|
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1200
tal-10 ta’ Awwissu 2020
li jirreġistra isem fir-reġistru tal-Ispeċjalitajiet Tradizzjonali Garantiti [“Berthoud” (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
billi:
|
(1) |
B’konformità mal-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, it-talba għar-reġistrazzjoni tal-isem “Berthoud” mressqa minn Franza, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni ma’ ġiet notifikata lill-Kummissjoni, u għalhekk jenħtieġ li l-isem “Berthoud” jiġi rregistrat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isem “Berthoud” (STG) huwa rreġistrat.
L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-klassi 2.21. Ikliet preparati, kif speċifikat fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2020.
Mill-Kummissjoni
f’isem il-President,
Janusz WOJCIECHOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 115, 7.4.2020, p. 16.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).