|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/43 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/910
tat-30 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, (UE) 2019/103 u (UE) 2019/1583 fir-rigward tad-deżinjazzjoni mill-ġdid tal-linji tal-ajru, tal-operaturi u tal-entitajiet li jipprovdu kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiżi terzi, kif ukoll il-posponiment ta’ ċerti rekwiżiti regolatorji fil-qasam taċ-ċibersigurtà, tal-kontroll tal-isfond, tal-istandards tat-tagħmir b’sistemi għad-detezzjoni tal-isplussivi, u tat-tagħmir għad-detezzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi, minħabba l-pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-impatt devastanti tal-pandemija COVID-19 attwali fuq l-avjazzjoni ċivili internazzjonali u Ewropea qed jillimita bil-kbir il-kapaċità tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea kollha li jkollhom katina tal-provvista effettiva u effiċjenti. Is-servizzi tal-merkanzija kontinwi u mingħajr interruzzjoni għandhom importanza strateġika essenzjali għall-Unjoni u jaqdu rwol fundamentali fit-twassil tal-oġġetti essenzjali, fosthom il-mediċini, it-tagħmir mediku, u sustanzi u komoditajiet oħra. |
|
(2) |
Ir-reġim tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru lejn l-UE, kif stabbilit fil-punt 6.8 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2), jeżiġi li t-trasportaturi bl-ajru li jġorru merkanzija u posta fl-Unjoni Ewropea jiġu ddeżinjati kull ħames snin bħala “Trasportatur tal-Merkanzija jew tal-Posta bl-Ajru li jopera fl-Unjoni minn Pajjiż Terz” (ACC3) u li l-fornituri tagħhom tas-servizzi fl-art jiġu ddeżinjati kull tliet snin bħala “aġent regolat u validat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz” (RA3) jew “speditur magħruf validat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE minn pajjiż terz” (KC3). |
|
(3) |
Bħala parti mill-proċess tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għad-deżinjazzjoni ta’ ACC3, RA3 u KC3, trid issir żjara fuq il-post fl-istabbiliment tal-operatur minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE biex tkun konfermata l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri. |
|
(4) |
Waqt il-pandemija attwali tal-COVID-19, it-twettiq taż-żjarat fuq il-post għad-deżinjazzjoni u għad-deżinjazzjoni mill-ġdid tat-trasportaturi bl-ajru u tal-operaturi tal-merkanzija fil-pajjiżi terzi ntlaqat u/jew ixxekkel bil-kbir minħabba raġunijiet oġġettivi, lil hinn mir-responsabbiltà jew mill-kontroll ta’ dawk it-trasportaturi jew l-operaturi. |
|
(5) |
Għadd kbir ta’ deżinjazzjonijiet bħala ACC3, RA3 u KC3 waslu biex jiskadu fix-xhur li ġejjin jew diġà skadew, mingħajr il-possibbiltà li ssir iż-żjara tal-validazzjoni meħtieġa fuq il-post. Fin-nuqqas tal-istatus rilevanti tal-Unjoni, dawn l-operaturi ma jistgħux jibqgħu joperaw fil-katina tal-provvista sigura lejn l-Unjoni, u b’hekk ma jkunux jistgħu jitkomplew l-operazzjonijiet essenzjali f’dawn iż-żminijiet kritiċi. |
|
(6) |
Hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri urġenti li jistabbilixxu l-bażi ġuridika xierqa biex jitwettaq proċess alternattiv u mħaffef għall-validazzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-operaturi tal-katina tal-provvista lejn l-Unjoni li ntlaqtu mis-sitwazzjoni attwali. |
|
(7) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/103 (3) u (UE) 2019/1583 (4), li jemendaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, introduċew rekwiżiti regolatorji applikabbli mill-31 ta’ Diċembru 2020 fl-oqsma tal-kontroll tal-isfond għall-persunal tal-avjazzjoni ċivili u ċ-ċibersigurtà, rispettivament. Il-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-operaturi li jħejju l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ dawk ir-rekwiżiti qed tintlaqat serjament mill-effetti tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija COVID-19, sal-punt li jeħtieġ tiġi posposta d-data tal-applikazzjoni. |
|
(8) |
Il-punt 12.4.2.2 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jistabbilixxi l-1 ta’ Settembru 2020 bħala d-data tal-iskadenza għat-tagħmir b’sistemi għad-detezzjoni tal-isplussivi (l-EDS) tal-istandard 2. Il-kapaċità ta’ għadd ta’ ajruporti fl-Unjoni li jlestu l-proċess tal-installazzjoni u tal-attivazzjoni tat-tagħmir tas-sistema għad-detezzjoni tal-isplussivi (l-EDS) tal-istandard 3 qed tintlaqat serjament mill-effetti tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija COVID-19, sal-punt li jeħtieġ tiġi posposta d-data tal-applikazzjoni. It-tagħmir tal-EDS tal-istandard 3 joffri kapaċità akbar ta’ prestazzjoni u ta’ detezzjoni li tista’ tgħin biex tiżdied is-sigurtà, u għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jibqgħu kommessi li jlestu l-implimentazzjoni ta’ din it-teknoloġija mingħajr aktar dewmien. |
|
(9) |
Il-punt 12.6.3 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jistabbilixxi l-1 ta’ Lulju 2020 bħala d-data sa meta l-awtorità xierqa tista’ tippermetti li jissokta l-użu tat-tagħmir għad-detezzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (l-ETD) li ma jkunx konformi mad-Dokument Mehmuż 12-L. Il-kapaċità ta’ għadd ta’ ajruporti fl-Unjoni li jlestu l-proċess tal-installazzjoni tat-tagħmir il-ġdid tad-detezzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi (l-ETD) qed tintlaqat serjament mill-effetti tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija COVID-19, sal-punt li jeħtieġ tiġi posposta d-data ta’ hawn fuq ħalli jkunu evitati l-konsegwenzi legali, b’mod li jpoġġix is-sigurtà tal-avjazzjoni f’riskju żejjed. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, (UE) 2019/103 u (UE) 2019/1583 jiġu emendati skont dan. |
|
(11) |
L-istatus tal-Unjoni ta’ xi operaturi ACC3, RA3 u KC3 diġà skada fl-ewwel fażi tal-pandemija attwali tal-COVID-19, jew eżattament qabel faqqgħet meta kellu jitnieda u jitwettaq il-proċess tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE rilevanti, u għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ jipproduċi l-effetti tiegħu b’mod retroattiv, u jippermetti li dawk l-operaturi li skadielhom l-istatus tagħhom jibbenefikaw mill-miżuri previsti fih. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-interessi u d-drittijiet leġittimi, jew ma jillimitawx l-aspettattiva ta’ trasportaturi tal-ajru, operaturi, entitajiet jew Stati oħra. |
|
(13) |
Biex l-Istati Membri jingħataw il-bażi ġuridika ħalli jniedu minnufih il-proċess alternattiv u mħaffef tal-validazzjoni u tad-deżinjazzjoni tal-operaturi tal-katina tal-provvista lejn l-Unjoni, tant meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet tal-merkanzija lejn l-Unjoni, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fit-tieni sentenza tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/103, id-data “Il-31 ta’ Diċembru 2020” tinbidel bid-data “Il-31 ta’ Diċembru 2021”.
Artikolu 3
Fil-punt (26) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/103, id-dati “Il-31 ta’ Diċembru 2020” u “It-30 ta’ Ġunju 2023” fil-punt 11.1.12 jinbidlu bid-dati “il-31 ta’ Diċembru 2021” u “It-30 ta’ Ġunju 2024”.
Artikolu 4
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583, id-data “Il-31 ta’ Diċembru 2020” tinbidel bid-data “Il-31 ta’ Diċembru 2021”.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/103 tat-23 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 rigward il-kjarifika, l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni, kif ukoll it-tisħiħ ta’ ċerti miżuri speċifiċi tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 21, 24.1.2019, p. 13).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1583 tal-25 ta’ Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, fir-rigward tal-miżuri taċ-ċibersigurtà (ĠU L 246, 26.9.2019, p. 15).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jiżdiedu l-punti 6.8.1.7 sa 6.8.1.9 li ġejjin:
|
|
(2) |
jiżdiedu l-punti 6.8.4.11 u 6.8.4.12 li ġejjin:
|
|
(3) |
il-punt 11.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(4) |
il-punt 12.4.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 12.4.2.4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
il-punt 12.4.2.6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
il-punt 12.6.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|