31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 248/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1138

tas-27 ta’ Mejju 2020

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jinkludi l-Gżejjer Solomon fl-Anness I

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 li japplika l-arranġamenti għal prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehimiet li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jelenka l-pajjiżi li għalihom japplikaw l-arranġamenti għall-aċċess għas-suq previsti minn dan ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta’ Frar 2020 il-Kunsill, f’isem l-Unjoni, approva l-adeżjoni tal-Gżejjer Solomon fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn l-Unjoni u l-Istati tal-Paċifiku. Wara d-depożizzjoni tal-Att ta’ Adeżjoni min-naħa tal-Gżejjer Solomon, il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim ikun applikat b’mod proviżorju bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Solomon mis-17 ta’ Mejju 2020.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Gżejjer ta’ Solomon jiġu inklużi fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/1076 jiddaħħal dan li ġej wara l-kliem “IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES”:

 

“IL-GŻEJJER SOLOMON”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 185, 8.7.2016, p. 1.