7.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 258/11


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1166

tas-6 ta’ Awwissu 2020

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u tal-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li jistgħu jsiru importazzjoni u tranżitu mill-Unjoni tal-prodotti mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni u mill-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti tal-Amerka huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu jistgħu jiġu impurtati prodotti fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu, mingħajr restrizzjoni minħabba l-preżenza tal-HPAI.

(4)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali fil-kummerċ tal-annimali ħajjin u tal-prodotti tal-annimali (“il-Ftehim”) (4), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE (5), jipprovdi għal rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta’ reġjonalizzazzjoni fil-każ ta’ tifqigħat ta’ mard fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti tal-Amerka.

(5)

Fit-8 ta’ April 2020, l-Istati Uniti tal-Amerka kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H7N3 f’azjenda tat-tjur fil-kontea ta’ Chesterfield fl-Istat ta’ South Carolina. Wara li faqqgħet l-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti tal-Amerka poġġew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-azjenda milquta, li kienet tinkludi partijiet ta’ Chesterfield, ta’ Lancaster u ta’ Kershaw fl-Istat ta’ South Carolina u implimentat politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(6)

Bl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/544 (6), il-Kummissjoni poġġiet restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tat-tjur miż-żona fl-Istat ta’ South Carolina affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti tal-Amerka kienu poġġew f’restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa tal-HPAI.

(7)

L-Istati Uniti tal-Amerka ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta’ aktar tixrid tal-HPAI, li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Istati Uniti tal-Amerka rrapportaw it-tlestija ta’ miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfettar fis-7 ta’ Mejju 2020 wara l-politika ta’ qerda fl-azjenda agrikola tat-tjur fejn it-tifqigħa tal-HPAI kienet ġiet konfermata f’April 2020.

(8)

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti tal-Amerka, jixraq li fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 tiġi indikata d-data tal-5 ta’ Awwissu 2020, jiġifieri 90 jum mit-tlestija tal-politika ta’ qerda u tal-miżuri ta’ tindif u ta’ diżinfettar, bħala data meta dak il-pajjiż terz jista’ jerġa’ jitqies, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, bħala ħieles mill-HPAI u minn meta l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw f’dak il-pajjiż terz jenħtieġ jerġgħu jiġu awtorizzati.

(9)

Għaldaqstant, jenħtieġ tiġi emendata l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka fit-tabella stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex titqies l-eradikazzjoni tal-HPAI f’dak il-pajjiż terz. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat kif xieraq.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hi emendata skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  ĠU L 118, 21.4.1998, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/544 tal-20 ta’ April 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (ĠU L 121 I, 20.4.2020, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerka tiġi sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status ta’ sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-Kontroll tas-Salmonella(6)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq(1)

Data tal-ftuħ(2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US – L-Istati Uniti tal-Amerka

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Il-pajjiż kollu tal-Istati Uniti tal-Amerka għajr iż-żona US-2

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

 

 

A

 

S3, ST1

US-2

It-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerka li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta’ Tennessee:

Il-Kontea ta’ Lincoln

Il-Kontea ta’ Franklin

Il-Kontea ta’ Moore

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.2

L-Istat ta’ Alabama:

Il-Kontea ta’ Madison

Il-Kontea ta’ Jackson

WGM

VIII

P2

4.3.2017

11.8.2017

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1

US-2.3

L-Istat ta’ South Carolina:

Il-Kontej ta’ Chesterfield/Lancaster/Kershaw:

Żona b’raġġ ta’ 10 km li tibda bil-punt N fuq iċ-ċirku taż-Żona ta’ Kontroll ta’ Chesterfield 02 u testendi favur l-arloġġ:

(a)

It-Tramuntana: 2 km lejn in-Nofsinhar minn Highway 9, 0,03 km lejn il-Lvant mill-intersezzjoni ta’ Airport Rd u Raymond Deason Rd.

(b)

Il-Grigal: 1 km lejn il-Lbiċ mill-intersezzjoni ta’ Highway 268 u Cross Roads Church Rd.

(c)

Il-Lvant: 5,1 km lejn il-Punent minn State Highway 109, 1,6 km lejn il-Punent minn Angelus Rd u Refuge Dr.

(d)

Ix-Xlokk: 3,2 km lejn il-Majjistral mill-intersezzjoni ta’ Highway 145 u Lake Bee Rd.

(e)

In-Nofsinhar: 2,7 km lejn il-Lvant mill-intersezzjoni ta’ Highway 151 u Catarah Rd.

(f)

Il-Lbiċ: 1,5 km lejn il-Lvant mill-intersezzjoni ta’ McBee Hwy u Mt Pisgah Rd.

(g)

Il-Punent: 1,3 km lejn il-Lvant mill-intersezzjoni ta’ Texahaw Rd u Buzzards Roost Rd.

(h)

Il-Majjistral: L-intersezzjoni ta’ White Plains Church Rd u Graves Rd.

WGM

VIII

P2

8.4.2020

5.8.2020

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

A

 

S3, ST1”