3.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 289/330


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1228

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni jew għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għat-titolizzazzjoni u li joħloq qafas speċifiku għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Format uniformi għall-applikazzjonijiet lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni jew għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jaċċerta li l-informazzjoni kollha meħtieġa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 [ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230] (2) tintbagħat lill-ESMA u tkun identifikata faċilment minnha.

(2)

Huwa importanti li l-informazzjoni f’dawk l-applikazzjonijiet tintbagħat f’format li jippermetti l-ħażna għall-użu u r-riproduzzjoni fil-futur. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-applikazzjonijiet jintbagħtu b’mezz li jservi fit-tul.

(3)

Sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta f’dawk l-applikazzjonijiet, jenħtieġ li jkunu pprovduti numru ta’ referenza uniku u titlu għal kull wieħed mid-dokumenti tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-applikant jintalab jidentifika kull informazzjoni mibgħuta b’referenza għad-dispożizzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1230 li magħha jkollha x’taqsam dik l-informazzjoni.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat mill-ESMA lill-Kummissjoni.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-ESMA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit mill-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Format tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-estensjoni tar-reġistrazzjoni

(1)   L-applikanti għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni skont l-Artikolu 10(5)(a) tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandhom jikkumpilaw il-formati stabbiliti fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

(2)   Ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet li japplikaw għal estensjoni tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 10(5)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2402 għandhom jikkumpilaw il-formati stabbiliti fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.

(3)   Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu:

(a)

b’mezz li jservi fit-tul kif definit fl-Artikolu 2(1)(m) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(b)

b’numru ta’ referenza uniku assenjat għal kull dokument inkluż fl-applikazzjoni.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 28.12.2017, p. 35.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-titolizzazzjoni u d-dettalji tal-applikazzjoni simplifikata għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet (Ara l-paġna 345 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 176/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(4)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).


ANNESS I

Formats għall-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala repożitorju tat-titolizzazzjoni

Tabella 1

Informazzjoni ġenerali

Data tal-applikazzjoni

Isem korporattiv tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Lok tal-inkorporazzjoni u l-ambitu tal-attività tan-negozju

Identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) irreġistrat mal-Global Legal Entity Identifier Foundation

Indirizz ġuridiku tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe sussidjarja tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe fergħa tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (URL) tas-sit web tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Tipi ta’ titolizzazzjoni, metodi ta’ trasferiment tar-riskju u tipi ta’ skoperturi sottostanti li għalihom ir-repożitorju applikant iressaq applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Jekk l-applikant ikun awtorizzat jew irreġistrat minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit, isem l-awtorità u kwalunkwe numru ta’ referenza relatat mal-awtorizzazzjoni jew mar-reġistrazzjoni

Isem il-persuna/i responsabbli mill-applikazzjoni

Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli mill-applikazzjoni

Isem il-persuna/i responsabbli mill-konformità tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni (jew kwalunkwe membru tal-persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni)

Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli mill-konformità tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, jew kwalunkwe membru tal-persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, b’rabta mal-forniment tiegħu tas-servizzi ewlenin ta’ titolizzazzjoni

Isem l-impriża prinċipali

LEI rreġistrat mal-Global Legal Entity Identifier Foundation ta’ kwalunkwe impriża prinċipali

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe impriża prinċipali

Isem l-awtorità superviżorja responsabbli għal kwalunkwe impriża prinċipali

Numru ta’ referenza tal-awtorità superviżorja responsabbli għal kwalunkwe impriża prinċipali

Isem kwalunkwe impriża prinċipali finali

LEI rreġistrat mal-Global Legal Entity Identifier Foundation ta’ kwalunkwe impriża prinċipali finali

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe impriża prinċipali finali

Isem l-awtorità superviżorja responsabbli għal kwalunkwe impriża prinċipali finali

Numru ta’ referenza tal-awtorità superviżorja responsabbli għal kwalunkwe impriża prinċipali finali


Tabella 2

Referenzi tad-dokument  (1)

Id-dispożizzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 li fiha r-rekwiżit ta’ informazzjoni b’rabta mad-dokument

Numru ta’ referenza uniku tad-dokument

Titlu tad-dokument

Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għaliex l-informazzjoni mhix ipprovduta


(1)  Għall-informazzjoni kollha meħtieġa fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 bl-eċċezzjoni tal-punti minn (a) sa (c), (e), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 7(2) tiegħu.


ANNESS II

Formats għall-applikazzjoni għal estensjoni tar-reġistrazzjoni ta’ repożitorju tat-tranżazzjonijiet

Tabella 1

Informazzjoni ġenerali

Data tal-applikazzjoni

Data tar-reġistrazzjoni tal-applikant bħala repożitorju tat-tranżazzjonijiet

Isem korporattiv tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) irreġistrat mal-Global Legal Entity Identifier Foundation

Indirizz ġuridiku tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe sussidjarja tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Indirizz ġuridiku ta’ kwalunkwe fergħa tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (URL) tas-sit web tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni

Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) irreġistrat mal-Global Legal Entity Identifier Foundation

Tipi ta’ titolizzazzjoni, metodi ta’ trasferiment tar-riskju u tipi ta’ skoperturi sottostanti li għalihom ir-repożitorju applikant iressaq applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

Jekk l-applikant ikun awtorizzat jew irreġistrat minn awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit, isem l-awtorità u kwalunkwe numru ta’ referenza relatat mal-awtorizzazzjoni jew mar-reġistrazzjoni

Isem il-persuna/i responsabbli mill-applikazzjoni

Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli mill-applikazzjoni

Isem il-persuna/i responsabbli mill-konformità tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, jew kwalunkwe membru tal-persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni, b’rabta mal-forniment tiegħu tas-servizzi ewlenin ta’ titolizzazzjoni

Dettalji ta’ kuntatt tal-persuna/i responsabbli mill-konformità tar-repożitorju tat-titolizzazzjoni (jew kwalunkwe membru tal-persunal ieħor involut fil-valutazzjonijiet tal-konformità għar-repożitorju tat-titolizzazzjoni)


Tabella 2

Referenzi tad-dokument  (1)

Id-dispożizzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 li fiha r-rekwiżit ta’ informazzjoni b’rabta mad-dokument.

Numru ta’ referenza uniku tad-dokument

Titlu tad-dokument

Kapitolu jew taqsima jew paġna tad-dokument fejn hija pprovduta l-informazzjoni jew raġuni għaliex l-informazzjoni mhix ipprovduta


(1)  Għall-informazzjoni kollha meħtieġa fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1230 bl-eċċezzjoni tal-punti minn (a) sa (c), (e), (f), (h) u (i) tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 7(2) tiegħu.