijiet jaffettwaw b’mod ugwali l-prezzijiet domestiċi Ċiniżi u tal-esportazzjoni li min-naħa tagħhom jipprojbixxu lill-Kummissjoni milli titbiegħed milli tuża l-prezzijiet tal-bejgħ fir-RPĊ. |
(112) |
B’mod simili għall-argumenti ta’ hawn fuq tal-produttur/l-utent tal-Unjoni, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ippreżenta fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali li l-użu tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jirriżulta f’diversi ksur tal-Artikolu 2 tal-ADA u fil-fehma tal-produttur esportatur, dan huwa kkonfermat minn diversi Rapporti tal-Panel u tal-Korp tal-Appell. |
(113) |
Argumenti identiċi ġew ippreżentati wkoll f’kummenti oħra tal-produtturi esportaturi fil-kampjun dwar id-divulgazzjoni finali, li sostnew li l-Kummissjoni mhux biss naqset milli tistabbilixxi l-valur normali permezz ta’ tqabbil strett mal-prezzijiet jew mal-kostijiet Ċiniżi iżda li effettivament injorat l-Artikolu 2 ADA għal kollox. Sabiex jiġu spjegati n-nuqqasijiet allegati tal-approċċ tal-Kummissjoni, li, skont il-produtturi esportaturi fil-kampjun, jirriżulta f’marġni ta’ dumping minfuħ, il-produtturi jipprovdu approċċ alternattiv illustrattiv dwar kif jista’ jiġi stabbilit il-valur normali. Barra minn hekk, dawn il-produtturi esportaturi fil-kampjun irreferew għas-sejbiet tal-panel fil-metodoloġiji ta’ aġġustament tal-kostijiet tal-UE — DS494 (ir-Russja). Il-produtturi esportaturi fil-kampjun sostnew li s-sejbiet tal-panel kienu jappoġġaw il-fehma tagħhom li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mad-WTO peress li, skont il-produtturi esportaturi fil-kampjun, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa xejn aktar minn l-Artikolu 2(5) rinfurzat. |
(114) |
Barra minn hekk, il-GTĊ qies li jibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku bħala inkonsistenti mal-Artikolu 2.2 tal-ADA li jipprovdi lista eżawrjenti ta’ tliet sitwazzjonijiet li fihom jista’ jinbena l-valur normali, li l-ebda wieħed minnhom ma jkopri l-kundizzjonijiet previsti mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, il-GTĊ kien tal-fehma li meta jinbena l-valur normali r-regoli tad-WTO jeħtieġu l-użu tal-kost tal-produzzjoni fil-pajjiż tal-oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti meta jinbena l-valur normali. Madankollu, l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku AD wessa’ l-ambitu tas-sorsi ta’ data biex jinkludi l-kostijiet ta’ produzzjoni u bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, jew prezzijiet, kostijiet jew valuri referenzjarji internazzjonali. |
(115) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, parti interessata partikolari, mingħajr ma elaborat aktar dwar l-argument tagħha, sostniet li l-Kummissjoni ma kinitx intitolata li tuża valur normali kostrutt. |
(116) |
Bi tweġiba għall-argumenti tal-produttur/l-utent tal-Unjoni, il-Kummissjoni ttenni l-pożizzjoni tagħha spjegata hawn fuq fil-premessa (98) li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. L-argument tal-produttur/utent tal-Unjoni għandu jiġi miċħud. L-argumenti korrispondenti tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-parti interessata u l-GTĊ deskritti hawn fuq fil-premessi minn (112) sa (115) huma miċħuda għall-istess raġunijiet. Rigward l-approċċ alternattiv biex jinbena l-valur normali propost minn xi produtturi esportaturi fil-kampjun, dan l-argument huwa indirizzat hawn taħt fil-premessa (271). Rigward ir-referenza għall-metodoloġiji DS494 UE — Metodoloġiji ta’ aġġustament tal-ispejjeż (ir-Russja), il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-panel iddikjara b’mod espliċitu li r-Regolament 2017/2321 (11) li kien introduċa l-Artikolu 2(6a) fir-Regolament bażiku ma kienx fi ħdan it-termini ta’ referenza tiegħu. |
(117) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produttur/utent tal-Unjoni sostna wkoll li kien ipprovda evidenza sinifikanti mir-rapporti tal-Kummissjoni stess dwar is-swieq tal-elettriku u tal-gass li juru li l-ispejjeż tal-elettriku u tal-LNG fiċ-Ċina kienu ogħla minn dawk fl-Istati Membri tal-UE u li kienu ogħla fiċ-Ċina matul l-2018 u l-2019. F’dan ir-rigward, il-produttur/utent tal-Unjoni ddikjara li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat dik l-evidenza iżda minflok qalbet l-oneru tal-prova billi nnotat li l-ebda waħda mill-kumpaniji Ċiniżi ma ppruvat li l-ispejjeż tagħhom ma kinux mgħawġa. Il-produttur/utent tal-Unjoni argumenta f’dan ir-rigward li l-oneru tal-prova tal-Kummissjoni ma ġiex mormi billi primarjament straħ fuq ir-Rapport li fi kwalunkwe każ kien ibbażat fuq informazzjoni storika li tippreċedi l-perjodu ta’ investigazzjoni, li ma jkoprix speċifikament is-settur tal-PVA u li ma jqisx is-sejbiet tal-Kummissjoni stess li l-prezzijiet tal-elettriku, tal-gass u taż-żejt Ċiniżi kienu ogħla minn dawk fl-Istati Membri tal-UE. |
(118) |
Bi tweġiba għall-argumenti tal-produtturi/utenti tal-Unjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhijiex funzjoni ta’ valuri assoluti jew relattivi ta’ ċerti inputs, bħall-elettriku, il-gass jew iż-żejt. Minflok, il-kriterju rilevanti biex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti huwa jekk il-prezzijiet jew l-ispejjeż irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materja prima u ta’ enerġija, humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles billi huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni fit-Taqsimiet minn 3.1.1.2. sa 3.1.1.9. hawn taħt u, fuq il-bażi ta’ din l-analiżi, ikkonkludiet fit-Taqsima 3.1.1.10. li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u spejjeż domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-prezzijiet u l-kostijiet jiġu affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, il-kostijiet domestiċi jistgħu jintużaw biss bħala sors biex jinbena valur normali sal-punt li huma stabbiliti b’mod pożittiv biex ma jiġux mgħawġa, fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa. Madankollu, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (108), ma hemm l-ebda evidenza preċiża u xierqa għal dan l-għan. L-argument tal-produttur/utent tal-Unjoni li l-Kummissjoni qalbet l-oneru tal-prova irid għalhekk jiġi miċħud. |
(119) |
F’argument addizzjonali ppreżentat fid-divulgazzjoni finali, il-produttur/utent tal-Unjoni ddikjara li l-mod li bih il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali huwa illegali peress li l-Kummissjoni injorat ir-rekwiżiti tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2.2 tal-ADA. B’referenza għat-tilwima ta’ EU — Bijodiżil (Argentina), il-produttur/utent tal-Unjoni sostna li meta toqgħod fuq kwalunkwe informazzjoni barra mill-pajjiż biex tiddetermina l-kost tal-produzzjoni, il-Kummissjoni tkun obbligata li tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex tasal għall-kost ta’ produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini. Madankollu, il-Kummissjoni sempliċiment sostitwiet l-ispejjeż tal-produzzjoni/input tal-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-PVA bi spejjeż Torok, u naqset milli tagħmel l-aġġustamenti rilevanti. Dan irriżulta f’kostijiet għoljin wisq tal-materja prima peress li l-Kummissjoni, minn naħa, inkludiet l-ispejjeż tat-trasport domestiku, l-ispejjeż internazzjonali tal-ġarr tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni, kif ukoll id-dazji fuq l-importazzjoni mill-ispejjeż tal-valuri referenzjarji Torok u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sforz biex tadatta l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija biex jirriflettu l-kost tal-produzzjoni fiċ-Ċina. Biex jiġu spjegati l-kostijiet Torok allegatament minfuħa u illoġiċi użati mill-Kummissjoni biex jinbena l-valur normali, il-produttur/utent tal-Unjoni sostna li jixtri ċerti materja prima, bħall-aċidu aċetiku jew il-faħam, fis-suq tal-UE bi prezz ferm aktar baxx mill-prezzijiet referenzjarji Torok użati mill-Kummissjoni. |
(120) |
L-istess linja ta’ argumentazzjoni kienet riflessa minn utent wieħed li, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, sostna li l-kalkolu tal-valur normali tal-Kummissjoni f’EU — Biodiesel (Argentina) kien simili għall-metodoloġija deskritta fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tiċħad id-deċiżjoni tal-Korp tal-Appell f’EU — Biodiesel (Argentina) billi sempliċement tiddikjara li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien introdott biss aktar tard. |
(121) |
L-ewwel u qabel kollox, bħala tweġiba għall-argument tal-produttur/utent tal-Unjoni, il-Kummissjoni fakkret li hekk kif diġà ntqal hawn fuq fil-premessa (98), it-tilwima DS473 EU-Biodiesel (Argentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Skont l-Artikolu 2(6a)(a), jenħtieġ li l-valur normali fil-pajjiżi tal-oriġini jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv li, f’dan il-każ, huwa t-Turkija. Ir-referenzi tal-produttur/utent tal-Unjoni għall-prezzijiet tax-xiri tiegħu stess fl-UE għalhekk mhumiex rilevanti għall-iskop tal-kostruzzjoni tal-valur normali. Bl-istess mod, l-argument tal-produttur/utent tal-Unjoni li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sforz biex tadatta l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Turkija biex tirrifletti l-kost tal-produzzjoni distort fiċ-Ċina jinjora l-fatt skont l-Artikolu 2(6a)(a) li l-valur normali jeħtieġ li jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, abbażi ta’ informazzjoni mill-pajjiż rappreżentattiv. L-argument tal-produttur/tal-utent tal-Unjoni li l-kostijiet tat-trasport domestiku,tal-merkanzija, tal-assigurazzjoni u d-dazji fuq l-importazzjoni jenħtieġ li jiġu injorati għandu wkoll jiġi miċħud, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt fil-premessa (269). |
(122) |
L-argument li l-Kummissjoni ma tistax titbiegħed minn prezzijiet domestiċi li jirreferu biss għall-fatt li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ġiet introdotta aktar tard minn EU-Biodiesel (Argentina) trid tiġi miċħuda wkoll. Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (98), EU-Biodiesel (Argentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a). Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis id-deċiżjoni EU-Biodiesel (Argentina) bħala mhux rilevanti f’dan il-każ, mhux minħabba l-waqt li fih l-Artikolu 2(6a) ġie introdott fir-Regolament bażiku iżda minħabba n-natura ġuridika distinta tiegħu. Fi kwalunkwe każ, il-każ ta’ EU-Biodiesel (Argentina) jikkonferma li hemm ċirkostanzi li fihom il-valur normali fil-pajjiż ta’ oriġini jista’ jiġi kostruwit billi tiġi kkunsidrata l-informazzjoni minn pajjiż terz rappreżentattiv. |
(123) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li hemm fir-Rapport, li tistrieħ fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Din l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. |
3.1.1.2.
(124) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dan il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (12). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda li tali interventi jkunu awtorizzati b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata huwa mifrux fis-sistema legali sħiħa u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-biċċiet ċentrali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (13). |
(125) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), b’mod li jifformaw superstruttura li fiha ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (14) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn li fihom il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-konfini tiegħu huma attivi l-forzi tas-suq ħieles. |
(126) |
L-Istat Ċiniż jimpenja ruħu f’politika ekonomika intervenzjonista fl-insegwiment ta’ għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP, minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (15). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
(127) |
L-ewwel nett, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv kumplessiv, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trasversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk iġiegħlu lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.5 hawn taħt) (16). |
(128) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom ikunu jridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.8 hawn taħt) (17). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħalma huma s-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhuwiex xprunat biex jimmassimizza l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (18). |
(129) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika oħrajn minbarra l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tistabbilixxi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (19). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ jżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll tal-investiment privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (20). |
(130) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li tirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (21). |
3.1.1.3.
(131) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika mill-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
(132) |
Il-GTĊ u s-CCP jżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwa tagħhom fuq l-intrapriżi u, b’mod partikolari, fuq l-intrapriżi tal-Istat (“State-owned enterprises” — SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (22). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (23). |
(133) |
Speċifikament fis-settur tal-PVA, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. Minn fost il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, Anhui Wan Wei High Tech Materials, li tappartjeni għall-Wan Wei Group, hija SOE b’kapaċità annwali ta’ 350 000 tunnellata fis-sena, li jikkostitwixxu 28 % tal-kapaċità tal-produzzjoni domestika nominali ta’ PVA u 40 % tal-kapaċità tal-produzzjoni reali (24). Hija wkoll l-akbar produttur tal-PVA fiċ-Ċina, flimkien ma’ Sinopec u Inner Mongolia Shuangxin (25). Menwei, kumpanija oħra li tappartjeni għall-Wan Wei Group, qed tiġi promossa b’mod attiv biex issir produttur ewlieni tal-PVA bħala parti mill-proġett ta’ industrijalizzazzjoni tal-Mongolja Interna. Skont is-sit web ta’ Menwei: “Il-produzzjoni annwali tal-proġett hija 200 000 tunnellata ta’ aċetat tal-vinil (VAC) u 100 000 tunnellata ta’ alkoħol polivinil (PVA), b’investiment totali ta’ madwar 1,5 biljun yuan, li huwa l-akbar proġett ta’ kapaċità ta’ investiment ta’ darba fil-PVA fiċ-Ċina. […] Il-kumpanija tippjana li tkompli tinvesti aktar minn 7 biljun yuan matul il-perjodu tat-“12-il Pjan ta’ Ħames Snin”, u mbagħad tibni linja ta’ produzzjoni tal-PVA ta’ 100 000 tunnellata, […]. F’dak iż-żmien, se jkun hemm belt industrijali moderna ġdida fuq l-art sabiħa tal-Mongolja Interna (26).” |
(134) |
Sinopec Group huwa SOE Ċiniża maġġuri oħra u produttur tal-PVA. Chongqing Chuanwei Chemical Co., Ltd, b’kapaċità ta’ 160 000 tunnellata fis-sena ta’ alkoħol tal-polivinil, (27) u tnediet bħala proġett uffiċjali tal-gvern taċ-Ċina: “Il-proġett beda jinbena fis-17 ta’ April 2009 u kien elenkat mill-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni bħala proġett ewlieni tal-kostruzzjoni biex tingħata spinta lid-domanda domestika (28).” |
(135) |
It-tielet kumpanija inkluża fil-kampjun, Inner Mongolia Shuangxin, minkejja li hija intrapriża privata, għandha rabtiet governattivi permezz tal-organizzazzjoni tal-partiti (ara l-premessa (140). |
(136) |
Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-PVA u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-PVA huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.1.1.5 hawn taħt. |
3.1.1.4.
(137) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (29) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (30)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas sa mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (31). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (32). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-PVA u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
(138) |
Speċifikament fis-settur tal-PVA, kif diġà ġie indikat, ħafna mill-produtturi tal-PVA huma proprjetà tal-Istat. Mengwei, ta’ Wan Wei Group, li kienet parti mill-kampjun, hija soġġetta għall-amministrazzjoni ta’ SASAC, pereżempju, bil-proġett tal-produzzjoni tal-PVA tagħha deskritt b’dan il-mod: “Il-Fażi II tal-proġett tar-reżini speċjali tal-alkoħol tal-polivinil ta’ 100 000 tunnellata fis-sena ta’ Mengwei u […] huma l-proġetti ta’ ġbir ta’ fondi inklużi fil-pjan tal-kumpanija msejjaħ “Plan for 2015 non-public Development Bank A-share stock”. Huma ġew approvati mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi Statali tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Anhui, li tappartjeni lill-Istat (l-Ittra [2015] 599): “Approvazzjoni dwar kwistjonijiet rilevanti ta’ stokk ta’ Bank tal-Iżvilupp mhux pubbliku ta’ Anhui Wan Wei high tech materials Co., Ltd”, kif ġiet approvata wkoll mill-ewwel laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti tal-2015” (33). Barra minn hekk, Wan Wei huwa soġġett għal attivitajiet ta’ bini tal-partit: “Fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-istil tal-ħidma tal-partit u l-gvern nadif fl-istadju li jmiss, Wu Shangyi, il-persuna inkarigata mill-Kumitat għall-Ispezzjoni tad-Dixxiplina tal-kumpanija b’ishma konġunti, indikat li wieħed irid jifhem b’mod preċiż is-sitwazzjoni tal-kostruzzjoni tal-istil tal-ħidma tal-partit, […] jiffoka fuq il-ħidma ċentrali attwali tar-riforma u l-iżvilupp ta’ Anhui, bil-kostruzzjoni tal-istil bħala l-linja ewlenija, u jkompli joħloq ambjent korporattiv nadif u rett biex jipprovdi garanzija dixxiplinarja b’saħħitha għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-kumpanija tal-grupp. Tang Xiaohong, viċi segretarju tal-Kummissjoni għall-Ispezzjoni tad-Dixxiplina tal-kumpanija tal-grupp, ippreżenta l-idea: […] li tippromwovi b’mod qawwi l-implimentazzjoni tal-istil tal-partit u l-gvern nadif […]” (34). |
(139) |
Sinopec, kumpanija oħra inkluża fil-kampjun fl-investigazzjoni hija wkoll SOE u tissottolinja l-aderenza tagħha mal-prinċipji tal-partit f’bosta każijiet. Skont is-sit web ta’ Sinopec: “Fl-2018, il-kumpanija aderixxiet mal-gwida tal-ideoloġija soċjalista tal-era l-ġdida ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi u l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit, implimentat għal kollox ir-rekwiżiti ġenerali għall-bini tal-partiti fl-era l-ġdida, iffokat mill-qrib fuq l-iskjerament strateġiku tal-bini ta’ intrapriża ta’ klassi dinjija, u mmexxija mill-kostruzzjoni politika, saħħet b’mod vigoruż il-bini tal-kapaċitajiet tal-kumitati tal-partit ta’ intrapriżi bi sjieda diretta biex timmaniġġja s-sitwazzjoni ġenerali, timplimenta b’mod vigoruż il-proġett ta’ titjib organizzazzjonali tal-organizzazzjoni tal-għeruq tal-partit, issaħħaħ b’mod vigoruż il-vitalità tal-uffiċjali tat-tim u l-intraprenditorija, tikkoordina u ssaħħaħ il-ħidma kollha tal-bini tal-partiti u ttejjeb kontinwament il-kwalità tal-kostruzzjoni tal-partiti sabiex tipprovdi garanzija b’saħħitha għall-bini ta’ Sinopec f’intrapriża ta’ klassi dinjija b’kompetittività globali. Taderixxi mal-istudju, il-propaganda u l-implimentazzjoni tal-era l-ġdida ta’ soċjaliżmu ta’ Xi Jinping b’karatteristiċi Ċiniżi u l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista bħala l-kompitu politiku primarju, u tadotta varjetà ta’ metodi bħal “touring”, taħriġ speċjali, u Jum tal-Partit b’tema sabiex issir promozzjoni tat-tagħlim, tal-ħsieb u tal-prattika. L-għaqda, l-edukazzjoni u l-gwida tal-membri u l-cadres tal-partiti jkomplu jsaħħu l-għarfien tal-kisba b’mod riżolut ta’ “żewġ salvagwardji” u jipprattikaw il-lealtà lejn il-partit b’azzjonijiet prattiċi (35).” |
(140) |
Inner Mongolia Shuangxin telenka l-attivitajiet tal-bini tal-partiti fuq is-sit web tagħha bil-mod kif ġej: “Il-kumpanija stabbiliet fergħa tal-partit fl-2005. F’Mejju 2012, id-Dipartiment tal-organizzazzjoni tal-Kumitat Otog Banner tal-Partit Komunista Ċiniż approva formalment il-kumpanija tagħna biex tistabbilixxi l-Kumitat tal-Partit ta’ Inner Mongolia Shuangxin Resources Holdings Co., Ltd u beda l-ewwel kungress tal-membri tal-partit. Is-sussidjarji relatati waqqfu kumitat tal-partit tat-tieni livell (b’5 fergħat tal-partit taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom), 2 fergħat ġenerali tal-partit (bi 3 fergħat tal-partit taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom), u 3 fergħat tal-partit (36).” |
(141) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.1.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom barra minn hekk, effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (37). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-PVA u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input diskussi f’aktar dettall fit-Taqsima 3.1.1.7 hawn taħt) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.1.1.5.
(142) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali għandhom jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni li fiha ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (38). |
(143) |
L-industrija tal-PVA titqies bħala industrija importanti mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn iffokati fuq is-settur kimiku u l-PVA b’mod partikolari, li jinħarġu fil-livell muniċipali, reġjonali u nazzjonali, inklużi d-dokumenti elenkati fil-premessi li ġejjin. |
(144) |
Il-PVA huwa msemmi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Riforma u ta’ Żvilupp Nazzjonali (l-NDRC — National Development and Reform Commission) dwar id-dispożizzjonijiet li jemendaw il-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (l-edizzjoni tal-2011) (39) (applikabbli matul il-PI). Il-PVA jidher fil-kapitolu dwar is-setturi inċentivati: “19-Industrija ħafifa: 14: Materjali tal-imballaġġ ġodda bħall-aluminju miksi bil-vakwu, sprej tal-ossidu tas-siliċju, film tat-tip għall-kisi tal-PVA, film tal-poliester (PET) funzjonali, film tal-polistiren orjentat (OPS), estrużjonijiet jew komposti b’ħafna saffi bbażati fuq karta u plastik.” Barra minn hekk, dan huwa elenkat fil-kapitolu dwar is-setturi ristretti: “Tessuti: 13: L-adozzjoni ta’ teknoloġija ta’ tqassim skont id-daqs ta’ sospensjoni magħquda tal-alkoħol tal-polivinil (PVA) u prodotti (prodotti tal-poliester u tal-qoton, għajr prodotti b’għadd għoli u densità għolja ta’ qoton pur)” kif ukoll fil-kapitolu dwar is-setturi eliminati/il-prodotti obsoleti: Alkoħol tal-polivinil u l-aċetali tiegħu għall-ħitan interni u esterni (106, 107 kisjiet, eċċ.)”. Dawn il-każijiet juru li l-gvern taċ-Ċina qed imexxi l-industrija tal-PVA u l-użu tal-PVA f’setturi differenti. |
(145) |
Sadanittant, il-Katalogu ta’ Gwida ġie aġġornat u l-verżjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020 (40). F’din il-verżjoni l-ġdida, il-PVA jidher ukoll bħala settur inċentivat: “Industrija ħafifa 11: Materjali ġodda tal-imballaġġ bħal aluminju miksi bil-vakwu, sprej tal-ossidu tas-siliċju, estrużjonijiet jew komposti b’ħafna saffi bbażati fuq film tal-plastik tat-tip għall-kisi ta’ PVA.” Għall-industriji ristretti u eliminati, il-verżjoni l-ġdida tal-Katalogu ta’ Gwida hija identika għall-verżjoni deskritta fil-premessa (144) hawn fuq. |
(146) |
Il-pjan ta’ trasformazzjoni u aġġornament tal-industrija ta’ Wuhai fil-Mongolja Interna u tal-inħawi 2016-2020 (41) isemmi l-PVA fit-Taqsima IV.2: “Sustanzi kimiċi fini: — Jagħtu effett sħiħ lill-vantaġġi tal-industriji tas-sustanzi kimiċi bażiċi bħal klor-alkali, kokkjar u siliċju organiku, — jippromwovu konnessjonijiet orizzontali bejn l-industriji u jestendu l-katina industrijali vertikalment, — jiżviluppaw b’mod vigoruż prodotti pproċessati fil-fond bħal 1,4-butanediol, alkoħol tal-polivinil (PVA), — irawmu prodotti bħalma huma mediċini, pestiċidi u żebgħa sintetika, pigmenti organiċi, żebgħa, materjali tal-polimeru funzjonali, — joħolqu raggruppament ta’ industriji ta’ sustanzi kimiċi fini, — jiżviluppaw industrija pilastru ġdida”, kif ukoll it-Taqsima VII.2: “[j]appoġġjaw b’mod attiv lill-intrapriżi biex jiżviluppaw kooperazzjoni internazzjonali fil-kapaċità tal-produzzjoni, — jinkoraġġixxu prodotti kompetittivi speċifiċi bħal siment, kokkjar, klorur tal-polivinil, alkoħol tal-polivinil, teknoloġiji, kif ukoll tagħmir sabiex jiġu “esternalizzati”, — jesploraw u jiżviluppaw swieq internazzjonali.” |
(147) |
Wara d-divulgazzjoni, parti interessata waħda, jiġifieri Wacker, sostniet li PVA mhuwiex industrija inċentivata u enfasizzat li l-Kummissjoni stess issemmi fit-tieni grupp ta’ sejbiet rispettivi tagħha tal-premessi (144) u (145) li l-PVA huwa elenkat fil-kapitolu ta’ industriji ristretti. Abbażi ta’ dan, Wacker issostni li l-industriji Ċiniżi tal-PVA ma jistgħu jibbenefikaw minn ebda sussidju jew appoġġ li huwa disponibbli biss għall-industriji inċentivati. Konsegwentement, skont Wacker, l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija nieqsa minn provi fattwali. |
(148) |
Madankollu, l-argumenti ta’ Wacker għandhom jiġu miċħuda. L-analiżi rilevanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma tevalwax jekk il-produtturi domestiċi tal-prodott simili jirċevux appoġġ mill-gvern. Minflok, l-analiżi tagħti ħarsa lejn il-kwistjoni dwar jekk jeżistux politiki pubbliċi jew miżuri li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. F’dan ir-rigward, l-elenkar tal-PVA fost l-industriji ristretti juri l-prevalenza ta’ tali politiki pubbliċi bl-istess mod kif jiġi elenkat fost l-industriji inċentivati peress li l-eżistenza nnifisha ta’ tali katalogi turi biċ-ċar l-interferenza tal-GTĊ fil-forzi tas-suq. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni nnotat fil-premessa (144) in fine li l-GTĊ qed imexxi l-industrija tal-PVA billi t-tmexxija,’il bogħod milli hija limitata għall-appoġġ, tista’ tinvolvi firxa wiesgħa ta’ miżuri, inklużi restrizzjonijiet. |
(149) |
Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod, pereżempju billi jipprovdi sussidji. Ir-rapport annwali tal-Grupp Wan Wei jelenka numru ta’ sussidji ddedikati għall-PVA: ir-rapport annwali tal-2016 jelenka -l-fondi ta’ riforma teknika tal-proġett tal-PVA ta’ RMB 8,6 miljun (42), filwaqt li r-rapport annwali tal-2017 jelenka: “L-allokazzjoni tar-Riforma Teknoloġika tal-Proġett tal-PVA: RMB 7,666 miljun, skont fuq self għar-rinnovazzjoni teknika tal-materjali PVA għall-produzzjoni tal-melassa tal-iskart, RMB 2,819 miljun (43)”, kif ukoll “allokazzjoni ta’ trasformazzjoni teknoloġika tal-proġett ta’ PVA, RMB 958 333” (44). Fl-2018, il-kumpanija rċeviet RMB 5,7 miljun għal allokazzjoni tar-Riforma Teknoloġika tal-Proġett PVA u RMB 2,8 miljun fi skont fuq l-imgħax fuq proġetti ta’ trasformazzjoni teknoloġika tal-PVA (45). Ir-rapport annwali tal-2019 jelenka allokazzjoni ta’ RMB 0,958 miljun għar-Riforma Teknoloġika tal-Proġett tal-PVA (46). |
(150) |
Hemm ukoll għadd ta’ distorsjonijiet fil-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-PVA, bħall-faħam, gass, karbur tal-kalċju, aċidu aċetiku u ġebla tal-ġir. Il-faħam huwa soġġett għal pjanijiet differenti u għal dokumenti oħrajn, bħat-13-il FYP (Five Year Plan) għar-Riżorsi Minerali fil-livell nazzjonali, kif ukoll għal pjanijiet fil-livell lokali, bħall-pjan ta’ żvilupp tal-industrija tal-Faħam tal-provinċja ta’ Hebei (47). L-industrija tal-faħam hija riċevitur ta’ sussidju sostanzjali fiċ-Ċina li jwassal għal kapaċità żejda u distorsjonijiet fil-prezzijiet (48). Il-gass naturali huwa wkoll soġġett għal għadd ta’ pjanijiet, inkluż it-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali fil-livell nazzjonali, iżda wkoll għal pjanijiet fil-livell lokali, bħall-Pjan ta’ Żvilupp tal-Gass Naturali fil-Provinċja ta’ Hebei. Il-produzzjoni tal-karbur tal-kalċju hija soġġetta għal rata tal-elettriku preferenzjali f’xi provinċji bħal Chongqing u Shaangxi (49). Hija soġġetta wkoll għat-13-il FYP għall-Industrija Kimika u Petrokimika. L-aċidu aċetiku huwa soġġett għall-Katalogu tal-NDRC għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija, li jippreskrivi regoli dettaljati għal industriji differenti. L-aċidu aċetiku huwa inkluż fil-lista ristretta għal sustanzi petrokimiċi: “aċidu aċetiku tal-kaprolattam jew tal-etilen bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 100 000 tunnellata, aċidu aċetiku b’sinteżi okso jew metanol b’gass naturali bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 300 000 tunnellata” (50). Permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ mezzi oħrajn, il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-PVA hija soġġetta għal intervent min-naħa tal-gvern. |
(151) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jingħata appoġġ lill-industriji inċentivati. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali. |
3.1.1.6.
(152) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment tipproduċi riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (51). |
(153) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment ovvji b’rabta mas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (52). L-art kollha hi proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, meta ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (53). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (54). |
(154) |
L-istess bħas-setturi l-oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-PVA huma soġġetti għar-regoli ordinarji fir-rigward tal-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, il-liġijiet tal-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn il-konstatazzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawn il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli għal kollox anki fis-settur tal-PVA. |
(155) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-PVA, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. |
3.1.1.7.
(156) |
Mhuwiex possibbli li tiġi żviluppata għal kollox sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq, billi l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għall-organizzazzjoni kollettiva. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (55). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (56). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (57). Dawn is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi fir-RPĊ. |
(157) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-PVA mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-PVA huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.1.1.8.
(158) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
(159) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (58), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla karigi eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (59) u, għal darba oħra, l-istess bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment il-politiki pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (60). Dan jiġi aggravat mir-regoli eżistenti addizzjonali, li jidderiġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala inċentivati jew li b’xi mod ieħor huma importanti (61). |
(160) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
(161) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrespondu b’mod sistematiku għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (62). |
(162) |
Dan jiġi aggravat mir-regoli eżistenti addizzjonali, li jidderiġu l-finanzi f’setturi deżinjati mill-gvern bħala inċentivati jew li b’xi mod ieħor huma importanti (63). Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
(163) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali. |
(164) |
It-tielet, minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta’ self bir-rata referenzjarja jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu mmirat jidher li żdied, peress li dan is-sehem żdied notevolment mill-2015 minkejja d-deterjorament fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
(165) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ riportament ta’ dejn, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew swaps ta’ dejn għal ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
(166) |
Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi lliberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. |
(167) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-PVA se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati severament fil-livelli kollha. |
3.1.1.9.
(168) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport kienu karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.1.1.1-3.1.1.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet 3.1.1.6-3.1.1.8 hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
(169) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi manifatturat il-PVA, il-materja prima ewlenija hija: il-faħam, il-gass naturali u l-aċidu aċetiku. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun kisbu l-inputs tagħhom kollha fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-PVA jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma b’mod ċar esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha. |
(170) |
Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-PVA mhumiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li ġie manifatturat fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa tal-fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.1.1.10.
(171) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet 3.1.1.2 sa 3.1.1.9, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-PVA (inkluż il-prodott ikkonċernat) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
(172) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
(173) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-produtturi esportaturi ma ngħatawx kwestjonarju ta’ distorsjoni tas-suq. Skont il-GTĊ, dan ħalla lill-produtturi esportaturi f’konfużjoni dwar l-ambitu tal-kwistjoni tad-distorsjoni tas-suq, u dwar x’jeħtieġ li jissottomettu f’termini ta’ punti ewlenin li għandhom jiġu indirizzati u evidenza li hija aċċettabbli. Dan affettwa b’mod negattiv id-drittijiet leġittimi tal-kumpaniji Ċiniżi, u ċaħħadhom mill-opportunitajiet tagħhom biex jiddefendu l-interessi tagħhom. |
(174) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li fil-30 ta’ Lulju 2019, intbagħat kwestjonarju dwar id-distorsjonijiet tas-suq lill-GTĊ. Il-GTĊ naqas milli jwieġeb għalih. Barra minn hekk kwestjonarji ta’ anti-dumping maħsuba għall-esportaturi jinkludu l-Punt f.4, li jispjega kif il-produtturi esportaturi jistgħu jsostnu li mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.1.2.1.
(175) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
|
(176) |
Kif spjegat fil-premessi minn (46) sa (50), il-Kummissjoni ppubblikat tliet noti għall-fajl (66) dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
3.1.2.2.
(177) |
Fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott li qed jiġi investigat jidher li huwa manifatturat biss fil-Ġappun, f’Singapore, fit-Tajwan u fl-Istati Uniti, li l-ebda wieħed minnhom ma huwa pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (175). |
(178) |
Minħabba li l-pajjiżi kollha fejn hemm il-produzzjoni tal-PVA għandhom livell differenti ta’ żvilupp ekonomiku mir-RPĊ, il-Kummissjoni kkunsidrat il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, il-Kummissjoni indikat li kienet se tuża l-produzzjoni ta’ PVB (polyvinyl butyral), prodott simili għall-PVA, sabiex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(179) |
Għaldaqstant, fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni identifikat l-erba’ pajjiżi li ġejjin li fihom kien qed jiġi prodott il-PVB: il-Brażil, il-Malasja, il-Messiku u t-Tajlandja. Dawn il-pajjiżi tqiesu mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri huma kollha kklassifikati bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” abbażi tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”). |
(180) |
Tliet produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ ipprovdew kummenti wara n-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019. Huma qablu mal-valutazzjoni li l-erba’ pajjiżi kollha identifikati mill-Kummissjoni jidhru li għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku. Madankollu, fil-fehma tagħhom, il-Malasja dehret li kienet fl-ogħla tarf tal-iskala ta’ żvilupp ekonomiku u, għalhekk, tista’ tkun inqas rappreżentattiva mit-tliet pajjiżi l-oħrajn. Huma indikaw ukoll li, skont l-informazzjoni tagħhom, il-PVB ma kienx manifatturat fil-Brażil, billi l-kumpanija magħżula f’dak il-pajjiż waqfet tipproduċi l-PVB. Barra minn hekk, fir-rigward tal-adegwatezza tal-protezzjoni dwar il-livell soċjali, tal-manodopera u tal-ambjent, dawn l-esportaturi esprimew ir-riżervi tagħhom fir-rigward tal-Brażil. Fil-fehma tagħhom, minn fost il-pajjiżi kkunsidrati, il-Messiku għandu l-ogħla livell ta’ konformità mal-istandards tax-xogħol tal-ILO. Għalhekk, huma kienu tal-fehma li l-Messiku jista’ jikkostitwixxi l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq għad-determinazzjoni tal-valur normali minn fost dawk li ġew identifikati fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019. |
(181) |
Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb livell ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż tal-esportazzjoni. Għalhekk, il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING eqreb minn ieħor mhuwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Kif imsemmi hawn fuq, il-kriterju rilevanti f’termini tal-iżvilupp ekonomiku huwa l-klassifikazzjoni tal-introjtu medju superjuri mill-Bank Dinji għall-perjodu rilevanti. Din il-bażi ta’ data tippermetti lill-Kummissjoni jkollha għadd suffiċjenti ta’ pajjiżi potenzjalment xierqa b’livell simili ta’ żvilupp biex tagħżel l-aktar sors xieraq ta’ kostijiet u prezzijiet mingħajr distorsjoni. Billi l-erba’ pajjiżi kollha huma inklużi fl-istess kategorija tal-bażi ta’ data tal-Bank Dinji, huma kollha meqjusa li jissodisfaw il-kriterju stipulat fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(182) |
Il-Kummissjoni nnotat li ma jidhirx li hemm produzzjoni tal-PVB fil-Brażil. Analiżi aktar dettaljata tad-disponibbiltà u tal-kwalità tad-data finanzjarja għall-kumpaniji differenti fil-Brażil tinsab fit-Taqsima 3.1.2.3 hawn taħt. |
(183) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna l-livell ta’ protezzjoni soċjali, tal-manodopera u tal-ambjent abbażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, irriżulta li ma kienx hemm bżonn li jiġu kkunsidrati l-livelli differenti ta’ protezzjoni f’dawn l-erba’ pajjiżi kif spjegat fil-premessa (221) hawn taħt. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(184) |
Kif spjegat aktar fil-premessi (188) u (208), abbażi tal-kummenti għan-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, it-Turkija żdiedet mal-lista ta’ pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali. It-Turkija tqieset mill-Bank Dinji bħala pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku għar-RPĊ. |
3.1.2.3.
(a) Għażla tal-prodott simili għal PVA
(185) |
Kif spjegat fil-premessi (177) u (178) hawn fuq, il-Kummissjoni, fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, informat li għandha l-ħsieb li tqis il-PVB bħala prodott simili għall-PVA biex tidentifika pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-għażla tal-PVB bħala prodott simili għall-PVA. |
(186) |
Fil-kummenti tiegħu dwar in-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, l-ilmentatur sostna li jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-film tal-PVB u r-reżina tal-PVB u huwa kien tal-fehma li l-film tal-PVB ma jistax jintuża bħala prodott simili xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:
|
(187) |
L-ilmentatur sostna li jenħtieġ li l-aċetat tal-polivinil (“PVAc”) jiġi kkunsidrat, minflok, bħala prodott simili xieraq abbażi tas-similaritajiet li jeżistu fil-proċess tal-produzzjoni tal-PVA u tal-PVAc. B’mod partikolari, l-ilmentatur afferma li bħall-PVA, il-PVAc ġie manifatturat ukoll permezz tal-polimerizzazzjoni tal-monomeru ta’ aċetat tal-vinil (“Vinyl acetate monomer” — VAM). L-ilmentatur ikkunsidra wkoll li l-PVAc bħala prodott finali kien simili għall-PVA f’termini ta’ firxa wiesgħa ta’ użi u utenti finali u klijenti potenzjali. |
(188) |
L-ilmentatur identifika wkoll produttur tal-PVAc fit-Turkija, li huwa pajjiż fl-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ. Il-kumpanija identifikata mill-ilmentatur kienet Organik Kimya San. ve Tic. A.Ș. Għalhekk, l-ilmentatur issuġġerixxa li t-Turkija tintuża bħala pajjiż rappreżentattiv għall-fini tal-kalkolu tal-valur normali. |
(189) |
L-affermazzjoni tal-ilmentatur li l-film tal-PVB ma tkunx adattata bħala prodott simili xieraq ma kienet appoġġjata minn ebda evidenza. Għall-kuntrarju, il-viżibbiltà tal-produtturi tal-film tal-PVB fuq il-pjattaformi ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku tissuġġerixxi li l-film tal-PVB mhijiex limitata fl-applikazzjoni jew fl-għadd ta’ utenti potenzjali tagħha. |
(190) |
Il-Kummissjoni wettqet ir-riċerka tagħha stess, b’konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”). Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni sabet li, meta wieħed iqis il-proċess tal-manifattura, il-materja prima użata u l-kost tal-produzzjoni, kemm il-PVB kif ukoll il-PVAc jistgħu jintużaw bħala prodotti simili xierqa għall-PVA. Il-fatturi ta’ produzzjoni meħtieġa għall-produzzjoni kemm tal-PVB kif ukoll tal-PVAc huma fil-biċċa l-kbira l-istess bħal dawk għall-PVA u, f’termini tal-kost tal-manifattura, il-PVA jaqa’ bejn il-PVB u l-PVAc. |
(191) |
B’hekk, l-affermazzjoni tal-ilmentatur li l-PVAc, minflok il-PVB, jenħtieġ li jintuża bħala prodott simili xieraq għall-PVA ġiet miċħuda. Madankollu, abbażi tar-raġunijiet spjegati hawn fuq, il-Kummissjoni aċċettat l-argument li l-PVAc, flimkien mal-PVB, jistgħu jitqiesu bħala prodott simili xieraq potenzjali. |
(192) |
Fil-kummenti tagħha għan-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, Solutia, li kienet meqjusa wkoll bħala utent (67) li jimporta l-prodott li qed jiġi investigat, staqsiet jekk il-Kummissjoni kkunsidratx ir-reżina tal-PVB jew il-film tal-PVB bħala l-prodott simili għall-PVA. |
(193) |
Kif spjegat fil-premessa (189) hawn fuq, ma saret l-ebda distinzjoni bejn ir-reżina tal-PVB u l-film tal-PVB fir-rigward tal-adegwatezza tagħhom bħala prodott simili xieraq. Solutia informat ukoll lill-Kummissjoni li waħda mill-kumpaniji affiljati tagħha fil-Messiku, jiġifieri Solutia Tlaxcala, S.A. de C.V, kienet qed tipproduċi l-film tal-PVB u l-kumpanija affiljata l-oħra tagħha fil-Malasja, Flexsys Chemical (M) SDN BHD, qed tipproduċi r-reżina tal-PVB. Is-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji ġiet indirizzata fil-premessi (199) u (200) hawn taħt. |
(b) Il-produzzjoni tal-prodott simili għall-prodott li qed jiġi investigat fil-pajjiż rappreżentattiv u d-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
(194) |
Fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn jiġi prodott il-PVB, jiġifieri l-Brażil, il-Malasja, il-Messiku u t-Tajlandja, id-disponibbiltà ta’ data pubblika kellha tiġi vverifikata aktar, b’mod partikolari sa fejn hija kkonċernata d-data finanzjarja pubblika minn produttur tal-prodott simili. |
(195) |
Minbarra l-kumpaniji identifikati fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, abbażi tal-konklużjoni taħt il-punt (a) hawn fuq, il-Kummissjoni wettqet aktar riċerka għall-kumpaniji li jipproduċu l-PVAc fil-pajjiżi kkunsidrati. Hija sabet kumpanija addizzjonali waħda fit-Turkija u waħda fil-Messiku, kif kienu ġew informati l-partijiet fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019. |
(196) |
Kif imsemmi hawn fuq taħt il-punt (a), il-Kummissjoni analizzat ukoll l-informazzjoni ppreżentata mill-ilmentatur dwar kumpanija Torka addizzjonali, u l-informazzjoni ppreżentata minn importatur dwar żewġ kumpaniji addizzjonali fil-Messiku u fil-Malasja. |
(197) |
Fir-rigward tal-Brażil, importatur u utent tal-prodott li qed jiġi investigat informaw lill-Kummissjoni li waħda mill-kumpaniji li ġew identifikati fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019 bħala produtturi tal-PVB fil-Brażil, jiġifieri Solutia Brasil Ltda. (Eastman Chemical company), kienet waqfet tipproduċi l-film tal-PVB u, għalhekk, ma kinitx kandidata xierqa għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-manifattura, tal-SG&A u tal-profitt. Dan qabel ukoll mal-kummenti mressqa mill-esportaturi, kif diskussi fit-Taqsima 3.1.2.2. hawn fuq. |
(198) |
Fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra fil-fajl disponibbli għall-Kummissjoni dwar il-preżenza ta’ kumpaniji oħrajn li jipproduċu l-PVB u/jew il-PVAc fil-Brażil b’data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma setax jibqa’ jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(199) |
Fir-rigward tal-Malasja, ġiet ivverifikata d-disponibbiltà tad-data għall-kumpanija identifikata fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019 — jiġifieri Samchem Nusajaya Sdn Bhd — u wkoll għall-kumpanija ssuġġerita minn Solutia — jiġifieri Flexsys Chemical (M) Sdn Bhd, li tipproduċi wkoll il-PVB. Id-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku kemm għal Samchem Nusajaya Sdn Bhd, kif ukoll għal Flexsys Chemical (M) Sdn Bhd, tmur lura għall-2017 u, bħala konsegwenza, ma setgħetx titqies bħala xierqa għall-perjodu tal-investigazzjoni, li fih kienet disponibbli data aktar reċenti għal produtturi oħrajn. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Malasja ma kinitx adegwata biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. Din il-konklużjoni kompliet tissaħħaħ permezz tal-analiżi tal-importazzjonijiet fil-Malasja, diskussa fil-premessa (203). |
(200) |
Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni analizzat ukoll id-disponibbiltà tad-data finanzjarja għall-kumpanija li tipproduċi l-PVB issuġġerita minn Solutia, jiġifieri Solutia Tlaxcala S.A. de C.V., kif ukoll għall-kumpanija li l-Kummissjoni sabet abbażi tar-riċerka tagħha stess, jiġifieri Wyn De Mexico Productos Quimicos S.A. de C.V. |
(201) |
Fir-rigward tar-rapporti finanzjarji għall-2018 ta’ Solutia Tlaxcala S.A. de C.V, il-parti interessata ppreżentat rapporti finanzjarji sħaħ kif iċċertifikati mill-awdituri f’verżjoni “sensittiva” biss. Din il-parti ddikjarat ukoll li dan is-sett komprensiv ta’ rapporti finanzjarji ppreżentati lill-Kummissjoni ma kienx disponibbli għall-pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hija ma setgħetx tuża d-data ta’ din il-kumpanija fil-proċediment. |
(202) |
Fir-rigward ta’ Wyn De Mexico Productos Quimicos S.A. de C.V., l-aħħar data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku kienet disponibbli biss għall-ewwel sitt xhur tal-2018 u għalhekk, ma setgħetx tiġi kkunsidrata. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Messiku ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
(203) |
Fir-rigward tat-Tajlandja, id-data disponibbli għal Sekisui S-Lec Co. Ltd kienet mill-2018, u minħabba li kien hemm sovrapożizzjoni parzjali mal-perjodu ta’ investigazzjoni, hija tista’ titqies bħala xierqa fil-prinċipju. Din il-kumpanija kienet profittabbli fl-2018. Madankollu, fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni analizzat ukoll l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni fit-Turkija, fil-Messiku, fit-Tajlandja u fil-Malasja. L-analiżi tad-data tal-importazzjoni wriet li l-importazzjonijiet fit-Tajlandja u fil-Malasja tal-fatturi ewlenin ta’ produzzjoni ġew affettwati mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u, għalhekk, la t-Tajlandja u lanqas il-Malasja ma setgħu jitqiesu bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. L-istess analiżi wriet ukoll li t-Turkija u l-Messiku setgħu jintużaw bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba li l-importazzjonijiet tagħhom tal-fatturi ta’ produzzjoni ewlenin ma kinux affettwati materjalment minn importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn xi wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (68). |
(204) |
Minbarra l-informazzjoni ppreżentata mill-ilmentatur dwar il-kumpanija Torka Organik Kimya San. Ve Tic. A.S., il-Kummissjoni analizzat ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tat-Turkija billi vverifikat id-disponibbiltà tad-data għal din il-kumpanija, li ma kinitx koperta fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019. Din il-kumpanija hija produttur tal-PVAc, li kien meqjus bħala prodott xieraq simili għall-PVA, kif spjegat fil-punt (a) hawn fuq. L-aħħar data finanzjarja disponibbli għal din il-kumpanija kienet mill-2018. Il-kumpanija kienet profittabbli. Madankollu, instab li d-data disponibbli għall-pubbliku ta’ din il-kumpanija fil-bażi tad-data ta’ Orbis ma kienx fiha d-data xierqa għall-kost tal-prodotti mibjugħa u għall-SG&A. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data ta’ din il-kumpanija ma setgħetx tintuża għall-investigazzjoni sakemm din id-data ma ssirx disponibbli. |
(205) |
Il-Kummissjoni għamlet ukoll riċerka dwar produtturi potenzjali oħrajn tal-PVB u/jew tal-PVAc fit-Turkija. Kumpanija Torka oħra, Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S., instabet li qed tipproduċi l-adeżivi tal-PVAc. L-aħħar data finanzjarja disponibbli għal din il-kumpanija kienet mill-2018 u l-kumpanija kienet profittabbli fil-livell tal-introjtu operatorju. Madankollu, l-ispejjeż finanzjarji tal-2018 kienu għoljin b’mod straordinarju u, għalhekk, wasslu biex il-kumpanija tagħmel it-telf f’dik is-sena. Il-Kummissjoni qabblet id-data finanzjarja għal din il-kumpanija mas-snin preċedenti li fihom ma kienx hemm sitwazzjoni straordinarja bħal din u kkonkludiet li jenħtieġ li l-ispejjeż finanzjarji għall-2018 tabilħaqq jitqiesu bħala straordinarji u jiġu aġġustati kif xieraq. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, wara l-aġġustament xieraq għall-ispejjeż finanzjarji straordinarji, id-data ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. setgħet titqies bħala xierqa għal din l-investigazzjoni. Din il-konklużjoni ġiet ikkomunikata lill-partijiet interessati fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn il-kummenti huma indirizzati fil-premessi (219) u (220) hawn taħt. |
(206) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019 li hija għandha l-ħsieb li tuża lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija Torka Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
(207) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S, u — f’każ li d-data finanzjarja tagħha ssir disponibbli — ta’ Organik Kimya San. Ve Tic. A.S, bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. |
(208) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, produttur esportatur inkluż fil-kampjun sostna li, għall-kuntrarju tal-Messiku, it-Turkija ma ssemmietx fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019 dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. |
(209) |
L-għażla inizjali ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali u ta’ kumpaniji adattati b’data disponibbli għall-pubbliku ma twaqqafx lill-Kummissjoni mill-possibbiltà li tissupplimenta jew tirfina tali għażla u r-riċerka tagħha fi stadju aktar tard, inkluż billi tressaq suġġerimenti ġodda f’termini ta’ pajjiż rappreżentattiv potenzjali u ta’ prodott simili. Tabilħaqq, huwa l-iskop proprju tan-Noti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni li l-partijiet interessati jiġu mistiedna jikkummentaw dwar ir-riċerka preliminari tas-servizzi tal-Kummissjoni u, jekk ikun ġustifikat, li jirċievu alternattivi għall-kunsiderazzjoni ulterjuri tas-servizzi tal-Kummissjoni. In-Noti fihom ukoll anness speċifiku maħsub biex jiggwida lill-partijiet fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar pajjiżi u/jew kumpaniji rappreżentattivi addizzjonali eventwali għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Wara l-kumment mill-ilmentatur relatat mat-Turkija u prodott simili potenzjali ieħor — il-PVAc — il-Kummissjoni wettqet riċerka addizzjonali b’kollaborazzjoni mal-ECHA kif imsemmi fil-premessi minn (204) sa (206) hawn fuq. Din ir-riċerka wriet li kemm il-PVAc kif ukoll il-PVB jistgħu ugwalment jitqiesu bħala prodotti simili għall-PVA. Ir-riċerka addizzjonali kkonfermat ukoll li l-PVAc kien manifatturat fit-Turkija. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni żiedet lit-Turkija mal-lista ta’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali u nnominat il-PVAc bħala prodott simili. Għalhekk, l-affermazzjoni li t-Turkija ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv minħabba li ma kinitx imsemmija fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019 hija miċħuda. |
(210) |
L-istess produttur esportatur sostna li l-Messiku kien jikkostitwixxi pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq minħabba, fost l-oħrajn, id-disponibbiltà ta’ data għall-faħam u l-gass naturali. Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur sostna wkoll li għal għadd ta’ fatturi ewlenin tal-input, kien hemm esportazzjonijiet Ċiniżi sostanzjali fit-Turkija, filwaqt li d-data dwar l-importazzjoni Messikana turi xirjiet sostanzjali mill-Istati Uniti tal-Amerika. Il-produttur esportatur sostna wkoll li l-volum tal-importazzjonijiet ta’ fatturi ta’ produzzjoni oħrajn fit-Turkija kien limitat meta mqabbel mal-volum tal-importazzjonijiet fil-Messiku. Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, dan il-produttur esportatur esprima l-fehma li jenħtieġ li tintuża d-data minn Wyn De Mexico Productos Quimicos S.A. de C.V., anki jekk din kienet disponibbli biss għall-ewwel sitt xhur tal-2018. |
(211) |
Is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-fatturi ta’ produzzjoni ewlenin fit-Turkija, meta mqabbla mal-importazzjonijiet rispettivi fil-Messiku, ġiet analizzata aktar fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020. Din l-analiżi, f’konformità mal-analiżi li saret fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, imsemmija fil-premessa (203), ikkonfermat li l-livell tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn it-Turkija tal-fatturi ta’ produzzjoni ewlenin użati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun mhux affettwati mill-importazzjonijiet tar-RPĊ kien rappreżentattiv. Għalhekk, l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn it-Turkija ma kinux tali li jrendu lit-Turkija mhux xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(212) |
Il-Kummissjoni kkjarifikat ukoll fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020 li l-ebda data finanzjarja aġġornata ma kienet saret disponibbli għal xi waħda mill-kumpaniji Messikani msemmija fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019. Għal Wyn De Mexico Productos Quimicos S.A. de C.Vc., l-aħħar data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku kopriet biss l-ewwel sitt xhur tal-2018. Ġie mfakkar li din id-data ma għandha l-ebda sovrapożizzjoni mal-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ukoll li din hija relatata biss ma’ perjodu ta’ sitt (6) xhur. Kwalunkwe perjodu ta’ sitt (6) xhur ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv ta’ sena sħiħa, inter alia, minħabba l-varjazzjonijiet staġjonali potenzjali fil-partiti tar-rapport tal-introjtu. Barra minn hekk, sena finanzjarja sħiħa għandha data tal-bidu u data tal-għeluq meta jitwettqu awditi, jiġu rreġistrati l-ammonti dovuti xierqa u jsiru l-korrezzjonijiet neċessarji. Huwa inqas minn ċert li dan kollu jsir fuq abbażi ta’ perjodu ta’ sitt (6) xhur. Barra minn hekk, anki jekk kumpanija tkun uriet profitt għal perjodu ta’ sitt(6) xhur, dan ma jfissirx li hija se tkun profittabbli matul is-sena kollha. Tabilħaqq, il-kumpanija ssuġġerita mill-produttur esportatur ma kinitx profittabbli fl-2017, l-aħħar sena sħiħa disponibbli. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni ma qablitx mal-kumment li għamel dan il-produttur esportatur, li fihom afferma li l-użu ta’ din id-data ta’ sitt (6) xhur iwassal għal valur normali aktar preċiż mill-użu tad-data mit-Turkija. Fir-rigward tal-kumpanija potenzjali l-oħra mill-Messiku msemmija fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, jiġifieri Solutia Tlaxcala S.A. de C.V., ir-rapporti finanzjarji ta’ din il-kumpanija ma kinux disponibbli għall-pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni sostniet li d-data disponibbli miż-żewġ kumpaniji Messikani ma setgħetx titqies bħala xierqa. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(213) |
Fir-rigward tal-kumpanija Torka Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S., il-Kummissjoni spjegat fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019 li d-data tista’ titqies bħala xierqa għal din l-investigazzjoni sabiex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa (205), kien innotat ukoll li l-ispejjeż finanzjarji tal-2018, li wasslu biex il-kumpanija tagħmel it-telf f’dik is-sena, jenħtieġ li jitqiesu bħala straordinarji. |
(214) |
F’konformità mal-osservazzjoni tal-Kummissjoni, l-istess produttur esportatur innota wkoll li l-kumpanija Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S bdiet tagħmel it-telf minħabba l-partiti finanzjarji. Din il-parti affermat ukoll li l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għal din il-kumpanija ma ppermettietx li jsir tqassim bejn l-ispejjeż ġenerali u l-ispejjeż tal-SG&A. |
(215) |
Fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali u l-ispejjeż tal-SG&A, jenħtieġ li jiġi nnotat li s-sors tal-ewwel normalment ma jkunx ibbażat fuq il-kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie affermat mill-parti interessata, l-SG&A ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. kienu fil-fatt divulgati fl-informazzjoni finanzjarja tagħha disponibbli għall-pubbliku fil-bażi ta’ data ta’ Orbis. Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li d-data disponibbli għall-pubbliku għal din il-kumpanija ġeneralment tkun fuq l-istess livell ta’ dettall bħal kull data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku normalment użata mill-Kummissjoni f’dawn l-investigazzjonijiet. Għalhekk, il-livell ta’ dettall disponibbli bħalissa għal din il-kumpanija fih l-informazzjoni kollha meħtieġa u ma jagħmilx lill-kumpanija mhux xierqa għal din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-partiti finanzjarji, il-Kummissjoni tinnota li jenħtieġ li l-livell anormali ta’ dawn il-partiti fir-rapport tal-introjtu tal-2018 jitqies bħala straordinarju kif spjegat fil-premessa (205) hawn fuq. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sostniet li d-data ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. tista’ titqies bħala xierqa wara li jsiru l-aġġustamenti xierqa għall-partiti finanzjarji straordinarji kif spjegat fil-premessa (307). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(216) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat affermaw li l-kumpanija Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. mhijiex xierqa, minħabba li l-kumpanija mhijiex speċjalizzata fil-produzzjoni tal-PVAc, iżda li dan il-prodott jirrappreżenta biss parti limitata mill-portafoll tal-prodotti totali tagħha. Dawn il-partijiet affermaw li l-ispiża ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti ta’ din il-kumpanija mhumiex allokati biss għall-produzzjoni tal-PVAc u li l-“fatturi ta’ produzzjoni, l-ispejjeż ġenerali tal-elettriku u tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti għall-PVAc huma affettwati ħafna mill-attività globali tal-produzzjoni u tal-bejgħ” u li l-kost tal-produzzjoni jvarja għal kull kategorija ta’ prodotti. B’mod partikolari, dawn il-partijiet affermaw li l-kost tal-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex PVAc u l-assistenza tagħhom wara l-bejgħ huma ferm ogħla minn dawk għall-prodotti tal-PVAc. Barra minn hekk, dawn il-partijiet affermaw li, fin-nuqqas ta’ kontabbiltà analitika għall-kost tal-produzzjoni u l-profitt tal-PVAc, Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. ma tistax titqies bħala sors ta’ data affidabbli. |
(217) |
L-affermazzjoni li l-kost tal-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex PVAc u l-assistenza tagħhom wara l-bejgħ huma ferm ogħla minn dawk għall-prodotti tal-PVAc ma ġiet issostanzjata bl-ebda evidenza. Barra minn hekk, mhuwiex eċċezzjonali li l-kumpaniji meqjusa bħala xierqa fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku qegħdin jipproduċu aktar minn prodott wieħed. Bl-istess mod, huwa wkoll komuni li l-livell ta’ dettall tad-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku ta’ kumpaniji xierqa fil-pajjiż rappreżentattiv ġeneralment ma jippermettix li ssir analiżi aktar granulari tal-SG&A u tal-profitt fil-livell ta’ prodotti individwali. Huwa mfakkar ukoll li fir-rigward tal-kost tal-produzzjoni, il-fatturi ta’ produzzjoni, u l-elettriku, l-għażla ta’ kwalunkwe kumpanija individwali ma għandha l-ebda rilevanza għall-eżitu, minħabba li din id-data tinkiseb minn sorsi oħrajn, jiġifieri d-data statistika tal-importazzjoni jew id-data domestika tal-pajjiż rappreżentattiv, kif ukoll id-data mill-produtturi esportaturi. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(218) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, l-ilmentatur sostna li d-data finanzjarja ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S ġiet affettwata għall-2018 minn avvenimenti straordinarji, jiġifieri l-fluttwazzjoni tal-munita minħabba l-iżviluppi politiċi fit-Turkija u l-espansjoni tal-kapaċità tal-kumpanija. Għalhekk, l-ilmentatur issuġġerixxa li d-data finanzjarja għal din il-kumpanija għall-2018 tista’ tintuża, “iżda mhux il-profitt qabel it-taxxa”. Madankollu, l-ilmentatur ma kompliex jissostanzja dawn ir-raġunijiet possibbli għall-ispejjeż finanzjarji anormali fl-2018, u lanqas ma kkontesta l-approċċ issuġġerit mill-Kummissjoni, li jagħmel aġġustament xieraq għall-ammonti straordinarji tal-ispejjeż finanzjarji fl-2018. Għalhekk, fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni informat li hija għandha l-ħsieb li żżomm l-approċċ issuġġerit fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, jiġifieri bl-użu tad-data ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. aġġustata għall-ispejjeż finanzjarji straordinarji. |
(219) |
Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet kummenti ripetuti mingħand tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat. Dawn il-partijiet tennew l-affermazzjoni tagħhom li Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. hija kumpanija mhux xierqa, minħabba li l-kost tagħha tal-bejgħ ta’ prodotti li mhumiex PVAc u tal-assistenza ta’ wara l-bejgħ huwa ferm ogħla minn dak tal-prodotti tal-PVAc. Dawn il-partijiet għamlu referenza għas-sit web ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. billi affermaw li l-portafoll tal-prodotti tagħha juri li n-negozju ewlieni huwa fformat minn linji ta’ prodotti li mhumiex PVAc u li l-PVAc huwa negozju sekondarju biss. Barra minn hekk, dawn il-partijiet affermaw li s-setturi mhux tal-PVAc jeħtieġu aktar riżorsi għar-riċerka u l-iżvilupp u l-assistenza teknika, kif ukoll għall-organizzazzjoni tal-bejgħ u tal-investimenti u l-assistenza ta’ wara l-bejgħ u affermaw li l-profitti f’dawn is-setturi mhux tal-PVAc huma “ġeneralment pjuttost għoljin”. Madankollu, dawn il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda evidenza addizzjonali li tissostanzja l-affermazzjoni tagħhom. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet huma miċħuda kif ġie spjegat diġà fil-premessa (217) hawn fuq. |
(220) |
Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, l-istess partijiet tennew ripetutament ukoll l-affermazzjoni tagħhom li d-data dwar il-kontabbiltà ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. mhijiex xierqa, minħabba li l-produzzjoni tal-PVAc tirrappreżenta biss parti limitata mill-portafoll tal-prodotti totali tagħha u l-manifattura, l-ispejjeż ġenerali, l-SG&A u l-profitti ta’ din il-kumpanija mhumiex imqassmin biss għall-produzzjoni tal-PVAc. Dawn il-partijiet issuġġerew ukoll li d-data finanzjarja ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. mhijiex xierqa biex jiġu ddeterminati l-kostijiet, l-SG&A u l-profitti, sakemm il-kumpanija ma tipprovdix lill-Kummissjoni b’data finanzjarja limitata għal-linja tal-prodotti ta’ PVAc. Kif ġie spjegat diġà fil-premessa (217), l-analiżi granulari tal-SG&A u tal-profitti fil-livell tal-prodotti individwali ġeneralment ma tkunx possibbli u ma tkunx neċessarja biex kumpanija titqies bħala xierqa fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.2.4.
(221) |
Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.1.2.5.
(222) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(223) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun irrefera għall-kummenti tiegħu dwar in-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, li fiha ma qabilx mal-għażla tat-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(224) |
Il-Kummissjoni nnotat li dawn il-kummenti kienu indirizzati fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020 (kif ukoll fit-Taqsima 3.1.2.3 hawn fuq) u li l-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda kumment ieħor bi tweġiba għal dik in-Nota. Peress li dawn l-affermazzjonijiet diġà ġew imwieġba u l-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda argument jew evidenza ġdida, dawn ġew miċħuda. |
(225) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, utent / produttur wieħed tal-Unjoni ma qabilx mal-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv, billi sostna li ma kinitx jirrispetta l-konvenzjonijiet u l-istandards tax-xogħol u ma kinitx tikkonforma mar-regoli dwar il-klima u l-ambjent. L-utent kompla ma qabilx mal-użu tad-data ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. peress li l-produzzjoni tal-PVAc kienet tirrappreżenta biss parti limitata min-negozju tagħha. Konsegwentement, skont l-utent, il-kostijiet tal-kumpanija, il-kostijiet ġenerali, l-SG&A u l-profitt għall-PVAc ġew affettwati mill-attività ġenerali ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tagħha. L-utent argumenta li, billi użat il-kostijiet tal-SG&A u l-profitt tal-produttur Tork, il-Kummissjoni żiedet il-valur normali b’mod eċċessiv. L-utent talab lill-Kummissjoni tadatta l-valur normali maħdum skont dan. |
(226) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnotat li l-ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma ġie ppreżentat mill-utent bi tweġiba għan-Noti tat-2 ta’ Ottubru 2019, tal-20 ta’ Diċembru 2019 u tat-30 ta’ Marzu 2020, li fihom il-Kummissjoni espliċitament talbet tali kummenti, soġġetti għal skadenzi. Il-Kummissjoni mbagħad indikat li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, għandha tingħata preferenza, fejn xieraq, lil pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali, fejn hemm aktar minn pajjiż wieħed rappreżentattiv potenzjali li wieħed jista’ jagħżel minnhom. Kif imsemmi fil-premessa (221), wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli f’dan il-każ, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(227) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-għażla ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S., il-Kummissjoni l-ewwel innotat li, minbarra l-SG&A, ma użatx il-kostijiet tal-kumpanija u l-ispejjeż ġenerali. Sa fejn huma kkonċernati l-SG&A u l-profitt, l-utent ma ppreżenta l-ebda evidenza dwar għalfejn dawn ikunu minfuħa minħabba l-użu taċ-ċifri kollha tal-kumpanija tal-produttur Tork. Barra minn hekk, l-utent ġibed l-attenzjoni lejn l-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa (220), li l-analiżi granulari tal-SG&A u tal-profitti fil-livell tal-prodotti individwali ġeneralment ma tkunx possibbli u ma tkunx neċessarja biex kumpanija titqies bħala xierqa fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. L-utent ma qabilx ma dan l-argument billi ddikjara li ma hemmx bżonn tinġieb evidenza dettaljata li tissostanzja li kumpanija li l-produzzjoni tal-PVAc tagħha tkun biss prodott sekondarju, jkollha struttura tal-kostijiet u marġni ta’ profitt differenti ħafna minn kumpanija li l-mira primarja tagħha tkun il-produzzjoni ta’ PVA. Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni nnutat li l-affermazzjonijiet jenħtieġ li ġeneralment jiġu sostnuti minn evidenza valida, iżda dettaljata. Barra minn hekk, l-SG&A u l-profitti, irrappurtati mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kinux inkonsistenti ma’ dak li ġie rrappurtat mill-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(228) |
Fil-kumment tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur /utent wieħed tal-Unjoni argumenta li d-data fit-Turkija ma kinitx disponibbli pubblikament peress li għandha tinxtara minn, pereżempju, Global Trade Atlas (“GTA”). Il-Kummissjoni nnotat li, Skont l-Artikolu 2(6)a tar-Regolament bażiku, id-data ma għandhiex għalfejn tkun “disponibbli għall-pubbliku” iżda “disponibbli għall-pubbliku” iżda “disponibbli “faċilment”. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li “disponibbli pubblikament” tfisser disponibbli għal kulħadd, filwaqt li “disponibbli faċilment” tfisser disponibbli għal kulħadd iżda bil-kundizzjoni li jkunu ġew issodisfati ċerti kriterji, bħal pereżempju ħlas ta’ tariffa. Huwa importanti li jissemma li l-informazzjoni kollha użata biex jinħadem il-valur nominali tqiegħed għad-dispożizzjoni fil-fajl miftuħ. Dan ifisser li avolja l-informazzjoni hija disponibbli biss mal-ħlas, il-partijiet ikkonċernati kollha kellhom aċċess għaliha. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(229) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li d-data finanzjarja għal Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. kienet faċilment disponibbli fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk il-Kummissjoni kienet żbaljata li telimina lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali xieraq. Kif imsemmi fil-premessa(201), id-data finanzjarja għal Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni minn Solutia f’verżjoni “sensittiva” biss minħabba li, kif spjegat mill-utent, din id-data ma kinitx disponibbli pubblikament. Skont il-produtturi esportaturi fil-kampjun hemm differenza bejn “disponibbli faċilment” fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u “disponibbli pubblikament”. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li “disponibbli pubblikament” tfisser disponibbli għal kulħadd, filwaqt li “disponibbli faċilment” tfisser disponibbli għal kulħadd iżda bil-kundizzjoni li jkunu ġew issodisfati ċerti kriterji, bħal pereżempju ħlas ta’ tariffa. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun imbagħad argumentaw li billi d-data għal Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. kienet allegatament disponibbli fuq il-bażi ta’ data ta’ Dun&Bradstreet (69) wara ħlas ta’ tariffa, din id-data kienet disponibbli faċilment fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(230) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Mill-bidu nett, il-Kummissjoni nnutat li l-ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma ġie ppreżentat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun bi tweġiba għan-Noti tal-20 ta’ Diċembru 2019 u tat-30 ta’ Marzu 2020, minkejja li ġew espliċitament mitluba li jagħmlu dan, soġġett għall-iskadenzi. Il-Kummissjoni mbagħad spjegat li ma kkunsidratx id-data finanzjarja ta’ Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. bħala mhux disponibbli faċilment minħabba li Solutia talbet il-kunfidenzjalità u kkonfermat li din id-data ma kinitx disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni kkunsidrat id-data bħala mhux faċilment disponibbli minħabba li ma setgħetx issibha fis-servizzi li għandha aċċess għalihom għal dan l-iskop. Barra minn hekk, l-ebda parti interessata oħra, inklużi l-produtturi esportaturi fil-kampjun, ma ressqet din id-data f’forma mhux kunfidenzjali,minkejja li ntalbet b’mod espliċitu li tagħmel dan fin-Noti tat-2 ta’ Ottubru 2019, tal-20 ta’ Diċembru 2019 u tat-30 ta’ Marzu 2020. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li anki fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-produtturi esportaturi ma ssottomettewx data ta’ Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. li allegatament kienet disponibbli faċilment. Huma sempliċement indikaw bażi ta’ data bi ħlas li allegatament iżomm din id-data u li wara ssejħet evidenza “prima facie li d-data finanzjarja ta’ Solutia Tlaxcala S.A. de C.V. setgħet faċilment tinkiseb minn sorsi oħra”. Il-Kummissjoni ma tistax tuża data li għaliha ma għandha l-ebda aċċess jew li ma ġietx ippreżentata minn xi wieħed mill-partijiet ikkonċernati f’forma mhux kunfidenzjali. Barra minn hekk, billi ma setgħetx tagħmel kontroverifika dwar jekk id-data allegatament disponibbli faċilment kienx fiha ċ-ċifri meħtieġa jew jekk dawn iċ-ċifri kinux jikkorrispondu ma’ dawk fid-data ppreżentata minn Solutia b’mod kunfidenzjali, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża din tal-aħħar għall-finijiet tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Sempliċi evidenza prima facie tad-disponibbiltà tad-data ta’ Solutia, kif deskritta mill-produtturi esportaturi, hija insuffiċjenti għal dan l-iskop. Il-Kummissjoni finalment innotat li l-informazzjoni kollha użata biex jinħadem il-valur normali, meta ma tkunx disponibbli b’mod wiesa’, għandha tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha fil-fajl miftuħ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tiżgura li anki meta tirrikorri għal data bi ħlas, hija tkun tista’ kuntrattwalment taqsam l-informazzjoni rilevanti użata fl-investigazzjoni ma’ partijiet interessati. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(231) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Messiku kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq għad-determinazzjoni tal-valur normali peress li: (i) għandu livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ; (ii) għandu produzzjoni stabbilita tal-PVB; (iii) id-data rilevanti hija faċilment disponibbli bis-saħħa tar-rapporti finanzjarji ta’ Solutia Tlaxcala S.A. de C.V.; u (iv) il-Messiku għandu livell ogħla ta' protezzjoni soċjali u ambjentali mit-Turkija. |
(232) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-valutazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-ewwel żewġ argumenti huma applikabbli ugwalment għat-Turkija. Kif spjegat fil-premessa (230), it-tielet argument huwa fattwalment inkorrett, li jrendi r-raba’ argument kontroversjali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(233) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li, jekk il-Kummissjoni tinsisti li jintużaw il-kostijiet tal-SG&A u l-profitt tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, jenħtieġ li tal-anqas tikkunsidra l-użu tal-Messiku għall-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
(234) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, kif spjegat fit-Taqsimiet 3.1.2.2 u 3.1.2.3 hawn fuq, għall-kuntrarju ta’ dak li qed jingħad, hija kkunsidrat l-użu tal-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq iżda ċaħditu peress li ma sabet l-ebda data finanzjarja disponibbli faċilment għall-kumpanija li tipproduċi l-PVAc jew il-PVB f’dak il-pajjiż. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-produtturi esportaturi ma ppreżentaw l-ebda argument validu, la b’reazzjoni għan-Noti tat-2 ta’ Ottubru 2019 jew tat-30 ta’ Marzu 2020, u lanqas fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, dwar għalfejn it-Turkija ma għandhiex tintuża bħala sors għal valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(235) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produtturi esportaturi fil-kampjun ikkontestaw l-użu tad-data tal-produttur Tork, Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S bħala s-sors għall-SG&A u l-profitt fuq il-bażi li l-ispejjeż finanzjarji rrappurtati tagħha kienu għoljin b’mod straordinarju u kellhom bżonn jiġu aġġustati kif spjegat fil-premessa (205) hawn fuq. Il-produtturi esportaturi argumentaw li, kieku d-data tal-SG&A u tal-profitt kellha tiġi aġġustata, ma setgħetx titqies bħala waħda mingħajr distorsjoni u għalhekk ma setgħetx tintuża. Il-produtturi esportaturi baqgħu jqajmu d-dubji dwar il-karatteristika ta’ disponibbiltà faċli tad-data tal-produttur Tork, peress li dik id-data kellha tiġi aġġustata biex tintuża. Il-produtturi esportaturi esprimew dubji wkoll dwar l-affidabbiltà tal-informazzjoni finanzjarja faċilment disponibbli ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S li tinsab fil-bażi ta’ data Orbis u pprovdew data finanzjarja alternattiva miksuba minn sors ieħor — “EMIS” — għal din il-kumpanija, li turi profitt u dikjarazzjoni tat-telf differenti għas-sena 2018 minn dik użata fil-kalkolu tad-dumping. Il-produtturi esportaturi argumentaw li, fuq din il-bażi, it-Turkija jew kellha tiġi injorata bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali, jew kemm it-Turkija kif ukoll il-Messiku kellhom jiġu kkunsidrati, peress li l-produttur fil-pajjiż tal-aħħar allegatament kellu data faċilment disponibbli. Fl-aħħar nett, il-produtturi esportaturi fil-kampjun fakkru li l-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħhom għal aktar tqassim tal-SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. F’dan ir-rigward il-produtturi esportaturi semmew li kien ikun utli li kieku l-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv intalab jimla tabella dettaljata tal-profitt u t-telf li mbagħad tkun tista’ tiġi vverifikata mill-Kummissjoni. |
(236) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Fil-bidu nett il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi ma qajmu l-ebda waħda minn dawn il-kwistjonijiet wara l-pubblikazzjoni tan-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, li spjegat u talbet b’mod espliċitu, soġġett għal skadenza, kummenti dwar l-approċċ u ċ-ċifri li issa huma kkritikati. Fir-rigward tad-data tal-kumpanija Torka li kienet soġġetta għad-distorsjoni, kif spjegat fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, kif ukoll fil-premessa (205), il-Kummissjoni tabilħaqq ikkunsidrat l-SG&A biex jinkludu l-ispejjeż straordinarji, li ma kellhomx jitqiesu għall-kostruzzjoni tal-valur normali. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni aġġustat id-data billi neħħiet dawn l-ispejjeż. Għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal mill-produtturi esportaturi, l-aġġustament ma jaffettwax in-natura faċilment disponibbli tad-data. Dan sar biss fuq il-bażi ta’ ċifri faċilment disponibbli u ġie spjegat fid-dettall fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, kif ukoll fil-premessa (205). Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(237) |
Fir-rigward ta’ data kontradittorja tal-kumpanija Torka f’sorsi oħrajn, il-Kummissjoni l-ewwel innotat li din id-data ma kinitx ipprovduta b’reazzjoni għan-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020 fi żmien l-iskadenza stipulata. Il-produtturi esportatui ma speċifikawx fuq liema bażi r-rapport ipprovdut minnhom ġi kkumpilat, jiġifieri, jekk kienx ibbażat fuq prinċipji ta’ kontabilità ġeneralment aċċettati u kontijiet staturoji jew pereżempju mudell ta’ rappurtar speċifiku u konvenzjonijiet ta’ kontabilità differenti partikolari għal EMIS. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li d-data finanzjarja miksuba minn bażi ta’ data stabbilita u użata ħafna — Orbis — tibqa’ sors xieraq u affidabbli għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-SG&A u l-profitt miksuba flimkien mill-bażi tad-data Orbis (21,6 %) għall-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv huma biss marġinalment aktar baxxi minn dak irrappurtat f’EMIS (22,4 %). Għalhekk, l-użu tad-data mingħand EMIS fil-fatt iżid (marġinalment) il-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi kollha. |
(238) |
Fir-rigward tat-talba għal tqassim ulterjuri tal-kostijiet tal-SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni fakkret it-tweġiba tagħha li data dettaljata bħal din ma kinitx faċilment disponibbli. Fir-rigward ta’ kwestjonarju addizzjonali dwar profitt u telf dettaljat li għandu jintbagħat lill-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv u vverifikat mill-Kummissjoni, ir-Regolament bażiku jipprevedi li l-Kummissjoni trid tuża informazzjoni li hija disponibbli mill-ewwel u ma tipprevedi l-ebda talba lill-produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. Anki jekk kien possibbli li tintalab u tiġi vverifikata informazzjoni bħal din mingħand dawk il-produtturi, id-data miġbura tkun informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u għalhekk ma tkunx faċilment disponibbli għall-partijiet interessati. Għalhekk, din id-data tqieset bħala mhux faċilment disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(239) |
Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
3.1.3. Is-sorsi li ntużaw biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
(240) |
Fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’din in-Nota. |
(241) |
Sussegwentement, fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut Tork tal-Istatistika biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (70) u tal-enerġija (71). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet ukoll li għall-kost tal-ilma għall-użu industrijali, hija kienet se tuża l-prezzijiet ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Investiment tal-Presidenza tar-Repubblika tat-Turkija (72) abbażi tas-sorsi mill-Amministrazzjoni tal-Ilma u tad-Drenaġġ ta’ Istanbul, mill-Amministrazzjoni tal-Ilma u tad-Drenaġġ ta’ Eskișehir u mill-Amministrazzjoni tal-Ilma u tad-Drenaġġ ta’ Antalya. |
(242) |
Fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta u l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn il-partiti negliġibbli kienu raggruppati taħt “oġġetti konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat li hija se tikkalkola l-perċentwal tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(243) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni mingħand produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun, l-ilmentatur u tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat. |
(244) |
Il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun afferma li skont il-GTA, ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ faħam (73) u gass naturali fit-Turkija. Il-parti esprimiet riżervi dwar jekk il-prezzijiet Torok jistgħux jintużaw f’dawn iċ-ċirkostanzi billi n-nuqqas ta’ importazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ inputs “jista’ jindika” li jeżistu ċerti ostakoli fis-suq Tork u jipprevjeni l-importazzjonijiet u “jista’ għalhekk jirriżulta fi prezzijiet minfuħa/distorti fis-suq domestiku Tork”. |
(245) |
Tabilħaqq, ma hemm l-ebda importazzjoni rrapportata ta’ faħam taħt il-klassifikazzjoni HS 2701 19 u ta’ gass naturali fit-Turkija. Madankollu, l-affermazzjonijiet li saru mill-produttur esportatur dwar l-ostakoli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet fil-prezzijiet ma ġew issostanzjati minn ebda evidenza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, ma hemmx ostakoli jew distorsjonijiet fil-prezzijiet bħal dawn fis-suq Tork. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(246) |
Wara li rċeviet il-kummenti dwar in-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, madankollu, il-Kummissjoni kompliet teżamina t-tipi ta’ faħam użati mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina u talbet ukoll rapporti ta’ spezzjoni għal dawn it-tipi ta’ faħam. L-eżami ta’ dawn ir-rapporti ta’ spezzjoni żvela li l-faħam inizjalment propost biex jiġi kklassifikat minn uħud mill-produtturi esportaturi taħt HS 2701 19 seta’ jiġi kklassifikat taħt HS 2701 12. Il-GTA jelenka d-data dwar l-importazzjoni għat-Turkija għal dan il-kodiċi HS, jiġifieri 37 113 666 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni — li l-ebda waħda minnhom ma tiġi importata mir-RPĊ. Għalhekk, fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija għandha l-ħsieb li tuża d-data għal HS 2701 12, kif ippubblikata mill-GTA, bħala valuri referenzjarji għat-tipi kollha ta’ faħam. Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, l-ebda parti interessata ma bagħtet kummenti ulterjuri fir-rigward tal-użu tad-data għal HS 2701 12, kif ippubblikata mill-GTA, bħala valuri referenzjarji għal kull tip ta’ faħam. |
(247) |
Fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni sostniet li, fin-nuqqas ta’ kull evidenza tal-allegati ostakoli għall-kummerċ jew distorsjonijiet fil-prezzijiet fir-rigward tal-gass naturali fit-Turkija, il-prezz tal-gass għall-utenti industrijali fit-Turkija kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika huwa valur referenzjarju xieraq għal din l-investigazzjoni. Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, l-ebda parti interessata ma ssottomettiet aktar kummenti dwar dan il-punt u l-approċċ propost. |
(248) |
Fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tuża l-istatistika ppubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika bħala valur referenzjarju għall-kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura għall-2016, għall-attività ekonomika C.23 (Il-manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra) skont il-klassifikazzjoni tan-NACE Rev.2. Fir-reazzjoni tiegħu għal din in-nota, l-ilmentatur ippropona li l-kategorija tal-attività ekonomika C.20 (Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi) tkun aktar xierqa biex tirrifletti l-kostijiet lavorattivi tal-PVA (prodott kimiku) meta mqabbla mal-ipproċessar ta’ prodotti minerali mhux metalliċi. |
(249) |
Il-Kummissjoni eżaminat din l-affermazzjoni u eżaminat liema kategorija ekonomika hija aktar xierqa għal attivitajiet ekonomiċi usa’ meta wieħed iqis il-livell għoli ta’ integrazzjoni vertikali tal-produtturi Ċiniżi, u l-varjetà ta’ ħaddiema involuti. Instab li l-kategorija tal-attività ekonomika C.20 (Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi) tkun aktar xierqa. Għalhekk, il-Kummissjoni użat il-kategorija tal-attività ekonomika C.20 bħala valur referenzjarju għall-kost lavorattiv. |
(250) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat iddikjaraw li ma jifhmux għaliex il-Kummissjoni ddivulgat “lista twila bħal din” ta’ materja prima fost il-fatturi ta’ produzzjoni u affermaw li wħud mill-fatturi ta’ produzzjoni elenkati ma jintużawx fil-produzzjoni tal-PVA. |
(251) |
Din l-affermazzjoni tidher li ġejja minn nuqqas ta’ ftehim dwar l-oriġini tad-data dwar il-fatturi ta’ produzzjoni ddivulgati fin-Noti tat-2 ta’ Ottubru u tal-20 ta’ Diċembru 2019. Kif spjegat fin-nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, is-sors primarju tal-fatturi tal-produzzjonijiet kien l-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati, b’mod partikolari l-produtturi esportaturi li kkooperaw. Huwa mfakkar ukoll li l-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun għandhom livelli differenti ta’ integrazzjoni u jużaw proċessi ta’ produzzjoni differenti, u dan jispjega l-lista relattivament twila ta’ inputs li għalihom jeħtieġ li jiġu identifikati l-kostijiet korrispondenti mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, jidher li d-data ppreżentata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u vverifikata mill-Kummissjoni kienet qed tikkontradixxi din l-affermazzjoni u, għalhekk ġiet miċħuda. |
(252) |
L-istess partijiet interessati talbu wkoll lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli għall-partijiet interessati kollha l-proċess ta’ produzzjoni speċifiku li għandha l-ħsieb li tadotta sabiex tivvaluta l-valur normali għall-PVA. L-ewwel nett, huwa mfakkar li l-kalkolu tal-valur normali maħdum mhuwiex ibbażat fuq xi proċess ta’ produzzjoni speċifiku bħala tali, iżda pjuttost fuq il-valur tal-fatturi ta’ produzzjoni u l-konsum reali tagħhom minn kull produttur esportatur abbażi tal-proċess tal-produzzjoni tiegħu stess. Huwa mfakkar ukoll li l-produtturi esportaturi Ċiniżi, bħala parti mit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping, spjegaw il-proċess tal-produzzjoni tagħhom u ddeskrivew il-fatturi tal-produzzjoni tagħhom. Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali ta’ dawn it-tweġibiet diġà kienu disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati kollha minn Settembru 2019. Għalhekk, din it-talba kienet kontroversjali. |
(253) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, l-istess partijiet interessati (tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat) għamlu wkoll affermazzjonijiet rigward il-fatturi ta’ produzzjoni, il-kalkolu tal-valur normali u l-paragun. Dawn l-affermazzjonijiet huma indirizzati fil-premessi (264), minn (342) sa (346) u (359) hawn taħt. Wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, dawn il-partijiet tennew l-argumenti tagħhom ripetutament, madankollu, mingħajr ma ppreżentaw aktar informazzjoni jew evidenza biex jappoġġaw l-affermazzjonijiet tagħhom. |
3.1.4. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.1.4.1.
(254) |
Kif ġie ddikjarat fil-premessa (46), fin-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista inizjali ta’ fatturi ta’ produzzjoni u sorsi li jikkonċernaw il-PVA maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-PVA mill-produtturi esportaturi. |
(255) |
Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (48), fin-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni pprovdiet lista riveduta tal-fatturi ta’ produzzjoni u stabbiliet il-kodiċijiet Torok tal-merkanzija li jikkorrespondu għall-fatturi ta’ produzzjoni rilevanti fit-Turkija, il-pajjiż rappreżentattiv. |
(256) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista tal-fatturi ta’ produzzjoni wara n-Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019. Kif ġie spjegat fil-premessa (243), produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun, l-ilmentatur u tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat issottomettew kummenti wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019. Kif ġie spjegat fil-premessi minn (246) sa (249), fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni indirizzat dawk il-kummenti u rrevediet il-kodiċijiet għall-faħam u għall-manodopera. |
(257) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista tal-fatturi ta’ produzzjoni wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020. |
(258) |
Wara li tqieset l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u li nġabret matul iż-żjarat ta’ verifika, ġew identifikati, fejn applikabbli, il-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet SA li ġejjin:
|
(1) Materja prima u prodotti sekondarji/skart
(259) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni vverifikat il-materja prima użata u l-prodott sekondarju/l-iskart iġġenerat fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat. |
(260) |
Għall-materja prima kollha bl-eċċezzjoni tal-Ossiġenu u tal-Aċetaldeid, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni ibbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (74). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv, billi hija kkonkludiet fil-premessi (171) u (172) li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tar-RPĊ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi u kienu jvarjaw minn 34 % (75) sa 100 % tal-volumi totali importati fit-Turkija għall-fatturi ta’ produzzjoni elenkati fit-tabella ta’ hawn fuq. |
(261) |
Kif imsemmi fil-premessa hawn fuq, ma kienx hemm prezzijiet ta’ referenza pubbliċi disponibbli għall-ossiġenu (ossiġenu 99,6 %, trasportazzjoni b’pipeline ta’ 2,5 bar) u aċetaldeid (aċetaldeid industrijali). Filwaqt li, skont il-GTA, hemm importazzjonijiet ta’ ossiġenu fit-Turkija taħt il-kodiċi SA 2804 40, dawn huma importazzjonijiet ta’ ossiġenu f’ċilindri. Il-prezz ta’ dawn l-importazzjonijiet x’aktarx ikun xprunat mill-kost tat-trasport u tal-ħażna, li mhumiex rilevanti meta l-ossiġenu jinqabad qrib is-sit tal-produzzjoni u jiġi ttrasportat hemmhekk permezz ta’ pipeline. F’dan il-każ, il-kostijiet ikunu xprunati primarjament mill-kostijiet tal-makkinarju u tal-installazzjoni. Għal din ir-raġuni, tqies li ma kienx xieraq li jintuża l-valur referenzjarju tal-GTA. Billi s-suq tal-ossiġenu li jitwassal permezz ta’ pipeline huwa kkaratterizzat mill-qrubija bejn il-produttur/il-bejjiegħ u l-klijent, huwa ma jiġix innegozjat fis-suq spot. B’konsegwenza ta’ dan, ma hemmx prezzijiet indikattivi ppubblikati fil-postijiet tal-kummerċ nazzjonali jew internazzjonali, għalhekk ma hemmx prezzijiet ta’ referenza disponibbli għall-pubbliku. Għal dawn ir-raġunijiet, instab li kien xieraq li l-kostijiet tal-ossiġenu jiġu inklużi fil-kategorija tal-kostijiet tal-oġġetti konsumabbli. Għall-kuntrarju tal-ossiġenu, ma kienx hemm importazzjonijiet ta’ aċetaldeid (kodiċi SA 2912 12) fit-Turkija rreġistrati fil-bażi ta’ data tal-GTA, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe prezz ta’ referenza ieħor disponibbli għall-pubbliku jew prezzijiet indikattivi tal-aċetaldeid fit-Turkija, tqies ukoll bħala xieraq li l-kostijiet tal-aċetaldeid jiġu inklużi fil-kostijiet tal-oġġetti konsumabbli. |
(262) |
Għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni kienu prinċipalment materjali ta’ katalizzaturi, li għalihom il-kostijiet reali mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli mill-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tal-marġni ta’ dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawn il-kostijiet f’oġġetti konsumabbli kif spjegat fil-premessi (301) u (302). |
(263) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur, kif ipprovdut mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv u żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha, kif ukoll il-kostijiet tal-assigurazzjoni, ġew stmati abbażi tad-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-valuri referenzjarji msemmija fit-tabella hawn fuq. |
(264) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat affermaw li l-kost tal-VAM imġarrab mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mhuwiex distort u huwa konformi mal-kostijiet fis-suq miftuħ internazzjonali. Il-partijiet interessati ressqu elementi fil-fajl biex juru li l-prezz tal-VAM fiċ-Ċina kien ogħla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mill-prezz tal-VAM fl-Ewropa u fir-Russja. Il-partijiet interessati talbu lill-Kummissjoni biex tqis din l-affermazzjoni meta tiddetermina l-valur normali. L-istess partijiet tennew ukoll ripetutament din l-affermazzjoni wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020 mingħajr ma ppreżentaw aktar evidenza. L-ewwel nett, huwa mfakkar li skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament Bażiku, il-kostijiet domestiċi jistgħu jintużaw biss sal-punt li jkun stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. L-affermazzjoni ta’ dawn il-partijiet hija bbażata fuq ċifri ġenerali aggregati li jikkonċernaw il-prezzijiet tal-VAM fir-RPĊ, għall-kuntrarju ta’ dawk fl-Unjoni jew fir-Russja. Madankollu, l-investigazzjoni ma stabbilietx li l-prezzijiet tal-VAM fir-RPĊ ma kinux distorti. It-tieni nett, minħabba l-proċess tal-produzzjoni tagħhom, il-VAM lanqas biss huwa fattur importanti tal-produzzjoni għal xi wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(265) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet importaturi tennew l-affermazzjoni tagħhom, li kienet imqassra u indirizzata fil-premessa (264) li l-prezzijiet tal-VAM fir-RPĊ mhumiex distorti. Meta tennew dan l-argument, huma argumentaw li l-Kummissjoni injorat l-evidenza li ppreżentaw b’appoġġ għall-prezzijiet tal-VAM li ma kinux distorti, minħabba li ma kinitx ġejja minn produtturi esportaturi. Huma enfasizzaw il-kontradizzjoni allegata meta l-Kummissjoni, minn naħa waħda, ma kkunsidratx il-VAM bħala fattur ewlieni ta’ produzzjoni, filwaqt li fl-analiżi tad-dannu fil-premessa (462), il-Kummissjoni tirreferi għalih bħala materja prima ewlenija. |
(266) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni l-ewwel tenniet il-konklużjoni tagħha tal-premessa (264) li s-sempliċi fatt li l-prezzijiet Ċiniżi tal-VAM kienu simili u xi drabi ogħla mill-prezzijiet internazzjonali tal-VAM ma kienx evidenza ta’ nuqqas ta’ distorsjonijiet. Kif jidher fil-premessa (264), għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew it-tliet importaturi, il-Kummissjoni ma injoratx din l-affermazzjoni u l-evidenza li kienet qed tappoġġaha. Il-Kummissjoni qieset li s-sempliċi livell ta’ prezzijiet mhuwiex evidenza ta’ nuqqas ta’ distorsjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(267) |
Fir-rigward tal-VAM bħala fattur ewlieni ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni tqis li huwa materja prima importanti għall-produzzjoni tal-PVA b’mod ġenerali iżda fattur minuri tal-produzzjoni mill-perspettiva ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, it-tliet importaturi nnutaw huma stess li l-produtturi esportaturi huma integrati vertikalment u għalhekk jipproduċu l-VAM tagħhom stess. Dawn ma jixtruħx bi kwantitajiet sinifikanti u għalhekk ma jitqiesx bħala fattur ewlieni ta’ produzzjoni għal dawn il-produtturi esportaturi. Fil-premessa (462), il-Kummissjoni tirreferi għall-industrija tal-Unjoni li ma tipproduċix il-VAM internament, iżda tixtrih. Bħala konsegwenza, fil-każ tal-aħħar, il-fluttwazzjonijiet tal-prezzijiet tal-VAM fis-suq jaffettwaw il-kost tal-produzzjoni tal-PVA. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(268) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi fil-kampjun, produttur/utent wieħed tal-Unjoni u tliet importaturi argumentaw li, meta jiġu stabbiliti l-valuri referenzjarji għall-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex iżżid id-dazji fuq l-importazzjoni u l-ispejjeż tat-trasport domestiku. B’mod partikolari, it-tliet importaturi rreferew għal VAM u l-faħam. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-produttur/utent tal-Unjoni argumentaw li l-prezz tal-importazzjoni li ttieħed mill-istatistika tal-importazzjoni kellu jitniżżel minn CIF sal-livell EXW, għalhekk l-il-kostijiet fil-pajjiż tal-oriġini (inklużi spejjeż addizzjonali tal-ippakkjar għal ċerti fatturi ta’ produzzjoni), il-merkanzija u l-assigurazzjoni jenħtieġ li jitneħħew. Din l-affermazzjoni kienet motivata mill-fatt li t-tliet produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ġabu l-materja prima tagħhom lokalment. |
(269) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jirrifletti l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv, f’dan il-każ it-Turkija. Għalhekk għandu jirrifletti l-prezz li produttur ta’ PVA jħallas fit-Turkija għal materja prima kkonsenjata fil-grada tal-fabbrika. Kif imsemmi fil-premessa (263), il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni tirrifletti dan l-approċċ. Jekk l-aġġustamenti ssuġġeriti mill-partijiet interessati kienu magħmula, il-prezz li jirriżulta ma jirriflettix il-prezz mingħajr distorsjoni fis-suq Tork iżda l-prezz medju EXW (meta mibjugħ għall-esportazzjoni) fil-pajjiżi li jbiegħu lit-Turkija. Dan imur kontra l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(270) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, wara li kkontestaw il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mar-regoli tad-WTO, issuġġerew li l-Kummissjoni tissimplifika l-approċċ tagħha billi sempliċiment tieħu l-valur referenzjarju għall-PVA, il-prodott ikkonċernat, u tqabblu mal-prezz tal-esportazzjoni ta’ kull produttur esportatur. |
(271) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dan l-approċċ. Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-kompatibbiltà tal-metodu minqux fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mar-regoli tad-WTO ġiet diskussa fil-premessa (98). Il-Kummissjoni mbagħad innotat li, il-metodoloġija proposta mill-produtturi esportaturi fil-kampjun tikser l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li jippreskrivi l-kostruzzjoni tal-valur normali esklussivament fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għal kull esportatur u produttur separatament. Essenzjalment, din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Kummissjoni tqis il-metodu ta’ produzzjoni partikolari u l-konsum ta’ inputs minn kull produttur esportatur individwalment minflok ma jiġi applikat valur referenzjarju bl-ingrossa għall-produtturi esportaturi kollha mingħajr kunsiderazzjoni għall-proċess ta’ produzzjoni partikolari tagħhom. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(272) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-valur referenzjarju għall-faħam huwa ogħla b’mod mhux raġonevoli mil-livell tal-prezz fis-suq meta mqabbel mal-prezzijiet ikkwotati mill-Amministrazzjoni ta’ Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti. Meta wieħed iqis li ċ-Ċina hija rikka fil-faħam, il-produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra li tuża l-prezzijiet tal-Istati Uniti. |
(273) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni l-ewwel indikat li, kif iddikjarat fil-premessa (246), il-valur referenzjarju għall-faħam kien diskuss b’mod estensiv fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020. Kif issemma wkoll f’din il-premessa, l-ebda kumment dwar dan il-punt ma wasal fiż-żmien stipulat. L-uniku argument tal-produttur esportatur fil-kampjun kien li l-prezzijiet effettivament użati kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-prezzijiet ikkwotati fl-Istati Uniti tal-Amerika. Il-Kummissjoni nnutat li mhuwiex rari li l-prezzijiet tas-sorsi tal-enerġija u tal-enerġija fl-Istati Uniti jkunu relattivament baxxi. Fin-nuqqas ta’ kull argument ieħor dwar l-affidabbiltà tal-valur referenzjarju użat, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(2) Inputs manifatturati internament użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat
(274) |
Il-produtturi esportaturi pproduċew ċerti fatturi ta’ produzzjoni internament, bħal fwar, elettriku, kapaċità ta’ tkessiħ u ilma ppurifikat li pproduċew huma stess u fatturi simili. Minkejja r-rekwiżit fil-kwestjonarju dwar l-anti-dumping, xi produtturi esportaturi naqsu milli jallokaw il-volumi tal-konsum ta’ inputs għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew huma stess għall-prodott li qed jiġi investigat. Minflok, dawn il-produtturi esportaturi kienu allokaw biss il-valuri tal-konsum u l-volumi tal-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew huma stess lill-prodott li qed jiġi investigat. Il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni għall-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew il-produtturi stess. Bl-użu tal-prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-materja prima u tal-manodopera, li ġew determinati kif spjegat fil-premessi minn (259) sa (263) u (276), il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew il-produtturi stess. Dawn il-prezzijiet mingħajr distorsjoni ġew sussegwentement applikati fil-kalkolu tal-valur normali kif spjegat fit-Taqsima 3.1.4.4. |
(275) |
Din il-materja prima u l-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew il-produtturi stess illi kellhom biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur, kif ukoll fuq il-livell ta’ PCN, ġew miġbura flimkien taħt oġġetti konsumabbli. Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. |
(3) Manodopera
(276) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat il-pagi rrapportati fis-settur tal-manifattura fit-Turkija għall-2016 għall-attività ekonomika C.20 (Il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi u prodotti kimiċi) (76) skont il-klassifikazzjoni tan-NACE Rev.2 (77). Il-valur medju fix-xahar tal-2016 ġie aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (78) kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika. |
(277) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Kummissjoni kien missha użat il-pagi għall-attività ekonomika C.22 (il-manifattura ta’ prodotti tal-gomma u tal-plastik) fil-klassifikazzjoni ta’ NACE Rev.2, minflok dawk għal C.20. Il-produtturi esportaturi argumentaw li dan huwa minħabba li l-PVA huwa tip ta’ “polimeru” jew ta’ plastik, polimeru tal-vinil li fih biss konnessjonijiet karbonju-karbonju. Il-konnessjoni hija l-istess bħal dik ta’ plastiks tipiċi bħal polietilen, polipropilen, u polistiren, u ta’ polimeri li jinħallu fl-ilma bħall-poliacrilammid u l-aċidu poliakriliku. |
(278) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, skont il-linji gwida tal-Eurostat dwar il-klassifikazzjoni tan-NACE Rev. 2 (79), l-attività ekonomika C.20, li kienet użata mill-Kummissjoni, tkopri, fost l-oħrajn, il-manifattura ta’ reżini, materjali għall-plastik u elastomeri termoplastiċi mhux vulkanizzati, it-taħlit ta’ reżini fuq bażi doganali, kif ukoll il-manifattura ta’ reżini sintetiċi mhux adattati għal użu speċifiku (C.20.16). Din il-klassi tinkludi l-manifattura tal-plastiks f’forom primarji: polimeri, inklużi dawk ta’ etilen, propilen, stiren, klorur tal-vinil, aċetat tal-vinil u akriliki; poliammidi; reżini fenoliċi u epossidi u poliuretani; reżini tal-alkidi u tal-poliester u polieteri; silikoni; skambjaturi tal-joni bbażati fuq il-polimeri. L-istess linji gwida jiddeskrivu l-attività ekonomika C.22 (il-manifattura ta’ prodotti tal-lastku u tal-plastik) issuġġerita mill-produtturi esportaturi fil-kampjun bħala li “jipproċessaw prodotti ġodda jew użati (jiġifieri, riċiklati) reżini tal-plastik fi prodotti intermedji jew finali, bl-użu ta’ tali proċessi bħall-iffurmar bil-kompressjoni; iffurmar bl-estrużjoni; l-għoti tal-forma bl-injezzjoni; iffurmar bl-infiħ; u ikkastjar”. L-attività ekonomika C.22 tinqasam fi: il-manifattura ta’ platti, folji, tubi u profili tal-plastik; il-manifattura ta’ oġġetti tal-ippakkjar magħmula mill-plastik; il-manifattura ta’ oġġetti tal-plastik tal-bennejja; u l-manifattura ta’ prodotti oħra tal-plastik (bħal oġġetti ta’ fuq il-mejda, provvisti għall-iskola, eċċ.). Huwa għalhekk ċar li l-pagi għall-attività ekonomika C.20 huma aktar xierqa bħala valuri referenzjarji tal-manodopera għal produzzjoni tal-PVA milli pagi għal attività ekonomika C.22. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(4) Elettriku u gass naturali
(279) |
Sabiex tistabbilixxi valur referenzjarju għall-elettriku u l-gass naturali, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass ippubblikata mill-Istitut Tork tal-Istatistika (80) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Minn din l-istatistika, il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass industrijali fil-faxxa tal-konsum korrispondenti f’Kuruș/kWh li tkopri l-perjodu tal-investigazzjoni. |
(280) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun u produttur/utent wieħed tal-Unjoni argumentaw li l-prezzijiet tal-gass naturali Torok mhumiex xierqa bħala valur referenzjarju u li minflok għandhom jintużaw il-prezzijiet kostali tal-Golf tal-Istati Uniti. Il-produttur esportatur argumenta li l-prezzijiet tal-gass naturali Torok huma d-doppju tal-prezzijiet tal-gass naturali fl-Unjoni u aktar mid-doppju tal-prezzijiet kostali tal-Golf tal-Istati Uniti. Il-produttur esportatur argumenta li l-prezzijiet tal-gass fit-Turkija żdiedu fil-PI u kienu 75 % ogħla minn dawk ta’ tmiem l-2017 minkejja li, il-prezzijiet globali tal-gass matul l-istess perjodu essenzjalment baqgħu stabbli. Il-produttur esportatur attribwixxa din iż-żieda għal taħlita ta’ ċirkostanzi, jiġifieri: (i) dipendenza fuq l-importazzjonijiet; (ii) tensjonijiet ġeopolitiċi mar-Russja li jaffettwaw il-provvisti tal-gass lejn it-Turkija; (iii) sanzjonijiet għal pajjiżi li jipproduċu ż-żejt bħall-Iran u l-Venezwela; (iv) tensjonijiet politiċi mal-Istati Uniti; u (v) l-iżvalutazzjoni tal-Lira Torka. Meta jitqiesu dawn l-allegati prezzijiet artifiċjalment għoljin tal-gass naturali, il-produttur esportatur argumenta li għandhom jintużaw il-prezzijiet kostali tal-Golf tal-Istati Uniti jew il-prezzijiet medji tal-gass naturali fit-Turkija matul il-perjodu mill-2015 sal-2017 bħala valur referenzjarju. |
(281) |
Il-produttur/utent tal-Unjoni argumenta wkoll li t-Turkija għandha suq tal-gass naturali relattivament żgħir u mhux liberalizzat. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-gass Torok jappartjenu għall-użu tal-gass għall-ġenerazzjoni tat-tisħin u tal-elettriku iżda mhux għall-użu fuq skala kbira għall-produzzjoni tas-sustanzi kimiċi. L-utent argumenta li l-prezzijiet kostali tal-Golf tal-Istati Uniti għandhom jintużaw bħala valur referenzjarju. |
(282) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni l-ewwel indikat li d-dikjarazzjoni li l-prezzijiet tal-gass naturali fit-Turkija huma d-doppju ta’ dawk fl-Unjoni matul il-PI hija fattwalment skorretta. Skont Il-prezzijiet tal-gass għall-konsumaturi mhux domestiċi — data biannwali (mill-2007’il quddiem) (81) ippubblikat mill-Eurostat, fil-PI, għal EUR 0,028/kWh (jew 0,3 EUR/m3), il-prezz medju tal-gass naturali għall-konsumaturi mhux domestiċi fl-Unjoni kien 43 % ogħla mill-prezz medju tal-gass fit-Turkija (0,020 EUR/kWh jew 0,21 EUR/m3). Il-prezzijiet tal-gass Torok għall-konsumaturi mhux domestiċi għalhekk kienu ferm inqas minn dawk fl-Unjoni matul il-PI. |
(283) |
Il-Kummissjoni mbagħad innotat li l-istampa tal-iżvilupp tal-prezzijiet tal-gass naturali fit-Turkija, mogħtija mill-produttur esportatur fil-kampjun, hija affettwata ferm billi ma qisitx l-iżvalutar sinifikanti tal-Lira Torka matul dan il-perjodu. Il-produttur esportatur innota l-iżvalutazzjoni bħala fattur ta’ distorsjoni iżda ma marx kontra dan billi applika rata ta’ konverżjoni ta’ USD jew EUR sabiex iqabbel l-iżvilupp tal-preżzzijiet ma’ dak tal-prezzijiet kostali tal-Golf tal-Istati Uniti jew mal-prezzijiet tal-Unjoni bbażati fuq munita li kienet relattivament stabbli matul il-perjodu. Is-CNY ikun ukoll utli, speċjalment minħabba li din hija l-munita li fiha l-valuri tal-fatturi ta’ produzzjoni huma konvertiti għall-kostruzzjoni tal-valur normali. |
(284) |
Meta tqiesu f’EUR, fuq il-bażi tad-data pprovduta mill-Eurostat (82), il-prezzijiet tal-gass naturali fit-Turkija fil-PI kienu 12 % (mhux 75 %) ogħla milli fl-2017 (83). Skont l-Eurostat, fl-istess perjodu, il-prezzijiet għall-konsumaturi mhux domestiċi fl-Unjoni żdiedu b’madwar 11 % (84). Barra minn hekk, il-perjodu mill-2017 sal-ewwel semestru tal-2019 (jiġifieri l-perjodu li jinkludi l-PI komplet) ra l-iktar prezzijiet baxxi tal-gass naturali fit-Turkija bejn l-2015 u l-2019, meta espressi f’munita stabbli. Tabilħaqq, kieku l-Kummissjoni kellha ssegwi t-talba tal-produttur esportatur u tuża l-prezzijiet medji tal-gass naturali fit-Turkija bejn l-2015 u l-2017 bħala l-valur referenzjarju, dan kien ikun ta’ detriment għall-produttur esportatur fil-kampjun. Dan il-prezz medju jammonta għal madwar 1,70 CNY/m3 u għalhekk ikun madwar 4 % ogħla mill-prezz attwalment użat mill-Kummissjoni fil-kalkolu tagħha. |
(285) |
Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, filwaqt li l-prezzijiet tal-gass naturali, meta espressi f’Liri Torok, qed jiġu affettwati minħabba l-iżvalutar sinifikanti ta’ din il-munita, dan l-effett qed jiġi eliminat bil-metodoloġija ta’ kalkolu mill-ġdid ta’ dawn il-prezzijiet fir-RMB qabel ma jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali. Meta jitqiesu fl-USD, f’EUR jew f’CNY, ma hemm xejn mhux tas-soltu dwar dawn il-prezzijiet u l-evoluzzjoni tagħhom bejn l-2015 u l-2019. Għalhekk, ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed juża valur referenzjarju ta’ barra mill-pajjiż jew prezzijiet medji matul il-perjodu mill-2015 sal-2017. |
(286) |
Meta jitqies l-argument li t-Turkija għandha suq tal-gass naturali komparattivament żgħir u mhux liberalizzat u li l-prezzijiet tal-gass fit-Turkija jappartjenu għall-użu tal-gass għat-tisħin u għall-ġenerazzjoni tal-elettriku iżda mhux għall-użu fuq skala kbira għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi, il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza biex issostni dawn l-affermazzjonijiet. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ tariffa tal-gass separata għall-konsumaturi mhux domestiċi tissuġġerixxi mod ieħor. |
(287) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, dawn l-affermazzjoniijiet ġew miċħuda. |
(288) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, l-istess produttur esportatur fil-kampjun jesprimi tħassib simili fir-rigward tal-prezzijiet tal-elettriku bħal dawn dwar il-gass naturali u espressi u miġbura fil-qosor fil-premessa (280). Skont il-produtturi esportaturi, il-prezzijiet tal-elettriku fit-Turkija wkoll żdiedu b’mod drammatiku (f’konformità maż-żieda fil-prezz osservata għall-gass naturali) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-produttur esportatur ippropona li juża l-medja tal-prezzijiet tal-elettriku matul il-perjodu mill-2015 sal-2017 minflok id-data għall-PI. |
(289) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-produttur esportatur ma pprovda ebda ċifri biex jappoġġaha. Il-Kummissjoni tista’ tassumi biss li l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq l-evoluzzjoni tal-prezz tal-elettriku fil-Lira Torka, bħal fil-każ tal-gass naturali deskritt fil-premessa (285). Bħal fil-każ tal-gass naturali, il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni li fiha l-valuri referenzjarji jiġu kkalkulati mill-ġdid f’CNY, tmur kontra l-effett tal-varjazzjoni tal-Lira Torka. |
(290) |
Il-Kummissjoni ħarset lejn il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi mhux domestiċi rrappurtati fl-Eurostat (85) f’EUR. Filwaqt li l-prezzijiet fit-Turkija fil-PI kienu ogħla b’madwar 12,7 % fl-2017, il-prezz medju fl-Unjoni żdied ukoll b’10,7 % matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, il-prezz medju għall-elettriku fit-Turkija fil-PI, meta espress f’EUR, kien madwar 1 % inqas mill-prezz medju matul il-perjodu mill-2015 sal-2017, li l-produttur esportatur qed jipproponi li jintuża. Minn dan isegwi li, meta jitneħħa l-effett tal-iżvalutazzjoni tal-Lira, huwa ċar li, għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-produttur esportatur fil-kampjun, ma kienx hemm żieda drammatika fil-prezzijiet tal-elettriku fit-Turkija fil-PI. |
(291) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, dawn l-affermazzjoniijiet ġew miċħuda. |
(292) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet importaturi argumentaw li l-ispejjeż tal-gass u tal-enerġija fit-Turkija huma minfuħa b’konsegwenza ta’ deċiżjoni politika. Abbażi ta’ dan l-argument huma rreferew għall-evidenza ppreżentata fis-sottomissjoni tagħhom tas-16 ta’ Ġunju 2020. F’din is-sottomissjoni, abbażi ta’ ittra elettronika mingħand Uffiċjal Kap għall-Konformità ta’ kumpanija kimika Torka, huma argumentaw li s-suq tal-gass u tal-enerġija Tork mhuwiex liberalizzat, u li l-prezzijiet huma ffissati minn awtorità pubblika. Din il-konklużjoni kienet allegatament appoġġata mill-analiżi tas-suq tal-gass u tal-enerġija Tork iżda l-importaturi ma rreferew għall-ebda parti speċifika minnha. Huma argumentaw li abbażi ta’ dan l-argument, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq jew tnaqqas l-ispejjeż allegatament ogħla tal-gass u tal-enerġija b’mhux inqas minn 300 %. |
(293) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Anki jekk il-Kummissjoni kellha tikkunsidra ittra elettronika mingħand Uffiċjal Kap għall-Konformità ta’ kumpanija kimika Torka bħala evidenza valida ta’ inflazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija fit-Turkija, il-Kummissjoni nnutat li l-email tibda billi tiddikjara li “t-Turkija għandha suq tal-enerġija liberali ħafna, f’ħafna aspetti”. Dan diġà jikkontradixxi l-karatterizzazzjoni tal-email sottomessa. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-gass Torok li huma ogħla minn dawk tas-swieq dinjija, kif jissemma fil-premessa (282), il-prezzijiet tal-gass Torok għall-konsumaturi mhux domestiċi huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, l-aġġustament ’l isfel ta’ 300 % għall-prezzijiet tal-gass u tal-enerġija jidher li huwa bbażat fuq affermazzjoni fl-ittra elettronika, mingħand l-Uffiċjal Kap għall-Konformità ta’ kumpanija kimika Torka li “l-prezzijiet taż-żejt u d-diżil huma intaxxati bir-rata ta’ 300 %”. Jekk dan huwiex korrett jew le, huwa irrilevanti għall-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(294) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed u produttur/utent wieħed tal-Unjoni nnotaw li l-valuri referenzjarji għall-elettriku u għall-gass naturali jinkludu l-VAT. Huma argumentaw li hija prattika standard li jintużaw prezzijiet u spejjeż tal-bejgħ domestiku mingħajr VAT meta jiġi kkalkulat il-valur normali. |
(295) |
Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan il-kumment u aġġustat il-valur referenzjarju għall-elettriku u l-gass naturali billi neħħiet il-VAT (18 %). Il-valur normali u l-marġnijiet ta’ dumping ġew ikkalkulati mill-ġdid skont dan għall-produtturi esportaturi kollha. Is-sejbiet il-ġodda ġew żvelati mill-ġdid bħala parti mid-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
(296) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi argumentaw li, meta jiġi applikat il-valur referenzjarju għall-elettriku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-medda ta’ prezzijiet rilevanti applikabbli għal-livell tal-konsum tal-elettriku mill-produttur esportatur inkwistjoni, minflok il-medja tal-meded kollha. |
(297) |
Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan il-kumment u aġġustat il-valur referenzjarju għall-elettriku billi applikat meded ta’ prezzijiet għall-konsumaturi kbar u medji tal-elettriku, fejn xieraq. Din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq ix-xiri tal-elettriku mill-produtturi esportaturi aktar milli fuq il-konsum tagħhom, peress li xi wħud minnhom jipproduċu parti mill-elettriku li jikkunsmaw. Il-valur normali u l-marġnijiet ta’ dumping ġew ikkalkulati mill-ġdid skont dan għall-produtturi esportaturi kollha. Is-sejbiet il-ġodda ġew iddivulgati mill-ġdid bħala parti mid-divulgazzjoni finali addizzjonali. |
(298) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, l-ilmentatur argumenta li d-daqs tat-tnaqqis tal-marġni ta’ dumping wara l-aġġustament diskuss fil-premessi (295) u (297) hawn fuq kien inkonsistenti ma’ dak li kienu jafu dwar il-proporzjon tal-gass naturali u l-elettriku fil-proċess tal-produzzjoni ta’ Sinopec. L-ilmentatur argumenta li filwaqt li tabilħaqq kumpanija partikolari ta’ Sinopec li tipproduċi tista’ tkun qed tuża ammont sinifikanti ta’ gass naturali, dan ma kienx il-każ għall-kumpanija l-oħra. |
(299) |
Fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, utent partikolari wera dubju dwar il-kalkoli li jsegwu l-aġġustament diskuss fil-premessi (295) u (297). Huwa kkunsidra li minħabba proporzjon għoli ta’ enerġija fl-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-PVA, kien mistenni li l-impatt tal-aġġustament ikun ogħla. Huwa talab lill-Kummissjoni biex tivverifika l-kalkoli tagħha. |
(300) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni nnotat li, filwaqt li dawn l-affermazzjonijeit kienu bbażati fuq sempliċi suppożizzjonijiet, il-kalkolu tal-valur nominali ta’ Sinopec mill-Kummissjoni, wara l-aġġustament, huwa bbażat fuq rati ta’ konsum preċiżi pprovduti mill-produttur esportatur u vverifikati mill-Kummissjoni. Fir-rigward ta’ Sinopec Ningxia, il-kumpanija li allegatament ma użatx ammonti sostanzjali ta’ gass naturali fil-produzzjoni ta’ PVA, kif spjegat fil-premessa (329), minħabba l-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għal kull PCN irrapportat minn Sinopec Ningxia, il-Kummissjoni użat l-ogħla valur normali maħdum tal-produtturi esportaturi l-oħra li kkooperaw. Filwaqt li dawn fil-fatt ma kinux affettwati b’mod sinifikanti mit-tneħħija tal-VAT mill-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku, l-impatt ġenerali tal-kumpaniji individwali fuq il-marġni ta’ dumping tal-grupp ivarja skont il-proporzjon tal-bejgħ ta’ dawn il-kumpaniji fil-bejgħ għall-esportazzjoni kollu tal-grupp lejn l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li l-aġġustament, filwaqt li kien relatat mal-gass naturali u l-elettriku, kellu riperkussjonijiet pereżempju, fuq l-ispejjeż ġenerali li ġew ikkalkulati bħala perċentwal tal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Jekk dawn l-ispejjeż jonqsu, minħabba t-tneħħija tal-VAT mill-prezzijiet tal-gass naturali u tal-elettriku, l-ispejjeż ġenerali għalhekk se jonqsu wkoll. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(5) Oġġetti konsumabbli/kwantitajiet negliġibbli
(301) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, xi materja prima li kellha biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur, kif ukoll fuq livell tat-tip ta’ prodott, ġiet ikklassifikata taħt oġġetti konsumabbli. |
(302) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet stabbiliti mingħajr distorsjoni. |
(303) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun innota li għadd sinifikanti ta’ fatturi ta’ produzzjoni, li kienu kkunsidrati mill-Kummissjoni bħala negliġibbli, ġew ittrattati bħala oġġetti konsumabbli u għalhekk ma ġewx stabbiliti valuri referenzjarji individwali għal dawn il-fatturi ta’ produzzjoni. Filwaqt li l-produttur esportatur ma kkontestax dan l-approċċ fil-prinċipju, huwa kkontesta l-eżekuzzjoni tiegħu. L-ewwel nett, il-produttur esportatur argumenta li l-produtturi kellhom jirrappurtaw informazzjoni dettaljata mhux proporzjonata li fl-aħħar mill-aħħar ma ntużatx biex jiġi kkalkulat il-valur normali. It-tieni, il-produttur esportatur innota li l-Kummissjoni stabbiliet valuri għall-oġġetti konsumabbli billi applikat il-proporzjon ta’ dawn l-oġġetti konsumabbli fl-ispejjeż totali diretti tal-materja prima tagħha għall-valuri mingħajr distorsjoni għal dawn l-ispejjeż abbażi ta’ valuri referenzjarji. Il-produttur esportatur argumenta li b’dan il-mod il-Kummissjoni effettivament ittrattat l-oġġetti konsumabbli bħala distorti minkejja li ma ġiet stabbilita l-ebda distorsjoni. Il-produttur esportatur kompla jargumenta li l-Kummissjoni ma setgħetx tassumi li l-oġġetti konsumabbli kienu distorti bl-istess perċentwal bħall-materja prima diretta. Il-produttur esportatur esprima riżerva simili bil-mod li bih il-Kummissjoni ttrattat l-ispejjeż ġenerali. Fid-dawl ta’ dawn il-kwistjonijiet, il-produttur esportatur talab li l-Kummissjoni tillimita l-oġġetti konsumabbli u l-ispejjeż ġenerali skont il-valuri rrappurtati kemm għall-oġġetti konsumabbli kif ukoll għall-ispejjeż ġenerali tal-produttur esportatur. |
(304) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, sabiex jiġi stabbilit u vverifikat jekk fattur ta’ valur tal-produzzjoni huwiex negliġibbli, hemm bżonn ta’ analiżi dettaljata tat-tipi ta’ prodotti għal kull fattur ta’ produzzjoni. Il-livell ta’ informazzjoni mitluba kien għalhekk xieraq biex tiġi stabbilita u vverifikata l-informazzjoni kollha, inkluż il-proporzjon ta’ oġġetti konsumabbli fil-kostijiet diretti ta’ materja prima li ntużat fil-kostruzzjoni tal-valur normali. Fir-rigward tal-argument li l-oġġetti konsumabbli ma kinux distorti u li l-valuri tagħhom jenħtieġ li jkunu limitati fil-livelli rrapportati mill-produttur esportatur, il-Kummissjoni nnutat li ġew stabbiliti distorsjonijiet sinifikanti fit-Taqsima 3.1.1 hawn fuq. F’dak il-każ, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, l-ispejjeż domestiċi jistgħu jintużaw iżda biss sal-punt li huma stabbiliti pożittivament biex ma jiġux distorti, fuq il-bażi ta’ evidenza preċiża u xierqa. L-ebda evidenza bħal din fir-rigward tal-oġġetti konsumabbli, kif ukoll tal-ispejjeż ġenerali, ma tressqet mill-produtturi esportaturi, u lanqas ma nstabet mill-Kummissjoni. Fir-rigward tas-suppożizzjoni li l-oġġetti konsumabbli kienu distorti bl-istess perċentwal bħall-materja prima diretta, l-ewwel nett il-Kummissjoni fakkret li l-produttur esportatur fil-kampjun ma kkontestax il-prinċipju li jittratta l-fatturi minuri tal-produzzjoni bħala oġġetti konsumibbli. Filwaqt li l-Kummissjoni applikat il-fattur ta’ distorsjoni medju tal-materja prima diretta l-oħra għal dawn, il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza li tali suppożizzjoni kienet inkorretta. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(6) Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
(305) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-ispejjeż tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
(306) |
Għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tas-segment tal-operazzjoni Kimika tal-kumpanija Torka Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. għall-2018 kif imħabbar fin-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020 u ddikjarat fil-premessa (218). |
(307) |
Kif spjegat fil-premessa (205), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ispejjeż finanzjarji ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S fl-2018 kienu għoljin b’mod straordinarju u li jenħtieġ li jiġu aġġustati kif xieraq. Għalhekk, fil-kalkolu tal-SG&A, il-Kummissjoni injorat l-ispejjeż finanzjarji tal-2018 u minflok issostitwiethom bl-ispejjeż finanzjarji medji tal-kumpanija fl-2017, fl-2016 u fl-2015. L-aġġustament irriżulta f’perċentwal ogħla ta’ SG&A, iżda f’perċentwal aktar baxx ta’ profitt. Għalhekk, l-effett tal-ispejjeż finanzjarji straordinarji tal-2018 kien biss bidla bejn l-SG&A u l-profitt mingħajr ebda impatt fuq l-SG&A u l-profitt kollu kemm hu. Għalhekk, ġeneralment, ma kellu l-ebda influwenza fuq il-livell tal-SG&A u tal-profitt meħuda flimkien. |
(308) |
Kif spjegat aktar fil-premessa (303) fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun argumenta li jenħtieġ li l-ispejjeż ġenerali, flimkien mal-oġġetti konsumabbli, ma jiġux trattati bħala distorti u li jenħtieġ li l-valuri tagħhom ikunu limitati għall-valuri rrapportati mill-produttur esportatur. Din l-affermazzjoni ġiet indirizzata u rifjutata fil-premessa (304). |
(309) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun argumenta li l-manodopera indiretta tiegħu, għall-fini tal-kostruzzjoni tal-valur normali, kienet inkluża fl-ispejjeż ġenerali minflok ma tqieset bħala fattur ta’ produzzjoni, speċjalment minħabba li l-Kummissjoni identifikat valur referenzjarju preċiż għall-manodopera. Il-produttur esportatur fil-kampjun ikkummenta li l-użu tal-valur referenzjarju tal-manodopera għall-manodopera indiretta jirriżulta fi spiża mingħajr distorsjoni aktar preċiża milli jekk dan jiġi inkluż fil-kostijiet ġenerali. |
(310) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li l-produttur esportatur stess kien inkluda l-manodopera indiretta fl-ispejjeż ġenerali tal-kostijiet tal-produzzjoni u fl-istess ħin, kien ipprovda l-manodopera indiretta bħala fattur individwali ta’ produzzjoni. Sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni neħħiet il-manodopera diretta bħala fattur ta’ produzzjoni u żammitha bħala parti mill-ispejjeż ġenerali. Meta titqies in-natura tal-manodopera indiretta bħala spejjeż ġenerali, id-differenza sinifikanti fis-salarji u l-kwalifiki tal-persunal involut fil-manifattura tal-prodott u sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju u tiġi żgurata l-konsistenza, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex jinbidel l-approċċ oriġinali tal-produttur esportatur, u l-Kummissjoni żammet il-manodopera indiretta bħala kost ġenerali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(311) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Kummissjoni missha użat l-SG&A u d-data dwar il-profitt mingħand aktar minn produttur wieħed. Il-produtturi esportaturi bbażaw dan l-argument fuq is-sejbiet tal-Korp tal-Appell f’EU — Bed Linen (DS141). |
(312) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jipprojbixxix l-użu ta’ data SG&A mingħand produttur wieħed. Il-kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni mar-regoli tad-WTO kienet koperta fil-premessa (98). Barra minn hekk, kif spjegat fit-Taqsima 3.1.2.3, il-Kummissjoni sabet kumpanija waħda biss fil-pajjiż rappreżentattiv b’data faċilment disponibbli. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(313) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi fil-kampjun ikkontestaw il-fatt li l-Kummissjoni neħħiet ċerti spejjeż tal-merkanzija mill-prezz tal-esportazzjoni, filwaqt li dawn l-ispejjeż (flimkien mal-ispejjeż tal-immaniġġjar, eċċ. u l-ispejjeż finanzjarji bħal tariffi bankarji) ma tneħħewx mill-ispejjeż SG&A tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. |
(314) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li ma hemm xejn li jindika li tali spejjeż kienu inklużi fil-kostijiet SG&A rrapportati għall-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma pprovdew l-ebda evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(315) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun qabel li l-ispejjeż finanzjarji tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv kienu għoljin b’mod straordinarju u għalhekk l-SG&A għal din il-kumpanija kellhom jiġu aġġustati skont dan. Madankollu, il-produttur esportatur fil-kampjun ma qabilx mal-aġġustament tal-profitt ta’ din il-kumpanija fuq il-kont tal-istess spejjeż straordinarji. Il-produttur esportatur argumenta li l-aġġustament tal-profitti jinnega dak li sar fir-rigward tal-SG&A billi l-SG&A u l-profitt ikkombinati baqgħu l-istess. |
(316) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-valutazzjoni, bl-argument li kemm l-SG&A kif ukoll il-profitt kienu affettwati mill-ispejjeż finanzjarji straordinarji. Ma jagħmilx sens li jiġi kkoreġut wieħed mingħajr ma jiġi kkoreġut l-ieħor. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-aġġustament li sar fir-rigward tal-profitt ma jinnegax iżda jikkumplimenta l-aġġustament li sar lill-kostijiet SG&A. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.1.4.2.
(317) |
Meta eżaminat it-tweġibiet għall-kwestjonarji dwar l-anti-dumping ta’ Wan Wei, Mengwei u Shuangxin, il-Kummissjoni nnotat li fil-partijiet tat-tweġibiet relatati mal-kost tal-produzzjoni u, b’hekk, il-kalkolu tal-valur normali, il-fatturi ta’ produzzjoni għall-inputs prodotti internament (fwar u elettriku li pproduċew huma stess u dawk simili) ma kinux allokati b’mod xieraq għall-prodott li qed jiġi investigat. Dan mar kontra l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-kwestjonarju dwar l-anti-dumping. Fil-korrispondenza li ġejja, inklużi l-ittri ta’ defiċjenza u l-ittri ta’ qabel il-verifika, il-Kummissjoni tenniet it-talba tagħha biex Wan Wei, Mengwei u Shuangxin jagħtu t-tweġibiet tagħhom skont l-istruzzjonijiet mogħtija fil-kwestjonarju dwar l-anti-dumping. |
(318) |
Fit-tweġibiet sussegwenti tagħhom, it-tliet kumpaniji msemmija hawn fuq sostnew li, fil-fehma tagħhom, ma kienx possibbli li l-kwestjonarju jimtela kif mitlub mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, dawn il-kumpaniji sostnew li ma kien hemm l-ebda bażi oġġettiva jew preċiża sabiex jiġi sseparat il-konsum ta’ kull materjal/enerġija prodotti minnhom stess u li ma kienx fattibbli li jsir rapport tal-konsum u tax-xiri tal-materjali għal kull materjal/enerġija prodotti minnhom stess separatament. Il-verżjonijiet riveduti sussegwenti tat-tweġibiet baqgħu neqsin f’dan ir-rigward. |
(319) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma. Hija spjegat li billi dawn il-kumpaniji kienu diġà rrapportaw l-inputs biex jipproduċu l-fatturi ta’ produzzjoni prodotti minnhom stess, dawn l-inputs setgħu jiġu allokati bl-istess mod għall-prodott li qed jiġi investigat. |
(320) |
Il-Kummissjoni informat lil Wan Wei (86), Mengwei (87) u Shuangxin (88) li minħabba dawn in-nuqqasijiet fl-informazzjoni pprovduta minn dawn il-produtturi esportaturi kif deskritt, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku sa fejn huma kkonċernati l-inputs prodotti internament użati fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. |
(321) |
Fit-tweġibiet tagħhom għal dawn l-ittri skont l-Artikolu 18, il-produtturi esportaturi tennew l-ispjegazzjonijiet tagħhom għalfejn huma kkunsidraw li ma setgħux jipprovdu d-data mitluba. |
(322) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet mingħajr distorsjoni għall-inputs prodotti internament u applikat dawn il-prezzijiet fil-kalkolu tal-valur normali kif spjegat fil-premessi (274) u (275). |
(323) |
Matul iż-żjara ta’ verifika mwettqa fil-bini ta’ Mengwei f’Novembru 2019, il-kumpanija għamlet bosta reviżjonijiet għat-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, inkluża l-parti relatata mal-kost tal-produzzjoni. |
(324) |
Fi tmiem l-aħħar jum taż-żjara ta’ verifika, il-kumpanija ppreżentat verżjoni oħra tat-tweġiba, u b’hekk annullat parti mill-ħidma li saret aktar kmieni matul il-verifika u l-ħidma preparatorja relatata. Il-parti affettwata kienet relatata mal-kost tal-produzzjoni b’riperkussjonijiet għall-kalkolu tal-valur normali. F’din il-verżjoni l-ġdida, fost l-oħrajn, in-numru ta’ sigħat ta’ manodopera tnaqqas b’mod konsiderevoli mill-verżjonijiet preċedenti. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-kumpanija li kien impossibbli li tivverifika din l-informazzjoni mmodifikata ppreżentata fl-aħħar mument taż-żjara ta’ verifika. |
(325) |
Wara ż-żjarat ta’ verifika, il-Kummissjoni informat lil Mengwei (89) li l-aħħar sottomissjoni ta’ data, li waslet fl-aħħar nett taż-żjara ta’ verifika, ma setgħetx tiġi vverifikata u li l-Kummissjoni se tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku sa fejn hija kkonċernata din l-aħħar sottomissjoni. Mengwei ma ressqet l-ebda kumment wara din l-ittra skont l-Artikolu 18. |
(326) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora parti mill-informazzjoni ppreżentata fl-aħħar mument taż-żjara ta’ verifika li ma setgħetx tiġi vverifikata, u f’din is-sitwazzjoni rrikorriet u bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-informazzjoni sottomessa qabel din l-aħħar verżjoni, li l-Kummissjoni setgħet tivverifika. |
3.1.4.3.
(327) |
Matul iż-żjara ta’ verifika fil-bini ta’ Sinopec Ningxia, li saret mid-9 sat-12 ta’ Diċembru 2019 f’Yinchuan (Ningxia), il-Kummissjoni identifikat xi nuqqasijiet sostanzjali u serji fir-rapportar tal-kost tal-produzzjoni. Dawn in-nuqqasijiet xekklu b’mod sinifikanti l-proċess normali tal-investigazzjoni għal din it-taqsima tat-tweġiba għall-kwestjonarju. B’mod partikolari, Sinopec Ningxia għamlet allokazzjoni ħażina tal-valur u l-konsum tal-fatturi ta’ produzzjoni għall-fażijiet upstream tal-produzzjoni tal-PVA (jiġifieri l-VAM, l-aċetilen, il-fwar, eċċ.), u b’hekk wasslet għal sopravalutazzjoni jew sottovalutazzjoni sinifikanti tal-maġġoranza tal-fatturi ta’ produzzjoni użati indirettament għall-produzzjoni tal-PVA. Bħala riżultat, l-kost tal-produzzjoni għal kull PCN ma kienx affidabbli. |
(328) |
Il-Kummissjoni qieset li dawn in-nuqqasijiet sostanzjali u serji fil-kost tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott fil-kwestjonarju xekklu b’mod sinifikanti l-proċess normali tal-investigazzjoni, għal din it-taqsima tal-kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lil Sinopec Ningxia dwar l-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku sa fejn kien ikkonċernat il-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(329) |
F’dan ir-rigward, il-valur normali għal Sinopec Ningxia nħadem bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw (jiġifieri l-kost tal-produzzjoni u l-konsum tal-fatturi ta’ produzzjoni, għal kull tip ta’ prodott). B’mod partikolari, għal kull PCN irrapportat minn Sinopec Ningxia, il-Kummissjoni użat l-ogħla valur normali maħdum tal-produtturi esportaturi l-oħrajn li kkooperaw. |
(330) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun u produttur/utent wieħed tal-Unjoni saħqu li bl-użu tal-ogħla valur normali maħdum tal-produtturi esportaturi l-oħra li kkooperaw bħala l-valur normali għal Sinopec Ningxia, il-Kummissjoni użat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku b’mod punittiv. Barra minn hekk, il-produttur esportatur argumenta li, bl-użu ta’ data minn produtturi esportaturi oħra, li kienu wkoll soġġetti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma użatx l-aħjar fatt disponibbli iżda — minn naħa waħda — applikat l-Artikolu 18 darbtejn għal Sinopec Ningxia. Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-Kummissjoni kellha minflok tuża d-data ta’ Sinopec Chongqing, minħabba li din il-kumpanija ma kinitx soġġetta għall-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Skont il-produttur esportatur, il-fatt li l-proċess ta’ produzzjoni ta’ Sinopec Chongqing kien differenti mill-proċess ta’ produzzjoni ta’ Sinopec Ningxia ma jiskwalifikax id-data ta’ Sinopec Chongqing, peress li l-proċess ta’ produzzjoni ma għandux impatt fuq il-prezzijiet tal-PVA. |
(331) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dawn l-affermazzjonijiet. Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li, kif spjegat fil-premessi minn (317) sa (322), l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għall-grupp Wei u Shuangxin kienet limitata għall-fatturi ta’ produzzjoni awtoprodutturi. Kif spjegat aktar fil-premessa (274) u fl-iskedi ta’ kalkolu żvelati lill-produtturi esportaturi fil-kampjun, sabiex jiġu stabbiliti valuri għal fatturi ta’ produzzjonijiet prodotti minnhom stess, li kienu sinifikanti f’termini ta’ proporzjon ta’ kostijiet, il-Kummissjoni użat ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produtturi esportaturi inkwistjoni u vverifikati minnha. Dawk ir-rati kienu applikati għal valuri mingħajr distorsjoni l-istess bħal għal kull fattur ieħor ta’ produzzjoni. Kif spjegat fil-premessa (275), il-fatturi ta’ produzzjoni li pproduċew il-produtturi stess illi kellhom biss piż negliġibbli fl-kostijiet totali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur, inġabru flimkien taħt l-oġġetti konsumabbli, bħal fatturi oħra insinifikanti tal-produzzjoni. Għalhekk, f’applikazzjoni limitata ħafna tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għall-grupp ta’ Wan Wei u Shuangxin, il-Kummissjoni użat esklussivament data vverifikata pprovduta minn dawn il-kumpaniji, flimkien mal-valuri referenzjarji, bħal għal kull fattur ieħor ta’ produzzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-valuri normali stabbiliti għall-grupp ta’ Wan Wei u Shuangxin setgħu jintużaw bħala l-aħjar fatti disponibbli mingħajr ma tiġi ppenalizzata Sinopec Ningxia. |
(332) |
Fir-rigward tal-adegwatezza tad-data ta’ Sinopec Chongqing bħala l-aħjar fatti disponibbli, kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-produttur esportatur innutaw li l-proċess ta’ produzzjoni użat f’Sinopec Chongqing kien differenti minn dak użat f’Sinopec Ningxia. F’dak li għandu x’jaqsam mal-materja prima bażika, il-proċess ta’ produzzjoni f’Sinopec Ningxia kien eqreb għal dak użat fil-grupp Wan Wei u Shuangxin. Filwaqt li dan forsi ma għandu l-ebda impatt fuq il-prezzijiet tal-PVA, dan għandu impatt sinifikanti fuq il-bini ta’ valur normali, li huwa bbażat fuq il-fatturi ta’ produzzjoni (inkluża l-materja prima), ir-rata ta’ użu tagħhom u l-valuri referenzjarji. Tabilħaqq, Sinopec Group innifsu rrikonoxxa l-impatt tal-proċess ta’ produzzjoni fuq il-livell tal-valur normali maħdum u konsegwentement fuq il-marġnijiet ta’ dumping. Fis-sottomissjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 2020, Sinopec argumenta li “f’diversi investigazzjonijiet anti-dumping tal-Istati Uniti, il-fatt li l-proċess ta’ produzzjoni tiegħu u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti tiegħu kienu differenti b’mod sinifikanti minn dawk ta’ produtturi oħra Ċiniżi wassal għal marġni ta’ dumping żero jew baxx ħafna għal Sinopec Chongqing”. Peress li l-proċess ta’ produzzjoni ta’ Sinopec Chongqing kien ukoll ferm differenti minn dak użat f’Sinopec Ningxia, id-data tal-ewwel wieħed ma tistax titqies bħala l-aħjar fatti disponibbli biex jiġi stabbilit il-valur normali għal dan tal-aħħar. |
(333) |
Fl-aħħar nett, sa fejn għandu x’jaqsam l-użu tal-ogħla valur normali għal kull tip ta’ prodott, il-Kummissjoni ma tqisx dan l-approċċ bħala wieħed punittiv. Minħabba li l-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika u għalhekk tuża d-data pprovduta minn Sinopec Ningxia għall-kostruzzjoni tal-valur normali tagħha, ma hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-valur normali ta’ Sinopec Ningxia għal kull tip ta’ prodott ikun inqas mill-ogħla valur normali għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi l-oħra li kkooperaw li jużaw materja prima simili. |
(334) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, dawn l-affermazzjoniijiet ġew miċħuda. |
3.1.4.4.
(335) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali maħdum, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin. |
(336) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura tal-PVA. Hija applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi ta’ produzzjoni individwali tal-produttur esportatur li kkoopera. |
(337) |
It-tieni, sabiex waslet għall-kostijiet tal-produzzjonimingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet mal-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni l-ispejjeż ġenerali tal-produzzjoni determinati kif deskritt fil-premessa (305). |
(338) |
Fl-aħħar nett, għall-kostijiet tal-produzzjoni kif deskritt fil-premessa (337), il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S kif spjegat fil-premessi (205) u (218). |
(339) |
L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (Costs of Goods Sold — “COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 17,6 %. |
(340) |
Il-profitt, espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 4,0 %. |
(341) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(342) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat affermaw li d-determinazzjoni tal-valur normali jenħtieġ li tqis ir-ribassi tal-kwantità għall-fatturi ta’ produzzjoni, l-elettriku, l-ilma u l-gass naturali. Dawn il-partijiet affermaw li l-indiċijiet ġenerali ma kkunsidrawx tali ribassi u li dawn ir-ribassi kienu disponibbli għal xiri ta’ kwantitajiet kbar. Dawn il-partijiet talbu li jsir aġġustament għall-valur normali abbażi ta’ dawn ir-ribassi affermati fuq il-fatturi ta’ produzzjoni, l-elettriku, l-ilma u l-gass naturali. Il-partijiet interessati affermaw ukoll li l-maġġoranza l-kbira tal-produtturi tal-PVA kienu kumpaniji kbar li jibbenefikaw minn tnaqqis fil-prezz meta jakkwistaw il-materja prima u l-enerġija. L-istess partijiet interessati tennew l-affermazzjoni tagħhom wara n-Nota tat-30 ta’ Marzu 2020, mingħajr ma ppreżentaw aktar evidenza biex jappoġġaw l-affermazzjoni tagħhom. Fi stadju aktar tard, l-istess partijiet affermaw ukoll li s-suq Tork tal-gass u tal-enerġija ma kienx liberalizzat u li l-prezzijiet kienu ffissati mill-awtoritajiet pubbliċi. |
(343) |
Huwa mfakkar li s-sorsi użati għall-elettriku u għall-gass naturali msemmija fil-premessa (279) fihom data għall-utenti industrijali. Barra minn hekk, huwa nnotat li r-ribassi tal-kwantità affermati mill-partijiet interessati jew il-kobor tagħhom kienu biss asserzjonijiet ġenerali u ma ġewx ikkwantifikati, u lanqas ma ġew issostanzjati b’xi mod. Fl-aħħar nett, l-informazzjoni mressqa minn dawn il-partijiet ma appoġġjatx l-affermazzjoni tagħhom li s-suq tal-gass u tal-enerġija ma kienx liberalizzat u li l-prezzijiet jiġu ffissati mill-awtoritajiet pubbliċi. Għall-kuntrarju, ir-rapporti ppreżentati minn dawn il-partijiet jiddeskrivu l-karatteristiċi tas-suq liberalizzat tas-suq tal-enerġija tat-Turkija u r-rwol tal-korpi regolatorji rilevanti li huma ffokati biss fuq l-iżgurar tal-funzjonament tajjeb tas-suq. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda bħala mhux issostanzjati. |
(344) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, l-istess partijiet interessati affermaw li l-esportaturi Ċiniżi soġġetti għal din l-investigazzjoni ma kellhomx “kostijiet tal-bejgħ sostanzjali” jew kostijiet finanzjarji għall-prodotti tal-PVA u li meta l-Kummissjoni tikkalkula l-valur normali, jenħtieġ li ma tinkludi l-ebda kost tal-bejgħ jew kostijiet finanzjarji tal-produtturi esportaturi għall-kalkolu. Affermazzjonijiet simili rigward il-kost tal-bejgħ aktar baxx ġew repetuti mill-istess partijiet ukoll fi stadju aktar tard. |
(345) |
L-affermazzjoni li saret fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali kienet simili għall-affermazzjoni li l-istess partijiet interessati kienu għamlu fil-kuntest tal-għażla ta’ Ilkalem Ticaret Ve Sanayi A.S. bħala kumpanija xierqa fil-pajjiż rappreżentattiv, li ġiet spjegata u indirizzata fil-premessi (216) u (217) hawn fuq. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-affermazzjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma ġarrbu l-ebda kost tal-bejgħ sostanzjali jew kostijiet finanzjarji relatati mal-prodotti ta’ PVA tagħhom ma kienet issostanzjata bl-ebda mod rilevanti u ma ġietx ikkonfermata mill-investigazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(346) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, l-istess tliet partijiet interessati esprimew ukoll l-opinjoni tagħhom dwar metodi xierqa għall-kontabilità għad-deprezzament tal-investiment fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali. Fi stadju aktar tard, l-istess partijiet żiedu mal-affermazzjoni tagħhom ukoll li l-PVA ta’ oriġini Ċiniża ma kien jeħtieġ l-ebda kost ta’ Riċerka u Żvilupp (“R&Ż”). |
(347) |
Il-metodoloġija ġenerali għall-kontabilità għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti, li fihom ġie inkluż ukoll il-kost tad-deprezzament u tar-R&Ż, ġiet spjegata fil-premessa (305) hawn fuq. Barra minn hekk, il-metodoloġija dettaljata għal kull produttur esportatur li kkoopera ġiet divulgata lil dawn il-kumpaniji fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni speċifiċi rispettivi tagħhom. F’konformità mal-prattika stabbilita, kull wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi dejjem jingħata l-opportunità li jikkummenta dwar il-kalkoli u l-metodoloġija rispettivi tiegħu. Għalhekk, din l-affermazzjoni li saret mill-kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat kienet meqjusa bħala fattwalment skorretta u, għalhekk, ġiet miċħuda. |
(348) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni adottat id-data tal-ispejjeż tal-manifatturi Torok tal-PVB, inklużi l-prezzijiet tal-materja prima importata, biex jinħadem il-valur normali għall-kumpaniji Ċiniżi, mingħajr ma jsir aġġustament xieraq. Skont il-GOC, il-valur normali maħdum jiddevja b’mod serju mis-sitwazzjoni attwali ta’ produzzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, u b’hekk ir-rekwiżiti ta’ komparabbiltà tal-prezzijiet fir-regoli tad-WTO ma jkunux jagħmlu sens. |
(349) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li ma użatx id-data tal-ispejjeż tal-manifatturi Torok tal-PVB, inklużi l-prezzijiet tal-materja prima importata, biex tibni l-valur normali. Hija użat l-SG&A u l-perċentwal tal-profitt tal-produttur fil-pajjiż rappreżentattiv. Madankollu l-istruttura tal-ispejjeż (inklużi r-rati tal-użu tal-materja prima) kienet ibbażata fuq id-data pprovduta mill-produtturi esportaturi u vverifikata mill-Kummissjoni, li għaliha ġew applikati valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.2. Prezz tal-esportazzjoni
(350) |
It-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi. |
(351) |
Meta l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(352) |
Meta l-produtturi esportaturi jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni jkun ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż tal-SG&A, effettivament imġarrba mill-importatur relatat u l-profitt (ta’ 6,89 %), li nkisbu minn importaturi mhux relatati li kkooperaw. |
(353) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi biegħ ċerti kwantitajiet ta’ PVA lil kummerċjanti domestiċi mhux relatati, bl-għarfien li dan il-bejgħ kien destinat għas-suq tal-Unjoni. Dan il-bejgħ tqies ukoll meta ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni. |
(354) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, produttur esportatur wieħed argumenta li, għall-kalkolu tal-ispiża tal-kreditu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża rati tal-imgħax fuq self f’USD aktar milli f’RMB, peress li t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ġew fatturati f’USD. |
(355) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, filwaqt li t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni ġew fatturati f’USD, il-pagamenti kienu kkonvertiti u ddepożitati fir-RMB. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma weriex li għandu self f’USD u għalhekk ir-rata tal-imgħax korretta applikata għall-kost tal-kreditu hija dik għar-RMB. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.3. Tqabbil
(356) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works. |
(357) |
Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, abbażi taċ-ċifri reali tal-kumpanija li kkooperat, għall-ħlasijiet tal-immaniġġjar, il-merkanzija, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi bankarji, il-kummissjonijiet u t-taxxi indiretti. |
(358) |
Għal żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz ta’ kumpaniji relatati. Iż-żewġ gruppi biegħu l-PVA lill-Unjoni permezz tal-kummerċjant / kummerċjant-produttur relatat tagħhom. Instab li l-funzjonijiet tal-kummerċjant / kummerċjant-produttur relatat kienu simili għal dawk ta’ aġent. Dawk il-kumpaniji relatati kienu qed ifittxu klijenti u stabbilixxew kuntatt magħhom. Għalhekk, huma kellhom ir-responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ. L-aġġustament kien jikkonsisti fl-SG&A tal-kumpaniji relatati rispettivi u għall-profitt (ta’ 6,89 %), li nkiseb minn importaturi mhux relatati li kkooperaw. |
(359) |
Wara n-Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019, tliet kummerċjanti tal-prodott li qed jiġi investigat affermaw li “jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-elementi stipulati fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku meta mqabbel bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali, bħall-karatteristiċi fiżiċi, l-iskontijiet, ir-ribassi u l-kwantitajiet, il-livell ta’ kummerċ, il-kreditu, il-kostijiet ta’ wara l-bejgħ, il-kummissjonijiet u “fatturi oħrajn” (b’mod partikolari għall-kostijiet għaċ-ċertifikazzjoni ta’ prodott ta’ livell ogħla). Affermazzjonijiet simili rigward il-kost tal-kreditu u l-assistenza teknika ta’ wara l-bejgħ ġew repetuti mill-istess partijiet ukoll fi stadju aktar tard. |
(360) |
Kif spjegat fil-premessa (357) hawn fuq, il-Kummissjoni, meta ġġustifikata mill-ħtieġa li tiżgura tqabbil ġust, aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda billi tqiesu bħala żejda. |
(361) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, utent argumenta li l-Kummissjoni ma għandhiex tqabbel il-valur normali bbażat fuq il-valuri tal-GTA u l-SG&A u l-profitt tal-produttur fil-pajjiżi rappreżentattivi bi prezz tal-esportazzjoni bbażat fuq il-prezzijiet tal-materja prima, l-SG&A u l-marġni ta’ profitt kif imġarrba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fir-RPĊ. Skont l-utent, kemm il-prezz tal-esportazzjoni kif ukoll il-valur normali jridu jkunu bbażati fuq l-istess materja prima u l-istess kostijiet tal-SG&A. |
(362) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-karatterizzazzjoni tal-kalkolu tad-dumping. Kif spjegat fit-Taqsima 3.1.4.4, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fit-taqsima 3.2, għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġi affermat mill-utent, il-Kummissjoni bbażat il-prezz tal-esportazzjoni fuq il-prezzijiet attwali mitluba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, mhux fuq l-ispejjeż. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(363) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni tal-bejgħ permezz ta’ kummerċjanti relatati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għall-kummissjonijiet. Huma argumentaw ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza li hija l-bażi tal-ħtieġa għal aġġustament bħal dan. Iż-żewġ produtturi esportaturi argumentaw li l-kumpaniji produtturi u ta’ bejgħ fil-gruppi rispettivi tagħhom jiffurmaw entità ekonomika waħda. |
(364) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma' dawn l-affermazzjonijiet. Għar-raġunijiet mogħtija liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Kummissjoni qieset li ebda wieħed minn dawn il-gruppi ma kien jifforma entità ekonomika waħda. Id-dettalji tal-argumenti spjegati f’dawn id-dokumenti jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali u ma jistgħux jiġu deskritti hawnhekk fid-dettall. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod partikolari: (i) jekk tabilħaqq ir-rwol huwiex maqsum bejn il-kumpaniji inkwistjoni, jiġifieri li kumpanija waħda tbigħ biss u l-kumpanija l-oħra tipproduċi biss; u (ii) jekk il-funzjoni prinċipali ta’ dawn il-kumpaniji tal-bejgħ hijiex li tbiegħ jew li tiffaċilita l-bejgħ tal-prodott korporattiv. Il-Kummissjoni qieset ukoll il-lokalità tal-kumpaniji u kkunsidrat fid-dettall l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tagħhom. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(365) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, Sinopec Group ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li kien ġustifikat aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-prodott esportatur l-ewwel argumenta li l-bejgħ dirett ta’ Sinopec Chongqing lill-Istati Uniti kien limitat u “mhux tas-soltu”. Sinopec Gruoup innota wkoll li Sinopec Ningxia ma kellux bejgħ dirett għall-esportazzjoni. Sinopec Group argumenta li l-aġġustament jista’ jiġi ġustifikat biss meta tali bejgħ dirett għall-esportazzjoni jkun sostanzjali (ħafna). Sinopec Group imbagħad sostna li l-fatt li l-kumpaniji produtturi kellhom bejgħ domestiku dirett sinifikanti ma kienx rilevanti għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk kinitx teżisti entità ekonomika waħda. Barra minn hekk Sinopec Group argumenta li l-ispejjeż tal-bejgħ ta’ Sinopec Chongqing u Sinopec Ningxia kienu marbuta biss mal-bejgħ domestiku u mal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti, fil-każ ta’ Sinopec Chongqing u għalhekk kienu irrilevanti. Sinopec Group imbagħad innota li l-fatt li Sinopec Central China xtara PVA minn produtturi mhux relatati ma kienx ifisser li ma jistax jikkostitwixxi entità ekonomika waħda mal-kumpaniji produtturi. Barra minn hekk, Sinopec Group ikkunsidra li dan ix-xiri kien limitat ħafna u argumenta li huwa biss meta x-xiri mingħand partijiet mhux relatati jkun sostanzjali li jista’ jsir l-aġġustament. Fl-aħħar nett, Sinopec argumenta li d-distanza bejn il-kumpaniji produtturi u l-kummerċjant kienet immaterjali. |
(366) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, Sinopec Group ma kkontestax il-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha u ma offriex fatti addizzjonali. Rigward il-fatt li Sinopec Central China, Sinopec Chongqing u Sinopec Ningxia huma kollha kkontrollati mill-Grupp Sinopec, il-Kummissjoni fakkret li l-eżistenza ta’ kontroll komuni kienet prerekwiżit meħtieġ għall-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda u li din kienet tiskatta l-analiżi dwar jekk it-totalità tal-fatti rilevanti li jappartjenu lill-kummerċjant relatat turix l-eżistenza ta’ entità ekonomika unika. L-għan huwa li jiġi determinat jekk il-funzjonijiet imwettqa mill-kummerċjant relatat kinux simili għal dawk ta’ dipartiment tal-bejgħ intern, jew le. Din l-analiżi kellha ssir abbażi tal-fatti stabbiliti f’kull każ u, għalhekk, kull paragun ma’ investigazzjonijiet oħra li fihom ġie deċiż jekk isirx aġġustament jew le skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku mhux dejjem xieraq. |
(367) |
Abbażi tal-fatti mhux ikkontestati tal-każ u wara li ġew ikkunsidrati l-argumenti mressqa minn Sinopec Group fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan mhuwiex il-każ hawnhekk. |
(368) |
L-ewwel nett, Sinopec Chongqing kellu bejgħ dirett sinifikanti lejn pajjiżi terzi. Filwaqt li l-perċentwal tagħhom f’bejgħ għall-esportazzjoni totali seta’ kien inqas minn dak li nstab f’xi każijiet oħra, il-Kummissjoni xorta qieset li dan l-ammont kien konsiderevoli. Sinopec Group sostna li l-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ Chongqing lejn pajjiżi terzi “ma kienx tas-soltu” peress li sar lejn l-Istati Uniti tal-Amerika biex jibbenefika minn rata ta’ dazju żero skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-anti-dumping tal-Istati Uniti. Filwaqt li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tivverifika l-veraċità ta’ din l-allegazzjoni, hija nnotat li ma tnaqqasx mill-fatt li Sinopec Chongqing qed jagħmel bejgħ għall-esportazzjoni ġenwin lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, li huma rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet tal-pajjiż importatur ikkonċernat. Barra minn hekk, Sinopec innifsu rrikonoxxa li dan il-bejgħ kien responsabbli għal parti mill-ispejjeż tal-bejgħ ta’ Sinopec Chongqing. |
(369) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li l-eżistenza ta’ bejgħ dirett mill-produttur fis-suq domestiku kienet irrilevanti. Kif stabbilit mill-Qorti (90), entità ekonomika waħda teżisti meta produttur jafda kompiti li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta’ dipartiment tal-bejgħ intern lil kumpanija ta’ distribuzzjoni. Il-bejgħ domestiku kif ukoll il-bejgħ għall-esportazzjoni diskussi fil-premessa (368) jaqgħu normalment taħt ir-responsabbiltà ta’ dipartiment tal-bejgħ intern. Hawnhekk, il-Kummissjoni ħadet nota li Sinopec ma kkontestax l-ispejjeż tal-bejgħ fir-rigward ta’ bejgħ domestiku (u parti mill-esportazzjoni) u kkunsidra li “huwa normali li dawn il-kumpaniji ġarrbu spejjeż ta’ bejgħ”. |
(370) |
Il-Kummissjoni nnutat li Sinopec la kkuntesta l-fatt li Sinopec Central China ma jbiegħx jew jesporta esklussivament il-PVA prodott mill-grupp, u lanqas li jinnegozja wkoll il-PVA prodott minn kumpaniji oħra mhux relatati. Il-fatt li ma esportax il-PVA lil din il-parti terza iżda jbigħu fis-suq domestiku, ma jinnegax il-konklużjoni li f’dan il-każ ġab ruħu aktar bħala kummerċjant milli bħala dipartiment tal-bejgħ intern. |
(371) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tax-xiri ta’ Sinopec Central China mingħand produtturi tal-PVA mhux relatati, il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li aġġustament jista’ jsir biss f’każijiet li fihom ix-xiri mingħand partijiet mhux relatati jkun sostanzjali. Peress li dan kien il-każ f’Musim Mas (91), ma jfissirx li l-proporzjon ta’ xiri li nstab f’dan il-każ kien il-limitu li taħtu l-kumpaniji jiffurmaw entità ekonomika waħda u li fuqhom ma tistax teżisti entità ekonomika waħda. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-elementi diskussi hawn fuq ma huwa, fih innifsu, determinanti. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda f’kull kuntest tal-każ individwali. |
(372) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni fakkret li l-għan tal-analiżi skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku huwa li tiddetermina l-istatus tal-kumpanija kummerċjali relatata fid-dawl tat-totalità tal-fatti rilevanti. Mhuwiex meħtieġ li l-fatti kollha jinstabu li jkunu preżenti għall-kumpaniji kollha fil-grupp biex jippermettu li jiġi konkluż li kumpanija partikolari fi ħdan dak il-grupp trid titqies bħala aġent li jaġixxi fuq bażi ta’ kummissjoni. Għalhekk, l-argument li Sinopec Central China jista’ jitqies bħala aġent simili fir-rigward ta’ kumpanija waħda tal-grupp, madankollu bħala dipartiment tal-bejgħ intern tal-kumpanija l-oħra tal-istess grupp, mhuwiex konvinċenti. |
(373) |
Fil-fatt, meta wieħed iħares lejn l-istampa sħiħa tal-grupp Sinopec u l-attivitajiet ta’ Sinopec Central China f’dan il-grupp, il-Kummissjoni kkonfermat li dan tal-aħħar ma setax jitqies bħala dipartiment tal-bejgħ intern, iżda li pjuttost kien jikkwalifika bħala kummerċjant fis-sens tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
(374) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(375) |
Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-grupp Wan Wei ma qabilx mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku huwa ġġustifikat għal bejgħ ta’ Menwei permezz ta’ Wan Wei. Il-grupp Wan Wei ilmenta li ingħata biss ħamest (5) ijiem biex jikkummenta dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, minflok il-minimu statutorju ta’ 10 ijiem, li xekkel id-drittijiet tad-difiża tiegħu. WAN Wei mbagħad iddikjara li l-Kummissjoni allegatament innutat matul iż-żjara ta’ verifika li Mengwei huwa sempliċement fabbrika jew bażi ta’ produzzjoni ta’ Wan Wei. Il-produttur esportatur imbagħad sostna li Wan Wei jikkontrolla lil Mengwei u li minħabba f’hekk, jifformaw entità ekonomika waħda. Skont il-produttur esportatur, il-Kummissjoni rrikonoxxiet impliċitament dan kollu billi assenjat marġni ta’ dumping wieħed lil grupp Wan Wei. |
(376) |
Il-produttur esportatur imbagħad argumenta li l-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ Mengwei lejn pajjiżi terzi ma kienx sostanzjali meta mqabbel mal-bejgħ kollu tiegħu. Il-produttur esportatur argumenta li, huwa biss meta tali bejgħ dirett għall-esportazzjoni jkun sostanzjali (ħafna), li jista’ jsir aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. Il-produttur esportatur argumenta wkoll li l-bejgħ domestiku dirett ta’ Menwei huwa irrilevanti meta jiġi evalwat jekk Wan Wei jaġixxix bħala d-dipartiment tal-bejgħ ta’ Menwei. Il-produttur esportatur argmenta li, fi kwalunkwe każ, l-eżistenza ta’ bejgħ dirett mill-kumpanija produttriċi ma tipprekludix sejba ta’ entità ekonomika unika. Il-produttur esportatur ikkonferma li Wan Wei jixtri l-PVA minn produtturi mhux relatati iżda argumenta li dan ix-xiri kien jikkostitwixxi kwantità żgħira meta mqabbel max-xiri mingħand Mengwei. Il-produttur esportatur argumenta li l-fatt li l-kummerċjant jixtri wkoll prodotti minn kumpaniji oħra ma jfissirx li ma jistax jifforma entità ekonomika waħda ma’ kumpanija li tipproduċi. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur argumenta li d-distanza bejn Wan Wei u Mengwei kienet immaterjali. |
(377) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Fir-rigward tal-parti proċedurali tal-affermazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku jipprevedi b’mod espliċitu perjodu iqsar minn 10 ijiem għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali. Tabilħaqq, meta wieħed iqis li l-kummenti li waslu kienu jikkonċernaw aspett wieħed biss tas-sejbiet fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-iskadenza ta’ ħamest (5) ijiem kienet biżżejjed. Barra minn hekk, jekk il-produttur esportatur fil-kampjun ikkunsidra li din l-iskadenza ma kinitx biżżejjed, seta’ talab estensjoni. Tali estensjoni ntalbet minn parti interessata oħra u ngħatat mill-Kummissjoni. |
(378) |
Fir-rigward tal-parti sostantiva tal-affermazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali, Wan Wei ma kkontestax il-fatti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni tagħha u ma offriex fatti addizzjonali. Fir-rigward tal-fatt li Mengwei huwa kkontrollat minn Wan Wei, il-Kummissjoni fakkret li l-kontroll tal-kumpanija kummerċjali fuq il-produttur (jew viċi versa) kien prerekwiżit neċessarju għall-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda u jiskatta l-analiżi dwar jekk it-totalità tal-fatti rilevanti li jappartjenu lill-kummerċjant relatat turix l-eżistenza ta’ entità ekonomika unika. L-għan huwa li jiġi determinat jekk il-funzjonijiet imwettqa mill-kummerċjant relatat kinux simili għal dawk ta’ dipartiment tal-bejgħ intern, jew le. Din l-analiżi kellha ssir abbażi tal-fatti stabbiliti f’kull każ u, għalhekk, kull paragun ma’ investigazzjonijiet oħra li fihom ġie deċiż jekk isirx aġġustament jew le skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku ma jagħmilx sens. |
(379) |
Abbażi tal-fatti mhux ikkontestati tal-każ u wara li ġew ikkunsidrati l-argumenti mressqa minn Wan Wei fit-tweġiba tiegħu għad-divulgazzjoni finali addizzjonali, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan ma kienx il-każ hawnhekk. |
(380) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-affermazzjoni li Wan Wei u Mengwei jiffurmaw entità unika peress li huma kkunsidrati bħala grupp, u għalhekk jirċievu marġni ta’ dumping wieħed, il-Kummissjoni nnotat li dan ma jfissirx li huma jiffurmaw entità ekonomika waħda. Dawn huma żewġ kunċetti differenti. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li fl-ebda punt ta’ l-investigazzjoni ma qablet li Mengwei kienet sempliċement fabbrika jew bażi ta’ produzzjoni ta’ Wan Wei. Fil-fatt, l-intenzjoni li jiġi applikat l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għall-bejgħ ta’ Mengwei permezz ta’ Wan Wei tikkonferma li l-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. |
(381) |
It-tieni, il-Kummissjoni qablet li l-proporzjon ta’ bejgħ dirett lil pajjiżi terzi f’bejgħ totali (esportazzjoni u bejgħ domestiku) ta’ Mengwei kienet relattivament baxxa. Dan minħabba li l-bejgħ ta’ Mengwei fis-suq domestiku kien wieħed sinifikanti. Għalhekk, kieku l-bejgħ dirett għall-esportazzjoni ta’ Mengwei kellu jitqabbel mal-bejgħ ta’ esportazzjoni kollu tiegħu (jiġifieri, mingħajr il-bejgħ domestiku), il-proporzjon tagħhom ikun ogħla b’mod sinifikanti. |
(382) |
It-tielet, il-Kummissjoni ma qablitx li l-eżistenza ta’ bejgħ dirett mill-produttur fis-suq domestiku kienet irrilevanti. Kif stabbilit mill-Qorti (92), entità ekonomika waħda teżisti meta produttur jafda kompiti li normalment jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet ta’ dipartiment tal-bejgħ intern lil kumpanija ta’ distribuzzjoni. Il-bejgħ domestiku dirett (kif ukoll il-bejgħ għall-esportazzjoni diskuss hawn fuq) huma normalment responsabbiltà ta’ dipartiment tal-bejgħ intern. Dwar dan il-punt il-Kummissjoni nnutat ukoll li Wan Wei Group ma kkontestax l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq l-ispejjeż tal-bejgħ ta’ Mengwei. Dawn l-ispejjeż juru b’mod ċar li Mengwei għandu d-dipartiment tal-bejgħ tiegħu stess u li mhuwiex sempliċiment fabbrika jew bażi ta’ produzzjoni ta’ Wan Wei, kif iddikjarat mill-produttur esportatur. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat hawn fuq, Mengwei kellu bejgħ dirett għall-esportazzjoni sinifikanti, li bħala tali huwa biżżejjed biex juri li għandu dipartiment ta’ bejgħ ġenwin għall-bejgħ tal-esportazzjoni. |
(383) |
Il-Kummissjoni nnutat li l-grupp Wan Wei Group ma kkuntestax li Wan Wei ma jbigħx jew jesporta esklużivament il-PVA prodott mill-grupp, iżda li jinnegozja wkoll il-PVA prodott minn kumpaniji oħra mhux relatati. Dan jappoġġa wkoll il-konklużjoni li Wan Wei kien jaġixxi aktar bħal kummerċjant milli bħala dipartiment tal-bejgħ intern ta’ Mengwei. |
(384) |
Fir-rigward tax-xiri ta’ Wan Wei mingħand produtturi tal-PVA mhux relatati, il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li jista’ jsir aġġustament biss meta x-xiri mingħand partijiet mhux relatati jkun sostanzjali. Peress li dan kien il-każ f’Musim Mas (93), ma jfissirx li l-proporzjon ta’ xiri li nstab f’dan il-każ kien il-limitu li taħtu l-kumpaniji jiffurmaw entità ekonomika waħda u li fuqhom ma tistax teżisti entità ekonomika waħda. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-elementi diskussi hawn fuq ma huwa, fih innifsu, determinanti. Dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda f’kull kuntest tal-każ individwali. |
(385) |
Tabilħaqq, meta wieħed iħares lejn l-istampa kollha tal-grupp Wan Wei u l-attivitajiet ta’ Wan Wei fir-rigward tal-PVA ta’ Mengwei, il-Kummissjoni kkonfermat li, tal-ewwel ma setax jitqies bħala dipartiment tal-bejgħ intern ta’ dan tal-aħħar, iżda li pjuttost kien jikkwalifika bħala kummerċjant fis-sens tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku. |
(386) |
Għal dawn ir-raġunijiet imsemmija hawn fuq, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(387) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet produtturi esportaturi fil-kampjun u produttur / utent tal-Unjoni sostnew li ma għandu jsir l-ebda aġġustament għal VAT mhux rifondibbli. B’mod partikolari, dawn il-partijiet interessati argumentaw li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex tali aġġustament kien meħtieġ, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-valur normali kien mibni minn (parzjalment) l-użu ta’ data minn pajjiż terz. Barra minn hekk, dawn il-partijiet interessati sostnew li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex, mingħajr l-aġġustament tal-VAT, kien ikun hemm differenza bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali maħdum li jaffettwa l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-fehma tagħhom, peress li l-prezz normali huwa bbażat fuq il-kostruzzjoni, ma hemmx rifużjoni fuq il-VAT tal-input u għalhekk jenħtieġ li ma jsir l-ebda aġġustament għad-differenzi fir-rifużjoni tal-VAT. |
(388) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni għamlet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għad-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ għall-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-valur normali fejn ġew esklużi taxxi indiretti bħall-VAT. Il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn turi li l-valur normali maħdum fih il-VAT li tista’ tkun rimborżata kompletament fuq il-bejgħ fis-suq domestiku, peress li dan huwa irrilevanti. Il-valur normali li nħadem kif stipulat fil-premessi minn (335) sa (347) u (295) ma kienx jinkludi l-VAT, minħabba li għall-kalkolu tal-valur normali fil-pajjiż esportatur nett tal-VAT tagħhom, jintużaw il-valuri mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Is-sitwazzjoni reali li tikkonċerna t-trattament tal-VAT tal-bejgħ fis-suq domestiku u fil-mument tal-esportazzjoni sseħħ kollha kemm hi fir-RPĊ. L-investigazzjoni kkonkludiet li fil-PI fir-RPĊ il-produtturi esportaturi jġarrbu obbligazzjoni ta’ VAT ta’ 13 % jew 16 % (13 % hija applikabbli minn April sa Ġunju 2019 u 16 % hija applikabbli minn Lulju 2018 sa Marzu 2019) għall-esportazzjoni filwaqt li 5 %, 9 % jew 10 % hija rimborżata (5 % hija applikabbli minn Lulju sa Awwissu 2018, 9 % hija applikabbli minn Settembru sa Ottubru 2018 u 10 % hija applikabbli minn Novembru 2018 sa Ġunju 2019). Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, fir-rigward tad-differenza fit-tassazzjoni indiretta f’dan il-każ li fih il-VAT kienet rimborżata parzjalment fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni aġġustat kif xieraq il-valur normali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(389) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, tliet importaturi tennew il-kummenti tagħhom li l-Kummissjoni jenħtieġ li taġġusta l-prezz tal-esportazzjoni sabiex jiġu kkunsidrat il-fatt li (i) il-produtturi esportaturi Ċiniżi qatt ma jaħtru aġenti kummerċjali jew intermedjarji iżda pjuttost jinnegozjaw direttament ma’ importaturi tal-Unjoni; (ii) il-produtturi esportaturi tal-PVA ta’ kwalità baxxa ma ġarrbux l-ispejjeż ta’ R&Ż; (iii) il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jippermettux dewmien fil-pagamenti, għalhekk ma jinvolvux spejjeż finanzjarji; (iv) il-produttur esportaturi Ċiniżi ma jipprovdux assistenza ta’ wara l-bejgħ. |
(390) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat li hija bbażat il-prezz tal-esportazzjoni fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa, aġġustati għall-kwoti kollha mitluba b’mod leġittimu mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. L-elementi elenkati mill-kummerċjanti ma ġewx miżjuda mal-valur normali maħdum u għalhekk ma kienx hemm kwistjoni ta’ komparabbiltà. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
3.4. Marġni ta’ dumping
(391) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li kienu inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-medja ponderata tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(392) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping medju ponderat definittiv, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
(393) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-medja ponderata tal-marġni ta’ dumping, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-marġni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
(394) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping definittiv tma kinux fil-kampjun huwa ta’ 80,4 %. |
(395) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fil-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni ta’ dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw lejn l-Unjoni, espress bħala proporzjon tal-volum totali tal-esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjoni — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni. |
(396) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli, minħabba li l-importazzjonijiet minn produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu prattikament l-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni ta’ dumping residwu fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġini ta’ dumping. |
(397) |
Il-marġnijiet ta’ dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(398) |
Il-prodott simili ġie manifatturat minn erba’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni: Kuraray Europe GmbH; Sekisui Specialty Chemicals Europe S.L., Solutia Europe SPRL, Wacker Chemie AG. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(399) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar [114 000–120 000] tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni mill-ilmentatur u mill-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (30), żewġ produtturi tal-Unjoni ntgħażlu fil-kampjun li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq tal-Unjoni rilevanti
(400) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija fl-Unjoni tal-prodott simili kellux jiġi kkunsidrat fl-analiżi, u sa liema punt. |
(401) |
Il-PVA jintuża bħala materjal intermedju għall-produzzjoni tal-karta u tal-kartun; il-produzzjoni ta’ reżini tal-PVB għall-produzzjoni ta’ film tal-PVB; bħala għajnuniet għall-polimerizzazzjoni tal-plastik; u għall-produzzjoni ta’ emulsjonijiet u adeżivi. Il-Kummissjoni sabet li parti sostanzjali mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni kienet maħsuba għal użu ristrett. L-industrija tal-Unjoni hija fil-biċċa l-kbira integrata vertikalment u l-PVA sikwit jiġi sempliċiment ittrasferit fi ħdan l-istess kumpanija jew gruppi ta’ kumpaniji għal aktar ipproċessar downstream. |
(402) |
Id-distinzjoni bejn is-suq ristrett u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu ristrett mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għas-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
(403) |
Il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-PVA u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu ristrett jew għas-suq ħieles sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun sħiħa tal-industrija tal-Unjoni. |
(404) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; ir-redditu fuq l-investiment; u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq ristrett sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(405) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapacità; l-impjiegi u l-produttività. Huma jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun ristretta kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
(406) |
Wara d-divulgazzjoni, Cordial, Wacker u Wegchaem sostnew li d-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali ma kienx jinkludi informazzjoni rilevanti bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-ilmentatur. |
(407) |
B’reazzjoni għat-talba tal-kumpaniji, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid l-informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-impjiegi pprovduta f’firxiet u/jew f’forma indiċjata. Peress li dan it-tagħrif jaggrega d-data ta’ erba’ kumpaniji, dawn ġew żvelati f’ċifri attwali lill-kumpanija u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati fil-fajl miftuħ. |
(408) |
Rigward id-data kunfidenzjali mill-ilmentatur, il-Kummissjoni trid tirrifjuta t-talba tal-kumpaniji. Ir-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta d-dannu lill-industrija tal-Unjoni u mhux lil produtturi partikolari. F’dan il-każ id-data mitluba tikkonċerna l-indikaturi makro u kienet tinkludi l-produtturi kollha tal-Unjoni. M’hemm l-ebda raġuni għala għandha tiġi rtirata d-data ta’ produttur wieħed, speċjalment meta din id-data tkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
(409) |
Wara d-divulgazzjoni, Wacker u ċ-China Chamber of Commerce of Metals, Minerals and Chemicals (CCCMC) ikkontestaw l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-analiżi tas-suq ristrett u ħieles. Wacker argumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel valutazzjoni ċara tal-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi għall-ilmentatur biss biex tiġi evitata valutazzjoni distorta tad-dannu kkawżat. |
(410) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni ta’ Wacker. L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn erba’ produtturi, li tnejn minnhom huma attivi fis-suq ħieles. Għalhekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessi minn (402) sa (405) waqt li għal ċerti indikaturi ekonomiċi tqies xieraq li ssir referenza biss għad-data għas-suq ħieles, indikaturi ekonomiċi oħra jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni. |
(411) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
(412) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’ (a) il-konsum ristrett abbażi tal-użu ristrett tal-produzzjoni tal-Unjoni, (b) il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-produtturi kollha magħrufa fl-Unjoni u (c) l-importazzjoni fl-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrapportat mill-Eurostat, biex b’hekk tqieset ukoll id-data ppreżentata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat. Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 1 Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
(413) |
Il-konsum ristrett tal-PVA prodott internament żdied b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, iIl-konsum fis-suq ħieles, kif ukoll il-konsum totali, baqgħu relattivament stabbli matul l-istess perjodu. |
(414) |
Il-konsum totali żdied minn madwar [214 000–219 000] tunnellata fl-2016 għal madwar [218 000–223 000] tunnellata fil-PI, filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles baqa’ stabbli madwar [[162 000–167 000] tunnellata fl-istess perjodu. |
(415) |
Is-CCCMC argumentat li l-Kummissjoni ma kinitx analizzat kif suppost is-suq ristrett u l-konsum ristrett. B’mod aktar speċifiku, is-CCCMC sabet li l-Kummissjoni ma kinitx infurmat b’mod adegwat lill-partijiet dwar il-parti tal-konsum ristrett u l-produzzjoni fi proporzjon mal-konsum u l-produzzjoni totali, u dwar kemm mill-produzzjoni kienet tmur fis-suq ħieles. Il-parti tenniet l-affermazzjoni tagħha wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali. |
(416) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni u ċċarat li l-konsum tas-suq magħluq żvelat lill-partijiet interessati kien jikkorrispondi għall-produzzjoni ristretta. Il-produzzjoni totali hija msemmija fit-Tabella 4. Bl-użu taċ-ċifri tal-produzzjoni ristretta fit-Tabella 1, l-evoluzzjoni tal-produzzjoni tas-suq ħieles tista’ tiġi kkalkolata faċilment. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-partijiet ġew infurmati bil-parametri neċessarji kollha li jikkonċernaw is-suq ristrett u s-suq ħieles. Barra minn hekk, l-użu ristrett tal-industrija tal-Unjoni ġie analizzat b’mod estensiv fit-Taqsima 5.2.4 “Użu ristrett” u żvelat lill-partijiet interessati kollha. Madankollu, għall-faċilità ta’ referenza, il-Kummissjoni żiedet entrata ta’ partita addizzjonali “il-volum tal-produzzjoni fis-suq ħieles” mat-Tabella 4 riveduta. |
4.4. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
(417) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi ta’ data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi ġew ipparagunati l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum fis-suq ħieles tal-Unjoni, kif irrappurtat fit-Tabella 1 aktar ’il fuq. |
(418) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 2 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
(419) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu b’53 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn madwar 35 000 tunnellata fl-2016 għal kważi 54 000 tunnellata fil-PI. B’hekk, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdied minn 20 %–25 % fl-2016 għal 30 %–35 % fil-PI, fis-suq ħieles. |
4.4.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
(420) |
Il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejriet għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. |
(421) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 3 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)
|
(422) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat baqgħu relattivament stabbli fil-perjodu kkunsidrat, madwar EUR 1,49/Kg. Matul il-PI, fuq il-bażi tal-prezzijiet medji tal-Unjoni fit-Tabella 7, kien hemm differenza fil-prezz bejn l-importazzjonijiet soġġetti u l-prezzijiet tal-Unjoni ta’ [10 %–40 %]. |
(423) |
It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiż ikkonċernat u d-data dwar il-bejgħ domestiku pprovduta mill-industrija tal-Unjoni għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
(424) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, u wara tnaqqis tal-iskontijiet differiti. Meta meħtieġ, il-prezz tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ ġie aġġustat kif xieraq meta mqabbel mat-tip ta’ prodott komparabbli mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. |
(425) |
Fir-rigward tad-differenzi f’ċerti karatteristiċi bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, kif stabbilit hawn fuq fil-premessi minn (73) sa (77), it-tipi ta’ prodotti importati mir-RPĊ jikkompetu mat-tipi ta’ prodotti manifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, billi l-kontenut ta’ rmied tal-PVA manifatturat u mibjugħ mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kien ġeneralment ogħla mill-kontenut ta’ rmied tal-PVA manifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li aġġustament kien ġustifikat biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn it-tipi ta’ prodotti Ċiniżi u dawk tal-UE abbażi tal-PCNs. Il-Kummissjoni stabbiliet l-aġġustament abbażi tad-differenza li nstabet għal importazzjonijiet tal-PVA b’kontenut għoli u baxx ta’ rmied minn pajjiżi terzi abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-utenti. Id-differenza fil-prezz ġiet stabbilita għal 10 %. |
(426) |
Fuq din il-bażi, żdied aġġustament ta’ 10 % mal-prezz CIF tal-PVA b’kontenut għoli ta’ rmied mibjugħ mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. |
(427) |
Wara d-divulgazzjoni, Ahlstrom-Munksjö kkontesta l-aġġustament ta’ 10 % minħabba li l-Kummissjoni ma żvelatx is-sors tad-data u għalhekk, il-partijiet interessati ma kellhomx il-possibbiltà li jivvalutaw l-affidabbiltà ta’ tali data. |
(428) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (425), l-aġġustament kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza fil-prezz għall-importazzjonijiet tal-PVA b’kontenut għoli u baxx ta’ rmied minn pajjiżi terzi għal PCNs komparabbli miġbura u verifikati matul l-investigazzjoni mill-utenti (tranżazzjonijiet li effettivament seħħew). |
(429) |
Barra minn hekk, billi l-kontenut ta’ metanol u l-ippakkjar għandhom effett negliġibbli fuq il-prezzijiet, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (81), il-Kummissjoni kkonkludiet li, għal skopijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet, kien xieraq li jiġu injorati dawn il-karatteristiċi. |
(430) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni tat-twaqqigħ medju ponderat ta’ bejn 28,8 % u 36,7 % għall-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
(431) |
Wara d-divulgazzjoni diversi partijiet interessati, jiġifieri Wacker, Ahlstrom-Munksjö, Sinopec Group, Wan Wei, Mengwei u Shuangxin ikkontestaw il-kalkoli tal-Kummissjoni. |
(432) |
Wacker u l-produtturi esportaturi Ċiniżi sostnew li 18 % tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ ma kinux mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni minħabba li għal din il-kwantità ma nstabu ebda PCNs komparabbli. Il-partijiet irreferew għas-sentenza fil-Każ T-500/17 Hubei Xinyegang v il-Kummissjoni, b’appoġġ għall-affermazzjoni tagħhom li l-analiżi tad-dannu min-naħa tal-Kummissjoni kienet ibbażata biss fuq volum limitat tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u mhux fuq il-prodott kollu simili. |
(433) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnotat li din is-sentenza hija appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk ma tistax titqies bħala awtorevoli. It-tieni, ir-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-Kummissjoni twettaq l-analiżi tal-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott separatament. Minflok, ir-rekwiżit legali huwa determinazzjoni fil-livell tal-prodott simili. Filwaqt li l-PCNs jintużaw bħala l-punt tat-tluq għal valutazzjoni bħal din, ma jfissirx li l-PCNs differenti mhumiex f’kompetizzjoni. Għalhekk, il-fatt li ċerti PCNs tal-industrija tal-Unjoni ma kinux imqabbla mal-importazzjonijiet ma jfissirx li ma ġarrbux pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping. Fil-fatt, id-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz billi l-ewwel jiġu kkalkolati l-marġnijiet fil-livell tal-PCN huwa biss miżura preparatorja ta’ dak il-paragun tal-prezzijiet meħtieġ. Dik il-miżura mhijiex legalment obbligatorja, iżda tikkostitwixxi l-prattika standard tal-Kummissjoni. It-tielet, f’każijiet fejn jiġi applikat il-kampjunar mhuwiex sorprendenti li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fil-kampjun ma jaqblux perfettament. Dan ma jfissirx neċessarjament li ma hemmx importazzjonijiet ta’ ċerti tipi, iżda li dawn it-tipi ma kinux esportati lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (58) sa (62), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-gradi PVA kollha kkompetew ma’ xulxin, għall-inqas sa ċertu punt. Għalhekk, 18 % tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mhux mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni ma jikkostitwixxux kategorija separata tal-prodott ikkonċernat iżda jikkompetu b’mod sħiħ mal-gradi li fadal li kienu jaqblu. Barra minn hekk, il-PCNs li mhumiex mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni kienu tipi ta’ prodotti adatti għall-applikazzjoni fis-setturi tal-adeżivi, tal-polimerizzazzjoni u tal-karti, u għalhekk ekwivalenti u f’kompetizzjoni diretta ma’ tipi oħra ta’ prodotti manifatturati u mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni għall-użu fl-istess applikazzjonijiet, anki jekk ma jintużawx għall-kwantifikazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz. |
(434) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(435) |
L-istess partijiet talbu divulgazzjoni addizzjonali dwar il-kalkoli dettaljati tal-marġnijiet ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ għal kull PCN. B’mod partikolari, huma talbu: (i) il-PCNs mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni; (ii) il-kwantitajiet medji u l-prezzijiet tal-bejgħ mibjugħa għal kull PCN; u (iii) il-marġnijiet dettaljati ta’ twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz għal kull PCN. L-istess partijiet, b’referenza għad-deċiżjoni tal-Qorti fir-rigward ta’ Jindal (il-kawża T-301/16, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs. il-Kummissjoni), iddikjaraw li l-paragun bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma kienx sar fl-istess livell ta’ kummerċ peress li l-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet mir-RPĊ inbiegħu permezz ta’ kummerċjanti mhux relatati u importaturi mhux relatati filwaqt li l-industrija tal-Unjoni biegħet direttament lill-klijenti finali, u li għalhekk il-Kummissjoni għandha twettaq aġġustament tal-livell ta’ kummerċ. |
(436) |
B’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela d-data mitluba għal kull tip ta’ prodott. Divulgazzjoni ta’ tali livell ta’ dettall tagħmilha possibbli li, jew b’mod dirett jew b’żieda ta’ informazzjoni dwar is-suq, tinbena mill-ġdid data kunfidenzjali dwar il-bejgħ jew il-produzzjoni ta’ produtturi individwali tal-Unjoni. |
(437) |
Fir-rigward tal-affermazzjonijiet dwar aġġustament għal-livell tal-kummerċ, il-Kummissjoni analizzat il-prezz fis-suq tal-Unjoni għall-bejgħ li sar lill-utenti finali meta mqabbel mal-bejgħ lid-distributuri u ma sabet l-ebda differenzi konsistenti fil-prezzijiet għal-livelli differenti tal-kummerċ. Barra minn hekk, l-ebda informazzjoni oħra fil-fajl ma indikat il-ħtieġa li jiġi applikat xi livell ta’ aġġustament kummerċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li f’dan il-każ, ma kienx ġustifikat aġġustament għal-livell differenti ta’ kummerċ. |
(438) |
Wacker argumenta wkoll li l-Kummissjoni vvalutat l-effetti tal-prezz tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat (lil hinn mill-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz għall-perjodu ta’ investigazzjoni), fuq il-bażi tal-prezzijiet medji tal-importazzjoni mingħajr ebda aġġustament għad-dazju doganali, l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni u l-kontenut ta’ rmied. |
(439) |
Din l-affermazzjoni kellha tiġi rifjutata. Skont il-prattika normali tal-Kummissjoni, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ kienu kkalkulati biss għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-effetti tal-prezzijiet tal-perjodu sħiħ ikkunsidrat madankollu tqiesu f’termini tal-evoluzzjoni tat-tendenza fil-prezzijiet tal-importazzjoni. Sabiex din it-tendenza tkun ivvalutata fuq bażi komparabbli matul is-snin, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament. Barra minn hekk, anki meta jitqiesu l-kostijiet medji ta’ wara l-importazzjoni u d-dazji doganali għall-perjodu sħiħ ikkunsidrat, il-prezzijiet Ċiniżi baqgħu ferm inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk ġie kkonfermat it-twaqqigħ sinifikanti tal-prezz li nstab għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
(440) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(441) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-ilmentatur, kontroverifikata mad-data pprovduta mill-produtturi, l-utenti u l-importaturi l-oħrajn tal-Unjoni u l-istatistika uffiċjali disponibbli (Eurostat). Id-data makroekonomika kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. |
(442) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Fir-rigward tat-tieni produttur tal-Unjoni fil-kampjun, Wacker, irid jiġi nnotat li d-data pprovduta ma kinitx tkopri l-indikaturi mikroekonomiċi, minħabba li l-kumpanija pproduċiet biss għall-użu ristrett tagħha u, għalhekk, ma kellha l-ebda bejgħ tal-prodott simili fis-suq ħieles. Għalhekk, id-data mikroekonomika kienet relatata mal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li jbiegħ fis-suq ħieles biss, jiġifieri Kuraray Europe GmbH. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(443) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni ta’ dumping. |
(444) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-flussi tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
(445) |
Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 4 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(446) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 %. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni affettwa kważi kompletament liż-żewġ produtturi uniċi tal-Unjoni li jbiegħu fis-suq ħieles, hekk kif il-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li jipproduċu biss għal konsum ristrett baqa’ relattivament stabbli. |
(447) |
Il-kapaċità rrappurtata baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità rrapportat naqas b’mod sinifikanti u dan kien dovut għal tnaqqis sinifikanti fl-iskala tal-produzzjoni operata mill-produtturi tal-Unjoni li jbiegħu fis-suq ħieles, sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-produzzjoni u t-telf. Fil-fatt, kull wieħed miż-żewġ produtturi kellu jwaqqaf parti mil-linji ta’ produzzjoni tiegħu fil-perjodu 2017–2018 minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(448) |
Għalhekk it-tnaqqis fir-rata tal-użu tal-kapaċità jrid jitqies esklussivament mat-tnaqqis fil-produzzjoni operata miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jbiegħu fis-suq ħieles. |
(449) |
Wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali, Solutia argumenta li t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità operat mill-industrija tal-Unjoni ma segwiex it-tendenza ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ, peress li żdied mill-2017 sal-2018, meta l-importazzjonijiet żdiedu, u naqas fil-PI meta naqsu wkoll l-importazzjonijiet mir-RPĊ. |
(450) |
Dan l-argument irid jiġi miċħud. L-ewwel nett, mill-2017 sal-2018, ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdiedet b’2 punti perċentwali filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles żdied b’7 punti perċentwali. Barra minn hekk, fl-istess perjodu l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu b’ 23 % fil-volum u żdiedu b’14 % tas-sehem mis-suq. Għalhekk, anki b’domanda dejjem tikber, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-produzzjoni tagħha b’mod sinifikanti minħabba li l-prezzijiet tagħha kienu kontinwament imnaqqsa minn importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping li dejjem qed jiżdiedu. It-tieni, fil-PI, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni naqqset ir-rata ta’ użu tal-kapaċità tagħha b’7 punti u l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas bi 3 punti, l-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu stabbli (naqsu b’395 tunnellata) u kisbu 3 punti perċentwali addizzjonali ta’ sehem mis-suq. |
4.5.2.2.
(451) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(452) |
Minkejja l-konsum relattivament stabbli, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(453) |
B’konsegwenza ta’ dan, dan issarraf fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles minn [35 %–40 %] fl-2016 għal [25 %–30 %] matul il-PI, jiġifieri tnaqqis b’27 %. |
4.5.2.3.
(454) |
Il-konsum tal-Unjoni (fis-suq ħieles) baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni naqas b’27 %. B’hekk, l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq, għall-kuntrarju tas-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, li żdied b’mod sinifikanti matul l-istess perjodu. |
4.5.2.4.
(455) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 L-impjiegi u l-produttività
|
(456) |
Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni mħaddma mill-produtturi tal-Unjoni li jbiegħu fis-suq ħieles. Dan irriżulta fi tnaqqis tal-ħaddiema bi 12 %, mingħajr ma jitqies ebda impjieg indirett. |
(457) |
Billi l-volum tal-produzzjoni naqas ukoll, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri li l-industrija tal-Unjoni kienet lesta tadatta għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu sabiex tibqa’ kompetittiva. |
4.5.2.5.
(458) |
Il-marġnijiet kollha ta’ dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tal-kobor tal-marġnijiet attwali ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, minħabba l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
(459) |
Din hija t-tieni investigazzjoni tal-anti-dumping rigward il-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni preċedenti ntemmet fl-2008 mingħajr l-impożizzjoni ta’ miżuri, u ma kienet disponibbli l-ebda data biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli tal-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
(460) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
(461) |
It-tabella ta’ hawn fuq turi l-evoluzzjoni tal-prezz unitarju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni meta mqabbel mal-kost unitarju korrispondenti tal-produzzjoni. Bħala medja, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu aktar baxxi mill-kost unitarju tal-produzzjoni sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. |
(462) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’24 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-kost kienet xprunata prinċipalment mill-kostijiet ogħla għall-materja prima prinċipali, il-VAM. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu b’14 %, iżda dan ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa għaż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet imħaddma mill-importazzjonijiet Ċiniżi. |
4.5.3.2.
(463) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(464) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied bi kważi 9 %. Din ix-xejra li qed tiżdied instabet fiż-żewġ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
4.5.3.3.
(465) |
Il-livelli tal-ħażniet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Inventarji
|
(466) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-ħażniet tal-għeluq naqas b’mod sinifikanti, b’40 %. It-tnaqqis huwa dovut għal deċiżjoni speċifika tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li jbiegħ fis-suq ħieles. Billi l-kumpanija ffaċċjat telf fuq il-bejgħ minħabba l-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, hija ma rat l-ebda ġustifikazzjoni ekonomika għall-bini ta’ ħażniet meta d-domanda għall-prodott tagħha naqset. |
4.5.3.4.
(467) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
(468) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun u attiv fis-suq miftuħ billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lill-klijenti mhux relatati fis-suq ħieles tal-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
(469) |
Il-profittabbiltà żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat: it-telf iġġarrab matul l-erba’ snin kollha, minn [– 0,5 %–5 %] fl-2016 għal [– 10,0 %–15 %] matul il-PI. Din ix-xejra kienet affettwata prinċipalment mill-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi, li ma ppermettietx lill-produttur tal-UE inkluż fil-kampjun li jżid il-prezzijiet b’reazzjoni għaż-żidiet fil-kostijiet. |
(470) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett varjat ħafna matul il-perjodu kkunsidrat, prinċipalment minħabba spejjeż mhux fi flus, bħad-deprezzament, u ddeterjorat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(471) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. B’mod kumplessiv, dan baqa’ negattiv matul il-perjodu kkunsidrat wara xejra ta’ tnaqqis simili għal dik tal-profittabbiltà. Matul l-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell tal-investimenti tagħha bi 72 %. Il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġġenera l-kapital ġiet affettwata severament mit-telf imġarrab matul il-perjodu kkunsidrat, kif jista’ jidher mit-tnaqqis fl-investimenti. |
4.5.4. Konklużjoni dwar id-dannu
(472) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’madwar 12 % u l-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq ħieles naqas b’27 %. Meta jitqies il-konsum relattivament stabbli, dan issarraf fi tnaqqis fis-sehem mis-suq fis-suq ħieles minn [35 %–40 %] fl-2016 għal [25 %–30 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta’ 10 punti perċentwali. |
(473) |
Filwaqt li l-prezz tal-bejgħ żdied b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat, dan ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa għaż-żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni, minkejja l-isforz tal-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb l-effiċjenza billi żżid il-produttività għal kull impjegat. B’rispons għall-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-volumi tal-produzzjoni, li mbagħad żiedu l-kost għal kull unità. Dan, flimkien maż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi, ikkawża d-depressjoni u t-trażżin tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, b’hekk, tnaqqis fil-profittabbiltà. |
(474) |
Bħala riżultat tax-xejriet ta’ hawn fuq, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni nbidlet minn [– 0,5 % –5 %] fl-2016 għal [– 10,0 % –15 %] fil-PI. |
(475) |
Fir-rigward tas-suq ristrett, il-Kummissjoni analizzat u kkunsidrat iċ-ċifri tagħha meta kien xieraq, kif spjegat hawn fuq fit-Taqsima 4.2. |
(476) |
Madankollu, f’dan il-każ partikolari, il-konsum ristrett kien jirrappreżenta madwar kwart tal-konsum totali tal-Unjoni u kien jikkonsisti, kważi esklużivament, minn trasferimenti ristretti fl-istess kumpanija jew grupp ta’ kumpaniji. Trasferimenti interni bħal dawn mhumiex rappreżentattivi ta’ tranżazzjonijiet tas-suq attwali minħabba n-natura ta’ tranżazzjonijiet intragrupp. Barra minn hekk, dawk it-trasferimenti ma jidħlux fis-suq ħieles għaliex il-prodott jintuża kollu mill-produtturi integrati għall-ipproċessar ulterjuri. B’riżultat ta’ dan, is-suq magħluq mhuwiex espost għall-kompetizzjoni diretta minn importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
(477) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet tiġi eżaminata b’mod sinifikanti billi rreferiet prinċipalment għall-attività fis-suq ħieles, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (404) u (405). |
(478) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
(479) |
Wara d-divulgazzjoni, Wacker argumenta li t-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kellu jqis lit-tieni produttur tal-Unjoni li kien qed ibigħ fis-suq ħieles (jiġijiferi Sekisui). Skont Wacker, it-tnaqqis kien deċiżjoni kummerċjali ta’ kumpanija adottata qabel il-perjodu tal-investigazzjoni u ma ġiex ikkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Wacker argumenta li l-kumpanija deliberatament iddeċidiet li tirtira mis-suq tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li l-indikaturi negattivi bħall-produzzjoni, il-bejgħ u l-impjiegi ma jintużawx bħala evidenza ta’ dannu. |
(480) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-interpretazzjoni. L-ewwel nett, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni tindika li t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ kien ikkawżat mill-pressjoni tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. M’hemm l-ebda evidenza li din il-konklużjoni mhijiex korretta. It-tieni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (447), l-ebda wieħed miż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jbigħu fis-suq ħieles ma jnaqqas, b’mod irriversibbli, il-kapaċità ta’ produzzjoni tagħhom. Il-produtturi naqqsu l-output tal-produzzjoni tagħhom billi ma kinux joperaw il-linji ta’ produzzjoni kollha tagħhom. Dan it-tnaqqis tal-użu tal-kapaċità seħħ matul il-perjodu kkunsidrat, u għalhekk tqies bħala parti mill-valutazzjoni tax-xejriet matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, l-argument li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tbigħ dak li ma pproduċietx huwa żbaljat. Mhuwiex ekonomikament vijabbli li wieħed jipproduċi xi ħaġa li ma tkunx tista’ tinbiegħ bi prezz tas-suq ġust. |
(481) |
Wacker argumenta wkoll li l-produzzjoni mnaqqsa u l-bejgħ ta’ Sekisui bbenefikaw lill-ilmentatur, li żied il-bejgħ tiegħu b’6 % bejn l-2016 u l-2017. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li fl-istess perjodu, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-bejgħ totali tagħha b’5 % filwaqt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi żiedu l-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni b’25 % u kisbu 7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
(482) |
Barra minn hekk, Wacker sostna li l-Kummissjoni ma kkunsidratx il-bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fil-valutazzjoni tagħha peress li, fl-opinjoni tiegħu, l-istatistika dwar l-esportazzjoni turi li l-bejgħ għall-esportazzjoni ta’ PVA mill-produtturi tal-Unjoni kien jirrappreżenta porzjon kbir tal-bejgħ ta’ swieq ħielsa mill-industrija tal-UE. L-argument ġie ripetut mis-CCCMC wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali. |
(483) |
Dan l-argument irid jiġi miċħud. L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ għall-esportazzjoni tal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun li kien qed ibigħ fis-suq ħieles baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u, aktar importanti minn hekk, li b’mod ġenerali dan kien jirrappreżenta kwantità negliġibbli meta mqabbel mal-bejgħ totali tal-produttur tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni. |
(484) |
Bl-istess mod, Wacker u parti oħra, Wegochem, sostnew li l-Kummissjoni ma analizzatx l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid tal-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet sostnew li, fl-opinjoni tagħhom, l-industrija tal-Unjoni nfisha kienet responsabbli għal sehem kbir mill-volum ta’ importazzjoni minn pajjiżi terzi. |
(485) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnutat li kien hemm diversi produtturi f’pajjiżi terzi għajr l-ilmentatur u Sekisui. It-tieni, l-investigazzjoni żvelat li l-bejgħ mill-ġdid tal-ilmentatur kien limitat u kien jirrappreżenta [0,5 %–2 %] tal-bejgħ totali tal-produttur tal-Unjoni fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Apparti hekk, dan il-bejgħ mill-ġdid naqas bi 50 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(486) |
L-istess żewġ partijiet argumentaw ukoll li xi data rrapportata fid-dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali, jiġifieri l-fluss tal-flus u l-istokk, ma kinitx konsistenti mal-verżjoni miftuħa tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur. |
(487) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li ċerta data ġiet emendata u kkoreġuta mill-Kummissjoni wara l-verifika skont il-prattika tas-soltu tagħha. Dan jispjega d-differenzi indikati minn dawk il-partijiet. |
5. KAWŻALITÀ
(488) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, l-iżvilupp tal-kostijiet tal-materja prima, id-dannu kkaġunat mill-parti stess u r-rappreżentazzjoni skorretta tad-data mħaddma minn produttur wieħed tal-Unjoni. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping
(489) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq tagħhom it-tnejn żdiedu b’53 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda qabżet sostanzjalment l-evoluzzjoni tal-konsum fis-suq ħieles matul l-istess perjodu, li naqas b’[0,5 %–2 %]. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni tilfet 27 % tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tagħha. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, anki jekk relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’bejn 28,8 % u 36,7 % u b’ 30,0 % bħala medja. Konsegwentement, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet qed tonqos b’mod kostanti u laħqet telf ta’ [-10,0 %–15 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(490) |
L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu fil-premessi minn (398) sa (478) turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat u dan ikkoinċida ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, li nstabu li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u qed jikkawżaw soppressjoni tal-prezzijiet sinifikanti, billi l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. |
(491) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li t-tip ta’ prodott differenti mibjugħ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jikkompeti għal kollox mat-tipi ta’ prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni, kif spjegat hawn fuq fit-Taqsima 2.3. |
(492) |
Wara d-divulgazzjoni, Ahlstrom- Munksjö, Cordial u Wacker argumentaw li ma kienx hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kienet sejra għall-agħar. Fl-opinjoni tagħhom il-fatt li l-profittabbiltà tal-ilmentatur naqset b’mod sinifikanti bejn l-2016 u l-2017 filwaqt li l-volum tal-bejgħ tiegħu żdied bi ftit ma setax jiġi attribwit lill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Huma indikaw ukoll li fil-perjodu tal-investigazzjoni l-industrija tal-Unjoni tilfet 11 % tal-volum tal-bejgħ tagħha filwaqt li l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu. |
(493) |
L-ewwel nett, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (13), l-industrija tal-Unjoni inizjalment ippruvat issegwi l-prezzijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta’ dumping sabiex ma titlifx is-sehem mis-suq, u dan jispjega x-xejriet indikati mill-kumpanija fl-2016 u fl-2017. Matul dan il-perjodu, il-prezzijiet tal-industrijat al-Unjoni ma żdiedux għalkemm il-kost tal-produzzjoni kompla jonqos. It-tieni, fl-istess żmien, l-industrija tal-Unjoni tilfet 5 punti perċentwali mill-volum tal-bejgħ filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu 25 punt perċentwali u l-prezz tal-bejgħ tagħhom naqas b’6 %. Barra minn hekk, anki jekk huwa minnu li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ żdied, dawn il-prezzijiet baqgħu bħala medja 29 % aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-volumi baqgħu kostanti. Fl-aħħar nett, il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’5 punti filwaqt li l-prezzijiet tagħha żdiedu biss bi 3 punti perċentwali. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dik l-affermazzjoni, ix-xejriet negattivi osservati għall-industrija tal-Unjoni ma jikkoinċidux maż-żieda fil-volumi u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ matul il-perjodu kkunsidrat. |
(494) |
Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat. |
(495) |
Wacker argumentat ukoll li l-profittabbiltà tal-ilmentatur kellha tendenza differenti minn dik irrappurtata fir-rapport annwali tagħha għall-2017. |
(496) |
Ir-rapport annwali jirreferi għall-attività globali tal-ilmentatur li minnu l-PVA huwa biss parti. Għalhekk ma tista’ tittieħed l-ebda konklużjoni fir-rigward ta’ segment ta’ negozju uniku miċ-ċifri aggregati. Il-Kummissjoni ġabret, ivverfikat u fasslet il-konklużjonijiet tagħha abbżati ta’ data speċifika. Għalhekk, dan l-argument ma ntlaqax. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
(497) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(498) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn oriġinaw prinċipalment mit-Tajwan, mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Ġappun. Uħud mill-esportaturi Ġappuniżi u Amerikani huma relatati mal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-esportatur Tajwaniż huwa relatat ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
(499) |
Għall-kuntrarju tal-argumenti mqajma minn xi partijiet interessati, u ripetuti wara d-divulgazzjoni minn Wacker u Solutia, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, anki jekk sinifikanti f’termini ta’ sehem mis-suq, naqsu b’4 % matul il-perjodu kkunsidrat u t-telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ benefiċċju esklussivament għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi terzi, għalkemm bħala medja huma 11 % orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, żdiedu bi 9 % matul l-istess perjodu. B’mod partikolari, il-prezzijiet tal-importazzjoni mingħand l-akbar esportatur minbarra r-RPĊ, jiġifieri mit-Tajwan, żdiedu bi 9 %, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Istati Uniti żdiedu bi 8 % filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Ġappun żdiedu b’21 %. |
(500) |
Għalhekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kinux is-sors tad-dannu deskritt fil-premessi minn (440) sa (478) hawn fuq. |
(501) |
Wara d-divulgazzjoni Wacker, it-tieni produttur tal-Unjoni fil-kampjun, argumenta li l-Kummissjoni ma vvalutatx b’mod korrett l-importazzjonijeit mill-Ġappun u mit-Tajwan. Skont il-kumpanija, il-Kummissjoni ma qisitx il-kwantitajiet importati taħt il-proċedura ta’ proċessar attiv miż-żewġ pajjiżi u lanqas ma qieset li, fil-fehma tagħha, partijiet mill-importazzjonijiet mill-Ġappun fil-fatt kienu kopolimeru PVA, u għalhekk barra mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
(502) |
L-argument tal-ipproċessar attiv kellu jiġi miċħud. Il-proċedura ta’ proċessar attiv jirreferi għal oġġetti li jiġu importati sabiex jintużaw fit-territorju doganali tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ pproċessar waħda jew aktar u għalhekk mhumiex rilaxxati għall-bejgħ fis-suq ħieles tal-Unjoni. |
(503) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ kopolimeru PVA mill-Ġappun, il-Kummissjoni kkonfermat li fil-fatt il-kodiċi TARIC 3905300010 ikopru esklussivament l-importazzjonijiet ta’ ċertu kopolimeru għall-użu bħala kisi protettiv tal-wejfers matul il-manifattura ta’ semikondutturi (94). |
(504) |
Wara aktar kontrolli, il-kwantitajiet importati taħt il-kodiċi TARIC 3905300010 fl-UE tneħħew mill-importazzjonijiet mhux biss mill-Ġappun iżda mis-sorsi kollha, inkluża r-RPĊ. Il-volumi tal-importazzjonijiet, il-konsum u l-ishma mis-suq ġew riveduti skont dan. |
(505) |
Wacker argumentat ukoll li l-Kummissjoni ffokat biss fuq il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Istati Uniti. Fil-fehma ta’ Wacker, ċerti importazzjonijiet huma kkonċentrati fi ftit Stati Membri bi prezzijiet ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-importazzjoni kkunsidrati mill-Kummissjoni u għalhekk dan seta’ kellu impatt fuq il-bejgħ tal-ilmentatur. |
(506) |
L-argument kellu jiġi miċħud billi l-affermazzjoni u d-data ta’ Wacker ma jikkontradixxux il-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Tista’ tiġi osservata varjetà simili ta’ mudelli ta’ prezzijiet fil-bejgħ tal-industrija tal-unjoni, u barra minn hekk, il-prezzijiet tal-bejgħ jirriflettu wkoll it-tipi ta’ prodotti mitluba mill-industrija tal-utenti attivi f’kull Stat Membru. Għall-kuntrarju tal-argument ta’ Wacker, il-fatt li l-gradi differenti tal-PVA huma ġeneralment interkambjabbli ma jimplikax li l-grad tal-PVA kollu għandu jkollu l-istess prezz. Barra minn hekk, anki jekk huwa minnu li fil-perjodu ta’ investigazzjoni l-prezz tal-importazzjoni mill-Istati Uniti lejn il-Belġju kien 4 % orħos mill-prezz medju tal-importazzjoni, l-importazzjonijiet lejn il-Ġermanja fl-istess perjodu kienu 13 % ogħla mill-prezz medju. |
(507) |
Ahlstrom-Munksjö argumenta wkoll, wara d-divulgazzjoni, li l-kwerelant biegħ mill-pjanti tal-Istati Uniti PVA bi prezzijiet aktar baxxi mill-gradi prodotti fl-UE. |
(508) |
Madankollu l-informazzjoni pprovduta kienet tirreferi għal gradi differenti ta’ PVA, għalhekk ma huwa possibbli l-ebda tqabbil. Barra minn hekk, il-grad importat mill-Istati Uniti huwa kopolimeru, u għalhekk barra mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, ta’ min jinnota li mill-informazzjoni pprovduta, huwa evidenti li ż-żieda kbira fil-prezz operat mill-kwerelant fl-UE seħħet eżattament fix-xahar li fih twaqqfet waħda mil-linji ta’ produzzjoni tagħha. Għalhekk, dan ikkonferma li l-kumpanija kellha żżid il-prezzijiet b’mod ġenerali biex tikkumpensa għall-produzzjoni mitlufa u ż-żieda fil-kostijiet fissi. |
(509) |
Għalhekk, l-argument ma ntlaqax. |
5.2.2. Żieda fil-kost tal-materja prima
(510) |
Utent wieħed sostna li kienet iż-żieda fil-kost tal-materja prima prinċipali (VAM) li kkawżat id-dannu. Huwa sostna li l-ilmentatur, li ma ġiex integrat upstream, għandu jixtri l-VAM fis-suq u, għalhekk, huwa inqas kosteffiċjenti mill-produtturi esportaturi Ċiniżi jew mill-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni li jipproduċu l-VAM għall-konsum tagħhom stess. |
(511) |
Għall-kuntrarju ta’ dan l-argument, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni kkonfermat li l-ilmentatur jixtri l-VAM bi spiża konformi mal-prezzijiet kurrenti kif osservat minn sorsi oħrajn. F’dan ir-rigward, iż-żieda fil-prezzijiet tal-VAM kellha wkoll influwenza fuq produtturi oħrajn madwar id-dinja kif muri mill-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u ta’ pajjiżi terzi. |
(512) |
Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (462), minħabba l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet imħaddma mill-importazzjonijiet Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima. Dan, flimkien mat-telf sinifikanti fil-volum tal-bejgħ, ikkawża d-depressjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u, b’hekk, il-profittabbiltà. |
(513) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(514) |
Wara d-divulgazzjoni Wacker argumenta li l-prezzijiet tal-VAM naqsu fl-ewwel kwart tal-2019, u għalhekk l-ilmentatur kellu jnaqqas l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni skont dan. Barra minn hekk, is-CCCMC argumentat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-evoluzzjoni tal-prezz tal-VAM tal-perjodu ta’ erba’ snin tal-IIP. |
(515) |
Dawn l-argumenti kellhom jiġu miċħuda. Wacker jargumenta li l-prezz tal-VAM naqas fl-ewwel kwart tal-2019 iżda ma semmiex li l-istess prezz reġa’ żdied fit-tieni kwart b’ 3 % u li kien 12 % ogħla fir-raba’ kwart tal-2019. Għalhekk, kwart minn kull varjazzjoni ta’ kwart ta’ sena ma jagħmilx sens, minħabba li l-kumpaniji jikkunsidraw l-iżvilupp tal-prezz ipproġettat meta jagħmlu tajjeb għall-kost tal-produzzjoni (u l-prezz tal-bejgħ) għas-sena li jkun imiss. Rigward l-affermazzjoni tas-CCCMC, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-prezz medju tas-suq ta’ VAM fl-Unjoni żdied b’ 20 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.2.3. Dannu kkaġunat mill-parti stess
(516) |
Żewġ utenti oħrajn sostnew li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat minnha stess, minħabba li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żied b’mod sproporzjonat l-ispejjeż tal-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u dawk amministrattivi (SG&A) matul il-perjodu kkunsidrat. |
(517) |
L-investigazzjoni żvelat li ż-żieda tal-SG&A fin-negozju tal-PVA kienet prinċipalment xprunata mit-tnaqqis fil-bejgħ. Billi l-maġġoranza l-kbira tal-SG&A kienu kostijiet fissi, it-tnaqqis fil-bejgħ u t-tnaqqis konsegwenti fil-kwantità tal-produzzjoni żiedu s-sehem ta’ dawn il-kostijiet fuq il-kost unitarju tal-produzzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (473), it-tnaqqis fil-bejgħ kien konsegwenza tal-pressjoni tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, iż-żieda tal-SG&A kienet marbuta mill-qrib mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ma tistax titqies bħala dannu kkaġunat mill-industrija stess. |
(518) |
Wara d-divulgazzjoni, Ahlstrom-Munksjö, Wacker u Wegochem tennew l-affermazzjoni bl-argument li l-ilmentatur ma naqqasx b’mod sinifikanti l-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk il-kost fiss ma kellux jiżdied. |
(519) |
Kif spjegat fil-premessa (447), iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jbigħu fis-suq ħieles kellhom iwaqqfu linja ta’ produzzjoni waħda matul il-perjodu kkunsidrat bħala konsegwenza diretta tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, ir-rata mnaqqsa tal-użu tal-kapaċità affettwat il-kostijiet fissi taż-żewġ produtturi. |
(520) |
Ahlstrom-Munksjö u Wacker sostnew ukoll li l-għeluq ippjanat ta’ sitt ġimgħat għall-manutenzjoni tal-impjant tal-ilmentatur ikkontribwixxa biex ikabbar il-kost tal-produzzjoni tiegħu. Barra minn hekk, Wacker argumentat li l-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur kien għoli b’mod sproporzjonat. |
(521) |
Fir-rigward tal-għeluq tal-impjant, l-investigazzjoni wriet li ma affettwatx b’mod sinifikanti l-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur peress li kienet operazzjoni ta’ rutina ppjanata sew minn qabel. Barra minn hekk, il-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur żdied b’ erba’ (4) punti perċentwali fl-2017 (is-sena tal-għeluq) iżda żdied bi 15-il punt perċentwal fl-2018, meta l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping komplew iżidu l-ksib ta’ sehem mis-suq [30 %–35 %]. |
(522) |
Fir-rigward tal-kost, Wacker ipproduċa PVA għall-konsum ristrett tietgħu biss, huwa m’għandux spejjeż tal-bejgħ u amministrattivi (u għalhekk b’mod ġenerali il-kost huwa inqas). Ukoll, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur kien konformi mal-kost medju tal-produzzjoni tal-industrija tal-PVA. |
(523) |
Dawn l-argumenti għalhekk ġew miċħuda. |
(524) |
Wara d-divulgazzjoni Wegotoem argumenta li, fil-fehma tiegħu, il-profittabbiltà baxxa tal-ilmentatur kienet dovuta għal kostijiet eċċessivi ta’ deprezzament. |
(525) |
Il-Kummissjoni tikkonferma li l-kostijiet ta’ deprezzament mill-ilmentatur kienu vverifikati u riveduti biex jinkludu biss il-kost li jappartjeni esklussivament għall-prodott ikkonċernat. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(526) |
Utent ieħor sostna u rrepeta l-argument wara d-divulgazzjoni li t-telf fis-sehem mis-suq li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni kien dovut għad-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom stess, billi ż-żieda qawwija fil-prezzijiet imħaddma bejn l-2017 u l-PI ġiegħlet lil ċerti utenti tal-prodott ikkonċernat jaqilbu għall-fornituri Ċiniżi orħos sabiex jibqgħu kompetittivi. |
(527) |
Anki jekk kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fil-prezz u t-tnaqqis fil-bejgħ, din hija konsegwenza diretta tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Il-PVA għandu diversi applikazzjonijiet u jiġi manifatturat fi gradi differenti. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (60), uħud minn dawn il-gradi għandhom firxa wiesgħa ta’ applikazzjoni u, ġeneralment, prezz aktar baxx, filwaqt li gradi aktar speċjalizzati oħrajn maħsuba għal applikazzjonijiet bi speċifikazzjonijiet stretti (bħalma huma l-prodotti farmaċewtiċi jew il-produzzjoni tal-film tal-PVB) huma, bħala medja, aktar għaljin. |
(528) |
L-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li tforni s-segmenti differenti kollha tal-industrija downstream. Madankollu, l-importazzjonijiet ta’ PVA miċ-Ċina, bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’29,9 % bħala medja, ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-livell tal-produzzjoni tagħha u tikkonċentra l-bejgħ tagħha fuq gradi bi prezzijiet tal-bejgħ kemxejn ogħla bħala medja. Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet flimkien ma’ dawn il-gradi, li kompliet tiddeterjora saħansitra aktar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(529) |
Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
(530) |
Wieħed mill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun afferma li l-ilmentatur innifsu kien qed jagħmel dumping fis-suq tal-Unjoni u, għalhekk, id-dannu kien ikkaġunat minnu stess, filwaqt li pprovda evidenza ta’ bejgħ ta’ PVA bi prezz baxx ħafna lis-suq tal-Unjoni, manifatturat mill-kumpanija relatata tal-ilmentatur ibbażata f’Singapore. L-argument ġie ripetut wara d-divulgazzjoni. |
(531) |
L-investigazzjoni żvelat li l-bejgħ li allegatament kien l-oġġett ta’ dumping minn Singapore kien fil-fatt il-bejgħ ta’ lott ta’ PVA “off-spec”. Dan it-tip partikolari ta’ PVA ġeneralment ikun ir-riżultat ta’ żbalji fil-proċess tal-produzzjoni u, b’hekk, huwa nbiegħ bi prezz baxx ħafna fis-suq minħabba li ma kienx jaqbel mal-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tal-prodott. |
(532) |
Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
(533) |
Utent ieħor afferma li l-volumi tal-bejgħ li qed jonqsu tal-industrija tal-Unjoni ma kinux ikkawżati mill-importazzjonijiet ta’ PVA li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, iżda kienu pprovokati mir-rifjut tal-ilmentatur li jforni l-prodotti tiegħu lil ċerti utenti u, għalhekk, id-dannu materjali kien ikkaġunat minnu stess permezz ta’ dawn il-prattiki antikompetittivi. |
(534) |
Kif spjegat ukoll hawn fuq fit-Taqsima 2.2, l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi u lesta tforni l-gradi differenti kollha ta’ PVA. L-utent ma pprovda l-ebda evidenza speċifika ta’ rifjut ta’ forniment. Għall-kuntrarju, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (13), l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet b’mod ċar li l-industrija kienet kapaċi u lesta tforni l-prodott ikkonċernat lil kwalunkwe utent. |
(535) |
L-utent tenna l-argument wara d-divulgazzjoni iżda ma pprovda ebda evidenza konklużiva tal-allegat rifjut ta’ provvista peress li d-dokumenti pprovduti kienu jirreferu biss għal nuqqas ta’ qbil dwar il-prezzijiet bejn żewġ partijiet. |
(536) |
Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
5.2.4. Użu ristrett
(537) |
Utent wieħed sostna li d-data makroekonomika pprovduta mill-produttur tal-Unjoni li tneħħa mill-kampjun tista’ tkun qarrieqa, billi t-tnaqqis fil-bejgħ tal-PVA rrapportat seta’ kien deċiżjoni kummerċjali deliberata sabiex jiżdied il-konsum ristrett tal-PVA u, għalhekk, il-bejgħ fis-segmenti downstream. |
(538) |
Kif spjegat fil-premessa (441), il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi u makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju u fl-ilment, kontrovverifikata mad-data pprovduta mill-produtturi, l-utenti u l-importaturi tal-Unjoni u l-istatistika uffiċjali disponibbli (Eurostat). |
(539) |
Minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tikseb stampa dettaljata tas-swieq ristretti u ħielsa tal-PVA, flimkien ma’ stampa dettaljata ħafna tas-segmenti downstream differenti u l-konsum tagħhom tal-PVA. |
(540) |
Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tat-tnaqqis fil-bejgħ tal-PVA tal-produttur tal-Unjoni msemmi hawn fuq, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet tnaqqis parallel fil-produzzjoni ta’ PVA tal-istess kobor, matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fil-bejgħ ma kienx ikkawżat minn xi żieda fil-konsum ristrett. |
(541) |
Għalhekk, dan l-argument ġie miċħud. |
(542) |
Żewġ utenti sostnew li d-deċiżjoni tal-ilmentatur li jikkonċentra fuq il-konsum ristrett għall-produzzjoni tal-film PVB kienet il-kawża tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(543) |
Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-konsum ristrett tal-ilmentatur żdied matul il-perjodu kkunsidrat b’pass ferm iżgħar minn dak tat-tnaqqis fil-kwantità tal-bejgħ. Barra minn hekk, il-konsum ristrett tal-PVA mill-ilmentatur baqa’ stabbli matul dawn l-aħħar sentejn u, għalhekk, ma jispjegax is-sitwazzjoni ta’ deterjorament f’dawn l-aħħar snin u, b’mod partikolari, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-istess ħin, l-industrija xorta għad għandha mill-inqas 30 000 tunnellata ta’ kapaċità ta’ produzzjoni żejda li ma tistax tiġi assorbita mil-linji tal-produzzjoni tal-film PVB. |
(544) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(545) |
Ahlstrom-Munksjö, Solutia, Wacker u Wegochem tennew wara d-divulgazzjoni li l-konsum ristrett tal-ilmentatur żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (jiġifieri b’25 %). Għalhekk, id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li l-konsum ristrett tiegħu żdied matul il-perjodu kkunsidrat b’pass ferm iżgħar minn dak tat-tnaqqis fil-kwantità tal-bejgħ kienet żbaljata. |
(546) |
Il-Kummissjoni tikkonferma li d-dikjarazzjoni tagħha kienet korretta u tiċċara li, anki jekk f’termini ta’ perċentwali l-konsum ristrett tal-ilmentatur żdied matul il-perjodu kkunsidrat, fi kwantitajiet assoluti t-tnaqqis fil-bejgħ qabeż b’mod sinifikanti ż-żieda ta’ tunnellati ta’ PVA użati għall-konsum ristrett mill-ilmentatur. |
(547) |
Għalhekk, l-argument ġie miċħud. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(548) |
Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
(549) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll fatturi oħrajn ta’ dannu u ma sabet l-ebda fattur ieħor li kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(550) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u li ma kienx hemm fatturi oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kollettiv, li kkontribwixxew għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
(551) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(552) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu materjali minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u li jikkawżaw telf sinifikanti tas-sehem mis-suq u jwasslu għal telf matul il-perjodu kkunsidrat, kif elaborat fil-premessi minn (440) sa (550) hawn fuq. |
(553) |
L-industrija tal-Unjoni se tibbenefika minn miżuri li x’aktarx jipprevjenu żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet baxxi ħafna. Mingħajr miżuri, il-produtturi Ċiniżi se jkomplu jagħmlu dumping tal-PVA fis-suq tal-Unjoni, li jipprevjeni lill-industrija tal-Unjoni milli tbiegħ il-PVA bi profitt adegwat u b’hekk jikkawżaw aktar dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-importaturi mhux relatati
(554) |
Sitt importaturi mhux relatati kienu lesti li jikkooperaw. Tlieta kienu inklużi fil-kampjun u pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. It-tliet importaturi kollha opponew l-impożizzjoni tal-miżuri, waqt li affermaw li din kienet se tkun ta’ detriment għan-negozju tagħhom u kontra l-interess tal-utenti tal-PVA fl-Unjoni. |
(555) |
Għall-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun, il-piż irrappreżentat mill-prodott ikkonċernat imqabbel mal-fatturat totali ta’ dawn l-importaturi jvarja minn 10 % sa 40 %. L-impjiegi allokati għall-prodott ikkonċernat kienu stmati għal madwar 20 impjegat. |
(556) |
It-tliet importaturi kollha kienu qed jagħmlu profitt u l-marġni ta’ profitt deher li kien adegwat biex jassorbi mill-inqas parti mid-dazji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien għad kellhom l-akbar sehem mis-suq fl-Unjoni. Għalhekk, l-impożizzjoni tal-miżuri mhux se jkollha effett negattiv konsiderevoli f’termini ta’ prezzijiet fuq l-importaturi, iżda wħud minnhom kienu se jkollhom jibdlu s-sorsi, bidla li tinvolvi kostijiet addizzjonali għal dawn l-importaturi. |
(557) |
Importatur wieħed afferma li l-impożizzjoni ta’ miżuri tagħmel ħsara lill-importaturi, minħabba li l-utenti finali tal-Unjoni jieqfu jixtru l-PVA li joriġina mir-RPĊ u jibdew jiksbu prodotti alternattivi mhux ibbażati fuq il-PVA, jew taħlitiet ta’ PVA u prodotti oħrajn manifatturati barra mill-Unjoni. |
(558) |
F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, irid jiġi nnotat li l-impatt tal-PVA fuq il-kostijiet tal-utenti jvarja minn segment għal ieħor, kif spjegat hawn taħt fit-taqsima 6.3. |
(559) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-possibbiltà li l-PVA jiġi sostitwit bi prodotti alternattivi, anki jekk possibbli fit-teorija, tkun ikkumplikata ħafna u ż-żieda fil-kost tal-PVA x’aktarx li ma tkunx il-fattur deċiżiv. Uħud mill-prodotti alternattivi diġà kienu ferm aktar għaljin mill-PVA u mhumiex ekoloġiċi, minħabba li ma kinux bijodegradabbli bħall-PVA. |
(560) |
Sa fejn huma kkonċernati t-taħlitiet ta’ prodotti, l-investigazzjoni żvelat li l-kostijiet tat-trasport kellhom rwol aktar importanti mill-kostijiet tal-materja prima. Dawn it-taħlitiet ġeneralment ikunu magħmula minn PVA u addittivi oħrajn maħlula fl-ilma. Għalhekk, il-perċentwal tal-ilma (u l-piż) iwassal biex it-trasport ikun aktar għali. Għalhekk, il-kisba ta’ dawn it-taħlitiet ibbażati fuq il-PVA minn produtturi li jinsabu barra mill-Unjoni x’aktarx li ma tiżdiedx b’mod sinifikanti minħabba d-dazji anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat. |
(561) |
Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(562) |
Żewġ importaturi affermaw li l-produzzjoni tal-PVA fl-Unjoni ma kinitx biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda u, għalhekk, is-suq tal-UE għall-PVA kien jiddependi ħafna fuq l-importazzjoni, kif muri wkoll mill-kwota bla tariffi għal importazzjonijiet ta’ PVA ta’ 15 000 tunnellata/sena stabbilita mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sa mill-2014 (95). |
(563) |
F’dan ir-rigward, l-akbar fornituri tas-suq tal-UE kienu għadhom il-produtturi tal-PVA li jinsabu f’pajjiżi terzi (jiġifieri t-Tajwan, l-Istati Uniti u l-Ġappun), li diġà kienu jikkostitwixxu [37 %–42 %] tal-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li diversi utenti kisbu l-PVA minn fornituri differenti li jinsabu fir-RPĊ, mill-industrija tal-Unjoni u minn produtturi li jinsabu f’pajjiżi terzi fl-istess ħin. Fl-aħħar nett, irid jiġi nnotat li l-industrija tal-Unjoni għad għandha madwar 30 000 tunnellata ta’ kapaċità żejda li tista’ tforni lis-suq tal-Unjoni. |
(564) |
B’hekk, billi d-domanda għall-PVA hija qawwija, l-impożizzjoni ta’ miżuri ma tikkontribwixxix għar-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista, minħabba l-livell ta’ dazji proposti u s-sorsi alternattivi disponibbli. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
(565) |
Importatur wieħed afferma li l-impożizzjoni ta’ miżuri tagħmel ħsara lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-Unjoni, speċjalment fil-kuntest tal-kriżi attwali tal-COVID-19. Huwa sostna li d-dazji anti-dumping fuq PVA li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat joħolqu tfixkil addizzjonali f’settur li diġà huwa affettwat severament mill-kriżi msemmija hawn fuq. |
(566) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li l-impatt tal-miżuri anti-dumping proposti fuq il-kostijiet tal-utenti kien ivarja minn segment għal ieħor, u kien ivvalutat bir-reqqa kif spjegat hawn taħt fit-taqsima 6.3. |
(567) |
Barra minn hekk, minħabba l-livell għoli ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni setgħet tikseb stampa dettaljata tas-swieq ristretti u ħielsa tal-PVA, flimkien ma’ stampa dettaljata ħafna tas-segmenti downstream differenti. |
(568) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni ekonomika kemm tal-industrija kif ukoll tal-utenti tal-Unjoni fid-dawl tal-importanza tal-istabbiltà tal-provvista billi, mingħajr l-industrija tal-Unjoni, l-Unjoni titlef madwar [50 %–60 %] tal-kapaċità tal-provvista tagħha (96) ta’ materjal kritiku, bħall-PVA. |
(569) |
Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
6.3. L-interess tal-utenti
(570) |
Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (55), il-PVA jintuża bħala addittiv, prekursur jew aġent prinċipalment minn erba’ industriji utenti tal-Unjoni fi: (i) il-produzzjoni ta’ reżini tal-PVB (Polyvinyl Butyral) għall-produzzjoni ta’ film PVB; (ii) il-produzzjoni ta’ applikazzjoni tal-polimerizzazzjoni u emulsjonijiet; (iii) il-produzzjoni tal-karta u tal-kartun; u (iv) il-produzzjoni ta’ adeżivi. |
(571) |
Il-produtturi tal-PVB kienu l-akbar utenti tal-PVA, li jikkostitwixxu madwar 40 % tal-konsum tal-PVA fl-Unjoni. Il-polimerizzazzjoni kienet tikkostitwixxi madwar 20 %, filwaqt li s-sustanzi kimiċi tal-karti u l-produzzjoni tal-adeżivi kienu jikkostitwixxu, rispettivament, 16 % u 14 % tal-konsum totali tal-PVA. |
(572) |
Fil-bidu, ġew ikkuntattjati 49 utent magħrufa fl-Unjoni u dawn ġew mistiedna jikkooperaw. Ippreżentaw ruħhom produttur wieħed tal-PVB: Solutia; tliet produtturi tal-karti u tal-kartun: Ahlstrom-Munksjö, Papierfabrik August Koehler u Paul & Co; tliet produtturi fis-segment tal-polimerizzazzjoni u tal-emulsjonijiet: Wacker, FAR Polymers u Celanese; u produttur wieħed tal-adeżivi: Cordial. Kollha kemm huma opponew il-miżuri potenzjali fuq l-importazzjonijiet ta’ PVA li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, ħlief għal Celanese, li ħa pożizzjoni newtrali. |
6.3.1. Produtturi tal-film PVB
(573) |
Fir-rigward tal-applikazzjoni ewlenija tal-PVA (film PVB), għandu jiġi nnotat li l-ilmentatur innifsu huwa f’kompetizzjoni diretta mal-utenti tal-prodott ikkonċernat fis-settur tal-PVB, billi parti mill-produzzjoni tiegħu tal-PVA tintuża b’mod ristrett għall-produzzjoni tal-film PVB. |
(574) |
Ir-reżina tal-PVB tiġi manifatturata permezz tal-aċetalizzazzjoni tal-PVA (ir-reazzjoni tal-PVA mal-Butiraldeide) u mbagħad titħallat mal-plastifikant u tiġi estruża biex tipproduċi l-film PVB. Il-PVA jirrappreżenta sa 27 % tal-kost tal-manifattura tal-PVB. Il-film PVB jintuża prinċipalment bħala saff bejn żewġ folji tal-ħġieġ fis-settur awtomobilistiku (windscreens) jew fis-settur tal-bini (ħġieġ tas-sigurtà). |
(575) |
Solutia kienet l-akbar produttur tal-film PVB fl-Unjoni. Flimkien mal-ilmentatur u mal-produttur l-ieħor tal-Unjoni li kien qed ibigħ fis-suq ħieles, huma rrappreżentaw kważi l-produzzjoni kollha tal-film PVB fl-Unjoni. L-utent ipproduċa wkoll PVA għall-konsum intern tiegħu stess. Il-kumpanija kienet tikkostitwixxi kważi 1/5 tal-konsum totali tal-PVA fl-Unjoni (suq ristrett u suq ħieles). |
(576) |
L-utent afferma li l-miżuri anti-dumping fuq il-PVA jkollhom konsegwenzi negattivi mifruxa fis-settur tal-film PVB. Billi l-ilmentatur kien, fl-istess ħin, produttur importanti tal-film PVB, kif ukoll produttur u fornitur tal-PVA, kwalunkwe miżura anti-dumping taffettwa mhux biss il-kost tal-produzzjoni tal-prodott downstream, iżda taffettwa wkoll il-kompetizzjoni mal-produtturi tal-PVB, bħalma huwa l-utent. Din l-affermazzjoni ġiet ripetuta wara d-divulgazzjoni minn Solutia u Wegochaem. Barra minn hekk, l-utent afferma li l-impjant il-ġdid għall-produzzjoni tal-film PVB li tinħall fl-ilma li l-ilmentatur kien qed jippjana li jiftaħ fil-Polonja saħansitra kien se jkompli jżid il-konsum ristrett ta’ PVA mill-ilmentatur u kien se jsaħħaħ in-nuqqas ta’ kapaċità tal-Unjoni f’termini tal-provvista ta’ PVA. Dawn l-argumenti ġew imtennija minn Solutia wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali. |
(577) |
L-ewwel nett, filwaqt li l-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni tal-PVA u tal-film PVB kienu integrati vertikalment, irid jiġi nnotat li kull wieħed minnhom iddeċieda li jikkonċentra l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu fuq is-segment upstream jew downstream għall-istrateġija kummerċjali tiegħu stess. F’dan ir-rigward, l-utent innifsu kien produttur tal-PVA u produttur tal-film PVB eżattament bħaż-żewġ produtturi l-oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni tal-films li jinħallu fl-ilma hija prinċipalment ibbażata fuq kopolimeri tal-PVA, li jaqgħu barra mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u jiġu akkwistati minn impjanti tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi, għalhekk, ma jistgħux jaffettwaw il-kapaċità tal-provvista ta’ dan l-ilmentatur ta’ PVA (omopolimeru) standard. |
(578) |
It-tieni, l-investigazzjoni wriet li l-utent kellu strateġija b’bosta sorsi għall-produzzjoni tal-PVA għall-konsum tiegħu stess u bl-użu estensiv ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ PVA mill-industrija tal-Unjoni, mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u mill-produtturi f’pajjiżi terzi. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (563), l-industrija tal-Unjoni għad għandha 30 000 tunnellata ta’ kapaċità żejda biex tforni s-suq tal-Unjoni u l-livell tad-dazji antidumping mhux se jipprevjeni lil Solutia biex tkompli takkwista l-PVA mir-RPĊ, kif spjegat fil-premessa (588). |
(579) |
Fl-aħħar nett, l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tad-dazji anti-dumping proposti fuq il-kost tal-produzzjoni u l-profittabbiltà tal-utent, minħabba s-sehem tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fil-konsum totali tal-PVA tiegħu u s-sehem ta’ PVA fil-kost tal-produzzjoni tiegħu, ikun limitat anki bil-miżuri fis-seħħ. |
(580) |
Fir-rigward tal-allegat riskju ta’ mġiba antikompetittiva mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda evidenza ma ġiet ipprovduta li tappoġġa din id-dikjarazzjoni u, barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni pprovdiet b’mod kostanti kwantitajiet kbar ta’ PVA lill-industrija tal-PVB. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-industrija tal-PVB tforni l-PVA permezz ta’ kuntratti ta’ provvista li jipproteġuh minn varjazzjoni fil-prezz u nuqqas ta’ provvista. Fl-aħħar nett, għandu jiġi nnutat li l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ jippermettu lill-Kummissjoni tirrieżamina l-miżuri proposti fl-interess tal-utenti f’każ ta’ evidenza konklużiva ta’ prattiki antikompetittivi. |
(581) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(582) |
Solutia talbet ukoll eżenzjoni mid-dazji antidumping proposti taħt ir-reġim tal-użu aħħari għall-produzzjoni tal-film PVB. Il-kumpanija sostniet li l-miżuri proposti jista’ jkollhom impatt finanzjarju kbir ħafna fuq il-profitabbiltà tal-produzzjoni tal-films tal-PVB, li ftit fornituri jistgħu jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet u li l-prodott mhuwiex interkambjabbli. |
(583) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-talba tal-kumpanija fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha miġbura matul l-investigazzjoni u l-kummenti li rċeviet wara d-divulgazzjoni. |
(584) |
Kuntrarju għall-argument ta’ Solutia, l-investigazzjoni stabbiliet, kif spjegat hawn fuq, li l-impatt tad-dazji anti-dumping proposti fuq il-kost tal-produzzjoni tal-utent u l-profittabbiltà tal-utent ikun limitat. |
(585) |
Barra minn hekk, Solutia kellha strateġija b’bosta sorsi, il-produzzjoni tal-PVA għall-konsum tagħha stess, kif ukoll l-użu estensiv ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ PVA mill-industrija tal-Unjoni, mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u mill-produtturi f’pajjiżi terzi. Anki jekk huwa minnu li l-kwalifika ta’ sors ġdid ta’ PVA huwa proċess diffiċli u twil, hemm tliet produtturi oħra madwar id-dinja li huma kapaċi li jipprovdu “NMWD PVA bi ftit irmied”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-livell tad-dazji anti-dumping ma jimpedixxi lil ebda fornitur mir-RPĊ milli jkompli jesporta l-PVA bi prezz ġust. Fl-aħħar nett, il-film PVB huwa l-applikazzjoni downstream ewlenija għal PVA, u Solutia hija waħda mill-mexxejja tas-suq f’dan is-segment. Riżultat ta’ dan, l-għoti ta’ eżenzjoni bħal din taħt il-kontroll tal-użu aħħari jirriskja li jimmina serjament l-effett tal-miżuri. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
(586) |
Wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali, Solutia sostniet li l-Kummissjoni ma spjegatx id-data u r-raġunament użat biex jikkwalifika l-impatt fuq il-profittabilità tagħha bħala “negliġibbli”. Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li kellha bżonn ikollha aċċess għall-fornituri PVA bi prezzijiet raġonevoli biex iżżomm is-sigurta ta’ provvisti u profitabbiltà raġonevoli u għalhekk, il-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika kif il-livell tad-dazji anti-dumping jista’ jipprevjenti l-fornitur ta’ Solutia mir-RPĊ biex ikompli jesporta. |
(587) |
Il-Kummissjoni ċċarat li l-impatt fuq il-profitabbiltà ta’ Solutia kien ikkalkulat kif ġej: l-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet is-sehem tal-kost ta’ PVA akkwistat mir-RPĊ fil-kost totali tal-produzzjoni tal-kumpanija, kif verifikat fuq il-post. Il-Kummissjoni, imbagħad, żiedet il-kost tal-PVA tal-kumpanija bid-dazju propost, applikat fuq il-kwantità ta’ PVA li akkwistat mir-RPĊ. Il-Kummissjoni sabet li l-impatt tad-dazji fuq Solutia kien tabilħaqq sinifikanti f’ċifri assoluti, iżda limitat meta jitqiegħed fi proporzjon mal-istruttura totali tal-kostijiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma qisitx ċerti suppożizzjonijiet magħmula mill-kumpanija dwar l-evoluzzjoni futura tal-prezzijiet tal-PVA peress li l-fatti ssuġġerew li dawn is-suppożizzjonijiet ma kinux xierqa u Solutia ma pprovdiet l-ebda prova kuntrarja sottostanti. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, aktar dettalji u ċ-ċifri użati fil-kalkolu tal-Kummissjoni ngħataw f’dokument separat lill-kumpanija biss. |
(588) |
Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, minħabba l-impatt limitat fuq il-profittabbiltà ta’ Solutia, id-dazji antidumping ma jwaqqfux lill-kumpanija milli tkompli takkwista l-PVA mir-RPĊ, u għalhekk il-kumpanija se żżomm aċċess għall-fornituri kollha ta’ PVA tagħha. Barra minn hekk, kuntrarju għall-allegazzjonijiet tal-kumpanija li l-miżuri se jaffettwaw ukoll il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom vis-à-vis produtturi oħra tal-PVB, l-impatt limitat fuq l-istruttura tal-kostijiet u l-profittabbiltà ta’ Solutia jindika wkoll li jkun hemm impatt limitat fuq il-kompetittività tagħhom. |
(589) |
Għaldaqstant, l-argument ġie rifjutat. |
(590) |
Solutia sostniet ukoll li l-fatt li l-film tal-PVB huwa l-applikazzjoni downstream ewlenija għall-PVA, u Solutia hija waħda mill-mexxejja tas-suq f’dan is-segment huma sempliċement assunzjonijiet mhux appoġġati minn fatti. |
(591) |
Għall-kuntrarju ta’ dan l-argument, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni ta’ films tal-PVB jammontaw għal mill-inqas [30 %–40 %] tal-konsum totali ta’ PVA fl-Unjoni u għalhekk, bil-bosta, l-akbar fost l-applikazzjonijiet downstream ta’ PVA. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li, abbażi tad-data pprovduta mill-kumpanija stess fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, wieħed minn erba’ produtturi tal-films tal-PVB attivi fis-suq tal-Unjoni, Solutia kellu sehem sinifikanti mis-suq u għalhekk jista’ jitqies b’mod raġonevoli bħala wieħed mill-mexxejja tas-suq. |
6.3.2. Produtturi tal-applikazzjoni ta’ polimerizzazzjoni u produtturi tal-emulsjonijiet
(592) |
Il-PVA jintuża wkoll f’applikazzjonijiet ta’ polimerizzazzjoni minħabba li jiffaċilita l-kontroll preċiż tal-formazzjoni granulari u l-istruttura li tirriżulta f’emulsjonijiet u żebgħa sabiex tiġi rregolata l-viskożità tal-prodott finali. |
(593) |
Żewġ utenti, FAR Polymer u Celanese, u t-tieni produttur tal-PVA tal-Unjoni inkluż fil-kampjun li pproduċa PVA biss għall-konsum ristrett tiegħu, jiġifieri Wacker, ippreżentaw ruħhom u kkooperaw fil-proċediment. FAR Polymer uWacker opponew il-miżuri potenzjali billi affermaw li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tkunx fl-interess tal-Unjoni. |
(594) |
Minbarra dan, Wacker sostna li l-produzzjoni tal-PVA tal-Unjoni ma kinitx biżżejjed biex tissodisfa d-domanda għal dan il-prodott u, għalhekk, is-suq tal-UE għall-PVA kien jiddependi ħafna mill-importazzjoni. Fl-opinjoni tiegħu, l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat imlew il-lakuna tas-suq li ma tistax timtela minn pajjiżi oħrajn. |
(595) |
Barra minn hekk, il-kumpanija affermat li, bid-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jitħallewx jaċċessaw is-suq. Għalhekk, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li jbiegħu fis-suq ħieles (li huma relatati mal-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Ġappun u f’Singapore) jiddominaw is-suq tal-Unjoni u jkunu jistgħu jimponu prezzijiet ogħla li jkunu ta’ detriment għall-utenti tal-Unjoni. |
(596) |
Iż-żewġ utenti tennew l-argumenti tagħhom wara d-divulgazzjoni. |
(597) |
Fir-rigward tal-ewwel punt, l-investigazzjoni wriet li l-impatt fuq il-profittabbiltà tal-utent se jkun negliġibbli, anki bid-dazji anti-dumping fis-seħħ, minħabba li s-sehem ta’ PVA fil-kost tal-produzzjoni tal-utenti li joperaw f’dan is-segment jirrappreżenta [3 %–7 %] tal-kost totali. |
(598) |
Sa fejn hija kkonċernata l-istabbiltà tal-provvista, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (563), l-industrija tal-Unjoni għandha mill-inqas 30 000 tunnellata ta’ kapaċità żejda. Barra minn hekk, l-akbar fornituri tas-suq tal-UE kienu produtturi tal-PVA li jinsabu f’pajjiżi terzi (jiġifieri t-Tajwan, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġappun), li diġà kienu jikkostitwixxu [37 %–42 %] mill-konsum tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, irid jiġi nnotat li l-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun kellu strateġija b’bosta sorsi u għalhekk ma jakkwistax il-konsum tal-PVA tiegħu esklussivament mingħand il-produtturi li jinsabu fir-RPĊ. |
(599) |
Fir-rigward tal-aħħar punt, irid jiġi nnotat li: |
(600) |
L-ewwel nett, kif deskritt fil-premessi (497) u (498), l-akbar esportatur lejn is-suq tal-Unjoni (wara r-RPĊ) kien it-Tajwan, b’sehem mis-suq ta’ [13 %–16 %], li l-produtturi tiegħu mhumiex relatati mal-industrija tal-Unjoni. |
(601) |
It-tieni, ġew importati kwantitajiet sinifikanti wkoll mill-Istati Uniti tal-Amerika u mill-Ġappun (sehem mis-suq ta’ [12 %–15 %] u [8 %–11 %], rispettivament) fejn hemm mill-inqas tliet produtturi mhux relatati mal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, anki jekk qed jonqsu matul il-perjodu kkunsidrat, xorta waħda kellhom l-akbar sehem mis-suq fis-suq ħieles tal-Unjoni (madwar [37 %–42 %]) u l-prezzijiet tagħhom kienu, bħala medja, 11 % orħos mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(602) |
It-tielet, kif spjegat fil-premessa (598), Wacker diġà kiseb il-konsum tal-PVA tiegħu minn diversi sorsi differenti. |
(603) |
Fl-aħħar nett, huwa nnotat li l-miżuri anti-dumping għandhom l-għan li jerġgħu jistabbilixxu kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni, iżda ma għandhomx l-għan li jipprevjenu l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. F’dan il-każ speċifiku, l-investigazzjoni stabbiliet li d-dazji anti-dumping ma jżommux lill-utenti tal-PVA milli jkomplu jiksbu l-prodotti bi prezz ġust mir-RPĊ, kif sostnut mis-sejbiet deskritti fil-premessa (597), jiġifieri li d-dazji jkollhom impatt minimu fuq il-kost u l-profittabbiltà tal-utenti fis-segment tal-polimerizzazzjoni u tal-emulsjonijiet. |
(604) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(605) |
Wacker talab li tingħata eżenzjoni mid-dazji anti-dumping proposti taħt ir-reġim tal-użu finali skont l-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Fit-talba tiegħu, Wacker argumenta li huwa kien jeħtieġ l-alternattiva ta’ fornitur addizzjonali kwalifikat biex jiġi evitat li jiffaċċja sitwazzjoni ta’ rifjut tal-provvista mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta’ dazji, fl-opinjoni ta’ Wacker, se taffettwa l-prezzijiet tas-suq tal-PVA b’mod negattiv. |
(606) |
Il-Kummissjoni vvalutat it-talba tal-kumpanija fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha miġbura matul l-investigazzjoni u l-kummenti riċevuti wara d-divulgazzjoni. |
(607) |
L-ewwel nett, kif spjegat hawn fuq, Wacker diġà kiseb parti sinifikanti mix-xiri tiegħu mill-industrija tal-Unjoni, u ma pprovda l-ebda evidenza ta’ xi rifjut tal-provvista mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li wara li bdiet il-pandemija tal-COVID-19, l-ilmentatur ipprovda volum addizzjonali ta’ PVA fi żmien qasir lil utenti differenti fl-Unjoni. It-tieni, fir-rigward tal-allegat riskju ta’ mġiba antikompetittiva mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li tappoġġa din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, is-sorsi alternattivi possibbli tal-provvista minn pajjiżi terzi jillimitaw dan ir-riskju b’mod sinifikanti. Fl-aħħar nett, il-polimerizzazzjoni u l-emulsjonijiet huma waħda mill-applikazzjonijiet downstream ewlenin għall-PVA, u Wacker hija waħda mill-mexxejja tas-suq f’dan is-segment. Riżultat ta’ dan, l-għoti ta’ eżenzjoni bħal din taħt il-kontroll tal-użu aħħari jirriskja li jimmina serjament l-effett tal-miżuri. Għalhekk, din it-talba ma ntlaqgħetx. |
6.3.3. Il-produtturi tal-karti u tal-kartun
(608) |
Il-PVA jintuża biex itejjeb is-saħħa, l-assorbanza u d-dehra tal-prodotti tal-karta u tal-kartun, f’karta miksija u f’kisjiet ta’ protezzjoni għar-rilaxx tal-karta bażi. Is-segment tal-karta kien jikkostitwixxi madwar 16 % tal-konsum tal-PVA fl-Unjoni. |
(609) |
Tliet utenti f’dan is-settur, Ahlstrom-Munksjö, August Koehler u Paul & Co. u żewġ assoċjazzjonijiet tal-utenti, CEPI u Assocarta, ippreżentaw ruħhom matul il-proċediment u wara d-divulgazzjoni, u opponew il-miżuri eventwali billi argumentaw l-interess tal-utenti tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat f’dan is-segment. |
(610) |
Il-partijiet argumentaw, u tennew l-affermazzjonijiet tagħhom wara d-divulgazzjoni, li d-dazji anti-dumping fuq prodott ta’ input importanti bħall-PVA jimminaw l-isforzi tal-industrija tal-karta tal-Unjoni biex tikkontrolla l-kostijiet, u għaldaqstant il-kapaċità tagħhom li jikkompetu. Huma affermaw li, minħabba l-livell ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-karta, speċjalment minn kumpaniji mir-reġjun tal-Asja-Paċifiku, il-produtturi tal-karta tal-Unjoni jkunu f’pożizzjoni żvantaġġata meta mqabbla ma’ produtturi ta’ pajjiżi li mhumiex membri tal-UE, li jkollhom aċċess għal PVA orħos f’suq kompetittiv ħafna. Dawn l-affermazzjonijiet ġew ripetuti wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali. |
(611) |
Kuntrarju għall-argumenti tal-utenti, l-investigazzjoni żvelat li l-impatt tal-PVA fuq il-kost tal-produzzjoni għall-industrija tal-karta kien negliġibbli [1 %–2 %]. Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ikollha impatt minimu fuq il-kost tagħhom u ma taffettwax b’mod sinifikanti l-profittabbiltà tagħhom. |
(612) |
Konsegwentement, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
6.3.4. Produtturi tal-adeżivi
(613) |
Il-PVA jintuża fl-industrija tal-adeżivi bħala komponent ewlieni għall-produzzjoni tal-kolla. Dan is-segment kien jirrappreżenta kważi 14 % tal-konsum totali tal-PVA fl-Unjoni. |
(614) |
Produttur wieħed fis-segment tal-adeżivi ippreżenta ruħu waqt li oppona l-miżura. Il-kumpanija affermat li l-miżuri anti-dumping fuq il-PVA jaffettwaw severament il-profittabbiltà tagħha, minħabba li l-kumpanija ma kinitx tista’ tgħaddi din iż-żieda fil-prezzijiet lill-klijenti tagħha. Dan l-argument kien ripetut minn Cordial u Wegochem wara d-divulgazzjoni. |
(615) |
Fir-rigward tas-settur tal-adeżivi, il-PVA kien jikkostitwixxi [40 %–50 %] (97) tal-kost tal-prodott finali. F’din is-sitwazzjoni, kien jidher li l-kumpanija ma tistax tassorbi l-impatt tad-dazji anti-dumping proposti. |
(616) |
Wara d-divulgazzjoni, Kuraray u Sekisui ssottomettew li Cordial ma setax jiġi kkunsidrat, fil-fehma tagħhom, bħala attur rappreżentattiv għas-segment speċifiku tal-applikazzjonijiet tal-adeżivi. Fl-opinjoni tagħhom, il-prodotti ta’ Cordial jikkonsistu minn taħlita ta’ kontenut tal-PVA li tirrappreżenta biss parti żgħira mis-segment tal-applikazzjoniijiet tal-adeżivi. |
(617) |
Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni argumentaw li l-PVA jirrappreżenta madwar 2 % sa 5 % tal-kost tal-produzzjoni tal-applikazzjoni ewlenija tal-adeżivi ta’ adeżivi tal-imballaġġ u f’xi setturi speċjalizzati biss l-impatt tal-PVA seta’ jitla’ għal 10 %–20 %. Għalhekk ma jistax jiġi preżunt li l-impatt tal-kost ta’ 80 % tal-PVA għan-negozju ta’ Cordial huwa rappreżentattiv għas-segment tal-adeżivi. |
(618) |
Wara d-divulgazzjoni, Cordial talbet li tingħata wkoll eżenzjoni mid-dazji anti-dumping proposti taħt il-proċedura tal-użu finali skont l-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Din it-talba kienet ibbażata fuq il-partikolarità tal-prodotti tagħha, l-għadd limitat ta’ gradi ta’ PVA li timporta speċifikament żviluppati f’kooperazzjoni mal-fornitur singolu tagħha, l-impossibilità li jiġu assorbiti d-dazji proposti minħabba l-istruttura tal-kostijiet u l-livelli ta’ profitabilità, u l-ineżistenza ta’ kwalunkwe alternattivi vijabbli oħra li jippermettu lill-kumpanija li tibqa’ fis-suq. |
(619) |
Il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid is-sitwazzjoni tal-produtturi ta’ adeżivi u t-talba tal-kumpanija fid-dawl tal-kummenti li waslu mingħand il-partijiet interessati kollha, b’mod partikolari Cordial, l-industrija tal-Unjoni, il-klijenti ta’ Cordial u utenti oħra tal-adeżivi. |
(620) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha li saret disponibbli għall-Kummissjoni wara d-divulgazzjoni minn bosta partijiet interessati, il-Kummissjoni qablet mas-sottomissjoni tal-industrija tal-Unjoni li s-sitwazzjoni ta’ Cordial ma setgħetx tiġi estrapolata għas-settur kollu tal-adeżivi, fejn il-PVA jikkostitwixxi bħala medja 2 % biss għal 5 % tal-kost tal-produzzjoni tal-applikazzjoni ewlenija tal-adeżivi (l-adeżivi tal-imballaġġ). |
(621) |
Minħabba l-piż żgħir li PVA normalment jirrappreżenta fil-kost tal-prodotti adeżivi, l-investigazzjoni żvelat, li l-bdil tal-fornituri, anki meta wieħed iqis il-ħtieġa għal proċess ta’ ċertifikazzjoni, kien fattibbli għall-utenti fis-segment tal-adeżivi peress li l-impatt tal-miżuri fuq il-kost totali tagħhom ma jkunx sinifikanti. |
(622) |
Min-naħa l-oħra, meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni partikolari ta’ Cordial, ma tistax tintlaħaq l-istess konklużjoni. L-investigazzjoni wriet li parti kbira tal-produzzjoni tagħha kienet tikkonċerna adeżivi f’taħlita xotta li huma prodotti u mibjugħa f’forma ta’ trab, prodott niċċa meta mqabbel ma’ likwidi adeżivi komunement prodotti li huma manifatturati fuq il-bażi tal-PVA jew tal-PVAc. Il-kljienti tagħha żviluppaw il-proċess ta’ produzzjoni tagħhom sabiex jibbenefikaw mill-adeżivi mfassla apposta ta’ Cordial u biex jiksbu ffrankar konsistenti fil-kostijiet tat-trasport kif spjegat fil-premessa (626). Il-bidla għal adeżivi likwidi tkun tfisser li l-proċess sħiħ tal-produzzjoni sħiħ jiġi ristrutturat. |
(623) |
Minħabba dan il-prodott innovattiv, l-istruttura tal-kostijiet ta’ Cordial hija differenti mill-medja tal-industrija tal-adeżivi. Il-PVA kkostitwixxa mill-inqas [40-50 %] tal-kost fil-każ ta’ Cordial. Id-differenzi huma, fost l-oħrajn, minħabba l-fatt li l-proporzjon tal-PVA użat għal kull tunnella ta’ adeżivi f’taħlita xotta huwa ogħla milli dak f’kolla likwida. Minħabba l-pekuljarità tal-prodott żviluppat minn Cordial, ikun virtwalment impossibbli għall-kumpanija li taqleb għal prodotti mhux ibbażati fuq il-PVA minħabba li dan ikun jimplika riformulazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kolla tagħha. |
(624) |
F’termini ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista, il-bidla għall-industrija tal-Unjoni jew għal sorsi oħra wara l-impożizzjoni tal-miżuri ma tkunx għażla għall-kumpanija. Fil-fatt, il-kumpanija diġà ppruvat tistabbilixxi sħubijiet ġodda iżda, minħabba d-daqs żgħir tagħha, ma setgħetx tistabbilixxi relazzjoni fit-tul ma’ fornituri alternattivi (tkun meħtieġa relazzjoni fit-tul sabiex il-fornituri jadattaw għar-rekwiżiti tal-prodotti ta’ Cordial). Il-kumpanija ressqet evidenza li fil-passat ippruvat fil-passat tixtri PVA minn produttur mit-Tajwan, iżda ma setgħetx tikkonkludi xi ftehim, peress li dan il-produttur ibigħ esklussivament permezz ta’ negozjant fl-UE u ma kienx lest jadatta l-prodotti tiegħu għar-rekwiżiti ta’ Cordial. Dawn l-elementi kollha flimkien mal-ħtieġa ta’ proċess ta’ ċertifikazzjoni jagħmluha mhux vijabbli għall-kumpanija biex taqleb għal fornituri oħra. |
(625) |
Fl-aħħar nett, il-kumpanija topera f’suq kompetittiv ħafna b’marġnijiet ta’ profitt żgħar ħafna. F’din is-sitwazzjoni, l-evidenza tindika li l-kumpanija ma tkunx kapaċi tassorbi l-impatt tad-dazji anti-dumping proposti u x’aktarx tfalli. |
(626) |
Wara d-divulgazzjoni, diversi utenti downstream tal-prodotti ta’ Cordial fl-industrija tal-karti u tal-kartun ukoll ippreżentaw ruħhom kontra l-miżuri. Huma sostnew li s-sehem ta’ adeżivi ta’ Cordial fil-kost ta’ produzzjoni tagħhom kien sinifikanti (madwar [10 %–25 %]). Għalhekk, kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq il-fornitur tagħhom ta’ adeżivi f’taħlita xotta jista’ jaffettwahom ukoll b’mod negattiv. Barra minn hekk, huma jkollhom jirristrutturaw it-tagħmir tal-produzzjoni tagħhom biex jiffittjaw l-użu ta’ prodott kompletament differenti. Fl-aħħar nett, il-bidla minn adeżivi niexfa għal likwidi tfisser ukoll żieda sinifikanti fl-ispejjeż tat-trasport (tunnellata ta’ kolla niexfa hija ugwali għal 5 sa 8 tunnellati ta’ adeżivi likwidi). |
(627) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll l-effett ta’ kwalunkwe eżenzjoni eventwali ta’ dazji taħt proċedura ta’ użu aħħari fuq l-effettività tal-miżuri. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-segment tas-suq tal-adeżivi kien jirrappreżenta 17 % tal-konsum tal-Unjoni, u li l-uniku produttur tal-adeżivi f’taħlita xotta li ppreżenta ruħu kien jirrappreżenta 4 % biss ta’ dan is-segment. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għoti ta’ eżenzjoni bħal din ma jkollux impatt negattiv fuq l-effettività tal-miżuri. |
(628) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li b’mod eċċezzjonali tqiegħed l-importazzjonijiet tal-PVA għall-manifattura ta’ adeżivi f’taħlita xotta, prodotti u mibjugħa f’forma ta’ trab għall-industrija tal-kartun, taħt il-proċedura tal-użu aħħari msemmija fl-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (98). Din il-proċedura tal-użu aħħari se tkun strettament limitata għal adeżivi f’taħlita xotta u taħt l-ebda ċirkostanza mhu se tkopri kwalunkwe prodott ieħor (pereżempju, adeżivi likwidi) prodotti minn produtturi tal-adeżivi. |
(629) |
Wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali, Cordial talbet lill-Kummissjoni tissottometti lill-kumpaniji li jixtiequ jagħmlu użu mill-eżenzjoni tal-użu aħħari għal sistema ta’ awtorizzazzjoni ex ante mill-Kummissjoni biex tiżgura li huma jkunu involuti fil-manifattura ġenwina ta’ adeżivi f’taħlita xotta. |
(630) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ċċarat li l-eżenzjoni tal-użu aħħari kif deskritta fil-premessa (628) mhijiex speċifika għall-kumpaniji, iżda tapplika għall-produtturi kollha ta’ adeżivi f’taħlita xotta b’mod mhux diskriminatorju. Barra minn hekk, il-monitoraġġ u l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Dik il-proċedura tistabbilixxi rekwiżiti u kontrolli li jiżguraw li l-eżenzjonijiet ikunu limitati għall-użu aħħari, kif stabbilit. Għalhekk, la huwa xieraq u lanqas neċessarju li l-Kummissjoni tieħu xi azzjoni addizzjonali. |
(631) |
Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda. |
(632) |
Wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali, l-ilmentatur argumenta kontra l-bażi ġuridika u l-effettività tal-esklużjoni tal-użu aħħari kif applikata għal Cordial. Fil-fehma tagħha, il-kumpanija ma kinitx esklussivament involuta fil-produzzjoni ta’ adeżivi f’taħlita xotta, peress li kienet tipproduċi wkoll adeżivi likwidi u nnegozjat PVA importat mir-RPĊ mingħajr ma applikat xi proċess ta’ trasformazzjoni. |
(633) |
Dawn l-argumenti kellhom jiġu miċħuda. Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-miżuri fuq il-partijiet kollha kkonċernati u kkonkludiet li, b’mod ġenerali, mhijiex kontra l-interess tal-Unjoni li jiġu applikati miżuri f’dan il-każ. Madankollu, kif spjegat fil-premessi minn (622) sa (625), l-investigazzjoni wriet li, għall-kuntrarju ta’ utenti oħra tal-PVA, grupp limitat ħafna ta’ utenti li jipproduċu adeżivi f’taħlita xotta ma jkunux kapaċi jassorbu miżuri. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrikorri għall-proċedura prevista fl-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, li hija kompletament konformi mal-livell ta’ diskrezzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-proċedura tal-użu aħħari se tkun strettament limitata għall-manifattura ta’ adeżivi f’taħlita xotta u mhux se tkopri kwalunkwe prodott ieħor, kemm jekk prodott kif ukoll jekk innegozjat minn produtturi tal-adeżivi. Għalhekk, kwalunkwe xiri ta’ PVA Ċiniż għal kwalunkwe attività oħra ta’ produzzjoni jew ta’ kummerċ ta’ Cordial (jew kwalunkwe adeżiv ieħor f’taħlita xotta) fi kwalunkwe każ mhux se jibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju. Il-Kummissjoni tfakkar li l-eżenzjoni tal-użu aħħari hija proċedura ta’ piż għall-utenti li jixtiequ jibbenefikaw minnha u li se jkunu taħt kontroll doganali strett, li jiżgura l-konformità. |
(634) |
Żewġ importaturi, Gamma Chimica u Carbochem, u wieħed mill-utenti, Far Polymers, argumentaw, wara t-tieni żvelar addizzjonali, li l-kundizzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom il-Kummissjoni tat l-eżenzjoni tal-użu aħħari lil produtturi ta’ taħlitiet xotti kienu japplikaw ukoll għalihom. Għalhekk, il-kumpaniji talbu lill-Kummissjoni testendi l-proċedura tal-użu aħħari għalihom. Fil-fehma tagħhom, simili għal Cordial, huma jbiegħu PVA u taħlitiet ta’ PVA f’forma ta’ trab jew likwidu u l-konsumaturi tagħhom strutturaw il-proċess tal-produzzjoni tagħhom sabiex jużaw it-taħlitiet ta’ PVA fornuti minnhom. |
(635) |
Il-Kummissjoni ma qablitx li dawn il-kumpaniji kienu fl-istess sitwazzjoni bħal produtturi ta’ adeżivi f’taħlita xotta. |
(636) |
L-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni wriet li l-parti l-kbira ta’ PVA importat minn Gamma Chimica u Carbochem kienet sempliċement ippakkjata mill-ġdid u mibjugħa lill-utenti finali. Kwantità żgħira kienet imħallta ma’ additivi jew ġiet maħlula fl-ilma skont it-talbiet tal-klijenti. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-proċessi ma jikkonsisti fi trasformazzjoni reali tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, anki għal dan il-bejgħ, il-kumpaniji kienu għadhom ikkunsidrati importaturi, li jinnegozjaw oġġetti prodotti minn kumpaniji oħra. Il-proċedura tal-użu aħħari tapplika biss għall-utenti aħħarin u mhux għal intermedjarji. Għalhekk, l-eżenzjoni tal-użu aħħari lanqas biss hija alternattiva disponibbli għal dawn iż-żewġ importaturi. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-kumpaniji, l-investigazzjoni wriet li ma kien hemm l-ebda kwistjoni li tiggarantixxi sorsi alternattivi ta’ provvista minħabba li, kif ikkonfermat mill-kumpaniji matul l-investigazzjoni, ix-xiri tal-PVA tagħhom ma kienx dipendenti fuq limitazzjonijiet tekniċi. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa (555) u (556), is-sehem tal-PVA fil-fatturat tal-importaturi varja minn 10 % sa 40 % u l-livelli ta’ profittabbiltà tagħhom instabu li kienu biżżejjed biex mill-inqas jassorbu parti mid-dazji. |
(637) |
Far Polymers hija attiva fis-settur tal-emulsjonijiet u tal-polimerizzazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (597), is-sehem ta’ PVA fil-kost tal-produzzjoni tal-utenti li joperaw f’dan is-segment jirrappreżenta [3 %–7 %] tal-kost totali. Far Polymers sostniet li s-sehem ta’ PVA użat għal kull tunnellata ta’ prodott finali kien ta’[10 %–15 %]. Madankollu, il-perċentwali msemmija minn Far Polymers b’sostenn għall-affermazzjoni tagħha kienu jirreferu għall-kwantità tal-prodott użat u mhux għas-sehem tiegħu fil-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, il-konklużjonijiet tat-taqsima 6.3.2 għas-settur tal-emulsjonijiet u tal-polimerizzazzjoni jibqgħu validi għal Far Polymers. |
(638) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma kienet f’sitwazzjoni simli għal dik ta’ produtturi adeżivi f’taħlita xotta. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
6.4. Kummenti addizzjonali wara d-Divulgazzjoni
(639) |
Wara d-divulgazzjoni, diversi partijiet, Ahlstrom-Munksjö, Carbochem, Cordial, Solutia, Wacker u Wegochem tennew l-argument li s-suq tal-Unjoni jiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet u li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex kapaċità biżżejjed. Huma sostnew li kemm KEG kif ukoll Sekisui investew f’żewġ impjanti downstream, fin-Netherlands u fil-Polonja, li kienu se jżidu l-konsum ristrett tagħhom u b’hekk tinaqqas il-kapaċità tagħhom li jfornu s-suq ħieles. Huma argumentaw ukoll li l-pajjiżi terzi mhumiex sors alternattiv vijabbli peress li ma għandhomx biżżejjed kapaċità żejda. Solutia tenniet dan l-argument wara t-tieni divulgazzjoni addizzjonali. |
(640) |
Kuntrarju għal dawn l-argumenti, l-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni għandha kapaċità biżżejjed biex tipprovdi lis-suq ħieles tal-Unjoni, peress li din għad baqalha 30 000 tunnellata ta’ kapaċità żejda disponibbli. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (447), l-industrija tal-Unjoni ma naqsitx b’mod permanenti l-kapaċità ta’ produzzjoni tagħha peress li kienet għadha kemm waqfet żewġ linji ta’ produzzjoni li setgħu jiġu riattivati fi żmien qasir. |
(641) |
Fir-rigward tal-impjant fin-Netherlands, il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar meta dan se jsir operattiv. Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni ssuġġeriet li dan se jiġbor mill-inqas parti mill-gradi tal-PVA minn barra l-Unjoni. Għal dak li jikkonċerna l-impjant fil-Polonja, l-informazzjoni li waslet wara d-divulgazzjoni kkonfermat li dan se juża l-aktar il-kopolimeri, li jaqgħu barra mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat, u li se jinkisbu minn impjanti KEG barra mill-Unjoni. |
(642) |
L-argument dwar in-nuqqas ta’ kapaċità ta’ provvista tal-pajjiżi terzi kellu jiġi miċħud, barra minn hekk l-informazzjoni pprovduta waqt l-investigazzjoni tikkonferma li l-produttur Tajwaniż għad għandu kapaċità sinfikanti ta’ produzzjoni disponibbli. |
(643) |
Barra minn dan, utent downstream tas-setturi tal-PVB u tal-polimerizzazzjoni, Saint Gobain, ippreżenta ruħu u oppona l-miżuri proposti. Saint Gobain iforni l-film PVB għall-produzzjoni tal-ħġieġ tal-karozzi u tal-bini tiegħu u jixtri trab li jinxtered mill-ġdid abbażi tal-PVA (RPD) u polimeru tad-dispersjonijiet likwidi (LDP) għall-produzzjoni tiegħu tal-ġibs u l-ġir tat-tikħil. L-RDP u l-LDP huma prodotti ta’ utenti tal-PVA attivi fis-settur tal-emulsjonijiet u l-polimerizzazzjoni. |
(644) |
Saint Gobain argumenta li l-adozzjoni tad-dazji anti-dumping proposti fuq il-PVA mir-RPĊ jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet tiegħu. Bħala utent ta’ prodotti bbażati fuq il-PVA, id-dazji jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-prezzijiet tax-xiri tiegħu u b’hekk il-kost tal-produzzjoni tiegħu u, fil-fehma tal-kumpanija, kien improbabbli li kwalunkwe kost miżjud jista’ jiġi mgħoddi lill-konsumaturi. |
(645) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dan l-argument. Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (579) u (597), l-impatt tad-dazji fuq il-kostijiet u l-profittabbiltà tal-utenti fis-setturi tal-PVB u tal-polimerizzazzjoni se jkun minuri, u għalhekk l-effett tiegħu fuq settur downstream ulterjuri se jkun negliġibbli. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
6.5. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(646) |
L-impożizzjoni tal-miżuri hija evidentement fl-interess tal-industrija tal-PVA fl-Unjoni li tbiegħ fis-suq ħieles. Mingħajr miżuri, il-produtturi Ċiniżi se jkomplu jagħmlu l-PVA l-oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni u b’hekk ma jħallux lill-industrija tal-Unjoni terġa’ tikseb il-profittabbiltà tagħha. |
(647) |
L-argument imressaq minn uħud mill-utenti, li l-Unjoni tiddependi ħafna mill-importazzjoni għall-istabbiltà tal-provvista tagħha, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat, filwaqt li jitqies li, mingħajr l-industrija tal-Unjoni, l-Unjoni titlef madwar [50 %–60 %] tal-kapaċità tal-provvista tagħha (99) ta’ PVA. |
(648) |
Fir-rigward tal-utenti fis-segmenti tal-PVB u tal-polimerizzazzjoni, huwa importanti li jiġi indikat li huma xtraw biss parti limitata tal-konsum tal-PVA tagħhom miċ-Ċina, u li l-impatt ta’ kwalunkwe miżura fuq il-profitabilità tagħhom se jkun minuri. Il-kompetittività tal-industrija tal-karta u tal-adeżivi b’mod ġenerali mhijiex se tiġi affettwata lanqas, billi l-PVA kien jirrappreżenta parti żgħira mill-kost tal-produzzjoni tiegħu. Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-PVA li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
(649) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi biex jiġi evitat li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
7.1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu (Marġni tad-dannu)
(650) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(651) |
Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tikseb profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista’ jinkiseb b’mod raġjonevoli f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. |
(652) |
Il-marġni tal-profitt bażiku tal-industrija tal-Unjoni rrealizzat qabel iż-żieda tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping (2015) żdied mal-livell ta’ investimenti, mar-R&Ż u mal-innovazzjoni (“IRI”) f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, espress bħala perċentwal fuq il-fatturat. Billi dan kien jammonta għal inqas minn 6 %, il-profitt fil-mira kien stabbilit għal 6 %, li huwa l-marġni minimu ta’ profitt fil-mira li għandu jiġi applikat f’konformità mal-Artikolu 7(2)(c). |
(653) |
Peress li ma saret ebda affermazzjoni skont l-Artikolu 7(2)(d) dwar il-kostijiet attwali jew futuri li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom jew mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati, ma żdied l-ebda kost ieħor mal-prezzijiet mhux dannużi stabbiliti permezz ta’ dan. |
(654) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Il-marġni medju tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ li jirriżulta kien ta’ 57,9 %. |
(655) |
Wara d-divulgazzjoni finali, Wacker argumenta li l-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni stabbilit mill-Kummissjoni għal kull PCN jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex jiġi eskluż il-kost tal-gradi PVA li ma jinbigħux mill-kumpaniji Ċiniżi, u kkontesta l-profitt fil-mira ta’ 6 % użat mill-Kummissjoni fil-kalkolu. Fir-rigward tal-ewwel affermazzjoni ta’ Wacker, il-Kummissjoni tiċċara li hija użat biss il-kost tal-produzzjoni tal-PCNs tal-industrija tal-Unjoni li għalihom sabet PCN esportat komparabbli. |
(656) |
Fir-rigward tal-livell ta’ profitt fil-mira, kif imsemmi fil-premessa (652) hawn fuq, dan il-livell ġie stabbilit skont id-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
(657) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji li kkooperaw oħrajn” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kien definit bl-istess mod bħall-marġni ta’ dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (393) u (396)). |
7.2. Miżuri definittivi
(658) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet ta’ dumping. Jenħtieġ li l-ammont tad-dazji jiġi stabbilit fil-livell tal-aktar marġnijiet baxxi ta’ dumping u ta’ dannu. |
(659) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping definittiv, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
(660) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma kienu jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
(661) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (100). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. |
(662) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(663) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (101), meta ammont ikun irid jitħallas lura wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jkun irid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
7.3. Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ
(664) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali li jiżguraw l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(665) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, hija mhijiex l-uniku element li jrid jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jenħtieġ li, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) bl-għan li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni, kif ukoll jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata aktar baxxa tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
(666) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
8. DIVULGAZZJONI
(667) |
Fit-3 ta’ Lulju 2020, il-partijiet interessati ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ PVA li joriġinaw mir-RPĊ. |
(668) |
Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. 17-il parti ppreżentaw kummenti dwar id-divulgazzjoni. Wara li ntalab hekk, saru seduti ma’ Kuraray, Sekisui, Wacker, Cordial, Solutia, Ahlstrom-Munksjö, Sinopec uWegochem. |
(669) |
Wara l-kummenti rċevuti bi tweġiba għal din id-divulgazzjoni, fl-24 ta’ Lulju u fis-6 ta’ Awwissu 2020 il-partijiet interessati ġew infurmati dwar fatti u kunsiderazzjonijiet addizzjonali li ma kinux parti mid-divulgazzjoni finali tat-3 ta’ Lulju 2020. Waslu kummenti addizzjonali mill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi u diversi utenti. |
(670) |
Wara li ntalab hekk, saru seduti ma’ Kuraray, Sekisui, Wacker, Cordial, Solutia, Ahlstrom-Munksjö, Sinopec u Wegochem. |
(671) |
Il-kummenti sottomessi mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati b’mod dovut u, fejn kien xieraq, is-sejbiet ġew immodifikati skont dan. |
(672) |
Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni, u l-maġġoranza sempliċi tal-membri komponenti tiegħu opponew l-abbozz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mbagħad ippreżentat mill-ġdid l-abbozz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kumitat tal-Appell skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (102). |
(673) |
F'konformità mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-kumitat tal-appell ma tax opinjoni. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħol tal-polivinil, kemm jekk fih gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzat kif ukoll jekk le, fil-forma ta’ reżini omopolimeri b’viskożità (imkejla f’soluzzjoni milwiema ta’ 4 % f’temperatura ta’ 20 °C) ta’ 3 mPa s jew aktar, iżda mhux aktar minn 61 mPa s u grad ta’ idroliżi ta’ 80,0 mol % jew aktar, iżda mhux aktar minn 99,9 mol %, it-tnejn imkejla skont il-metodu ISO 15023-2, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 3905 30 00 (kodiċi TARIC 3905300091).
2. Ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmul mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Shuangxin Group |
72,9 % |
C552 |
Sinopec Group |
17,3 % |
C553 |
Wan Wei Group |
55,7 % |
C554 |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
57,9 % |
Ara l-Anness I |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
72,9 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikata b’ismu/isimha u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Il-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu eżentati mid-dazju antidumping definittiv jekk huma jiġu importati għall-manifattura ta’ adeżivi f’taħlita xotta, prodotti u mibjugħa f’forma ta’ trab għall-industrija tal-kartun. Dawn il-prodotti għandhom jitqiegħdu taħt il-proċedura tal-użu aħħari msemmija fl-Artikolu 254 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 sabiex juru li huma importati esklussivament għall-użu msemmi hawn fuq.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Meta produttur esportatur ġdid mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni, l-Anness jista’ jiġi emendat billi jiżdied dak il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u, għalhekk, huma soġġetti għar-rata ta’ dazju medja ponderata xierqa ta’ anti-dumping, jiġifieri 57,9 %. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
(a) |
ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2018 sat-30 ta’ Ġunju 2019); |
(b) |
mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
(c) |
li effettivament esporta l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, jew li daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li tesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU C 256/03, 30.7.2019, p. 4.
(3) Nru. t19.005031.
(4) Nru. t19.006513.
(5) Nru. t20.002714.
(6) Kif iċċarat fl-Avviż ta’ Kjarifika.
(7) Avviż li jikkjarifika n-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 378, 7.11.2019, p. 9).
(8) “PVA b’distribuzzjoni stretta tal-piż molekulari u b’kontenut baxx ta’ rmied”
(9) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”).
(10) Ara n-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ċertu alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU C 256, 30.7.2019, p. 4-18, il-punt 3.
(11) Ir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).
(12) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(13) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10.
(14) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(15) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(16) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(17) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(18) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 122 -135.
(19) Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(20) Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(21) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 15-16, ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(22) Ir-Rapport — il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(23) Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 104-9.
(24) Ara http://pdf.dfcfw.com/pdf/H3_AP201809031187055296_1.pdf
(25) “Illum, hemm 12-il produttur prinċipali tal-PVA fiċ-Ċina. L-akbar fosthom huma Wanwei High tech, Sichuanchuanwei (SINOPEC), Shuangxin, Ningxia Land, li jammontaw għal total ta’ 770 000 tunnellata fis-sena.” Ara http://www.ccxr.com.cn/pdf/201891717121180715.pdf
(26) http://www.wwgf.com.cn/Article/lists/cateid/10.html
(27) https://www.sohu.com/a/336366992_617351
(28) Ara https://www.yicai.com/news/942233.html
(29) Ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(30) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 26.
(31) Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(32) Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019)).
(33) Ara http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2018/2018-4/2018-04-03/4189060.PDF, paġna 138.
(34) Ara http://www.wwgf.com.cn/Home/Article/show/id/3038.html.
(35) Ara http://www.sinopecgroup.com/group/gsjs/ddjs
(36) http://www.shuangxinpva.com/dangqunjianshe/
(37) Ir-Rapport — il-Kapitoli minn 14.1 sa 14.3.
(38) Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(39) Ara www.gov.cn/gongbao/content/2013/content_2404709.htm
(40) Ara http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf
(41) Ara http://fgw.nmg.gov.cn/fggz/fzgh/202001/t20200110_153847.html
(42) Ara http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2017/2017-4/2017-04-12/3210569.PDF, paġna 127.
(43) Ara http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2018/2018-4/2018-04-03/4189060.PDF paġna 152.
(44) Ibid. paġna 167.
(45) Ara r-rapport annwali tal-2018, paġni 156-157, http://q.stock.sohu.com/newpdf/201934709238.pdf
(46) Ara r-rapport annwali tal-2019, paġna 154, http://www.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/2020-04-10/600063_20200410_2.pdf
(47) Ara r-Rapport, paġna 46.
(48) Ara r-Rapport, paġni 232-233.
(49) Ara r-Rapport, paġni 224 u 231.
(50) Ara r-Rapport, paġna 177.
(51) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(52) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 216.
(53) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(54) Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(55) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(56) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 336.
(57) Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(58) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(59) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 119.
(60) Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 120.
(61) Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(62) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(63) Ir-Rapport — Il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(64) Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Introjtu Medju Superjuri, disponibbli fuq https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).
(65) Jekk ma jkunx hemm produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat f’ebda pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp, tista’ tiġi kkunsidrata l-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.
(66) Nota tat-2 ta’ Ottubru 2019, Nota tal-20 ta’ Diċembru 2019 u Nota tat-30 ta’ Marzu 2020.
(67) Solutia qed tipproduċi l-PVA fl-Unjoni, kif ukoll tixtri l-PVA mingħand il-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi Ċiniżi u dawk ta’ pajjiżi terzi oħrajn.
(68) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(69) https://www.dnb.com
(70) http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel l-Istatistika dwar il-Kostijiet Lavorattivi.
(71) http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel il-prezzijiet tal-Elettriku u tal-Gass Naturali.
(72) https://www.invest.gov.tr/en/investmentguide/pages/cost-of-doing-business.aspx
(73) Skont il-produttur esportatur fir-RPĊ, il-faħam inkwistjoni huwa kklassifikat taħt HS 270 119.
(74) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jikkunsidra li l-prezzijiet domestiċi f’dawn il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-iskop tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.
(75) L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ta’ 34 % kienu relatati mal-Azodiisobutyronitrile (AZO) / azobisisobutyronitrile (AZN), li kienu l-fatturi ta’ produzzjoni li għandhom biss impatt żgħir fuq il-kost tal-manifattura.
(76) http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2090 kif aċċessat l-aħħar fit-30 ta’ April 2020.
(77) Din hija klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi użata mill-Eurostat, https://ec.europa.eu/eurostat/web/nace-rev2 (ikkonsultata l-aħħar fit-30 ta’ April 2020).
(78) http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2104 (aċċessat l-aħħar fit-30 ta’ April 2020).
(79) NACE Rev. 2 — Klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi; https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-manuals-and-guidelines/-/KS-RA-07-015 (aċċessat l-aħħar fit-22 ta’ Lulju 2020).
(80) http://www.turkstat.gov.tr/PreTablo.do?(262)alt_id=1029 (aċċessat l-aħħar fit-22 ta’ Ġunju 2020).
(81) https://ec.europa.eu/eurostat/data/database (aċċessat l-aħħar fil-21 ta’ Lulju 2020).
(82) Ibid.
(83) Żieda minn 0,017 EUR/kWh (jew 0,18 EUR/m3) għal 0,020 EUR/kWh (jew 0,21 EUR/m3) (aċċessata l-aħħar fil-21 ta’ Lulju 2020).
(84) Żieda minn 0,025 EUR/kWh (jew 0,27 EUR/m3) għal 0,028 EUR/kWh (jew 0.30 EUR/m3) (aċċessata l-aħħar fil-21 ta’ Lulju 2020).
(85) Il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi mhux domestiċi — data biannwali (mill-2007 ’l quddiem); https://ec.europa.eu/eurostat/data/database (aċċessata l-aħħar fit-22 ta’ Lulju 2020).
(86) Verżjoni Limitata tal-Kumpanija tar-rapport tal-missjoni mibgħuta fil-5 ta’ Marzu 2020 u l-ittra skont l-Artikolu 18 mibgħuta fis-26 ta’ Frar 2020 (t20.001693).
(87) Verżjoni Limitata tal-Kumpanija tar-rapport tal-missjoni mibgħuta fil-5 ta’ Marzu 2020 u l-ittra skont l-Artikolu 18 mibgħuta fis-26 ta’ Frar 2020 (t20.001693).
(88) Verżjoni Limitata tal-Kumpanija tar-rapport tal-missjoni mibgħuta fil-5 ta’ Marzu 2020 u l-ittra skont l-Artikolu 18 mibgħuta fis-26 ta’ Frar 2020 (t20.001692).
(89) Verżjoni Limitata tal-Kumpanija tar-rapport tal-missjoni mibgħuta fil-5 ta’ Marzu 2020 u l-ittra skont l-Artikolu 18 mibgħuta fis-16 ta’ Marzu 2020 (t20.002421).
(90) Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-26/12, Musim Mas para, ECLI:EU:T:2015:437, il-para. 43.
(91) Ibid.
(92) Ara pereżempju s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-26/12, Musim Mas para, ECLI:EU:T:2015:437, il-para. 43.
(93) Ibid.
(94) Preparazzjoni viskuża, li essenzjalment tikkonsisti minn (alkoħol tal-poli(vinil) (CAS RN 9002-89-5).
(95) Ir-Regolamenti tal-Kunsill 1340/2014; 713/2014; 2015/2448; 2016/2389; 2018/2070.
(96) Il-konsum totali tas-suq ħieles u tas-suq ristrett.
(97) Din iċ-ċifra ġiet riveduta wara d-divulgazzjoni.
(98) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, tal-10.10.2013, p. 1).
(99) Il-konsum totali tas-suq ħieles u tas-suq ristrett.
(100) Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, Il-Belġju.
(101) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(102) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Chang Chun Chemical (Jiangsu) Co., Ltd. |
C555 |