20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/28


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1059

tas-27 ta’ April 2020

li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 fir-rigward tat-tikkettar ta’ ċerti prodotti relatati mal-enerġija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 (2) fihom żbalji fil-punti 1(1)(IV) u 1(1)(V) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti, u fil-punti 1(f) u 1(i) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena fl-iskeda tal-prodott tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra mogħtija mal-prodott.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 1(c) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata dwar il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tingħata dwar il-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(4)

Il-verżjoni lingwistika bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fiha żball fil-punt 1(c)(ii) tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’kWh kull sena tal-konsum annwali standard tal-enerġija (SAEC ) ta’ ċerti magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(5)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 fihom żball fil-punt 3 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’litri tal-konsum annwali tal-ilma (AWC ) tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti.

(6)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (3) fihom żball fil-punt 1(1)(IV) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għat-tagħmir refriġeranti domestiku kklassifikat fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa C.

(7)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 fihom żball fil-punt 1(f) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena fl-iskeda tal-prodott tat-tagħmir refriġeranti domestiku li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott.

(8)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 fihom żball fil-punt 1(b) tal-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata dwar it-tagħmir refriġeranti domestiku f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri.

(9)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 (4) fihom żbalji fil-punti 1(1)(IV) u 1(1)(V) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u l-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(10)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żbalji fil-punti 1(f) u 1(i) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena u l-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena fl-iskeda tal-prodott tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott.

(11)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żball fil-punt 1(c) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tingħata fir-rigward tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(12)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żball fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) f’litri kull sena li trid tingħata fir-rigward tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(13)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fihom żbalji fil-punt 2 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’litri tal-konsum annwali ppeżat tal-ilma (AWC ) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(14)

Il-verżjoni lingwistika bil-Ġermaniż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 fiha żball fil-punt 3 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu f’perċentwali tal-kontenut ippeżat ta’ ndewwa residwali (D) tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi.

(15)

Il-verżjoni lingwistika bil-Grieg tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 (5) fiha żball fil-punt 1(a)(IV) tal-Anness V fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts fil-modalità mixgħul li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għat-televixins.

(16)

Il-verżjoni lingwistika bit-Taljan tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 (6) fiha żbalji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 4 f’dak li jirrigwarda r-referenzi għall-klassi enerġetika fir-riklami u fil-materjal promozzjonali tekniku għall-kundizzjonaturi tal-arja u r-referenzi għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu fuq l-imballaġġ, fid-dokumentazzjoni dwar il-prodott u fil-materjal promozzjonali jew pubbliċitarju.

(17)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 1.1(a)(V), 1.1(a)(VI), 1.1(a)(VII) u 1.1(a)(VIII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn f’kW għall-modalità tat-tkessiħ, it-tagħbija tad-disinn f’kW għall-modalità tat-tisħin, il-valur tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (SEER) għall-modalità tat-tkessiħ u l-valur tal-koeffiċjent staġonali tal-prestazzjoni (SCOP) għall-modalità tat-tisħin li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, ikklassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(18)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 1.1(a)(IX) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli, ikklassifikati fi klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(19)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 1.5(iv)(10) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri SCOP u SEER għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli.

(20)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 2.1(a)(V) u 2.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ f’kW u l-valur SEER li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(21)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 2.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(22)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 2.5(iv)(10) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur SEER għall-kundizzjonaturi tal-arja li jkessħu biss.

(23)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 3.1(a)(V) u 3.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin f’kW u l-valur SCOP li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(24)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 3.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G.

(25)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 3.5(iv)(9) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri SCOP għall-kundizzjonaturi tal-arja li jsaħħnu biss.

(26)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.1(a)(V) u 4.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’ kW u dwar il-valuri tal-proporzjon nominali tal-effiċjenza enerġetika (EERrated) u tal- koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni (COPrated) li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(27)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(28)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.2(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri tal-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u tal-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EER) għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal doppju, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(29)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.3(a)(V) u 4.3(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW u dwar il-valur EERrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(30)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.3(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(31)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.4(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur EER għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(32)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 4.5(a)(V) u 4.5(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW u dwar il-valur COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(33)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.5(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(34)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 4.6(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur COP għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal doppju li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(35)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.1(a)(V) u 5.1(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għall-modalitajiet tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW u dwar il-valuri EERrated u COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(36)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fil-punt 5.1(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta minn dawk l-iżbalji.

(37)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.2(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valuri tal-EER u tal-COP għall-kundizzjonaturi tal-arja riversibbli b’kanal singolu, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(38)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.3(a)(V) u 5.3(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW u dwar il-valur l-EERrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(39)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fih żbalji fil-punt 5.3(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta minn dawk l-iżbalji.

(40)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.4(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur EER għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jkessħu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(41)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żbalji fil-punti 5.5(a)(V) u 5.5(a)(VI) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW u dwar il-valur COPrated li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(42)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.5(a)(VII) tal-Anness III fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, li huma kklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(43)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 fihom żball fil-punt 5.6(iv)(11) tal-Anness III fir-rigward tar-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati għad-disinn tat-tikketta fir-rigward tal-valur COP għall-kundizzjonaturi tal-arja b’kanal singolu li jsaħħnu biss, ikklassifikati fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa D.

(44)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 (7) fihom żball fil-punt 1(1.1)(IV) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh kull sena li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeg b’vent tal-arja.

(45)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fihom żbalji fil-punt 1(f) tal-Anness II fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) fl-iskeda tal-prodott għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bl-elettriku, u l-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) fl-iskeda tal-prodott għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bil-gass, li trid tiġi inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’letteratura oħra li tingħata mal-prodott, u fil-punt 1(f)(i) tal-Anness III fir-rigward tal-parametri tekniċi għall-kejl tal-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) għall-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi li jaħdmu bil-gass li jridu jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(c) ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega.

(46)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fihom żbalji fil-punt 1(d) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) li trid tiġi pprovduta għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bl-elettriku u l-informazzjoni dwar il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas) u AEC(Gas)el ) li trid tiġi pprovduta għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li jaħdmu bil-gass, f’każijiet fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost, u fil-punt 1(f) ta’ dak l-Anness fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija (Edry, Edry½, Egdry, Egdry½, Egdry,a, Egdry½,a ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali li trid tingħata għall-magni domestiċi tat-tnixxif tal-ħwejjeġ fejn l-utenti aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(47)

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 fih żball fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tal-Anness VI fir-rigward tal-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma milquta b’dak l-iżball.

(48)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (8) fihom żbalji fil-punt 1(2)(IV) tal-Anness I fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum ippeżat tal-enerġija (EC ) f’kWh kull 1000 siegħa, li trid tiġi inkluża fit-tikketta tal-enerġija għall-bozoz tal-elettriku.

(49)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Grieg, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 fihom żball fil-punt 1(b) tal-Anness IV fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-konsum ippeżat tal-enerġija f’kWh kull 1000 siegħa li trid tingħata fir-rigward tal-bozoz tal-elettriku f’każijiet fejn is-sidien aħħarin ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott espost.

(50)

Il-verżjoni lingwistika bil-Ġermaniż tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012 fiha żball fit-tieni u fit-tielet paragrafu tal-parti 1 tal-Anness VII fir-rigward tal-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta’ mudell ta’ bozza.

(51)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 jiġu kkoreġuti kif xieraq.

(52)

Ir-Regolamenti Delegati (UE) Nru 1059/2010, (UE) Nru 1060/2010, (UE) Nru 1061/2010, (UE) Nru 1062/2010, (UE) Nru 626/2011, (UE) Nru 392/2012 u (UE) Nru 874/2012 ġew adottati bl-użu tal-istess bażi ġuridika. Huma jikkonċernaw rekwiżiti relatati fir-rigward ta’ gruppi speċifiċi ta’ prodotti relatati mal-enerġija. Sabiex jiġi żgurat li l-iżbalji f’dawk l-atti relatati jkunu indirizzati b’mod koerenti, dawk ir-Regolamenti Delegati jenħtieġ li jiġu kkoreġuti permezz ta’ att wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1059/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1(1), il-punti IV u V huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 1(b) tal-Anness VII. Dan għandu jkun deskritt bħala “Konsum tal-Enerġija ’X’ kWh fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif li fihom jintużaw ilma kiesaħ u modalitajiet b’konsum baxx. Il-konsum proprju tal-enerġija jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku.”;”;

(b)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness VII; dan għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum tal-ilma ’X’ litri fis-sena, abbażi ta’ 280 ċiklu standard tat-tindif. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża l-apparat domestiku.”;”;

3.

fl-Anness IV, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ), f’kWh fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(b);”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-konsum annwali tal-ilma (AWC ), f’litri fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 3;”;

4.

l-Anness VII huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

(b)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.

KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA

Il-konsum annwali tal-ilma (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-platti jiġi kkalkulat f’litri, u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ, permezz ta’ din il-formula:

AWC = Wt × 280

fejn:

Wt = il-konsum tal-ilma għaċ-ċiklu standard tat-tindif, li jiġi indikat f’litri u aġġustat sal-ewwel ċifra wara l-punt deċimali.”.

Artikolu 2

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1060/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness II, fil-punt 1(1), il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f’kWh fis-sena aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;”;

2.

fl-Annex III, fil-punt 1, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija (AEC ) espress f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII. Dan għandu jkun deskritt bħala: “Konsum ta’ enerġija ’XYX’ kWh fis-sena, ibbażat fuq riżultati ta’ test standard għal 24 siegħa. Il-konsum propju ta’ enerġija jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir u fejn ikun jinsab”;”;

3.

fl-Anness V, fil-punt 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-konsum annwali tal-enerġija espress f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-punt 3(2) tal-Anness VIII;”.

Artikolu 3

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1061/2010 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1(1), il-punti IV u V huma sostitwiti b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;

V.

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AWC ), f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta’ enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta’ ħasil għall-programm għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C u 40 °C b’tagħbija sħiħa u parzjali, u l-konsum tal-modalitajiet ta’ enerġija baxxa. Il-konsum proprju ta’ enerġija jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;”;

(b)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat (AW C ) f’litri fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ; għandu jiġi deskritt kif ġej: “Konsum ta’ ilma ‘X’ litri fis-sena, ibbażat fuq 220 ċiklu standard ta’ ħasil għall-programmi għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C u 40 °C b’tagħbija sħiħa u parzjali. Il-konsum proprju tal-ilma jiddependi minn kif jintuża t-tagħmir.”;”;

3.

fl-Anness IV, il-punt 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat, indikat f’kWh fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 1(c);”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

il-konsum annwali tal-ilma ppeżat f’litri fis-sena u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII, il-punt 2(a);”;

4.

l-Anness VII huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.

KALKOLU TAL-KONSUM ANNWALI TA’ ILMA PPEŻAT

(а)

Il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat (AWC ) ta’ magna domestika tal-ħasil tal-ħwejjeġ jiġi kkalkulat kif ġej u aġġustat ’il fuq għal numru sħiħ:

AWC = Wt × 220

fejn:

Wt

=

il-konsum annwali ta’ ilma ppeżat;

220

=

l-għadd totali taċ-ċikli standard tal-ħasil fis-sena.

(b)

Il-konsum tal-ilma ppeżat (Wt ) jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja u aġġustat ’il fuq għal numru sħiħ:

Image 1

fejn:

Wt,60

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija sħiħa;

Image 2

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 60 °C b’tagħbija parzjali;

Image 3

=

il-konsum ta’ ilma tal-programm standard għall-qoton b’temperatura ta’ 40 °C b’tagħbija parzjali.”;

(b)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 4

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2010

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 5

Korrezzjonijiet għar-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 626/2011 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

2.

l-Anness III huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

fil-punt 1.1(a), il-punti V, VI, VII u VIII huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

għall-modalità tat-tkessiħ: it-tagħbija tad-disinn f’kW, aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed;

VI.

għall-modalità tat-tisħin: it-tagħbija tad-disinn f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;

VII.

għall-modalità tat-tkessiħ: il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed;

VIII.

għall-modalità tat-tisħin: koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (valur SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq sa numru deċimali wieħed. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(b)

fil-punt 1.1(a), il-punt IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IX.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, għat-tkessiħ u t-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-profili klimatiċi li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(c)

fil-punt 1.5(iv), il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 4

Valuri SCOP u SEER, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘SEER’/ ‘SCOP’: Calibri regulari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ’X,Y’: Calibri tipa grassa 11 pt, 100 % iswed.”;

(d)

fil-punt 2.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

it-tagħbija tad-disinn għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika staġonali (il-valur SEER), aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(e)

fil-punt 2.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh kull sena, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(f)

fil-punt 2.5(iv), il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 5

Valur tas-SEER aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Bordura: 3 pt – kulur: cyan 100 % – truf fit-tond: 3,5 mm.

Kitba ‘SEER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(g)

fil-punt 3.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

it-tagħbija tad-disinn għat-tisħin f’kW, sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tat-tagħbija tad-disinn tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;

VI.

il-koeffiċjent tal-prestazzjoni staġonali (SCOP), sa 3 staġuni ta’ tisħin aġġustat ’il fuq għall-ewwel numru deċimali. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tas-SCOP tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(h)

fil-punt 3.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum annwali tal-enerġija f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ. Il-valuri għall-istaġuni ta’ tisħin li l-valur tal-konsum annwali tal-enerġija tagħhom ma jingħatax għandhom jiġu indikati permezz ta’ ‘X’;”;

(i)

fil-punt 3.5(iv), il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 6

Il-valuri tas-SCOP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘SCOP’: Calibri regolari 10 pt, kapitali, 100 % iswed.

Value ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 11 pt, 100 % iswed.”;

(j)

fil-punt 4.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel punt deċimali;”;

(k)

fil-punt 4.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għall-modalità tkessiħ u tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(l)

fil-punt 4.2(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 7

Valuri COP u EER, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’/ ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(m)

fil-punt 4.3(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur EERrated, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(n)

fil-punt 4.3(a il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(o)

fil-punt 4.4(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 8

Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(p)

fil-punt 4.5(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tisħin, f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur COPrated, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(q)

fil-punt 4.5(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(r)

fil-punt 4.6(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 9

Valur COP, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 %.”;

(s)

fil-punt 5.1(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għall-modalità tat-tkessiħ u tat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valuri tal-EERrated u tal-COPrated, aġġustati ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(t)

fil-punt 5.1(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, għat-tkessiħ u għat-tisħin, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ;”;

(u)

fil-punt 5.2(iv), il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 10

Valuri EER u COP, aġġustati ‘l fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(v)

fil-punt 5.3(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tkessiħ f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur EERrated aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(w)

punt 5.3(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(x)

fil-punt 5.4(iv), il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 11

Valur EER, aġġustat ‘il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘EER’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Valur ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”;

(y)

fil-punt 5.5(a), il-punti V u VI huma sostitwiti b’dan li ġej:

“V.

il-kapaċità nominali għat-tisħin f’kW, aġġustata ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;

VI.

il-valur COPrated, aġġustat ’l fuq sal-ewwel numru deċimali;”;

(z)

fil-punt 5.5(a), il-punt VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“VII.

il-konsum tal-enerġija kull siegħa f’kWh kull 60 minuta, aġġustat ’il fuq għall-eqreb numru sħiħ;”;

(aa)

fil-punt 5.6(iv), il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Image 12

Valur COP, aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru deċimali:

Kitba ‘COP’: Calibri regolari 14 pt, kapitali, 100 % iswed.

Value ‘X,Y’: Calibri tipa grassa 22 pt, 100 % iswed.”.

Artikolu 6

Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 392/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt 1.1, il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ) f’kWh fis-sena, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

2.

fl-Anness II, fil-punt 1, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;”;

3.

fl-Anness III, fil-punt 1(f), il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum tal-enerġija (Edry, Image 13 , Egdry, Image 14 , Egdry,a, Image 15 ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali,

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;”;

4.

fl-Anness IV, il-punt (1) huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bl-elettriku:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel numru sħiħ, li għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;

għal magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ li taħdem bil-gass:

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEc(Gas) ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh-Gass fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal-enerġija f’kull ċiklu jiddependi fuq kif jintuża l-apparat.’;

u

il-konsum annwali ppeżat tal-enerġija (AEC(Gas)el ), aġġustat ’il fuq sal-ewwel punt deċimali; dan għandu jiġi deskritt bħala: ‘Konsum tal-enerġija ‘X’ kWh fis-sena, ibbażat fuq 160 ċiklu ta’ tnixxif tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, u fuq il-konsum tal-modalitajiet ta’ konsum baxx tal-enerġija. Il-konsum proprju tal- enerġija f’kull ċiklu jiddependi minn kif jintuża l-apparat.’;”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

il-konsum tal-enerġija (Edry , Image 16 , Egdry , Image 17 , Egdry,a , Image 18 ) tal-programm standard għall-qoton b’ħasla sħiħa u parzjali, aġġustat ’il fuq sa żewġ punti deċimali u kkalkulat skont l-Anness VII;”;

5.

fl-Anness VI, fil-punt 2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-effiċjenza ppeżata tal-kondensazzjoni (Ct ) ta’ magna domestika tat-tnixxif tal-ħwejjeġ b’kondensatur għandha tiġi stabbilita skont il-punt 3 tal-Anness VII.”.

Artikolu 7

Korrezzjonijiet għar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012

Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 874/2012 huwa kkoreġut kif ġej:

1.

fl-Anness I, fil-punt (2), il-punt IV huwa sostitwit b’dan li ġej:

“IV.

il-konsum annwali tal-enerġija ppeżat (EC ) f’kWh għal kull 1 000 siegħa, ikkalkulat u aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ skont l-Anness VII.”;

2.

fl-Anness IV, fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

fejn meħtieġ mill-Anness I, il-konsum tal-enerġija ppeżat f’kWh għal kull 1 000 siegħa, aġġustat ’il fuq sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont il-parti 2 tal-Anness VII.”;

3.

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1059/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikketti li jindikaw il-konsum tal-enerġija tal-magni domestiċi tal-ħasil tal-platti (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 47).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku għat-televixins (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 64).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 tal-4 ta’ Mejju 2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (ĠU L 178, 6.7.2011, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2012 tal-1 ta’ Marzu 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar dwar il-konsum tal-enerġija tal-magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ domestiċi (ĠU L 123, 9.5.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta’ Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil (ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1).