6.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/29


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1160

tal-5 ta’ Awwissu 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-aluminju u tal-ammonju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/195 (3) estenda l-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi sulfat tal-ammonju tal-aluminju, silikat tal-aluminju, smida tad-demm, karbonat tal-kalċju, diossidu tal-karbonju, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, estratt tat-tewm, gibberellic acid, gibberellins, proteini idrolizzati, sulfat tal-ħadid, kieselgur (trab tad-diatomi), żjut tal-Pjanti/żejt tal-kolza, karbonat idroġenu tal-potassju, ramel tal-kwarz, żejt tal-ħuta, repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-ngħaġ, feromoni tal-lepidopteri ta’ katina dritta, tebuconazole u urea sal 31 ta’ Awwissu 2020, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 (4) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni għas-sustanza attiva tebukonażol sal-31 ta’ Awwissu 2020.

(3)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5).

(4)

Il-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi kollha ddewmet għal raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti u, għalhekk, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(5)

F’każijiet meta jkun se jiġi adottat Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni, id-data ta’ skadenza li trid tiġi ffissata jenħtieġ li tkun l-istess data ta’ qabel ma ġie adottat dan ir-Regolament, jew id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dejjem jekk l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi l-aħħar. Meta jiġi adottat Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jixraq li tiġi stabbilita, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

(6)

Peress li xi wħud mill-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.

(7)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 ma jiġix emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/195 tat-3 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ bosta sustanzi attivi elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 686/2012 (il-programm ta’ tiġdid AIR IV) (ĠU L 31, 4.2.2017, p. 21).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/707 tas-7 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi alpha-cypermethrin, beflubutamid, benalaxyl, benthiavalicarb, bifenazate, boscalid, bromoxynil, captan, cyazofamid, desmedipham, dimethoate, dimethomorph, diuron, ethephon, etoxazole, famoxadone, fenamiphos, flumioxazine, fluoxastrobin, folpet, foramsulfuron, formetanate, metalaxyl-M, methiocarb, metribuzin, milbemectin, Paecilomyces lilacinus razza 251, phenmedipham, phosmet, pirimiphos‐methyl, propamocarb, prothioconazole, S-metolachlor u tebuconazole (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 16).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 219, Sulfat tal-ammonju tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(2)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, Silikat tal-aluminju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(3)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 222, Smida tad-demm, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(4)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 224, Karbonat tal-Kalċju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(5)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 225, Diossidu tal-karbonju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(6)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 228, Estratt mis-siġra tat-te, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(7)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 229, Residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(8)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 230, Aċidi grassi C7 sa C20, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(9)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 231, Estratt tat-tewm, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(10)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 232, Gibberellic acid, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(11)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 233, Gibberellins, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(12)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 234, Hydrolysed proteins, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(13)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 235, Sulfat tal-ħadid, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(14)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 236, Kieselgur (Trab tad-dijatoma), id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(15)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, Żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(16)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 244, Karbonat idroġenu tal-Potassju, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(17)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 247, Ir-ramel tal-kwarz, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(18)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 248, Żejt mill-ħut, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(19)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 249, Repellenti permezz ta’ riħa ta’ oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(20)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 255, Feromoni tal-Lepidopteri ta’ Katina Dritta, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(21)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 268, Tebuconazole, id-data tiġi sostitwita bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”;

(22)

fis-sitt kolonna, skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 257, Urea, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2021”.