|
8.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1255
tas-7 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) fil-laħam affumikat u fil-prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali u fil-ħut affumikat u fil-prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali u li jistabbilixxi livell massimu ta’ PAHs fit-trabijiet tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti li jintużaw fil-preparazzjoni tax-xarbiet
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) fl-ikel, inkluż fil-laħam affumikat u fil-prodotti tal-laħam affumikati u fil-ħut affumikat u fil-prodotti tas-sajd affumikati. |
|
(2) |
Skont dak ir-Regolament, il-livelli massimi ta’ PAHs jenħtieġ li jiġu ffissati f’livell li jkun l-aktar baxx li jista’ raġonevolment jintlaħaq (ALARA) abbażi tal-prattiki tajba tal-manifattura u tal-biedja/is-sajd. Fl-2011, id-data għall-ħut affumikat u għal-laħam affumikat uriet li huma possibbli li jintlaħqu livelli massimi aktar baxxi. Madankollu, f’xi każijiet kien hemm il-bżonn ta’ adattament tat-teknoloġija tal-affumikar. Għalhekk, għal-laħam affumikat u l-prodotti tal-laħam affumikati u għall-ħut affumikat u l-prodotti tas-sajd affumikati, ingħata perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ tliet snin qabel ma bdew japplikaw il-livelli massimi aktar baxxi mill-1 ta’ Settembru 2014. |
|
(3) |
Madankollu, minkejja l-applikazzjoni ta’ prattiki ta’ affumikar tajbin, fl-2014 ġie stabbilit li l-livelli aktar baxxi għall-PAHs ma setgħux jintlaħqu fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fir-Repubblika Slovakka, fil-Finlandja, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit għal ċerti każijiet ta’ laħam affumikat u prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali u fl-Irlanda, fil-Latvja, fir-Rumanija, fil-Finlandja, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit għal ċerti każijiet ta’ ħut affumikat u prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali. F’dawk il-każijiet, l-adattamenti tal-prattiki ta’ affumikar biex jikkonformaw mal-livelli massimi tal-PAH l-aktar baxxi ma setgħux jinkisbu mingħajr bidla sinifikanti tal-karatteristiċi organolettiċi tal-ikel. |
|
(4) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, u skont l-Artikolu 7(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, mill-1 ta’ Settembru 2014 ingħatat deroga temporanja mill-applikazzjoni tal-livelli massimi l-aktar baxxi għall-PAHs lill-Istati Membri kkonċernati għat-tqegħid fis-suq tagħhom ta’ laħam affumikat u prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali u/jew ħut affumikat u prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali fit-territorju tagħhom u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom. Il-livelli massimi applikabbli qabel l-1 ta’ Settembru 2014 komplew japplikaw għal dawk il-prodotti affumikati. Id-deroga b’mod ġenerali kopriet il-laħam affumikat u l-prodotti tal-laħam affumikati u/jew il-ħut affumikat u l-prodotti tas-sajd affumikati kollha mingħajr indikazzjoni tal-ismijiet speċifiċi tal-oġġetti tal-ikel. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 7(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, l-Istati Membri rispettivi komplew jimmonitorjaw il-preżenza ta’ PAHs f’dawk il-prodotti u stabbilew programmi biex jimplimentaw prattiki tajbin ta’ affumikar fejn possibbli. Is-sitwazzjoni ġiet ukoll ivvalutata mill-ġdid fl-2018 abbażi ta’ informazzjoni dettaljata pprovduta mill-Istati Membri kkonċernati inkluż data ta’ monitoraġġ dwar il-preżenza ta’ PAHs fil-laħam affumikat u fil-prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali u fil-ħut affumikat u fil-prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali u informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ prattiki tajbin ta’ affumikar u l-bidliet fil-karatteristiċi organolettiċi. Wara valutazzjoni dettaljata tal-informazzjoni pprovduta, ġie konkluż li l-livelli aktar baxxi ta’ PAHs ma setgħux jintlaħqu billi jinbidlu l-prattiki ta’ affumikar fil-limiti ta’ dak li huwa ekonomikament fattibbli u possibbli mingħajr ma jintilfu l-karatteristiċi organolettiċi f’ċerti laħam affumikat u prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali fl-Irlanda, fi Spanja, fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Repubblika Slovakka, fil-Finlandja u fl-Iżvezja u f’ċerti ħut affumikat u prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali fil-Latvja, fil-Finlandja u fl-Iżvezja. Għalhekk jenħtieġ li tingħata deroga għall-produzzjoni u l-konsum lokali mingħajr limitu ta’ żmien għal ċerti laħam affumikat u prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali u ħut affumikat u prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali f’dawn l-Istati Membri. |
|
(6) |
Barra minn hekk, ċerti trabijiet tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti li jintużaw fil-preparazzjoni tax-xarbiet, instabu li fihom livelli għoljin ta’ PAHs minħabba prattiki ta’ tnixxif mhux xierqa li ġew applikati lil dawk it-trabijiet. Minħabba li l-PAHs huma karċinoġeni ġenotossiċi, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit livell massimu għall-PAHs f’dawk it-trabijiet, li jista’ jintlaħaq billi jiġu applikati prattiki tajbin ta’ tnixxif, bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
|
(7) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1881/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej: “6. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri li ġejjin jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tagħhom tal-laħam affumikat u l-prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali li ġejjin, affumikati fit-territorju tagħhom u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b’livelli ta’ PAHs ogħla minn dawk stipulati fil-punt 6.1.4 tal-Anness, dejjem jekk dawk il-prodotti jikkonformaw mal-livelli massimi applikabbli qabel l-1 ta’ Settembru 2014, jiġifieri 5,0 μg/kg għall-benżo(a)piren u 30,0 μg/kg għat-total ta’ benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworanten u krisen:
Dawk l-Istati Membri u n-negozji tal-ikel ikkonċernati għandhom ikomplu jimmonitorjaw il-preżenza ta’ PAHs fil-laħam affumikat u fil-prodotti tal-laħam affumikati b’mod tradizzjonali msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għandhom jiżguraw li jiġu implimentati fejn possibbli prattiki ta’ affumikar tajbin, mingħajr ma jintilfu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi ta’ dawk il-prodotti. 7. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 1, l-Istati Membri li ġejjin jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq tagħhom tal-ħut affumikat u l-prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali li ġejjin, affumikati fit-territorju tagħhom u maħsuba għall-konsum fit-territorju tagħhom b’livelli ta’ PAHs ogħla minn dawk stipulati fil-punt 6.1.5 tal-Anness, dejjem jekk dawk il-prodotti jikkonformaw mal-livelli massimi applikabbli qabel l-1 ta’ Settembru 2014, jiġifieri 5,0 μg/kg għall-benżo(a)piren u 30,0 μg/kg għat-total ta’ benżo(a)piren, benż(a)antraċen, benżo(b)fluworanten u krisen:
Dawk l-Istati Membri u n-negozji tal-ikel ikkonċernati għandhom ikomplu jimmonitorjaw il-preżenza ta’ PAHs fil-ħut affumikat u l-prodotti tas-sajd affumikati b’mod tradizzjonali msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u għandhom jiżguraw li jiġu implimentati fejn possibbli prattiki ta’ affumikar tajbin, mingħajr ma jintilfu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi ta’ dawk il-prodotti.”; |
|
(2) |
L-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-dħul fis-seħħ jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sat-28 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
ANNESS
L-entrata li ġejja tiżdied wara l-entrata 6.1.15 dwar “Ħwawar imnixxfin bl-eċċezzjoni tal-kardamomu u tal-Capsicum affumikat spp.” tat-Taqsima 6 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006:
|
“6.1.16 |
It-trabijiet tal-ikel li joriġinaw mill-pjanti għall-preparazzjoni tax-xarbiet bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmijin fil-punti 6.1.2 u 6.1.11 (*1) |
10,0 |
50,0 |
(*1) il-preparazzjoni tax-xarbiet tirreferi għall-użu tat-trabijiet li huma mitħuna fini u li jitħalltu fix-xarbiet”