(6)
|
Jiddaħħlu l-punti 26.300, 26.301, 26.302, 26.303, 26.304, 26.305, 26.306, 26.307, 26.308, 26.309, 26.330, 26.331, 26.332, 26.333, 26.334 u 26.370 li ġejjin:
“26.300 Il-programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi ta’ ajruplani li qed jeqdiemu — rekwiżiti ġenerali
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.301 u 26.309.
|
(b)
|
Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal mudell ta’ ajruplan li jkun inħareġ b’ċertifikat tat-tip qabel is-26 ta’ Frar 2021, u li jkun jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
(i)
|
ikun elenkat fit-tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness;
|
(ii)
|
ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;
|
(iii)
|
ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili bit-tagħbija jew bil-passiġġieri;
|
(iv)
|
ikollu TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni sakemm ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tagħha u jkun jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi tal-approvazzjoni;
|
(v)
|
ikun iċċertifikat b’TC ristrett u jkun mfassal primarjament għat-tifi tan-nar.
|
L-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu (b)(ii) u (b)(v) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett jippreżenta għall-approvazzjoni lill-Aġenzija qabel s-27 ta’ Mejju 2021 lista li tidentifika t-tipi u l-mudelli tal-ajruplani, il-varjazzjonijiet jew in-numri tas-serje flimkien mal-informazzjoni li ssostni r-raġunijiet li għalihom l-ajruplan ġie inkluż fil-lista.
|
(c)
|
Għal mudell ta’ ajruplan li jkun inħariġlu ċ-ċertifikat tat-tip għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 u li għalih ma tkunx inkorporata u ma tkunx se tiġi inkorporata xi bidla jew tiswija fi kwalunkwe ajruplan li qed jitħaddem mis-26 ta’ Frar 2022, il-paragrafi (a)(ii) u (a)(iii) tal-punt 26.307 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.308 m’għandhomx japplikaw jekk qabel is-26 ta’ Frar 2022 id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett jippreżenta lill-Aġenzija, il-lista ta’ bidliet u tiswijiet għall-approvazzjoni.
|
26.301 Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-(R)TC
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalihom ġiet ippreżentata applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu:
(i)
|
jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.302 sa 26.309;
|
(ii)
|
jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 għall-approvazzjoni.
|
|
(b)
|
Applikant għal TC jew TC ristrett imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu:
(i)
|
jistabbilixxi pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa li jiddeskrivi l-prova ta’ konformità ppjanata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.303 sa 26.306;
|
(ii)
|
jissottometti pjan ta’ konformità għall-integrità strutturali kontinwa msemmi fil-paragrafu (i) lill-Aġenzija qabel is-27 ta’ Mejju 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, jekk dan iseħħ aktar tard, għall-approvazzjoni.
|
|
26.302 L-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u għar-reħja
(a)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, iċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih l-applikazzjoni għal TC ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għar-reħja u għad-danni tal-istruttura tal-ajruplan u jiżviluppa d-DTI li tevita l-fallimenti katastrofiċi minħabba r-reħja matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan.
|
(b)
|
Sakemm id-dokumentazzjoni li tiddeskrivi d-DTI msemmija fil-paragrafu (a) tkun diġà ġiet approvata mill-Aġenzija skont l-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jissottometti dik id-dokumentazzjoni lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni.
|
26.303 Il-Limitu ta’ Validità
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, iċċertifikat b’piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) li jkun akbar minn 34 019 kg (75 000 lbs), għandu:
(i)
|
jistabbilixxi limitu ta’ validità (LOV) u jinkludi dak l-LOV f’ALS emendat;
|
(ii)
|
jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni ta’ servizz neċessarja sabiex l-operaturi jimplimentaw dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija skont l-iskeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.
|
Il-konfigurazzjonijiet strutturali tal-ajruplan li jkunu se jiġu evalwati bl-iskop li jiġu stabbiliti l-LOV għandhom jinkludu l-varjazzjonijiet u d-derivattivi tal-mudell kollha approvati qabel fil-kuntest tat-TC qabel is-26 ta’ Frar 2021 u l-bidliet u s-sostituzzjonijiet strutturali kollha fil-konfigurazzjonijiet strutturali ta’ dawk l-ajruplan li huma meħtieġa minn direttiva dwar l-ajrunavigabbiltà maħruġa qabel is-26 ta’ Frar 2021.
B’deroga mill-paragrafu (a)(ii), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini m’għandux jkun meħtieġ li jiżviluppa u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz lill-Aġenzija għall-azzjoni ta’ manutenzjoni applikabbli għal mudell ta’ ajruplan li ma jkunx se jibqa’ jitħaddem wara l-punt skedat għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-servizz ta’ dik l-azzjoni ta’ manutenzjoni. Sabiex din l-eċċezzjoni tidħol fis-seħħ, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jinforma lill-Aġenzija mhux aktar tard mid-data li fiha l-mudell tal-ajruplan jieqaf jitħaddem.
|
(b)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta għall-approvazzjoni l-LOV stabbilit skont il-paragrafu (a) u l-emenda tal-ALS imsemmija f’dak il-paragrafu flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija, qabel l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi (i) sa (iii):
(i)
|
Is-26 ta’ Awwissu 2022 għal struttura kritika f’każ ta’ reħja b’bażi ta’ ċertifikazzjoni li ma tinkludix evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;
|
(ii)
|
Is-26 ta’ Frar 2026 għal struttura tal-ajruplan li tkun soġġetta għal ittestjar tar-reħja fuq skala sħiħa fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament emendatorju;
|
(iii)
|
Is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi tal-ajruplan kollha l-oħra.
|
|
(c)
|
Applikat għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini tal-piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) ta’ aktar minn 34 019 kg (75 000 lbs), għandu:
(i)
|
jistabbilixxi limitu ta’ validità (LOV) u jinkludi dak il-LOV f’ALS;
|
(ii)
|
jidentifika l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni eżistenti u ġodda li fuqhom jiddependi l-LOV, u jiżviluppa l-informazzjoni ta’ servizz neċessarja sabiex l-operaturi jimplimentaw dawk l-azzjonijiet ta’ manutenzjoni u jippreżenta l-informazzjoni dwar is-servizz għall-azzjonijiet ta’ manutenzjoni lill-Aġenzija skont l-iskeda vinkolanti miftiehma mal-Aġenzija.
|
|
(d)
|
L-applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu jippreżenta għall-approvazzjoni l-LOV stabbilit skont il-paragrafu (c) u l-ALS imsemmi f’dak il-paragrafu flimkien mal-iskeda vinkolanti lill-Aġenzija.
|
(e)
|
L-iskadenzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-obbligi msemmija fil-paragrafu (d)
(i)
|
qabel id-data approvata mill-Aġenzija fil-pjan tal-applikant biex jitlestew it-testijiet u l-analiżijiet ta’ kwalunkwe struttura ta’ ajruplan li teħtieġ ittestjar tar-reħja ġdid fuq skala sħiħa biex jiġi appoġġat l-istabbiliment tal-LOV;
|
(ii)
|
qabel is-26 ta’ Frar 2025 għall-istrutturi tal-ajruplan kollha l-oħra.
|
|
26.304 Il-programm tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958, li għalih l-applikazzjoni għal TC ġiet ippreżentata qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi programm tal-linja bażi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP).
|
(b)
|
Sakemm is-CPCP tal-linja bażi msemmi fil-paragrafu (a) ma jkunx diġà ġie approvat mill-Aġenzija skont il-punt 21.A.3B(c)(1) tal-Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew f’rapport tal-bord ta’ rieżami tal-manutenzjoni (MRBR) approvat mill-Aġenzija, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta s-CPCP lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni.
|
(c)
|
Applikat għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini għandu jistabbilixxi programm tal-linja bażi tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-korrużjoni (CPCP) qabel ma jinħareġ TC.
|
26.305 Il-validità tal-programm ta’ integrità strutturali kontinwu
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu għall-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu jibqa’ validu matul il-ħajja operazzjonali tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali.
|
(b)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta deskrizzjoni tal-proċess imsemmi fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023 għall-approvazzjoni. Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jimplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.
|
(c)
|
Applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini, għandu jistabbilixxi u jimplimenta proċess li jiżgura li l-programm ta’ integrità strutturali kontinwu jibqa’ validu tul il-ħajja operattiva tal-ajruplan, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tas-servizz u l-operazzjonijiet attwali. Għandha tippreżenta deskrizzjoni tal-proċess lill-Aġenzija qabel [OP: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar wara d-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament emendatorju], jew qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni u għandha timplimenta l-proċess fi żmien sitt xhur wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija.
|
26.306 L-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, li għalih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal TC qabel l-1 ta’ Jannar 2019, u li huwa ċċertifikat li jġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar għandu jidentifika u jelenka l-istrutturi kritiċi tal-linja bażi (FCBS) għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudelli tal-ajruplani inklużi fit-TC jew fl-RTC.
|
(b)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta lista tal-istrutturi msemmija fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021 għall-approvazzjoni.
|
(c)
|
Hekk kif tiġi approvata l-lista msemmija fil-paragrafu (a) mill-Aġenzija, id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew TC ristrett għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punti 26.330 u 26.370.
|
(d)
|
Applikant għal TC jew għal TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1, paragrafu 2, għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini li se jiġi ċċertifikat biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar għandu jidentifika u jelenka l-istrutturi kritiċi tal-linja bażi (FCBS) għall-varjazzjonijiet u d-derivattivi kollha tal-mudelli tal-ajruplani inklużi fit-TC jew fit-TC ristrett. Huwa għandu jissottometti l-lista ta’ dawn l-istrutturi lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2021 jew, qabel il-ħruġ taċ-ċertifikat, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni.
|
(e)
|
Hekk kif tiġi approvata l-lista msemmija fil-paragrafu (d) mill-Aġenzija, l-applikant għal TC jew TC ristrett kif imsemmi fl-ittra (c) tal-Artikolu 1 paragrafu 2 għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punt 26.370.
|
26.307 Id-data tat-tolleranza għad-dannu għall-bidliet eżistenti għall-istruttura kritika f’każ ta’ reħja
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għall-bidliet u l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja (FCMS) mmodifikata li jkunu jeżistu fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:
(i)
|
jirrieżamina l-bidliet fid-disinn (modifikazzjonijiet fid-disinn) u jidentifika l-bidliet kollha li jaffettwaw l-FCBS identifikati skont il-punt 26.306;
|
(ii)
|
għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), jidentifika kwalunkwe struttura assoċjata kritika f’każ ta’ reħja mmodifikata (FCMS);
|
(iii)
|
għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni u jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjonijiet tat-tolleranza għad-danni assoċjati;
|
|
(b)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta lista tal-istrutturi kritiċi f’każ ta’ reħja kollha mmodifikati (FCMS) identifikati skont il-paragrafu (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni.
|
(c)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni, inkluż DTI, li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(iii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Awwissu 2022, għall-approvazzjoni.
|
(d)
|
Hekk kif tiġi approvata mill-Aġenzija l-lista tal-FCMS ippreżentata skont il-paragrafu (b), id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jagħmilha disponibbli għall-operaturi u għall-persuni li huma meħtieġa jikkonformaw mal-punti 26.330 u 26.370.
|
26.308 Id-data tat-tolleranza għat-tiswijiet eżistenti għal struttura kritika f’każ ta’ reħja
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għat-tiswijiet ippubblikati li jkunu jeżistu fis-26 ta’ Frar 2021 għandu:
(i)
|
jirrieżamina d-data tat-tiswija u jidentifika kull tiswija speċifikata fid-data li taffettwa l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja identifikata skont il-paragrafu (a) tal-punt 26.306 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.307;
|
(ii)
|
iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni għal kull tiswija identifikata skont il-paragrafu (a)(i), sakemm din ma tkunx diġà saret.
|
|
(b)
|
Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni, inkluż DTI, li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Mejju 2022 għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx diġà approvata skont il-punt 21.A.435(b)(2) tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 qabel is-26 ta’ Awwissu 2022.
|
26.309 Il-linji gwida għall-evalwazzjoni ta’ tiswija
(a)
|
Detentur ta’ ċertifikat tat-tip (TC) jew ta’ TC ristrett għal ajruplan kbir li jaħdem bit-turbini ċċertifikat fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorr 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollu kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar u li għalih inħareġ TC, jew TC ristrett qabel il-11 ta’ Jannar 2008, għandu jiżviluppa linji gwida tal-evalwazzjoni għat-tiswija (REGs) biex jiġi stabbilit:
(i)
|
proċess għat-twettiq ta’ stħarriġ tal-ajruplan affettwat li jippermetti l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tat-tiswijiet kollha eżistenti li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja identifikata skont il-paragrafu (a) tal-punt 26.306 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.307;
|
(ii)
|
proċess li jippermetti lill-operaturi jiksbu DTI għat-tiswijiet identifikati skont il-paragrafu (a)(i);
|
(iii)
|
skeda ta’ implimentazzjoni li tipprovdi skedi ta’ żmien għat-twettiq ta’ stħarriġ tal-ajruplani, il-kisba ta’ DTIs u l-inkorporazzjoni tad-DTIs fil-programm ta’ manutenzjoni tal-operatur tal-ajruplan.
|
|
(b)
|
Id-detentur ta’ TC jew ta’ TC ristrett għandu jippreżenta linji gwida għall-evalwazzjoni tat-tiswijiet żviluppati skont il-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni.
|
26.330 Id-data tat-tolleranza għad-danni taċ-ċertifikati tat-tip supplementari (STCs) eżistenti, għal bidliet kbar oħra eżistenti u għal tiswijiet li jaffettwaw lil dawk il-bidliet jew l-STCs
(a)
|
Detentur ta’ STC maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 għal bidliet kbar, jew detentur ta’ bidla kbira li tqieset bħala approvata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012, għall-ajruplani kbar iċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollhom kapaċità tat-tagħbija ta’ 3 402 kg (7 500 lbs) jew aktar, għandhom jappoġġaw lill-operaturi meħtieġa li jikkonformaw mal-punt 26.370(a)(ii) billi jindirizzaw l-effetti negattivi ta’ dawk il-bidliet u t-tiswijiet fuq l-istruttura tal-ajruplan u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 26.331 sa 26.334.
|
(b)
|
Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’mudell ta’ ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta dak il-mudell tal-ajruplan ikun jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
(i)
|
ikun elenkat fit-tabella A.1 tal-Appendiċi 1;
|
(ii)
|
ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2021;
|
(iii)
|
ma jkunx ġie ċċertifikat biex iwettaq operazzjoni ċivili bit-tagħbija jew bil-passiġġieri;
|
(iv)
|
ikollu TC ristrett u jkun ġie ċċertifikat skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, sakemm ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tagħha u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi ta’ TC;
|
(v)
|
ikun iċċertifikat b’TC ristrett u jkun mfassal primarjament għat-tifi tan-nar;
|
|
(c)
|
Il-paragrafu (a) m’għandux japplika għal bidliet u tiswijiet kbar f’ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel is-26 ta’ Frar 2021 meta l-bidliet jew it-tiswijiet ma jiġux inkorporati u ma jkunux se jiġu inkorporati fi kwalunkwe ajruplan li jkun qed jitħaddem fi jew wara s-26 ta’ Awwissu 2022.
|
(d)
|
L-eċċezzjonijiet previsti mill-paragrafu (b)(ii) sa (b)(v) u (c) għandhom japplikaw biss wara li d-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla jippreżenta lista ta’ bidliet li jaffettwaw l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja, flimkien ma’ informazzjoni li tappoġġa r-raġunijiet għala kull bidla ġiet inkluża fil-lista, lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022 għall-approvazzjoni.
|
26.331 Il-Pjan ta’ Konformità għad-detenturi tal-STC
Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu:
(a)
|
jistabbilixxi pjan ta’ konformità li jindirizza r-rekwiżiti tal-punti 26.332 sa 26.334;
|
(b)
|
jissottometti l-pjan ta’ konformità msemmi fil-paragrafu (a) lill-Aġenzija qabel il-25 ta’ Awwissu 2021, għall-approvazzjoni.
|
26.332 L-identifikazzjoni tal-bidliet li jaffettwaw l-istruttura kritika f’każ ta’ reħja
(a)
|
Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu:
(i)
|
jirrieżamina l-bidliet u jidentifika dawk il-bidliet li jaffettwaw l-istruttura tal-linja bażi kritika f’każ ta’ reħja;
|
(ii)
|
għal kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i), jidentifika kwalunkwe struttura assoċjata FCMS;
|
(iii)
|
jidentifika t-tiswijiet ippubblikati li jaffettwaw kull bidla identifikata skont il-paragrafu (a)(i).
|
|
(b)
|
Id-detentur tal-approvazzjoni ta’ bidla li nħarġet fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, għandu jiżviluppa u jippreżenta lista ta’ bidliet jew FCMS identifikati skont il-paragrafi (a)(i) u (a)(ii) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni, u wara l-approvazzjoni mill-Aġenzija, jagħmel din il-lista disponibbli għall-persuni u l-operaturi meħtieġa jikkonformaw mal-paragrafu (b)(ii) tal-punt 26.370.
|
(c)
|
Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 għandu:
(i)
|
jiżviluppa u jippreżenta lista tal-bidliet identifikati skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2022, għall-approvazzjoni;
|
(ii)
|
fuq it-talba ta’ operatur li jkun meħtieġ jikkonforma mal-punt 26.370(a)(ii) għal bidla, jidentifika u jelenka kwalunkwe FCMS assoċjati mal-bidla u jippreżenta din id-data lill-Aġenzija fi żmien 12-il xahar mit-talba tal-operaturi, għall-approvazzjoni;
|
(iii)
|
wara l-approvazzjoni ta’ kwalunkwe data ppreżentata skont il-paragrafi (c)(i) u (c)(ii), jagħmel id-data disponibbli lill-persuni u l-operaturi meħtieġa li jikkonformaw mal-paragrafu (b)(ii) tal-punt 26.370.
|
|
26.333 Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u t-tiswijiet f’dawk l-STCs approvati fl-1 ta’ Settembru 2003 jew wara
(a)
|
Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 jew wara, għandu:
(i)
|
għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati, jidentifika skont il-paragrafu (a)(i) tal-punt 26.332 u l-paragrafu (a)(iii) tal-punt 26.332, iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;
|
(ii)
|
jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjoni tat-tolleranza għad-danni assoċjata, sakemm ma tkunx diġà saret.
|
|
(b)
|
Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija qabel is-26 ta’ Frar 2023, għall-approvazzjoni, sakemm ma tkunx diġà approvata skont il-punt 21.B.111 tal-Anness I (Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012.
|
(c)
|
B’deroga mill-paragrafu (b), għal bidliet li ma kellhomx rekwiżit ta’ evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni fil-bażi taċ-ċertifikazzjoni, id-detentur tal-approvazzjoni tat-tip identifikat fil-paragrafu (a) għandu jippreżenta għall-approvazzjoni d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni mwettqa skont il-paragrafu (a) lill-Aġenzija, fl-iskadenzi li ġejjin, skont liema sseħħ l-aħħar:
(i)
|
qabel ma’ jitħaddem ajruplan bl-inkorporazzjoni ta’ dik il-bidla skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 (*); jew
|
(ii)
|
qabel is-26 ta’ Frar 2023.
|
|
26.334 Id-data tat-tolleranza għad-danni għall-STCs u għal bidliet oħra u tiswijiet f’dawk il-bidliet approvati qabel l-1 ta’ Settembru 2003
(a)
|
Detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla li nħarġet qabel l-1 ta’ Settembru 2003 għandu:
(i)
|
għall-bidliet u t-tiswijiet ippubblikati, jidentifika skont il-paragrafu (a)(i) tal-punt 26.332 u l-paragrafu (a)(ii) tal-punt 26.332 iwettaq evalwazzjoni tat-tolleranza għad-danni;
|
(ii)
|
jistabbilixxi u jiddokumenta l-ispezzjoni tat-tolleranza għad-danni assoċjata, sakemm ma tkunx diġà saret;
|
|
(b)
|
Id-detentur ta’ approvazzjoni tal-bidla għandu jippreżenta d-data tat-tolleranza għad-danni li tirriżulta mill-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu (a)(i) lill-Aġenzija, fl-iskadenzi li ġejjin, skont liema sseħħ l-aħħar, għall-approvazzjoni:
(i)
|
qabel ma’ jitħaddem ajruplan bl-inkorporazzjoni ta’ dik il-bidla skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012; jew
|
(ii)
|
qabel is-26 ta’ Frar 2023.
|
|
26.370 Il-kompiti tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u tal-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru
(a)
|
L-operaturi jew is-sidien ta’ ajruplani kbar li jaħdmu bit-turbini ċċertifikati fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara għandhom jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-istrutturi tal-ajruplani li qed jeqdiemu billi jippreparaw il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru previst fil-punt M.A.302 tal-Anness I (Parti-M) għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (**) li għandu jinkludi:
(i)
|
għall-ajruplani ċċertifikati biex iġorru 30 passiġġier jew aktar, jew li jkollhom kapaċità tat-tagħbija akbar minn 3 402 kg (7 500 lbs), programm approvat ta’ spezzjoni bbażat fuq it-tolleranza għad-danni;
|
(ii)
|
għall-ajruplani li jitħaddmu skont l-Anness IV (Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 u ċċertifikati biex iġorru 30 passiġġier jew aktar jew b’kapaċità tat-tagħbija akbar minn 3 402 kg (7 500 lbs), mezz biex jindirizzaw l-effetti negattivi li t-tiswijiet u l-modifiki jista’ jkollhom fuq struttura kritika f’każ ta’ reħja u fuq l-ispezzjonijiet previsti fil-punt (a)(i);
|
(iii)
|
għall-ajruplani ċċertifikati b’piż massimu tal-qtugħ mill-art (MTOW) ta’ aktar minn 34 019 kg (75 000 lbs), LOV approvat;
|
|
(b)
|
L-iskadenzi li ġejjin għandhom japplikaw għall-obbligi msemmija fil-paragrafu (a):
(i)
|
il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) qabel is-26 ta’ Frar 2024 jew, qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema sseħħ l-aħħar;
|
(ii)
|
il-programm ta’ manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jiġi rivedut biex jindirizza r-rekwiżiti tal-punti (a)(iii) qabel is-26 ta’ Awwissu 2021, jew sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-LOV, jew qabel it-tħaddim tal-ajruplan, skont liema sseħħ l-aħħar;
|
|
(c)
|
Għal mudell ta’ ajruplan li jkun ġie ċċertifikat għall-ewwel darba qabel s-26 ta’ Frar 2021 u:
(i)
|
li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Frar 2024 il-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) m’għandhomx japplikaw;
|
(ii)
|
li ma jibqax jitħaddem wara s-26 ta’ Awwissu 2021 il-punt (a)(iii) m’għandux japplika;
|
(iii)
|
li jkollu TC ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 skont ir-rekwiżiti ta’ tolleranza għad-danni, sakemm dan ma jitħaddimx iżjed minn 75 % tal-mira tas-servizz tad-disinn tiegħu u jitħaddem primarjament b’appoġġ għall-operazzjoni ta’ manifattura tad-detenturi tal-approvazzjoni l-punti (a)(i), (a)(ii) u (a)(iv) m’għandhomx japplikaw;
|
|
(d)
|
Għal mudell ta’ ajruplan b’ċertifikat tat-tip ristrett maħruġ qabel is-26 ta’ Frar 2021 u l-iskop prinċipali tiegħu jkun it-tifi tan-nar, il-punti (a)(i) u (a)(ii) m’għandhomx japplikaw.
|
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1)."
(**) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).”;"
|