|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/909
tat-30 ta’ Ġunju 2020
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mill-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”) (“il-pajjiżi kkonċernati”) impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 (2) wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti”). |
|
(2) |
Il-miżuri huma fis-seħħ fil-forma ta’ dazju ad valorem stabbilit għal 31,2 % fuq importazzjonijiet mir-RPĊ, bl-eċċezzjoni ta’ Erdos Xijin Kuangye Co. (15,6 %) u Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., (29,0 %) u 22,7 % fuq importazzjonijiet mir-Russja, bl-eċċezzjoni ta’ Bratsk Ferroalloy Plant (17,8 %). |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (3) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċiviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(4) |
It-talba għal rieżami tressqet fit-3 ta’ Jannar 2019 minn Euroalliages (“l-applikant”) f’isem produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ferrosiliċju. |
|
(5) |
It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping u fir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu
|
(6) |
Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-RPĊ u mir-Russja. Fit-2 ta’ April 2019, hija ppubblikat notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(7) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2018 sal-31 ta’ Marzu 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
1.5. Il-partijiet interessati
|
(8) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikanti, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufa fir-RPĊ u fir-Russja, lill-importaturi, l-utenti u n-negozjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(9) |
Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.5.1. Il-kampjunar
|
(10) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.2. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(11) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba’ produtturi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-akbar volumi ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(12) |
Il-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni kien jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.5.3. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(13) |
Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti fil-proċediment, fl-istadju tal-bidu l-Kummissjoni kkunsidrat li tillimita għal numru raġonevoli l-importaturi mhux relatati investigati billi għażlet kampjun f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament anti-dumping bażiku. |
|
(14) |
Billi l-ebda importatur mhux relatat ma wieġeb għall-kwestjonarju tal-kampjunar mehmuż man-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax il-kampjunar għall-importaturi mhux relatati. |
1.5.4. Il-kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ u fir-Russja
|
(15) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi magħrufa kollha tal-prodott taħt rieżami fir-RPĊ u fir-Russja sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(16) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea u lill-Missjoni tal-Federazzjoni Russa għall-Unjoni Ewropea sabiex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(17) |
Kumpanija Ċiniża rritornat il-formola tal-kampjunar u indikat li hija kienet tipproduċi u biegħet il-ferrosiliċju lill-Unjoni. |
|
(18) |
Parti waħda Russa rritornat il-formoli tal-kampjunar iżda dik il-parti indikat li ma kinitx tipproduċi ferrosiliċju kif iddefinit fin-Notifika ta’ Bidu. Żewġ produtturi esportaturi Russi magħrufa ppreżentaw ruħhom iżda ma rritornawx il-formoli tal-kampjunar. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(19) |
Kopji tal-kwestjonarji tqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ meta nbeda l-każ. |
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet ittri lill-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lill-kumpanija Ċiniża msemmija fil-premessa (17) u liż-żewġ produtturi esportaturi Russi msemmija fil-premessa (18), fejn talbithom jimlew il-kwestjonarju maħsub għalihom. |
|
(21) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand l-erba’ produtturi tal-Unjoni u mingħand utent wieħed. |
|
(22) |
Wara li rċiviet il-kwestjonarju, il-kumpanija Ċiniża msemmija fil-premessa (17) hawn fuq informat lill-Kummissjoni li fil-fatt kienet negozjant, u mhux produttur. Għalhekk ġiet informata li jenħtieġ li ma tweġibx għall-kwestjonarju. Iż-żewġ produtturi esportaturi Russi msemmija fil-premessa (18) aktar ’il fuq wieġbu li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tas-suq, huma kienu ddeċidew li ma jħejjux u ma jipprovdux tweġiba għall-kwestjonarju. Madankollu, huma indikaw ukoll li riedu jikkooperaw “fl-aspetti l-oħra kollha tal-investigazzjoni (…)”. Dawn iż-żewġ produtturi esportaturi ngħataw l-istatus ta’ parti interessata, iżda tqiesu li ma kkooperawx billi qatt ma wieġbu għall-formola tal-kampjunar u lanqas ma ppruvaw iwieġbu l-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi. Wara d-divulgazzjoni finali, il-partijiet ikkonċernati kkontestaw id-determinazzjoni tal-Kummissjoni li tqishom li ma kkooperawx u ssottomettew li kien jenħtieġ li l-Kummissjoni mhux biss tivvaluta kif xieraq iżda anki tivverifika l-ammont limitat ta’ informazzjoni parzjali li kienu ssottomettew f’sottomissjoni bil-miktub. Dik il-pretensjoni ġiet miċħuda, kif spjegat fil-premessa (189) hawn taħt. |
|
(23) |
Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi la fir-RPĊ u lanqas fir-Russja. |
1.7. Il-verifika
|
(24) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni. Saru żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin: Produtturi tal-Unjoni:
|
1.8. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw mir-RPĊ
|
(25) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li kellha tendenza turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tar-RPĊ fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(26) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi tar-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. L-ebda produttur/produttur esportatur ma ssottometta l-informazzjoni mitluba fl-Anness III. |
|
(27) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) fir-rigward tad-distorsjonijiet sinifikanti allegati skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju. |
|
(28) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha sabiex iressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar kemm hi xierqa l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda sottomissjoni jew evidenza addizzjonali f’dak ir-rigward. |
|
(29) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkun li jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tiddetermina l-valur normali bbażat fuq prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(30) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel nota għall-fajl (“l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni) fejn talbet il-fehmiet tal-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, f’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u x-xogħol użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew ta’ parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli: il-Brażil, ir-Russja u t-Turkija. |
|
(31) |
Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand l-applikant biss. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fit-tieni nota tal-15 ta’ Ottubru 2019 (“it-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni”). Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, il-Brażil kien l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment. |
2. IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
|
(33) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u r-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri ferrosiliċju li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġina mir-RPĊ u mir-Russja (“il-prodott taħt rieżami”). |
2.2. Il-prodott simili
|
(34) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-ferrosiliċju prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fir-Russja, fir-RPĊ u fil-pajjiż rappreżentattiv, u l-ferrosiliċju prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi bażiċi. |
|
(35) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING
3.1. Rimarki preliminari
|
(36) |
F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping mir-RPĊ jew mir-Russja. |
3.1.1. IR-RPĊ
|
(37) |
Kif imsemmi fil-premessa (23), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi naqsu milli jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju, inkluża kwalunkwe data dwar il-prezzijiet u l-kostijiet tal-esportazzjoni, il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi, il-kapaċità, il-produzzjoni, l-investimenti, eċċ. Bl-istess mod, il-GTĊ u l-produtturi esportaturi naqsu milli jindirizzaw l-evidenza fil-fajl tal-każ, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet tad-Difiża tal-Kummerċ” (5) (traduzzjoni mhux uffiċjali, “ir-Rapport”), u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, li turi li dawn il-prezzijiet u kostijiet kienu affettwati minn interventi sostanzjali tal-gvern. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(38) |
Il-Kummissjoni nnotifikat lill-awtoritajiet Ċiniżi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment. |
|
(39) |
Fuq dik il-bażi, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari, l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza, fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Eurostat u Global Trade Atlas (“GTA”)) u data statistika minn fornituri indipendenti ta’ informazzjoni dwar l-ipprezzar, aħbarijiet, data, analiżi u konferenzi għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar bħal Metal expert (6) u AlloyConsult (7). |
3.1.2. Ir-Russja
|
(40) |
Kif imsemmi fil-premessa (23), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Russi ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-produtturi esportaturi naqsu milli jissottomettu tweġibiet għall-kwestjonarju. Il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand il-Gvern tar-Russja (“GTR”) u miż-żewġ produtturi esportaturi. |
|
(41) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Russi, il-Kummissjoni nnotifikat lill-GTR u liż-żewġ produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (18) dwar l-intenzjoni tagħha li tuża l-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u tathom l-opportunità li jikkummentaw. Il-produtturi esportaturi Russi wieġbu li fehmu l-konsegwenzi possibbli u ma wasal l-ebda kumment mingħand il-GTR. |
|
(42) |
Fuq dik il-bażi, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari, l-informazzjoni li tinsab fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza, fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, flimkien ma’ sorsi oħra ta’ informazzjoni bħall-istatistika kummerċjali dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet (Eurostat u Global Trade Atlas (“GTA”)) u data statistika minn sit web speċjalizzat bħal Metal Expert u rapporti ta’ esperti indipendenti bħal AlloyConsult. |
3.2. Il-kontinwazzjoni tad-dumping tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.2.1. Ir-RPĊ
|
(43) |
Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li fl-Unjoni ġew importati 3 587 tunnellata ta’ ferrosiliċju mir-RPĊ, li jikkostitwixxu madwar 0,5 % mill-konsum totali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li volum bħal dan ta’ importazzjonijiet huwa rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.1.1.
|
(44) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[il-]valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur .” |
|
(45) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[fil-]każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjon i”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti .” Kif spjegat aktar hawn taħt, il-Kummissjoni kkonkludiet f’din l-investigazzjoni li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
(a) L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(46) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “[d-]distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(47) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Tabilħaqq, peress li dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw kunsiderazzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex juru l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istabbiliment ekonomiku u amministrattiv tal-pajjiż esportatur jafdaw lill-gvern b’setgħat sostantivi sabiex jintervjeni fil-forzi tas-suq u li, għalhekk, jindika l-fatt li l-prezzijiet u l-kostijiet mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles. |
|
(48) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jistipula li “[fejn] il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur .” |
|
(49) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet ir-Rapport. Il-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. F’dak ir-rigward, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ, il-Kummissjoni qagħdet fuq ir-Rapport li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali mill-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-ħaddiema) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-aluminju, l-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. |
|
(50) |
It-talba pprovdiet ukoll evidenza addizzjonali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) imsemmija aktar ’il fuq, li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(51) |
L-applikant ipprovda studju dwar is-suq Ċiniż tal-ferroligi (li jinkludi l-ferrosiliċju) li huwa kkummissjona. Dan l-istudju ddokumenta li l-industrija Ċiniża tal-ferroligi hija soġġetta għal gwida u interferenza diskrezzjonali ferm mifruxa mill-gvern u kkonkluda li l-kumpaniji Ċiniżi f’din l-industrija “qed joperaw f’ambjent ta’ suq distort li fih il-forzi kompetittivi mhumiex permessi jistrutturaw is-suq domestiku u jallinjawh mas-swieq globali.” Dan l-istudju tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. (8) Ma ġie pprovdut l-ebda kumment dwar dan l-istudju minn xi parti interessata inklużi l-GTĊ u l-produtturi esportaturi. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli pubblikament, b’mod partikolari fuq il-leġiżlazzjoni Ċiniża, dokumenti uffiċjali ppubblikati tal-politika Ċiniża, rapporti ppubblikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u studji/artikli minn akkademiċi magħrufa, speċifikament identifikati fir-Rapport. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminar tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott taħt rieżami. |
|
(53) |
Kif speċifikat fil-premessa (37), il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju li rċieva. Kif imsemmi fil-premessa (23), ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi u l-produtturi esportaturi li ngħataw l-istatus ta’ parti interessata lanqas ma pprovdew evidenza li ssostni jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
(i)
|
(54) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiem a”. L-ekonomija li hi proprjetà tal-Istat hija l- “ forza ewlenija tal-ekonomija nazzjonal i” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħh a” (9). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda hemm mandat espliċitu għal interventi bħal dawn. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fl-ordinament ġuridiku kollu u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet ċentrali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża dwar il-proprjetà hija eżempju ewlieni: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tinkariga lill-Istat bis-sostenn tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Huma ttollerati forom oħrajn ta’ sjieda, u l-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (10). |
|
(55) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma minsuġin f’xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw soprastruttura li fiha r-rwoli tas-CCP u tal-Istat huma indistingwibbli. Wara emenda tal-kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċin a”, iddaħħlet it-tieni sentenza l-ġdida li tgħid: “il-karatteristika distintiva tas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina .” (11) Dan juri l-kontroll tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dan il-kontroll huwa inerenti għas-sistema Ċiniża u jmur lil hinn mis-sitwazzjoni tas-soltu f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku wiesa’ fi ħdan il-fruntieri li fihom joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(56) |
L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika ta’ intervent biex jikseb għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (12). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma diversi, u jinkludu s-sistema ta’ ppjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(57) |
L-ewwel nett, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. It-totalità ta’ dawn il-pjanijiet tkopri matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trasversali u hija preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri aktar ġeneriċi. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi li jsostnu l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet fihom miri espliċiti tal-produzzjoni. Skont il-pjanijiet, setturi industrijali u/jew proġetti individwali huma individwati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u jiġu attribwiti lilhom għanijiet speċifiċi ta’ żvilupp (aġġornament industrijali, espansjoni internazzjonali eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, kemm privati kif ukoll dawk proprjetà tal-Istat, iridu effettivament jaġġustaw l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema ta’ ppjanar. Mhux biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livell kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat vestiti tagħhom skont dan, u b’hekk iwasslu lill-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima (iv) hawn taħt) (13). |
|
(58) |
It-tieni, fil-livell ta’ allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika ta’ self tagħhom jeħtieġ li jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern aktar milli primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima (vii) hawn taħt) (14). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-ishma, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Anki jekk huma inqas sinifikanti mis-settur bankarju, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti f’livell istituzzjonali u operazzjonali b’mod mhux immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda sabiex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (15). |
|
(59) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika li mhumiex l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi speċifikament li l-akkwist pubbliku għandu jitwettaq sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet tibqa’ mhux definita, u b’hekk tħalli marġini wiesa’ ta’ apprezzament lill-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (16). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti għall-appoġġ tal-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (17). |
|
(60) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprovdu għal u jħeġġu diversi interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern imorru kontra l-operat ħieles tal-forzi tas-suq, u jirriżultaw f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (18). |
(ii)
|
(61) |
F’dan l-isfond ta’ intervent mill-Istat u ta’ dominanza tas-sjieda mill-Istat fil-mudell ekonomiku Ċiniż, l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija Ċiniża. Il-gvern u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw it-tkomplija tal-influwenza tagħhom fuq l-SOEs. L-Istat (u f’ħafna aspetti s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda wkoll jeżiġi d-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Dan normalment isir permezz ta’ rotazzjoni ta’ cadres bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partiti fil-kumpaniji (ara wkoll it-taqsima (iii)), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOE (19). Bi skambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari l-protezzjoni mill-kompetizzjoni u l-aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (20). |
|
(62) |
Ċertu grad ta’ sjieda tal-Istat mill-GTĊ jippersisti fis-settur tal-ferrosiliċju. Anki jekk l-industrija tal-ferrosiliċju fir-RPĊ hija frammentata ħafna b’għadd kbir ta’ produtturi żgħar, il-produtturi ewlenin tal-ferrosiliċju Erdos Mettalurgy Group u Erdos Xijin Kuangye Co., Ltd, li jirrappreżentaw aktar minn 10 % tal-kapaċità Ċiniża ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju (21) u jipproduċu madwar id-doppju tal-konsum tal-Unjoni, huma SOEs. |
|
(63) |
L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tas-siliċju u tal-ferrosiliċju huma elaborati aktar fit-taqsima (iii) aktar ’il quddiem. |
|
(64) |
Fir-rigward tas-superviżjoni u tal-gwida tal-politika mill-Istat fis-settur, l-analiżi hija stabbilita fit-taqsimiet (iii) u (iv) aktar ’il quddiem. Bil-livell għoli ta’ kontroll u ta’ intervent mill-gvern fis-settur tal-ferrosiliċju kif deskritt aktar ’il quddiem, lanqas il-produtturi bi sjieda privata ma jistgħu joperaw bil-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(65) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li s-suq għall-ferrosiliċju fir-RPĊ kien moqdi b’mod sinifikanti minn intrapriżi soġġetti għas-sjieda, għall-kontroll jew għas-superviżjoni jew għall-gwida tal-politika mill-GTĊ. |
(iii)
|
(66) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħra, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt li jinħatar u li jitneħħa persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (22) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm bi proprjetà tal-Istat kif ukoll privata, jirrappreżentaw mezz ieħor li bih l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont id-dritt tal-kumpaniji taċ-Ċina, organizzazzjoni tas-CCP trid tiġi stabbilita f’kull kumpanija (b’tal-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (23)) u l-kumpanija trid tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fl-imgħoddi, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem kien jiġi segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-anqas mill-2016, is-CCP saħħaħ it-talbiet tiegħu għall-kontroll tad-deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Is-CCP huwa rrapportat ukoll li jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati sabiex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit (24). Fl-2017, kien irrapportat li ċelloli tal-partit kienu jeżistu f’70 % minn madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber għall-organizzazzjonijiet tas-CCP sabiex ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (25). Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, inkluż is-settur tal-ferroligi. Għalhekk, huwa ddeterminat li dawn ir-regoli japplikaw ukoll għall-produtturi tal-ferrosiliċju u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(67) |
Speċifikament fis-settur tal-ferrosiliċju, jeżistu rabtiet stretti bejn il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ intrapriżi attivi fis-settur u l-Istat, b’mod partikolari s-CCP. L-istrutturi tal-partit personalment jikkoinċidu mal-korpi maniġerjali f’għadd ta’ produtturi Ċiniżi tal-ferro-siliċju. Għadd ta’ eżempji jikkonfermaw il-preżenza tal-Istat fid-ditti, b’mod partikolari r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-CCP (26):
|
|
(68) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima (vii) hawn taħt), kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs ulterjuri, għandhom effett distorsiv fuq is-suq (27). |
|
(69) |
Fuq il-bażi ta’ dak kollu msemmi hawn fuq, huwa konkluż li l-preżenza tal-Istat f’ditti fis-settur tal-ferrosiliċju, kif ukoll fis-settur finanzjarju u f’setturi oħrajn tal-input, flimkien mal-qafas deskritt fit-taqsima (ii) aktar ’il fuq u fit-taqsimiet sussegwenti, tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
(iv)
|
(70) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija sa punt sinifikanti ddeterminata minn sistema elaborata ta’ ppjanar, li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-miri li l-gvernijiet ċentrali u lokali jridu jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern li jkopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha, l-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell aktar baxx korrispondenti tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema ta’ ppjanar fir-RPĊ ikollha r-riżultat li r-riżorsi jiġu diretti lejn setturi indikati bħala strateġiċi jew b’xi mod ieħor politikament importanti mill-gvern, minflok jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (28). |
|
(71) |
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma (NDRC) ħarġet il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tliet Snin sabiex Tittejjeb il-Kompetenza Ewlenija tal-Industrija tal-Manifattura (2018-2020), li sejjaħ sabiex titħaffef l-industrijalizzazzjoni ta’ materjali avvanzati ewlenin tal-metall u mhux tal-metall. Dan jistipula li “…, huwa meħtieġ li jiġi implimentat aktar l-ispirtu tad-Dsatax-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-iskjerament tal-Gvern Ċentrali dwar il-bini ta’ potenza tal-manifattura, tiġi aċċellerata l-intelliġenzzazzjoni, l-ekoloġizzazzjoni, u s-servizz tal-industrija tal-manifattura, tittejjeb serjament il-kompetittività ċentrali tal-industrija tal-manifattura, u tiġi promossa l-aċċellerazzjoni tal-industrija tal-manifattura taċ-Ċina bħala parti minn katina tal-valur globali ta’ livell għoli. “ |
|
(72) |
L-MIIT ippubblika għadd ta’ rekwiżiti għall-industrija dwar meta jixtieq jiftaħ, jadatta jew jiżviluppa, fost l-oħrajn, is-settur tal-ferrosiliċju (29). B’mod speċifiku, dan isemmi r-rekwiżiti f’termini ta’ tagħmir li għandu jiġi installat, il-konsum tal-enerġija u l-proporzjon tal-użu taċ-ċiklu tal-ilma. Barra minn hekk, l-MIIT jipprevedi li proġetti ġodda (ta’ riforma, espansjoni) ta’ ferroligi jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ pjanijiet taż-żoni funzjonali nazzjonali u provinċjali (distrettwali, muniċipali), ta’ pjanijiet reġjonali, ta’ pjanijiet ta’ żvilupp tal-industrija, ta’ pjanijiet ta’ żvilupp urban, ta’ pjanijiet komprensivi ambjentali urbani, ta’ pjanijiet ta’ użu tal-art, ta’ pjanijiet ta’ ffrankar tal-enerġija u ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, ta’ pjanijiet ta’ ħarsien tal-ambjent u ta’ prevenzjoni tat-tniġġis eċċ. |
|
(73) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li hemm interventi sinifikanti mill-gvern fil-materja prima użata għall-produzzjoni tal-ferrosiliċju. Il-biċċa l-kbira tal-komponenti użati għall-produzzjoni tal-ferrosiliċju huma magħmula minn materja prima li fis-suq Ċiniż hija soġġetta għal intervent qawwi mill-GTĊ, (30) inklużi l-faħam, il-kwarz, il-kokk u l-franka. |
|
(74) |
Il-faħam, il-kwarz u l-franka jissemmew fit-Tlettax-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Riżorsi Minerali, li jenfasizza l-importanza tas-settur tal-estrazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-minerali għall-industrija. Skont il-pjan, mill-2008 ir-RPĊ wettqet investimenti kbar fi stħarriġiet ġeoloġiċi (RMB 800 biljun), l-investiment tal-assi fissi fis-settur tal-minjieri kien ogħla minn RMB 9 triljun, u l-produzzjoni tal-mineral ammontat għal aktar minn 70 biljun tunnellata (31). |
|
(75) |
F’Jannar 2017, il-GTĊ introduċa sistema ġdida ta’ intervent mill-gvern fil-prezzijiet tal-faħam. L-Avviż dwar il-Ħruġ ta’ Memorandum dwar it-Trażżin taċ-Ċaqliq mhux Normali fil-Prezzijiet fis-Suq tal-Faħam, maħruġ b’mod konġunt mill-NDRC, mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Faħam, mill-Kunsill dwar l-Elettriku taċ-Ċina u mill-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Ħadid u tal-Azzar, jistabbilixxi mekkaniżmu li jillimita ċ-ċaqliq tal-prezzijiet tal-faħam (32). |
|
(76) |
Il-GTĊ implimenta restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fuq ċerta materja prima użata sabiex jiġi prodott il-ferrosiliċju, li għandhom effett ta’ distorsjoni fuq is-suq. Ir-restrizzjonijiet ħadu l-forma ta’ liċenzjar mhux awtomatiku għall-esportazzjoni għall-kokk u ta’dazji tal-esportazzjoni għall-faħam tal-kokk, għall-ħadid mhux maħdum, għall-iskart u għar-ruttam tal-metall (33). |
|
(77) |
L-elettriku huwa fattur ewlieni tal-kostijiet għall-produzzjoni tal-ferrosiliċju. Xi wħud mill-impriżi tas-settur tal-ferroligi jiġġeneraw dħul mill-bejgħ li jaqbeż il-ġenerazzjoni tal-elettriku għal konsumaturi industrijali u residenzjali (34). Madankollu, minħabba r-rati ferm differenti ta’ awtosuffiċjenza fil-provvista tal-elettriku u l-profittabilità mhux ċara tal-bejgħ tal-elettriku estern, ma jistax jiġi determinat b’mod preċiż jekk is-sussidji fuq il-prezzijiet tal-elettriku humiex ipprovduti sabiex inaqqsu l-kost tal-enerġija bħala input tal-produzzjoni jew sabiex jikkumpensaw għal diskrepanza bejn il-prezzijiet tal-bejgħ relattivament baxxi u l-kost għoli tal-ġenerazzjoni. L-istess jista’ jingħad għas-sussidji tat-tisħin. L-intrapriżi metallurġiċi, bħall-produtturi tal-azzar u tal-ferroligi, jagħmlu użu estensiv mill-irkupru tas-sħana mormija u t-tnejn huma ordnati u ssussidjati mill-GTĊ sabiex jespandu l-kapaċitajiet sinerġistiċi ta’ użu tar-riżorsi f’dan il-qasam. |
|
(78) |
Diversi produtturi tal-ferrosiliċju ġew rikonoxxuti mill-organizzazzjonijiet superviżuri tal-gvern lokali bħala “intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida” u għalhekk ibbenefikaw minn rata mnaqqsa tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta’ 15 fil-mija, pereżempju: Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd permezz tas-sussidjarja tagħha Qinghai Baitong High Purity Material Development Co. u Inner Mongolia Junzheng Energy & Chemical Group Co., Ltd., ħadu l-benefiċċju ta’ din il-miżura rispettivament għas-snin 2013-2015 u 2012-2017 (35). |
|
(79) |
Fl-2015, il-Ministeru tal-Finanzi (“MOF”) u l-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni ħarġu l-Katalogu ta’ Prodotti u ta’ Servizzi ta’ Użu Sinerġistiku tar-Riżorsi għall-Privileġġi tal-VAT. L-introjtu mill-bejgħ mill-prodotti li jinsabu fil-Katalogu huwa soġġett għal ħelsien mill-EIT. Dment li l-awtoritajiet provinċjali jikkonfermaw li prodott jikkonforma mal-katalogu, l-intrapriża produttriċi teħtieġ biss li tħallas l-EIT fuq 70 % tal-introjtu mill-bejgħ korrispondenti. Bosta produtturi ewlenin tal-ferrosiliċju sfruttaw din l-iskema ta’ preferenza tat-taxxa. Is-sussidjarji kollha tal-Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd., ibbenefikaw minn dan il-programm fl-2016 u fl-2017 (36). Inner Mongolia Junzheng Energy & Chemical Group Co., Ltd. ħadet vantaġġ minn din il-politika mill-1 ta’ Jannar 2009, u l-intrapriża tħallset lura 50 % tal-VAT imħallsa fuq il-bejgħ tal-elettriku (37). |
|
(80) |
Għalhekk, huwa stabbilit li l-GTĊ għandu għadd ta’ politiki pubbliċi fis-seħħ li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles rigward il-produzzjoni tal-ferrosiliċju, inkluża l-materja prima użata f’dak is-settur. Miżuri bħal dawn jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali. |
(v)
|
(81) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża ta’ falliment tidher inadegwata sabiex tilħaq l-objettivi ewlenin tagħha stess bħal pereżempju sabiex jiġu saldati b’mod ġust it-talbiet u d-djun u sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li ġej fil-fatt li, filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili bħal liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas sistematiku ta’ infurzar. In-numru ta’ fallimenti għadu notorjament baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jsofru minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jaħdmu bħala diżinċentiv għal każijiet ta’ falliment. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza jibqa’ b’saħħtu u attiv, ħafna drabi b’influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (38). |
|
(82) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet fis-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet tal-art u tal-użu tal-art fir-RPĊ (39). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali proprjetà kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet ta’ użu tal-art b’mod trasparenti u bil-prezzijiet tas-suq, pereżempju billi jintroduċu proċeduri għall-offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sikwit ma jiġux rispettati, b’ċerti xerrejja jiksbu l-art tagħhom b’xejn jew taħt ir-rati tas-suq (40). Barra minn hekk, l-awtoritajiet sikwit isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jallokaw l-art (41). |
|
(83) |
Għalhekk, il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jidhrux li qed jaħdmu sew, u dan jirriżulta f’distorsjonijiet meta jibqgħu jiġu salvati ditti insolventi u fir-rigward tal-provvista u tal-akkwiżizzjoni tal-art fir-RPĊ. Dawn il-liġijiet japplikaw ukoll fir-rigward tas-settur tal-ferrosiliċju, inklużi l-produtturi esportaturi tal-prodott taħt rieżami. |
|
(84) |
L-amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti ddeċidiet li “Minħabba l-preżenza qawwija tal-involviment tal-gvern fis-suq tad-drittijiet tal-użu tal-art, kif ukoll id-devjazzjoni mifruxa u dokumentata mill-metodi awtorizzati tal-ipprezzar u l-allokazzjoni tal-art, ix-xiri ta’ drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina ma jsirx skont il-prinċipji tas-su q” (U.S. ITA 2008 fis-16). |
|
(85) |
Ir-Rapport ta’ Think!Desk mehmuż mat-talba għal rieżami ta’ skadenza jiddeskrivi b’mod ċar li l-liġi u r-regolamentazzjoni Ċiniżi jittrattaw id-drittijiet tal-użu tal-art bħala għodda ta’ politika fis-sens li l-provvista tal-art b’kundizzjonijiet favorevoli ġiet identifikata mill-gvern ċentrali tar-RPĊ bħala inċentiv leġittimu għat-twettiq mill-intrapriżi ta’ fużjonijiet u ta’ akkwisti (“M&A”) (42). It-trattament favorevoli tad-drittijiet ta’ użu tal-art ġie kkonfermat f’Id-Diversi Opinjonijiet dwar it-Tisħiħ Ulterjuri tal-Konservazzjoni tal-Enerġija u tat-Tnaqqis tal-Emissjonijiet u l-Aċċellerazzjoni tal-Aġġustament Strutturali tal-Industrija tal-Azzar (GOSC 2010). Il-qasam tal-użu tal-art jista’ jintuża mill-politiki tal-gvern lokali sabiex jiġu promossi l-M&A fis-settur tal-ferroligi. Fl-2013, l-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Promozzjoni tal-M&A għall-Intrapriżi f’Industriji Ewlenin kienu jeħtieġu li miżuri lokali ta’ promozzjoni tal-M&A jinkludu dispożizzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tal-art. Fl-aħħar nett, bejn l-2012 u l-2017, diversi produtturi tal-ferroligi rċivew total ta’ RMB 98,7 miljun f’sussidji relatati mal-użu tal-art. |
|
(86) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-ferrosiliċju, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. |
(vi)
|
(87) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fir-RPĊ peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (43). Skont il-liġi nazzjonali, hija attiva organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma għandhiex indipendenza mill-awtoritajiet tal-Istat u t-twettiq min-naħa tagħha ta’ negozjar kollettiv u protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema jibqa’ rudimentali (44). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u ta’ benefiċċji oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan ġeneralment iwassal sabiex il-ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni ta’ residenza lokali jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (45). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ. |
|
(88) |
Xejn fil-fajl ta’ din l-investigazzjoni ma żvela li s-settur tal-ferrosiliċju mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol deskritta. Fil-fatt, is-settur tal-ferrosiliċju jidher li huwa affettwat bl-istess mod mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jipproduċi l-prodott taħt rieżami), kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
|
(89) |
Ir-rapport minn Think!Desk ipprovdut mill-applikant indika li l-gvernijiet Muniċipali huma mħassba ħafna dwar it-titjib tal-kapital uman u l-prevenzjoni tat-telf ta’ impjiegi. L-intrapriżi li għamlu l-primjums obbligatorji tal-assigurazzjoni soċjali għall-impjegati tagħhom għal diversi snin u li jissodisfaw diversi kriterji oħra jistgħu jiksbu appoġġ finanzjarju għall-obbligi tagħhom tal-fondi tas-sigurtà soċjali. Ir-rapport jindika li l-awtoritajiet lokali għamlu pagamenti regolari sabiex jissussidjaw direttament l-impjiegi eżistenti, anke billi jkopru l-ispejjeż tal-għajxien tal-ħaddiema migranti impjegati u tal-apprendisti studenti. Kien hemm ukoll numru ta’ tranżazzjonijiet li jappoġġaw it-taħriġ tal-persunal u l-promozzjoni tal-iżvilupp tat-talent. Xi gvernijiet lokali pprovdew ukoll kumpens parzjali għall-primjums tas-sigurtà soċjali li l-intrapriżi jħallsu għall-impjegati. (46) |
|
(90) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kostijiet tal-pagi kienu distorti fis-settur tal-ferrosiliċju, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. |
(vii)
|
(91) |
L-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(92) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata minn pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat, (47) li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, iqisu kriterji oħra minbarra l-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla uffiċjali eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji l-kbar tal-Istat huma finalment maħtura mis-CCP) (48) u, għal darb’oħra bħall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment il-politiki pubbliċi mfassla mill-gvern. B’hekk, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jwettqu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali, u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (49). Dan huwa aggravat mir-regoli addizzjonali eżistenti, li jidderieġu l-finanzi f’setturi indikati mill-gvern bħala mħeġġa jew li huma importanti b’xi mod ieħor (50). |
|
(93) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li jista’ jkun hemm diversi strumenti legali li jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali, bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza rilevanti turi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali (51). Is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet preċedenti tad-difiża tal-kummerċ waslu wkoll għall-istess konklużjoni (52). |
|
(94) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal varjetà ta’ raġunijiet inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi sistematikament jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (53). |
|
(95) |
Dan jirriżulta fi preġudizzju favur is-self lil SOEs, lil ditti privati kbar u konnessi sew u lil ditti f’setturi industrijali importanti, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(96) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu artifiċjalment baxxi sabiex jistimolaw it-tkabbir fl-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment tal-kapital b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir reċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(97) |
It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Fil-fatt, is-sehem ta’ self bir-rata normattiva jew anqas għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u jidher li żdied ir-rikors għal kreditu mmirat, peress li dan is-sehem żdied b’mod sinifikanti mill-2015 minkejja li l-kundizzjonijiet ekonomiċi marru lura. Ir-rati tal-imgħax artifiċjalment baxxi jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(98) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika li l-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital sejra għall-agħar mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni tal-kreditu li tkun mistennija f’ambjent ta’ suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin. Fid-dawl ta’ sitwazzjoni ta’ żieda fid-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ riportar tad-dejn, u b’hekk jinħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew billi tiġi ttrasferita s-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew konverżjoni ta’ dejn f’ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi primarji tad-dejn. |
|
(99) |
Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu sabiex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema ta’ kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn problemi u minn distorsjonijiet sistemiċi sinifikanti li jirriżultaw mill-fatt li l-Istat għad għandu rwol mifrux fis-swieq kapitali. |
|
(100) |
Xejn fil-fajl ta’ din l-investigazzjoni ma wera li l-produtturi tal-ferrosiliċju u/jew il-fornituri tal-materja prima u ta’ inputs oħra ma jibbenefikawx minn din is-sistema finanzjarja. Għall-kuntrarju, rapport minn Think!Desk ipprovdut mill-applikant indika li l-Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd. kienet ibbenefikat minn operazzjonijiet finanzjarji mhux konformi mas-suq mill-Bank tal-Esportazzjoni-Importazzjoni taċ-Ċina (proprjetà kollu kemm hu tal-Istat) u mill-Bank tal-Iżvilupp taċ-Ċina (proprjetà kollu kemm hu tal-Istat). |
|
(101) |
Il-produtturi Ċiniżi tal-ferrosiliċju bbenefikaw minn għoti ta’ sussidji fuq l-imgħax ta’ self li allokaw parti mir-riskju ta’ kreditu għall-istituzzjonijiet finanzjarji u inkarigaw lil dawn tal-aħħar li jżommu taħt osservazzjoni l-prestazzjoni (finanzjarja) korporattiva. Peress li l-parteċipazzjoni tal-gvern u l-attivitajiet ta’ senserija jindikaw b’mod ċar l-appoġġ mill-Istat, ir-riskju ta’ kreditu ta’ tnaqqis preżunt saħħaħ il-pożizzjoni ta’ negozjar tad-debituri fl-istabbiliment tat-termini. Skont ir-Rapport Think!Desk, Ningxia Shengyan Group u Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd. ibbenefikaw minn din il-miżura (54). |
|
(102) |
Dan ir-rapport jindika li l-politika ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni hija integrata mill-qrib fil-qafas ġenerali tal-politika industrijali. Il-GTĊ iħeġġeġ b’mod selettiv l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti u servizzi tat-teknoloġija avvanzata b’valur miżjud għoli. F’dawn l-aħħar snin, l-esportazzjoni tas-servizzi u tat-teknoloġija industrijali rċiviet ukoll appoġġ sostanzjali. Pereżempju, l-Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd. irċiviet fondi għall-istabbiliment ta’ pjattaformi ta’ servizzi komuni għall-kummerċ barrani. |
|
(103) |
L-assistenza finanzjarja lill-esportaturi ħadet ukoll il-forma ta’ sussidji għall-kummerċ barrani. Dawn it-trasferimenti kienu maħsuba sabiex iħeġġu, jiffaċilitaw jew jippremjaw in-negozju tal-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, Inner Mongolia Eersduosi Resources Co., Ltd. irċeviet fondi għat-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ servizzi komuni għall-kummerċ barrani, għall-iżvilupp innovattiv u t-trasformazzjoni u t-titjib tal-kummerċ barrani, u għall-iżvilupp tal-kummerċ barrani (55). |
|
(104) |
Ċerti produtturi tal-ferrosiliċju rċevew finanzjament sostanzjali biex inaqqsu l-ispiża tat-trasport (56). Dan huwa partikolarment importanti peress li l-impjanti jinsabu fil-biċċa l-kbira f’reġjuni mdawrin bl-art ’il bogħod miċ-ċentri ekonomiċi kostali. L-għajnuna finanzjarja mill-GTĊ f’dan ir-rigward hija fil-forma ta’ sussidji fuq il-prezzijiet tat-trasport li jikkumpensaw lill-intrapriżi għal partijiet mill-kostijiet imġarrba tagħhom. Hija tieħu wkoll il-forma ta’ sussidji għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura, l-aktar għall-installazzjoni ta’ linji ferrovjarji ddedikati li jippermettu l-konnessjoni diretta ta’ rqajja’ għall-fabbriki man-netwerk ferrovjarju nazzjonali. Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd. kisbet fondi għall-bini ta’ linji ferrovjarji speċjali li jippermettu lill-kumpanija tiffranka l-ħin u l-ispiża biex iġġib il-merkanzija tagħha fis-swieq internazzjonali (57). |
|
(105) |
Il-politika industrijali Ċiniża fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika hija ggwidata mill-Pjan Nazzjonali ta’ Żvilupp fix-Xjenza u fit-Teknoloġija fuq Perjodu Medju u Twil (2006-2020) (Il-Kunsill tal-Istat 2005b). F’dan il-qafas, il-produttur tal-ferrosiliċju Ningxia Shengyan Group irċieva sussidji għat-twettiq ta’ kompiti R&Ż speċifikati fil-Pjan ta’ Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija Nazzjonali (58). |
|
(106) |
Sabiex ineħħu kapaċitajiet tal-produzzjoni obsoleti mis-suq, ċerti produtturi tal-ferrosiliċju rċivew appoġġ finanzjarju għat-tneħħija ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni. Sabiex ineħħu kapaċitajiet tal-produzzjoni obsoleti mis-suq, ċerti produtturi tal-ferrosiliċju rċivew appoġġ finanzjarju għat-tneħħija ta’ kapaċitajiet tal-produzzjoni (59). |
|
(107) |
Il-GTĊ fittex li jinfluwenza t-tqassim tal-industrija f’termini ġeografiċi. Dan jimplika li l-industrija tqila jenħtieġ li titlaq minn żoni urbani u tistabbilixxi ruħha f’parks industrijali ddedikati. Filwaqt li dan iservi l-objettivi ta’ ħarsien tal-ambjent tal-ibliet u jnaqqas ut-tniġġis f’żoni b’popolazzjoni densa, iċ-ċaqliq jgħin ukoll lill-kumpaniji b’diversi modi inkluż billi jipprovdi inċentivi ġenerużi għall-investiment, ħelsien mit-taxxa, għotjiet ta’ flus u self sussidjat. Il-grupp Inner Mongolia Eerduosi Resources Co., Ltd., li jipproduċi l-ferrosiliċju, irċieva sussidji għar-rilokazzjoni tal-impjant (60). |
|
(108) |
Il-produttur tal-ferrosiliċju Ningxia Shengyan Group irċieva sussidji relatati mal-użu tal-art (61). |
|
(109) |
Għalhekk, l-appoġġ imsemmi l-aħħar u l-intervent ġenerali sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja deskritti hawn fuq iwasslu sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
|
(110) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-ferrosiliċju kellhom aċċess għall-finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi tal-ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux b’mod indipendenti mill-Istat. |
(viii)
|
(111) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport mhumiex limitati għal xi settur partikolari tal-industrija. Għall-kuntrarju, l-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritta hawn fuq fit-taqsimiet (i) – (iv) (il-premessi (54) sa (80)) kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif ippreżentati hawn fuq fit-taqsimiet (v) – (vii) hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
|
(112) |
Sabiex jiġi prodott il-ferrosiliċju, hemm bżonn ta’ għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-ferrosiliċju jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw ħaddiema li huma soġġetti għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/għal allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar, li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(113) |
Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-ferrosiliċju ma jistgħux jintużaw iżda anki l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-ħaddiema, eċċ.) huma affettwati peress li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali mill-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, mal-art, mal-ħaddiema, mal-enerġija u mal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li fih innifsu ġie prodott fir-RPĊ billi ġiet ikkombinta firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa skopert għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u għall-bqija tal-katina. La l-GTĊ u lanqas xi parti interessata oħra f’din l-investigazzjoni ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru bil-kontra. |
(ix)
|
(114) |
L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet (i) sa (viii) aktar ’il fuq, li tinkludi eżaminazzjoni tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-ferrosiliċju (inkluż il-prodott taħt rieżami) uriet li l-prezzijiet jew l-kostijiet, li jinkludu l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-ħaddiema, mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles, minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali mill-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq dik il-bażi, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(115) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kompliet billi bniet il-valur normali esklussivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. Il-Kummissjoni fakkret li ma ġiet ippreżentata l-ebda talba li xi kostijiet domestiċi ma jkunux distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(b) Il-pajjiż rappreżentattiv
(i)
|
(116) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
|
|
(117) |
Kif spjegat fil-premessi (30)-(32), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali (l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-24 ta’ Ġunju 2019 u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-15 ta’ Ottubru 2019 li indirizzat il-kummenti riċevuti dwar l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni). Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar il-konklużjoni tagħha li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ. |
(ii)
|
(118) |
Fl-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, il-Kolombja, il-Malasja, il-Messiku, ir-Russja, l-Afrika t’Isfel, u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “bi dħul medju superjur i” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. |
|
(119) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku wara dik in-nota. |
(iii)
|
(120) |
Fl-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni indikat li l-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kienet magħrufa li kienet isseħħ fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Kolombja, fil-Malasja, fil-Messiku, fir-Russja, fl-Afrika t’Isfel u fit-Turkija. Fil-kummenti tiegħu dwar dik in-nota, l-applikant wissa li fit-Turkija ma kien hemm l-ebda produzzjoni ta’ ferrosiliċju. |
|
(121) |
Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni u sabet li, tabilħaqq, il-produttur Tork identifikat ma kienx jipproduċi ferrosiliċju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma baqgħetx tikkunsidra lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli. |
(iv)
|
(122) |
Għall-pajjiżi kkunsidrati u msemmija aktar ’il fuq, id-disponibbiltà tad-data pubblika (u b’mod partikolari d-data finanzjarja pubblika mill-produtturi tal-prodott taħt rieżami) ġiet ivverifikata ulterjorment mill-Kummissjoni. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni fittxet produtturi tal-ferrosiliċju b’data finanzjarja disponibbli pubblikament li setgħet tintuża sabiex jiġu stabbiliti ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u għall-profitt. Kif imsemmi fl-ewwel u fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-bażi ta’ data Orbis (64) u fuq l-Internet bħala sors tad-data. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrestrinġiet it-tfittxija għal kumpaniji b’rapporti tal-introjtu disponibbli pubblikament għall-aktar perjodu riċenti (2018) u għal kumpaniji profittabbli. Dan illimita t-tfittxija, fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, għal ħames kumpaniji fil-Brażil u għal ħamsa fir-Russja. |
|
(124) |
Finalment, il-Kummissjoni nnotat ukoll li kumpanija waħda biss, li tinsab fil-Brażil, kellha preżentazzjoni segmentali fil-kontijiet finanzjarji tagħha li tippermetti li jiġu iżolati d-dħul u l-ispejjeż b’mod speċifiku għas-segment tagħha tal-ferrosiliċju. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(125) |
Konsegwentement, fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tuża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, jekk tikkonkludi li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-metodoloġija previsti fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Filwaqt li qieset l-elementi kollha ta’ hawn fuq u n-nuqqas ta’ kummenti mill-partijiet dwar it-tieni nota, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-għażla finali ta’ pajjiż rappreżentattiv xieraq kienet il-Brażil u għażlet il-kumpanija li ġejja b’data finanzjarja disponibbli pubblikament li setgħet tintuża sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-SG&A u l-profitti f’konformità mal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Cia de Ferro Ligas da Bahia S.A. |
(v)
|
(126) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi ta’ dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(vi)
|
(127) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, il-Brażil għandu produzzjoni sostanzjali tal-prodott taħt rieżami u sett komplut ta’ data disponibbli għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni, għall-SG&A u għall-profitt. |
(c) Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(128) |
Fit-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv u l-istatistika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) u l-istatistika nazzjonali sabiex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li għall-kostijiet tal-elettriku kienet se tuża l-prezzijiet mitluba minn wieħed mill-akbar fornituri tal-elettriku fil-Brażil, il-kumpanija EDP Brażil, u li kienet se tuża d-data finanzjarja mill-kumpanija Brażiljana magħżula, jiġifieri Cia de Ferro Ligas da Bahia S.A., sabiex tistabbilixxi l-kostijiet SG&A u l-profitti. |
|
(129) |
Il-Kummissjoni spjegat ukoll li għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-informazzjoni rrapportata minn GTA dwar l-importazzjoni ta’ fattur wieħed tal-produzzjoni tal-ferrosiliċju fil-Brażil, jiġifieri laqx tal-injam, ma kinitx rappreżentattiva u, għalhekk, ma setgħetx tintuża. Fin-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ punt ta’ riferiment internazzjonali jew ta’ pubblikazzjoni internazzjonali u l-materjalità tal-laqx tal-injam, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża alternattiva: il-prezz tal-importazzjoni rrapportat fil-GTA tal-laqx tal-injam fit-Turkija, pajjiż b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ u li kien ġie identifikat mill-Kummissjoni bħala wieħed mit-tliet pajjiżi rappreżentattivi possibbli fl-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni (ara l-premessa (30)). Fir-Russja, il-pajjiż l-ieħor identifikat ukoll f’dik in-nota, ma kien hemm l-ebda volum rappreżentattiv ta’ importazzjonijiet ta’ laqx tal-injam iżda fit-Turkija, dan il-prodott jiġi importat f’volumi rappreżentattivi. Dan il-punt ta’ riferiment tqies bħala mhux distort għaliex, minħabba li kien ibbażat fuq il-medja aritmetika tal-valuri li jappartjenu għal numru rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet identifikati fil-GTA, tqies li jirrifletti l-kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq fiż-żona. (65). |
|
(130) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont, intużat id-data finanzjarja tal-produttur tal-Unjoni fil-kampjun li kkoopera fil-kuntest tal-investigazzjoni tad-dumping u li pprovda informazzjoni speċifika għal dak l-għan u ppermetta verifika fuq il-post għal dan, FerroAtlántica S.A.U., Spanja (“FASAU”). Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-taqsima 3.2.1.1 (e). |
(d) Il-fatturi ta’ produzzjoni
(i)
|
(131) |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni noti dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni u ta’ sorsi maħsuba sabiex jintużaw għall-fatturi kollha ta’ produzzjoni bħal materjali, enerġija u ammont ta’ ħaddiema użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-produtturi fir-RPĊ. Il-Kummissjoni ma rċiviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni kondiviżi mal-partijiet interessati f’dawk in-noti. |
|
(132) |
Imbagħad, il-Kummissjoni, wara żjara ta’ verifika fil-FASUA, stabbiliet lista definittiva ta’ fatturi ta’ produzzjoni tal-ferrosiliċju. |
|
(133) |
Meta jitqiesu l-informazzjoni kollha sottomessa mill-applikant u n-nuqqas ta’ kummenti fuq iż-żewġ noti dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali rigward il-fatturi ta’ produzzjoni, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni u l-kodiċijiet li ġejjin, fejn applikabbli: Tabella
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(134) |
Sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet mingħajr distorsjoni ta’ materjali mal-ħruġ mill-fabbrika tal-produttur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a), il-Kummissjoni użat il-prezzijiet ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, ta’ kull materjal użat għall-produzzjoni tal-ferrosiliċju mill-FASAU, peress li ma kien hemm l-ebda produttur li kkoopera fir-RPĊ. |
|
(135) |
Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni, id-dazji tal-importazzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni u l-materjali importati fil-Brażil (u għal-laqx tal-injam fit-Turkija), ara l-premessa (133), kif ukoll il-kostijiet tat-trasport domestiku jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni. Dawn l-aġġustamenti jkunu jirriżultaw f’valur normali ogħla peress li d-dazji tal-importazzjoni jżidu aktar il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-materjali u, b’hekk, jaġġustaw ’il fuq il-livell ta’ dumping. Wara li kkunsidrat is-sejba fil-premessa (155) kif ukoll in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami aktar milli fuq is-sejbien tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li f’dawk iċ-ċirkustanzi ma kinux neċessarji l-aġġustamenti għad-dazji ta’ importazzjoni u għat-trasport domestiku. |
(ii)
|
(136) |
Matul iż-żjara ta’ verifika fl-FASAU, il-Kummissjoni vverifikat il-materja prima rrapportata użata, ir-ruttam tal-azzar iġġenerat u l-proporzjonijiet ta’ konsum rilevanti fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. |
|
(137) |
Għall-prezzijiet tax-xiri tal-materja prima kollha minbarra tlieta fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni dwar is-suq tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni bbażat fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Brażil. Għal-laqx tal-injam, intużaw il-prezzijiet tal-importazzjoni fit-Turkija (ara l-premessa (129)). Il-prezzijiet tal-importazzjoni ġew iddeterminati bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ. |
|
(138) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ fil-pajjiż rappreżentattiv (jew it-Turkija għal-laqx tal-injam) peress li fil-premessa (121) ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet kienu jaffettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Bl-istess mod, ġiet eskluża wkoll id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv (jew it-Turkija għal-laqx tal-injam) mill-membri mhux fid-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (69). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data tal-importazzjoni kienet negliġibbli. Wara l-esklużjoni tar-RPĊ, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi u varjaw bejn 30 % u 93 % tal-volumi totali importati fil-Brażil (jew fit-Turkija fil-każ tal-laqx tal-injam). Barra minn hekk, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-ferrosiliċju, jiġifieri l-faħam, mhijiex esportata lejn il-Brażil mir-RPĊ. |
|
(139) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-eżistenza tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-Brażil u fin-Nota tal-15 ta’ Ottubru 2019 hija kkonfermat li l-esportazzjonijiet tal-franka u tal-qoxra mfarrka kienu soġġetti għal awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni (70). Il-Kummissjoni stabbiliet li l-volum tal-importazzjonijiet fil-Brażil tal-franka kienu negliġibbli u li ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ qoxra mfarrka matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Ma seta’ jiġi identifikat l-ebda punt ta’ riferiment alternattiv rappreżentattiv. Il-verifika fl-FASAU wriet li din il-materja prima tal-input għandha impatt relattivament żgħir fuq il-kost totali tal-prodott taħt rieżami. Għalhekk, fid-dawl tas-sejbiet fil-premessa (155) kif ukoll in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk huwiex probabbli li dan jerġa’ jseħħ aktar milli fuq is-sejbien tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora l-kostijiet ta’ dawn iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni li għalihom ma seta jiġi identifikat l-ebda punt ta’ riferiment rappreżentattiv. |
|
(140) |
Id-dħul mill-prodott sekondarju mikrosilika tnaqqas mill-kostijiet billi ġew immoltiplikati l-fatturi tal-użu indikati fit-talba bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, il-Brażil. |
|
(141) |
Fir-rigward tad-dħul mill-prodott sekondarju gagazza tas-siliċju, il-Kummissjoni stabbiliet li l-volumi tal-importazzjoni ta’ dak il-prodott lejn il-Brażil kienu qrib iż-żero u li, għalhekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni Brażiljani miksuba minnu ma setgħux jitqiesu rappreżentattivi. Peress li d-dħul attwali mill-gagazza tal-ferrosiliċju miksub mill-FASUA kien jirrappreżenta sehem negliġibbli fuq il-kostijiet totali tal-materja prima, dan ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kalkoli tal-marġni ta’ dumping, ikun xi jkun is-sors li jintuża sabiex jissostitwixxihom. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkontabilizza dan id-dħul meta tistabbilixxi l-kostijiet ġenerali tal-manifattura (ara t-taqsima 3.2.1.1 (e) aktar ’il quddiem). |
|
(142) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, imwassla fil-bieb tal-fabbrika tal-produttur esportatur kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid il-kostijiet tat-trasport internazzjonali u tal-assigurazzjoni (71), u tapplika d-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv u żżid il-kostijiet tat-trasport domestiku mal-prezz tal-importazzjoni. Meta wieħed iqis il-marġni tad-dumping medju ponderat miksub mingħajr dawn il-kostijiet (ara l-premessa (155)), il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora dawn il-kostijiet. |
(iii)
|
(143) |
Sabiex tistabbilixxi l-punt ta’ riferiment għall-kostijiet lavorattivi, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO flimkien ma’ informazzjoni disponibbli pubblikament dwar il-medja tal-kostijiet lavorattivi addizzjonali mġarrba mill-impjegaturi Brażiljani (72) bħall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali inklużi l-FGTS (qgħad, mard serju, kostruzzjoni/xiri ta’ proprjetà). |
|
(144) |
L-istatistika tal-ILO (73) ipprovdiet data dwar is-sigħat medji fil-ġimgħa maħduma minn kull persuna impjegata u l-qligħ fix-xahar tal-impjegati fil-manifattura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi użat dik id-data, il-Kummissjoni kkalkolat salarju fis-siegħa fil-manifattura, li miegħu ġew miżjuda kostijiet lavorattivi addizzjonali (74) (il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u tal-qgħad imġarrba mill-impjegatur). |
(iv)
|
(145) |
Il-prezz tal-elettriku mitlub minn wieħed mill-akbar fornituri tal-elettriku fil-Brażil, il-kumpanija EDP Brasil, kien disponibbli bil-lest (75). L-informazzjoni kienet dettaljata biżżejjed sabiex jiġu idenetifikati l-prezz tal-elettriku u l-prezz għall-użu tas-sistema ta’ distribuzzjoni (modalidade tarifaria azul) imħallsa mill-utenti industrijali. |
|
(146) |
Jenħtieġ li jiġi nnotat li, fil-Brażil, l-awtorità regolatorja Agência Nacional de Energia Elétrica (76) (“ANEEL”) tobbliga lill-fornituri tal-elettriku jżidu t-tariffi tagħhom b’ċertu perċentwal sabiex jirregolaw il-konsum tal-elettriku fil-pajjiż. ANEEL tuża sistema tal-bandiera (77) (ħadra, safra, ħamra 1, ħamra 2) sabiex tindika jekk il-prezz tal-elettriku jenħtieġx li jibqa’ kif propost mill-fornitur (aħdar) jew jiżdiedx b’0,010 BRL/kWh (safra), 0,030 BRL/kWh (ħamra 1), jew 0,050 BRL/kWh (ħamra 2). Il-bnadar huma ppubblikati minn ANEEL fuq bażi ta’ kull xahar u għall-perjodu ta’ investigazzjoni kienu disponibbli fuq is-sit web ta’ EDP Brażil (78). Il-Kummissjoni ma qisitx il-bnadar applikati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni meta ddeterminat il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku, u ma aġġustatx il-prezz skont dan. Fuq il-bażi tas-sejba fil-premessa (155) kif ukoll tan-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejbien ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew jekk huwiex probabbli li dan jerġa’ jseħħ aktar milli fuq is-sejbien tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx hemm bżonn li jsiru aġġustamenti tal-kost tal-elettriku. |
(e) Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A u l-profitti
|
(147) |
Minbarra l-fatturi ta’ produzzjoni miġbura fil-qosor fil-premessa (133) aktar ’il fuq, ġew identifikati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura. Il-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ġenerali tal-manifattura użati kien ibbażat fuq il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura fuq il-kost tal-manifattura rrapportat u vverifikat mill-kostijiet tal-manifattura tal-FASAU (li jkopru l-konsum ta’ materjali li ma jintużawx fil-fran, servizzi esterni, trasport intern, u kostijiet strutturali bħad-deprezzament u l-manutenzjoni). Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. |
|
(148) |
Għall-SG&A u l-profitt, kif spjegat fil-premessa (128), il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja ta’ Cia de Ferro Ligas da Bahia S.A. Sabiex tikkoinċidi mal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni ħadet il-kontijiet finanzjarji konsolidati ta’ dik il-kumpanija tal-2018, żiedet il-kontijiet finanzjarji konsolidati tal-ewwel trimestru tal-2019, u naqqset il-kontijiet finanzjarji konsolidati tal-ewwel trimestru tal-2018 (79). Peress li l-kumpanija ma kinitx tipproduċi ferrosiliċju biss, il-Kummissjoni qieset is-segmentazzjoni pprovduta mill-kumpanija sabiex tikkalkola ċ-ċifri limitati għas-segment tal-ferrosiliċju. |
|
(149) |
Fil-kalkolu tal-SG&A, il-Kummissjoni injorat il-partita “sehem mill-profitt (telf) fl-investimenti” peress li dan il-kost (jew introjtu) ma kienx relatat mal-prodott taħt rieżami. Dan l-aġġustament irriżulta f’perċentwal ogħla ta’ SG&A u f’perċentwal aktar baxx ta’ profitt fl-istess proporzjon. Għalhekk, meta jitqies f’daqqa, ma kellu l-ebda influwenza fuq il-kalkolu tal-valur normali. |
(f) Kalkolu tal-valur normali
|
(150) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali maħdum, il-Kummissjoni ħadet il-passi li ġejjin. |
|
(151) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet ta’ manifattura mingħajr distorsjoni. Imbagħad, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni mmoltiplikat il-fatturi ta’ użu vverifikati tal-FASAU għall-materjali, għall-ħaddiema, u għalll-enerġija bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità stabbiliti kif spjegat fit-taqsima 3.2.1.1.(d) aktar ’il fuq. |
|
(152) |
It-tieni nett, ma’ dawn il-kostijiet tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, u żiedet l-SG&A u l-profitt stabbiliti, kif spjegat fit-taqsima 3.2.1.1.(e) aktar ’il fuq. Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura stabbiliti b’dan il-mod ammontaw għal 37,11 %. L-SG&A (80) espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura u għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura ammontaw għal 15,12 %. Il-profitt (81), espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għas-somma tal-kostijiet tal-manifattura, għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura, u għall-SG&A, ammonta għal 51,1 %. |
|
(153) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur ma kkoopera, il-valur normali ġie stabbilit fuq bażi nazzjonali. |
3.2.1.2.
|
(154) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat korretta għal-livell ex-works. |
3.2.1.3.
|
(155) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. Fuq dik il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 157,8 %. |
3.2.1.4.
|
(156) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2. Ir-Russja
|
(157) |
Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li fl-Unjoni ġew importati 2735 tunnellata ta’ ferrosiliċju mir-Russja, li jikkostitwixxu madwar 0,4 % mill-konsum totali tal-Unjoni. Il-GTR sostna li tali volum ta’ importazzjonijiet kien negliġibbli. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li livell bħal dan ta’ importazzjonijiet kien rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2.1.
|
(158) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Russi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi valur normali fir-Russja. Għal dan l-għan, intużat l-informazzjoni sottomessa mill-applikant (82). Din l-informazzjoni protetta bid-dritt tal-awtur kienet ipprovduta minn Metal Expert (83). |
|
(159) |
Għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet domestiċi pprovduti fit-talba u kien aġġornat (84) għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet domestiċi aġġornati ġew magħmula pubbliċi fil-fajl. Ma wasal l-ebda kumment minn xi parti interessata. |
3.2.2.2.
|
(160) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Russi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tad-data CIF tal-Eurostat korretta għal-livell ex-works. |
3.2.2.3.
|
(161) |
Fejn dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku. Fuq il-bażi tal-informazzjoni mill-applikant, sar aġġustament ’l isfel ta’ EUR 100 għal kull tunnellata għall-prezz tal-esportazzjoni għall-kostijiet tal-merkanzija. |
|
(162) |
Fuq dik il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 17,6 %. |
3.2.2.4.
|
(163) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mir-Russja kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping jekk jitħassru l-miżuri
3.3.1. Ir-RPĊ
|
(164) |
Kif stabbilit fit-taqsima 3.2.1 aktar ’il fuq, l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju mir-RPĊ instabu li kienu oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għall-finijiet tal-kompletezza, il-Kummissjoni investigat ukoll jekk id-dumping kienx se jippersisti jew jerġax iseħħ jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, id-disponibbiltà ta’ swieq oħra għall-produtturi Ċiniżi, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ fis-suq domestiku tagħhom u fi swieq oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
3.3.1.1.
|
(165) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(166) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni fir-RPĊ qabżet b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali. Skont id-data pprovduta fit-talba (85), li ġiet aġġornata matul l-investigazzjoni (86), il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ferrosiliċju kienet tammonta għal 10 571 000 tunnellata fl-2019, filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni kienu jammontaw għal 4 040 000 tunnellata fl-istess sena. Għalhekk, l-użu tal-kapaċità laħaq biss madwar 38,2 %. Għalhekk, li kieku jitħassru l-miżuri, il-produtturi Ċiniżi jkollhom kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ 6 531 000 tunnellata filwaqt li l-konsum tas-suq tal-Unjoni kien ta’ 740 144 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (ara t-Tabella 1). Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ indikati fit-talba għal rieżami tal-iskadenza ma ġewx miċħuda minn xi parti. |
|
(167) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu l-ferrosiliċju għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.3.1.2.
|
(168) |
Is-suq domestiku Ċiniż huwa bil-bosta l-aktar suq importanti fid-dinja minħabba li fl-2017 kien jirrappreżenta 58 % tal-konsum apparenti tad-dinja (87). Madankollu, il-konsum f’dak is-suq naqas bi 18 % jew bi 887 000 tunnellata mill-2013 sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (88). |
|
(169) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Ġappun importa 167 000 tunnellata ta’ ferrosiliċju mir-RPĊ u kien l-ewwel suq ta’ esportazzjoni tal-industrija għar-RPĊ. Huwa kien jirrappreżenta 27,7 % tat-total tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-ferrosiliċju. Madankollu, skont l-artikli fl-istampa, il-funderiji tal-ferroligi Ġappuniżi għandhom l-għan li jiddiversifikaw il-provvisti tagħhom u jtemmu d-dipendenza tagħhom fuq l-Indja u r-RPĊ. Għal dak l-għan, fl-2017 stabbilixxew bosta intrapriżi konġunti fil-Malasja (89). Konsegwentement, huwa mistenni li s-suq Ġappuniż se jkun aktar diffiċli li jiġi aċċessat mill-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-futur. |
|
(170) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, jekk jitħassru l-miżuri kurrenti, hemm riskju għoli li l-produtturi Ċiniżi jagħmlu ħilithom sabiex jikkumpensaw għat-telf sinifikanti tagħhom f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ fis-suq domestiku importanti u, kif mistenni, dak Ġappuniż ukoll billi jidderieġu mill-ġdid il-flussi ta’ bejgħ sostanzjali lejn is-suq tal-Unjoni. |
3.3.1.3.
|
(171) |
L-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-ferrosiliċju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ammontaw għal 608 000 tunnellata li minnhom 3 587 tunnellata kienu lejn l-Unjoni (90). Il-produtturi Ċiniżi esportaw lejn 63 pajjiż u bħala medja l-prezzijiet tal-bejgħ tal-ferrosiliċju lejn dawk il-pajjiżi kienu aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-Unjoni. F’14 biss minn dawn il-pajjiżi, il-prezzijiet tal-bejgħ kienu ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-bejgħ lejn l-Unjoni. Fil-fatt, il-prezzijiet medji tal-bejgħ Ċiniżi lill-Unjoni kienu ogħla (+6,1 %) mill-prezz tal-bejgħ tal-esportazzjoni Ċiniż medju ġenerali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (91). Għalhekk, l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija ħafna aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi milli l-esportazzjoni lejn kważi l-pajjiżi l-oħra kollha. |
|
(172) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti wkoll għall-produtturi Ċiniżi fid-dawl tad-daqs tiegħu: fir-rigward tal-konsum globali tal-ferrosiliċju, l-Unjoni hija t-tieni l-akbar suq uniku wara r-RPĊ. Bħala daqs, dan huwa 1,7 darbiet akbar mis-suq tal-Amerika ta’ Fuq u 1,5 darbiet akbar mis-suq Ġappuniż (92). Għalhekk, id-daqs tiegħu huwa fattur importanti li jikkontribwixxi għall-attrattività tiegħu. |
3.3.1.4.
|
(173) |
Meta jitqiesu d-dumping kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi fi swieq terzi, il-kobor tal-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, id-daqs tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet prevalenti f’dak is-suq u t-tnaqqis sinifikanti fil-konsum fis-suq domestiku u d-disponibbiltà mnaqqsa mistennija ta’ suq tal-esportazzjoni importanti ieħor, hemm probabbiltà kbira li d-dumping mir-RPĊ ikompli jew fi kwalunkwe każ jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.3.2. Ir-Russja
|
(174) |
Kif stabbilit fit-taqsima 3.2.2 aktar ’il fuq, l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju mir-Russja instabu li kienu oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Kummissjoni investigat ukoll jekk id-dumping kienx se jippersisti jew jerġax iseħħ jekk il-miżuri jitħassru. Ġew analizzati l-elementi addizzjonali li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja, id-disponibbiltà ta’ swieq oħra għall-produtturi Russi, l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi fir-Russja fis-suq domestiku tagħhom u fi swieq oħra u l-attrattività tas-suq tal-Unjoni. |
3.3.2.1.
|
(175) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-fatti disponibbli u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta u aġġornata mill-applikant (93), f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(176) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni fir-Russja qabżet b’mod sostanzjali l-volumi tal-produzzjoni attwali. Skont it-talba, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ferrosiliċju kienet tammonta għal 826 000 tunnellata fl-2019, filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni kienu jammontaw għal 561 000 tunnellata fl-istess sena. Għalhekk, l-użu tal-kapaċità laħaq biss madwar 67,9 %. Jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi Russi għandhom biżżejjed kapaċità ta’ riżerva, stmata għal 265 000 tunnellata, sabiex jeċċedu l-provvista meħtieġa mis-suq tal-Unjoni, fejn il-konsum kien jammonta għal 740 144 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’ferrosiliċju li kien oġġett ta’ dumping. |
|
(177) |
Żewġ esportaturi Russi li ma kkooperawx u l-GTR issottomettew li l-Kummissjoni ssottovalutat ir-rata ta’ użu fir-Russja. Il-GTR indika sottomissjoni li saret miż-żewġ produtturi esportaturi Russi, li skont din il-kapaċità tal-produzzjoni Russa kienet ferm anqas, b’mod partikolari għaż-żewġ produtturi esportaturi stess, u li l-volumi tal-produzzjoni Russi kienu akbar. Konsegwentement, l-użu tal-kapaċità fir-Russja jilħaq bejn 90 % u 100 %. Il-GTR indika wkoll li kien għamel sottomissjoni f’dan ir-rigward. |
|
(178) |
L-ewwel, il-Kummissjoni nnotat li fis-sottomissjoni tagħha tal-24 ta’ April 2019, il-GTR/il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-Federazzjoni Russa ddikjara li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fir-Russja ppreżentata mill-applikanti u użata mill-Kummissjoni kienet “ikkonfermata wkoll mill-istatistika uffiċjali Russa”. |
|
(179) |
It-tieni, skont l-investigazzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni Russa kienet stmata għal 826 000 tunnellata għall-2019, filwaqt li fuq il-bażi tal-istatistika uffiċjali Russa dan in-numru jkun saħansitra ogħla għas-sena 2018, jiġifieri 932 000 tunnellata. Iċ-ċifri ppreżentati mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx għall-2017 ma jaqblux mal-istatistika uffiċjali Russa u lanqas mal-istimi tal-applikanti għall-istess sena. Fil-fatt, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-2017 fir-Russja kienet, skont il-GTR, [20 % -30 %] ogħla milli skont iċ-ċifra pprovduta f’dan ir-rigward miż-żewġ produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Għalhekk, fuq il-bażi kemm tal-istimi tal-applikanti kif ukoll tal-istatistiki uffiċjali Russi (kif ukoll tad-dikjarazzjoni mill-GTR), huwa ċar li l-kapaċità tal-produzzjoni pprovduta mill-produttur esportatur kienet issottovalutata. |
|
(180) |
It-tielet, l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx kienet tikkonċerna s-sena 2017 u mhux il-perjodu ta’ investigazzjoni. Anki li kieku din l-informazzjoni mhux verifikata kellha tiġi aċċettata, id-dikjarazzjoni li l-użu tal-kapaċità fir-Russja jkun kważi 100 % tibqa’ ħażina. Fil-fatt, kieku l-użu tal-kapaċità kien ikkalkolat bl-użu tal-istatistiki uffiċjali Russi dwar il-kapaċità tal-produzzjoni (840 700 tunnellata) u l-produzzjoni attwali sottomessa mill-produttur esportatur li ma kkooperax [600 000 tunnellata –700 000 tunnellata] għall-2017, l-użu tal-kapaċità kien ikun [71 % –83 %], li jibqa’ ’l bogħod minn “kważi 100 %”. |
|
(181) |
Fi kwalunkwe każ, id-data fir-rigward tal-kapaċità u tal-volumi tal-produzzjoni pprovduta mill-applikant kienet aktar reċenti u, għalhekk, aktar rilevanti għall-fini ta’ eżerċizzju li jħares ’il quddiem bħal analiżi tal-probabbiltà, peress li kienet tikkonċerna s-sena 2019”. |
|
(182) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, id-dikjarazzjonijiet li l-Kummissjoni ssopravvalutat ilkapaċità ta’ riżerva fir-Russja huma rrifjutati. Din id-deċiżjoni ġiet żvelata lill-partijiet, li ngħataw l-opportunità li jikkummentaw qabel ma ttieħdet deċiżjoni finali. |
|
(183) |
Fit-tweġiba tagħhom, iż-żewġ produtturi esportaturi ssottomettew li l-Kummissjoni ma kinitx indirizzat il-kwistjonijiet pendenti kollha mqajma minnhom u mill-GTR matul l-investigazzjoni attwali tar-rieżami ta’ skadenza b’mod ġenerali, u, b’mod speċifiku, is-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità ta’ riżerva tal-produtturi Russi. Il-produtturi esportaturi ssottomettew ukoll li, minbarra l-kwistjonijiet ta’ dumping, huma kienu kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni bħala parti interessata. Barra minn hekk, huma sostnew li fid-dawl ta’ diskrepanzi sinifikanti fid-data sottomessa minn diversi partijiet interessati rigward il-kapaċità, il-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità fir-Russja, il-Kummissjoni kienet obbligata tivverifika d-data, inkluż permezz taż-żjara ta’ verifika fil-bini tagħhom. Il-produtturi esportaturi kkontestaw ir-rifjut tal-argument tagħhom li r-rata tal-użu tal-kapaċità kienet qrib il-100 % fuq il-bażi ta’ kalkolu alternattiv bl-użu tad-data pprovduta mill-kumpaniji u mill-applikanti. F’dan ir-rigward, huma sostnew li l-Kummissjoni kienet irrikorriet għal għażla selettiva fl-użu tad-data dwar il-kapaċità u l-volumi tal-produzzjoni. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji rreferew għall-ġurisprudenza tad-WTO fir-rigward tal-fatti disponibbli b’appoġġ tad-dikjarazzjoni tagħhom li l-informazzjoni użata mill-Kummissjoni ma kinitx l-aktar waħda xierqa għal dan il-każ u li l-informazzjoni li pprovdew tkun l-aħjar waħda disponibbli. |
|
(184) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma qablitx li kien hemm xi sottomissjoni jew argument li ma kinux ġew ikkunsidrati u li ma kinux twieġbu. Fil-fatt, il-Kummissjoni bagħtet lill-kumpaniji divulgazzjoni addizzjonali sabiex tiżgura li l-kummenti tagħhom dwar il-kapaċità ta’ riżerva kienu ġew indirizzati bis-sħiħ u li ngħataw l-opportunità li jikkummentaw qabel ma s-sejbiet saru finali. Il-fatt li l-kumpaniji ma qablux mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ma jistax jiġi konfuż man-nuqqas ta’ raġunament. Barra mill-kapaċità ta’ riżerva, il-kumpaniji ma speċifikawx liema kwistjonijiet ma kinux ikunu indirizzati mill-Kummissjoni fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali. Ma hemmx għalfejn ngħidu li d-divulgazzjoni addizzjonali kienet limitata għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ riżerva u li t-tweġiba għall-kummenti għad-dokument finali ta’ divulgazzjoni jinsabu f’dan ir-Regolament, skont il-prattika standard tal-Kummissjoni. |
|
(185) |
It-tieni, iż-żewġ produtturi esportaturi tqiesu bħala partijiet li ma kkooperawx skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Kif innotat mill-kumpaniji nfushom, huma għażlu li ma jwiġbux il-kwestjonarji, li kienu jeħtieġu informazzjoni importanti sabiex jintużaw mhux biss għall-valutazzjoni tad-dumping iżda tal-ħsara wkoll (bħall-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu). Filwaqt li ma għandha l-ebda obbligu legali li twettaq verifiki fuq il-post, hija l-prattika tal-Kummissjoni li tivverifika t-tweġibiet għall-kwestjonarju u d-data addizzjonali pprovduta mill-partijiet kollha li jikkooperaw, li madankollu ma kienx il-każ għal dawn iż-żewġ produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li f’dan il-każ partikolari, irrispettivament mill-fatt li dawn il-partijiet naqsu milli jikkooperaw u li, għalhekk, ma saret l-ebda verifika fil-bini tagħhom, id-data sottomessa minnhom tqieset fis-sustanza, anki jekk ma kinitx ivverifikata, skont id-divulgazzjoni speċifika addizzjonali. Imbagħad din l-informazzjoni ġiet miċħuda wkoll fis-sustanza wara li ġiet kontroverifikata mal-informazzjoni pprovduta mill-GTR u mill-applikanti. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew il-kumpaniji, ma kienx hemm “diskrepanzi sinifikanti fid-data sottomessa minn diversi partijiet interessati”. Kienet biss l-informazzjoni tagħhom li varjat b’mod sinifikanti mill-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli fil-fajl, u aktar importanti minn hekk il-fatt li din l-informazzjoni kienet relatata mas-sena 2017 qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u wkoll il-perjodu aktar reċenti tal-2018 li għalih il-GTR kien issottometta l-informazzjoni. Fl-istess żmien, id-data pprovduta mill-applikanti u dik ipprovduta mill-GTR, li l-Kummissjoni bbażat fuqhom għall-valutazzjoni tagħha, għad li ma kinux identiċi, kienu allinjati ma’ xulxin. Fis-sottomissjoni tiegħu tal-24 ta’ April 2019, il-GTR/il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tal-Federazzjoni Russa nnifsu kkonferma li d-data pprovduta mill-applikanti kienet korretta. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet dwar is-sustanza, u indipendentement mill-verifika tat-tali informazzjoni, li l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi kienet skaduta u għalhekk irrilevanti, minbarra li ma kinitx affidabbli u għalhekk ma setgħetx tintuża sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità ta’ riżerva fir-Russja. |
|
(186) |
It-tielet, għall-kuntrarju ta’ dak li sostnew il-kumpaniji, il-kalkolu li għamlet il-Kummissjoni uża d-data tal-kumpaniji stess u l-istatistiki uffiċjali għall-kapaċità fir-Russja ppreżentati mill-GTR (u mhux l-informazzjoni pprovduta mill-applikant). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta li metodoloġiji differenti jistgħu jagħtu riżultati differenti bħal dawk osservati għaċ-ċifri pprovduti mill-kumpaniji għall-kapaċità tal-produzzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tirrifjuta l-affermazzjoni li kienet qed taqbad u tagħżel mid-data disponibbli għaliha. Meta tiġi kontroverifikata mal-istatistiki uffiċjali, l-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji ma setgħetx tiġi kkonfermata u għalhekk ġiet irrifjutata. |
|
(187) |
Il-Kummissjoni ma qablitx mal-argument li l-aktar informazzjoni xierqa f’dan il-każ kienet l-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji. Kontroverifika ma’ data uffiċjali wriet li ċ-ċifra pprovduta għall-kapaċità tal-produzzjoni ma kinitx korretta u, għalhekk, din l-informazzjoni tqieset bħala mhux affidabbli u ma ntużatx fis-sejbiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-informazzjoni pprovduta mill-applikanti li kienet konformi mal-istatistiki uffiċjali Russi. Fir-rigward tar-Regolament bażiku u tal-kunċett tad-WTO msemmi mill-kumpaniji, instab li l-informazzjoni kienet l-“aktar xierqa” f’dan il-każ. Għalhekk, it-talba tal-kumpaniji ġiet irrifjutata. |
|
(188) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni fakkret li l-valutazzjoni tal-kapaċità żejda kienet wieħed biss minn fost diversi elementi u indikaturi oħra li fuqhom hija legalment meħtieġa tibbaża s-sejbiet tagħha dwar ir-rikorrenza tad-dannu fir-rieżamijiet ta’ skadenza. |
|
(189) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Russi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li jistgħu jużaw sabiex jipproduċu l-ferrosiliċju għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
3.3.2.2.
|
(190) |
Kif deskritt fil-premessa (168), l-iżvilupp reċenti fis-suq Ġappuniż jissuġġerixxi li l-importazzjonijiet mill-Malasja se jieħdu f’idejhom gradwalment is-sehem mis-suq ta’ importazzjonijiet oħra. Il-Ġappun huwa wkoll l-ewwel suq ta’ esportazzjoni Russu għall-ferrosiliċju. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, is-suq Ġappuniż kien jirrappreżenta 30 % mit-total tal-esportazzjonijiet Russi tal-ferrosiliċju (jew 127 000 tunnellata). Li kieku kellhom jitħassru l-miżuri attwali, huwa probabbli li l-produtturi esportaturi Russi jerġgħu jidderieġu mill-ġdid tal-anqas uħud minn dawn l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
3.3.2.3.
|
(191) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, sabiex jitqabblu l-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn l-Unjoni mal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi fi swieq oħra tal-esportazzjoni, sar użu mill-Global Trade Atlas (“GTA”) u mill-Istatistika Doganali Russa tal-Kummerċ barrani, fejn jidher li ż-żewġ sorsi jipprovdu kważi l-istess riżultat. Fuq dik il-bażi, il-prezz medju tal-bejgħ tal-esportazzjoni Russu lejn l-Unjoni kien ta’ EUR 1 149 għal kull tunnellata (jew 8,1 %) ogħla mill-prezz medju ġenerali tal-bejgħ tal-esportazzjoni Russu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fi tnejn minn 36 pajjiż biss, il-produtturi esportaturi Russi biegħu bi prezzijiet li kienu, bħala medja, ogħla milli fl-Unjoni. Dan il-bejgħ kien jirrappreżenta anqas minn 1 % tal-volum totali tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li l-esportazzjoni lejn l-Unjoni hija ferm aktar attraenti għall-esportaturi Russi milli l-esportazzjoni lejn kważi l-pajjiżi l-oħra kollha. |
|
(192) |
Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi Russi msemmija fil-premessa (191) hawn fuq ma qablux mas-sejbiet tal-Kummissjoni rigward l-attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-industrija Russa tal-ferroriliċju. Huma ddubitaw il-prezzijiet irrapportati fl-Istatistika Doganali Russa tal-Kummerċ barrani, minħabba li ma kinux affidabbli. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata aktar u ma ġie propost l-ebda mod alternattiv ta’ tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi ma’ swieq differenti. Ta’ min ifakkar li ż-żewġ partijiet ikkonċernati huma tnejn mill-akbar produtturi esportaturi Russi u li kieku ddeċidew li jikkooperaw mal-investigazzjoni, quod non, allura l-Kummissjoni kienet tkun f’pożizzjoni li tivvaluta mill-qrib il-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi ta’ prodotti komparabbli fis-swieq differenti tad-dinja fuq il-bażi tal-bejgħ tal-esportazzjoni tagħhom stess. Iż-żewġ produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-volum tal-esportazzjonijiet Russi lejn l-Unjoni kien f’livelli negliġibbli u jagħmilha impossibbli li wieħed jasal għal xi konklużjoni mill-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet. Kif indikat fil-premessa (157) aktar ’il fuq, l-importazzjonijiet Russi fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu jikkostitwixxu madwar 0,4 % tal-konsum totali tal-Unjoni u l-Kummissjoni kkunsidrat li tali livell ta’ importazzjonijiet kien rappreżentattiv biżżejjed. Fl-aħħar nett, dawn il-partijiet iddikjaraw li r-RPĊ tistabbilixxi l-prezz tal-ferrosiliċju u parteċipanti oħra tas-suq ġeneralment isegwu dawk il-prezzijiet, u dan jippermetti biss devjazzjonijiet żgħar. Kemm jekk dan huwa l-każ kif ukoll jekk le, il-Kummissjoni qieset li dan huwa irrilevanti sabiex tivvaluta l-attriattività tas-suq tal-Unjoni f’termini ta’ prezzijiet meta mqabbel ma’ swieq oħra. Għaldaqstant, it-talbiet ġew miċħuda. |
|
(193) |
Kif imsemmi fil-premessa (172) aktar ’il fuq, minbarra l-prezzijiet prevalenti fis-suq tal-Unjoni, id-daqs tas-suq tal-Unjoni huwa t-tieni fattur importanti li jikkontribwixxi għall-attrattività tiegħu. |
3.3.3. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(194) |
Meta jitqiesu d-dumping kontinwu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi fi swieq terzi, il-kapaċità ta’ riżerva eżistenti fir-Russja, id-daqs tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet prevalenti f’dak is-suq u d-disponibbiltà mnaqqsa mistennija ta’ suq tal-esportazzjoni importanti ieħor, hemm probabbiltà kbira li d-dumping mir-Russja jkompli jew jerġa’ jseħħ jekk il-miżuri jiskadu. |
3.4. Konklużjonijiet ġenerali dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping
|
(195) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza li hemm kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati, li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti f’termini ta’ prezzijiet u ta’ daqs u li l-esportazzjonijiet l-oħra jistgħu jiġu diretti mill-ġdid. |
|
(197) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza tad-dumping. |
4. ID-DANNU
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(198) |
Il-prodott simili kien immanifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(199) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġiet stabbilita għal madwar 241 000 tunnellata, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-industrija tal-Unjoni. Kif indikat fil-premessa (11), intgħażlu erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li jirrappreżentaw aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(200) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni bħala s-somma tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet totali fl-Unjoni miksuba mill-bażi ta’ data Comext (Eurostat). |
|
(201) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum fl-Unjoni baqa’ stabbli, bl-eċċezzjoni tal-2016 meta seħħ tnaqqis qawwi. Tnaqqis qawwi fil-prezzijiet beda matul ir-raba’ trimestru tal-2015 u ħalla impatt negattiv fuq is-suq kollu matul l-2016. L-azzar huwa s-settur ewlieni tal-użu finali għall-ferrosiliċju u l-produzzjoni tal-azzar fl-Unjoni Ewropea naqset minn 165,9 miljun tunnellata fl-2015 għal 162,1 miljun tunnellata fl-2016 (–2,3 %) (94). Barra minn hekk, fit-tieni nofs tal-2015, kien hemm tnaqqis kbir fl-inventarji li wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet. Il-prezzijiet baxxi mbagħad naqqsu l-produzzjoni u matul is-sentejn ta’ wara l-inventarji tal-2016 u tal-2017 naqsu gradwalment. Tabella 1 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||
4.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(202) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(203) |
Il-marġni tad-dumping stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kien ogħla mil-limitu de minimis kif iddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati kien rappreżentattiv biżżejjed, kif stipulat fil-premessi (43) u (157). |
|
(204) |
Valutazzjoni kumulattiva tqieset xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet komparabbli ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi u l-prodott simili tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet kundizzjonijiet simili ta’ kompetizzjoni bħall-prodott taħt rieżami importat mir-RPĊ u mir-Russja u l-prodott simili prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kienu simili u meqjusa li huma distribwiti permezz tal-istess kanali kummerċjali. |
|
(205) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, tqies li kienu ssodisfati l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Russja ġew eżaminati b’mod kumulattiv. |
4.3.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(206) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Russja lejn l-Unjoni fuq il-bażi tad-data mill-bażi ta’ data Comext (Eurostat) u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet billi qabblet dawn il-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif jidher fit-Tabella 1. |
|
(207) |
Il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Madankollu, il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ wera żieda ta’ aktar minn erba’ darbiet fl-2018 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-Russja naqsu b’aktar min-nofs matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, għalkemm tista’ tidher żieda bejn l-2016 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 2 Volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(208) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati wera tnaqqis u baqa’ taħt il-1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mir-Russja komplew jidħlu fl-Unjoni, sa punt limitat. Tabella 3 Sehem mis-suq tal-Unjoni (%)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezzijiet
|
(209) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data mill-bażi ta’ data Comext (Eurostat). |
|
(210) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ urew żieda qawwija fl-2017, iżda naqsu b’74 punt perċentwali fl-2018. B’mod ġenerali, il-prezz Ċiniż wera tnaqqis ta’ 6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din ix-xejra kienet bil-kontra għar-Russja, li wriet livell ta’ prezz aktar baxx matul l-2016 u l-2017, iżda żieda ta’ 9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(211) |
Il-Kummissjoni stabbiliet it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet: |
|
(212) |
il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ex-works; u |
|
(213) |
id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Eurostat għall-prodott taħt rieżami kemm mir-RPĊ kif ukoll mir-Russja f’livell CIF, aġġustat għal prezz tal-ħatt l-art, inkluż ammont ta’ dazju doganali konvenzjonali u kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. |
|
(214) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(215) |
Għall-importazzjonijiet mir-Russja, it-tqabbil wera twaqqigħ medju tal-prezz ta’ 1,0 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(216) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ ma waqqgħux il-prezz tas-suq tal-Unjoni, iżda kienu 0,4 % ogħla. Madankollu, meta wieħed iħares lejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra (95), dawn il-prezzijiet tal-aħħar waqqgħu l-prezz tas-suq tal-Unjoni b’1,7 %. |
|
(217) |
Li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jsir anqas attraenti għall-produtturi esportaturi kemm Russi kif ukoll Ċiniżi, peress li l-livell tal-prezz fl-Unjoni huwa ogħla milli fil-pajjiżi l-oħra li kienu qed jesportaw fihom. Din l-attrattività tkun ta’ inkoraġġiment għar-Russja u għaċ-Ċina sabiex ikomplu bil-prattiki ta’ dumping tagħhom fis-suq tal-Unjoni u jużaw (tal-anqas parzjalment) il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom sabiex ifornu s-suq tal-Unjoni. Din iż-żieda fl-importazzjonijiet diġà tkun twassal sabiex il-prezzijiet fl-Unjoni jonqsu. Barra minn hekk, kif juru l-prezzijiet tal-esportazzjoni Russi lejn l-Unjoni u l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra, dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(218) |
Minħabba l-kobor tagħhom fil-volum, l-importazzjonijiet Russi u Ċiniżi jkollhom, sa punt sinifikanti, effett ta’ depressjoni fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. X’aktarx li jkunu jikkompetu ma’ volum akbar ta’ importazzjonijiet bi prezz aktar baxx mill-pajjiżi kkonċernati, l-industrija tal-Unjoni jkollha taċċetta telf fis-sehem mis-suq u/jew tkun sfurzata taġġusta l-prezzijiet tagħha ’l isfel sabiex tipprova żżomm is-sehem mis-suq tagħha. |
|
(219) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li jkun probabbli li l-importazzjonijiet mir-Russja u mir-RPĊ iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew, minħabba l-kobor enormi u l-prezzijiet oġġett ta’ dumping tagħhom, jikkawżaw suppressjoni fuq il-prezz fis-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u r-Russja
|
(220) |
Esportatur minnhom stqarr li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ġew sostitwiti minn importazzjonijiet min-Norveġja, mill-Malasja, mill-Eġittu u mill-Brażil. |
|
(221) |
L-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u r-Russja kienu l-aktar min-Norveġja, u kienu jirrappreżentaw 39 % tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra għajr il-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-Malasja, l-Eġittu u l-Brażil irrappreżentaw 11 %, 5 %, u 7 % tal-importazzjonijiet totali rispettivament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, l-esportatur ma pprovda l-ebda evidenza li dawn l-importazzjonijiet kienu oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni. |
|
(222) |
Billi s-sehem mis-suq kumplessiv tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi baqa’ stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi tnaqqis temporanju żgħir fl-2016 u fl-2017, id-dikjarazzjoni tal-esportatur ma kinitx minnha għall-perjodu. Tabella 5 L-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Rimarki ġenerali
|
(223) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(224) |
Kif imsemmi fil-premessa (10), intuża l-kampjunar għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(225) |
Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-data sottomessa mill-industrija tal-Unjoni u tat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(226) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. |
|
(227) |
Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(228) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi. |
|
(229) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(230) |
Filwaqt li kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni fl-2016, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 6 Produzzjoni tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
|
(231) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 7 Kapaċità tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
|
(232) |
L-użu tal-kapaċità segwa l-istess tendenza bħall-produzzjoni. Huwa żdied bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal 80 %. Tabella 8 L-użu tal-kapaċità tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.2.2.
|
(233) |
Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati baqa’ stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u wera tnaqqis żgħir ta’ 1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 9 Volum ta’ bejgħ tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
|
(234) |
Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni wera żieda qawwija fl-2016, iżda baqa’ stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni f’livell ta’ 27,7 %. Tabella 10 Sehem mis-suq tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.2.3.
|
(235) |
Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-konsum tal-Unjoni naqas ftit bi 2 % u l-industrija tal-Unjoni naqqset il-bejgħ tagħha b’1 %. Għalhekk, is-sehem mis-suq tagħha baqa’ stabbli. |
4.5.2.4.
|
(236) |
Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 12 % bejn l-2015 u l-2018 u mbagħad żdied b’6 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni wrew tnaqqis ta’ 6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda f’daqqa tal-livell tal-impjiegi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami huwa spjegat minn impjant wieħed ta’ wieħed mill-produtturi Ewropej li kien iddedikat għalkollox għall-prodott taħt rieżami matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk alloka l-forza tax-xogħol kollha tiegħu għalih. Tabella 11 L-impjiegi
|
||||||||||||||||||||||||
|
(237) |
Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull ekwivalenti full-time (FTE) fis-sena, bdiet minn livell ta’ 279 tunnellata għal kull FTE miżjud b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 12 Il-produttività tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.2.5.
|
(238) |
L-investigazzjoni stabbiliet il-kontinwazzjoni tad-dumping kemm mir-RPĊ kif ukoll mir-Russja, u li l-kobor tal-marġini tad-dumping kif muri fil-premessi (155) u (162) huwa ogħla mil-livell de minimis. |
|
(239) |
Madankollu, il-livell tal-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati baqa’ limitat għal 0,7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4.5.3. L-indikaturi mikroekonomiċi
4.5.3.1.
|
(240) |
Il-prezzijiet ta’ unità għall-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdiedu bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni għal 1 338 EUR/tunnellata. Il-kost tal-produzzjoni żdied b’20 % għal 1 250 EUR/tunnellata, li jispjega ż-żieda fil-prezz tal-bejgħ. Tabella 13 Il-prezz ta’ unità u l-kost ta’ unità fis-suq tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.5.3.2.
|
(241) |
Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b’41 %, minħabba kostijiet lavorattivi totali ogħla u impjiegi aktar baxxi fl-FTE fl-istess perjodu. Tabella 14 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.3.3.
|
(242) |
Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan naqas drastikament b’59 % fl-2016 u żdied fil-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u baqa’ 31 % anqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Tabella 15 L-inventarji
|
||||||||||||||||||||||||
4.5.3.4.
|
(243) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-profittabilità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, espressa bħala perċentwal tal-bejgħ nett, naqset minn profitt ta’ 10,7 % fl-2015 għal 7,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(244) |
Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti, segwa b’mod ġenerali x-xejra ta’ profittabilità. Dan naqas minn livell ta’ 93,2 % fl-2015 għal 54,9 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u b’hekk naqas b’41 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(245) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus nett mill-attivitajiet operattivi segwa x-xejra tal-profitabbiltà. Dan kien ta’ madwar EUR 25 miljun fl-2015 u naqas għal madwar EUR 23 miljun fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (jiġifieri tnaqqis ta’ 8 %). Tabella 16 Il-Profittabilità u r-Redditu fuq l-Investiment
Tabella 17 Il-Fluss tal-Flus
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(246) |
L-investimenti annwali tal-industrija tal-Unjoni fil-produzzjoni tal-prodott simili varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda wrew tnaqqis minn madwar EUR 11-il miljun fl-2015 għal madwar EUR 8 miljun fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri naqsu b’25 %. Tabella 18 L-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||
4.6. Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(247) |
L-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet ta’ prodotti oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati komplew jonqsu wara l-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti. Dan ippermetta lill-industrija tal-Unjoni tikseb livell għoli ta’ produzzjoni u żżomm volum ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ u sehem mis-suq stabbli, li jwasslu għal sitwazzjoni finanzjarja ġenerali relattivament stabbli. |
|
(248) |
L-indikaturi makro u mikro eżaminati juru li l-miżuri anti-dumping kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(249) |
Għalhekk, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5. IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU
|
(250) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (247) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mir-Russja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fuq il-bażi tax-xejriet deskritti hawn fuq, jidher li l-miżuri anti-dumping kisbu r-riżultat maħsub tagħhom li jneħħu d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni. |
|
(251) |
F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fil-pajjiżi kkonċernati, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. |
5.1. Il-produzzjoni ta’ riżerva/il-kapaċità ta’ pproċessar
|
(252) |
Kif imsemmi fil-premessi (166) u (176), kemm l-esportaturi Ċiniżi kif ukoll dawk Russi għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti sabiex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom malajr. Il-kapaċità ta’ riżerva tagħhom hija stmata għal madwar 6 531 000 tunnellata u 265 000 tunnellata rispettivament, li hija madwar disa’ darbiet il-konsum fl-Unjoni. |
|
(253) |
Wara d-divulgazzjoni, żewġ esportaturi Russi ddikjaraw li l-kumulazzjoni tal-kapaċità ta’ riżerva tal-esportaturi Russi u Ċiniżi tagħti ċifra qarrieqa u ppreġudikata. |
|
(254) |
Dawn id-dikjarazzjonijiet huma fattwalment żbaljati peress li l-Kummissjoni ma għaqqditx il-kapaċità ta’ riżerva tal-esportaturi Russi u Ċiniżi. Din il-valutazzjoni saret separatament għar-RPĊ (il-premessa (166)) u għar-Russja (il-premessa (176)), kif imsemmi fil-premessa (250). Il-Kummissjoni sabet fir-rigward tar-Russja li, jekk il-miżuri jitħassru, il-produtturi Russi għandhom biżżejjed kapaċità żejda stmata għal 265 000 tunnellata biex jipprovdu provvista żejda fis-suq tal-Unjoni, fejn il-konsum ammonta għal 740 144 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, bil-ferrosiliċju oġġett ta’ dumping. |
|
(255) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li hemm kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fir-Russja li tista’ tintuża sabiex tforni s-suq tal-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu, u d-dikjarazzjoni hija miċħuda. |
5.2. L-attrattività tas-suq tal-Unjoni
|
(256) |
Minħabba l-prezzijiet aktar profittabbli fis-suq tal-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi kif deskritt fil-premessi (171) u (191), huwa probabbli li kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawk il-pajjiżi jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni f’każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. |
|
(257) |
Fuq dik il-bażi, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-produtturi Ċiniżi u Russi x’aktarx li jżidu l-preżenza tagħhom fis-suq tal-Unjoni f’termini kemm ta’ volum kif ukoll ta’ sehem mis-suq u bi prezzijiet oġġett ta’ dumping li x’aktarx iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew, tal-inqas, jeżerċitaw pressjoni akbar fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kif spjegat fil-premessi (213) sa (216). |
|
(258) |
Esportatur minnhom iddikjara li s-sehem mis-suq tal-Unjoni li qabel kien meħud mill-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi ttieħed minn pajjiżi terzi oħra u li, għalhekk, ikun ferm improbabbli li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati jiżdiedu bil-qawwi li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. Dan l-esportatur iddikjara wkoll li s-suq tal-Unjoni mhuwiex attraenti daqs swieq ta’ pajjiżi terzi oħra, fejn ġew żviluppati relazzjonijiet ferm stabbiliti. |
|
(259) |
Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu ogħla milli fis-swieq l-oħra tal-esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, anki jekk l-esportaturi Ċiniżi u Russi kellhom biss sehem żgħir mis-suq fl-Unjoni, huma komplew l-imġiba ta’ dumping tagħhom. Dan, flimkien mal-kapaċitajiet ta’ riżerva kbar fir-RPĊ u fir-Russja, jagħmel probabbli żieda fil-preżenza fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u, għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjonijiet. |
5.3. L-impatt tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu
|
(260) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, hija mistennija żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, minħabba l-attrattività tas-suq tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessi (254) sa (257). Dawn l-importazzjonijiet x’aktarx li jkunu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew tal-inqas iqiegħdu pressjoni ’l isfel qawwija fuq il-livell tal-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit fil-premessi (213) sa (217). |
|
(261) |
Esportatur minnhom iddikjara li l-konsum tal-Unjoni se jiżdied minħabba żieda fid-domanda mis-settur tal-azzar downstream. Min-naħa l-oħra, l-applikant iddikjara l-oppost. Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-konsum tal-Unjoni juri xejra pożittiva fil-futur, dan ma jnaqqasx l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(262) |
Wara d-divulgazzjoni, żewġ produtturi esportaturi Russi ddikjaraw li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkun marbuta bi standard ogħla b’rabta mal-evidenza meħtieġa għas-sostanzjar ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu f’dak li għandu x’jaqsam mar-Russja, peress li l-konklużjoni dwar id-dumping issoktat ġiet stabbilita fuq importazzjonijiet Russi negliġibbli fl-Unjoni. Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat uriet li fl-Unjoni ġew importati 2 735 tunnellata ta’ ferrosiliċju mir-Russja, li jikkostitwixxu madwar 0,4 % mill-konsum totali tal-Unjoni (96). |
|
(263) |
Kif stipulat fil-premessa (192), il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-livell ta’ importazzjonijiet kien rappreżentattiv biżżejjed biex jiġi eżaminat jekk id-dumping issoktax matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Barra minn hekk, il-Kummissjoni analizzat ukoll ix-xejriet fir-rigward tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u kkonkludiet li kien probabbli li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni, minħabba l-prezz u l-livell tad-daqs tas-suq tal-Unjoni (il-premessi (191) sa (193)). B’hekk, il-Kummissjoni ma taqbilx li l-konklużjonijiet tagħha dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kienu bbażati fuq standard ta’ evidenza anqas minn dak adegwat. Għalhekk din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda. |
5.4. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu materjali
|
(264) |
L-industrija tal-Unjoni tkun sfurzata tnaqqas il-produzzjoni tagħha jew tnaqqas il-prezzijiet tagħha bil-wasla probabbli ta’ kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet Ċiniżi u Russi bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Fir-rigward tal-importazzjonijiet Russi, l-industrija tal-Unjoni jkollha tbaxxi l-prezzijiet tagħha sabiex tikkompeti bl-istess livell ta’ prezzijiet. Il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ hija ta’ daqs tant kbir li anki bidla żgħira fil-bejgħ lejn l-Unjoni tkun taffettwa b’mod negattiv l-industrija tal-Unjoni, b’mod speċjali peress li l-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra wrew li l-prezzijiet jistgħu jitnaqqsu għal livell li jwaqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. It-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni jew fil-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni jikkawża deterjorament mgħaġġel ħafna tal-profittabilità tagħha u ta’ indikaturi oħra tal-prestazzjoni. |
|
(265) |
Wara d-divulgazzjoni, żewġ produtturi esportaturi Russi sostnew li l-prestazzjoni stabbli jew pożittiva tal-industrija Ewropea matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni tagħmel il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu ħafna aktar dgħajfa. Il-GTR ikkumenta bl-istess mod li l-industrija Ewropea tal-ferrosiliċju bħalissa tinsab f’pożizzjoni favorevoli u stabbli. |
|
(266) |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni tabilħaqq ikkonfermat li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, il-kapaċitajiet ta’ riżerva sinifikanti fir-Russja jipperikolaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, peress li tkun sfurzata tbaxxi l-produzzjoni tagħha jew tnaqqas il-prezzijiet tagħha, li kieku jitħassru l-miżuri. L-attrattività tas-suq tal-Unjoni, li jippreżenta prezzijiet li jħallu aktar qligħ minn destinazzjonijiet oħra ta’ esportazzjoni, issaħħaħ il-possibbiltà qawwija li l-kwantitajiet mir-Russja jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni, li kieku l-miżuri jitħassru. Iż-żewġ produtturi esportaturi Russi ma ppreżentaw l-ebda argument li jista’ jinvalida dawn il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, in-nuqqas ta’ dannu materjali kurrenti fl-industrija tal-Unjoni mhuwiex argument suffiċjenti u ma jistax iwassal għall-konklużjoni li d-dannu ma jerġax iseħħ, li kieku l-miżuri jitħassru. |
|
(267) |
Barra minn hekk, il-GTR iddikjara nuqqas ta’ attrattività tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Russi, peress li diġà daru għal swieq terzi minn meta ġew imposti l-miżuri anti-dumping. Għalhekk, iż-żieda tal-ferrosiliċju Russu fl-Unjoni tkun tassew improbabbli u l-produtturi Russi ma jkunux jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-provvisti tagħhom lejn l-Unjoni li kieku jitħassru l-miżuri. |
|
(268) |
Kif stabbilit fil-premessi (191) sa (193), il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni huma ogħla u jagħmlu s-suq tal-Unjoni aktar attraenti għall-esportaturi, anke għad-daqs tiegħu. Meta wieħed iqis il-potenzjal kemm f’termini ta’ prezzijiet kif ukoll ta’ volumi meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi oħra, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-esportaturi Russi ma jdurux lura għall-provvista tas-suq tal-Unjoni, kif iddikjarat mill-GTR, sabiex ifittxu aktar bejgħ u profittabilità ogħla. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni tagħha li l-esportazzjonijiet Russi aktarx li jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni li kieku l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(269) |
Il-GTR esprima wkoll tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju mir-Russja u mir-RPĊ b’mod kumulattiv, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju minn dawn iż-żewġ pajjiżi kienu juru tendenzi f’direzzjoni opposta. |
|
(270) |
Filwaqt li huwa minnu li kien hemm differenzi fil-flussi tal-importazzjoni fl-Unjoni bejn iż-żewġ pajjiżi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-GTR ma pprovda l-ebda argument li jispjega kif dawn id-differenzi jkunu jaffettwaw is-sejba tar-rikorrenza tad-dannu, li kieku l-miżuri kellhom jitħassru. Kif spjegat, ir-rikorrenza tad-dannu hija valutazzjoni li tħares ’il quddiem u fuq il-bażi tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-volumi prodotti miż-żewġ pajjiżi l-investigazzjoni wriet li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu. Kif innotat fil-premessa (252), il-Kummissjoni vvalutat kemm il-kapaċità kif ukoll l-attrattività tas-suq tal-Unjoni għal kull pajjiż b’mod separat. Huwa biss wara li kkonkludiet li kien hemm kapaċità ta’ riżerva sinifikanti u li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-esportazzjonijiet taż-żewġ pajjiżi, li hija kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu fir-rigward taż-żewġ pajjiżi. Għaldaqstant, it-talba ġiet miċħuda. |
|
(271) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li hemm probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu materjali jekk il-miżuri anti-dumping attwali jitħallew jiskadu. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(272) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(273) |
Kif imsemmi fil-premessa (262), l-industrija tal-Unjoni x’aktarx tesperjenza deterjorament serju tas-sitwazzjoni tagħha f’każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu. Għalhekk, it-tkomplija tal-miżuri tkun ta’ benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jkunu kapaċi jżommu l-volumi tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, il-profittabilità u s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali pożittiva tagħhom. B’kuntrast ma’ dan, il-waqfien tal-miżuri jkun jhedded serjament il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, għaliex ikun probabbli li sseħħ bidla fl-importazzjonijiet Ċiniżi u Russi lejn is-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u f’volumi konsiderevoli, b’mod li tkun ikkawżata r-rikorrenza tad-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(274) |
Esportatur minnhom talab lill-Kummissjoni testendi l-miżuri fir-rigward tar-Russja għal perjodu ta’ mhux aktar minn sentejn sabiex jinkiseb bilanċ xieraq tal-interessi varji tal-partijiet ikkonċernati kollha tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-esportatur ma ressaq ebda sostanzjalità ulterjuri dwar kif perjodu ta’ sentejn ikun jirrappreżenta bilanċ aħjar tal-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha tal-Unjoni. |
|
(275) |
Wara d-divulgazzjoni finali, żewġ produtturi esportaturi Russi tennew id-dikjarazzjoni li jkun ġustifikat perjodu ta’ estensjoni iqsar. |
|
(276) |
Il-Kummissjoni sabet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kinux ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-Kummissjoni sabet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’rikorrenza tad-dannu. Għalhekk, ma hemm l-ebda element f’dan il-każ li jiġġustifika estensjoni iqsar fuq il-bażi tal-interess tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-utenti
|
(277) |
Fl-investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza preċedenti, ġie konkluż li l-utenti ma jkunux affettwati b’mod sproporzjonat, anki li kieku l-miżuri kellhom jiġu estiżi. |
|
(278) |
Utent wieħed ikkoopera fl-investigazzjoni preżenti u oppona t-tiġdid tal-miżuri anti-dumping. Madankollu, dan l-utent indika li huwa kien juża l-prodott taħt rieżami biss bħala materjal tat-tisħin fil-proċedura tal-produzzjoni. Billi l-prodott taħt rieżami kellu rwol limitat ħafna fl-istruttura tal-kostijiet ta’ dan l-utent, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-konklużjoni tal-investigazzjoni tar-rieżami preċedenti jenħtieġ li tinbidel fl-investigazzjoni tar-rieżami attwali. |
|
(279) |
Barra minn hekk, il-GTR ikkontesta d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li ż-żieda fil-prezz tal-ferrosiliċju fis-suq tal-Unjoni ma tkunx tikkawża dannu lill-konsumaturi u ddikjara li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq il-ferrosiliċju tkun twassal għall-produzzjoni ta’ prodotti metallurġiċi bi prezz għoli wisq u mhux kompetittivi, b’kont meħud ta’ miżuri oħra ta’ difiża kummerċjali fir-rigward tal-industrija tal-azzar. Il-GTR ma pprovda l-ebda evidenza li tissostanzja din l-allegazzjoni. |
|
(280) |
Meta wieħed iqis li l-miżuri anti-dumping diġà huma fis-seħħ, il-Kummissjoni ma qablitx li jkun hemm żieda fil-prezz li kieku l-miżuri jiġu estiżi. Barra minn hekk, id-dazji anti-dumping għandhom l-għan li jġibu l-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għal livell ġust. Għalhekk, żieda possibbli fil-prezz f’dak is-suq ma tirriżultax fi prodotti bi prezz żejjed u mhux kompetittivi iżda f’kompetizzjoni ġusta. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li tindika li dawn il-konklużjonijiet huma żbaljati, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba. |
|
(281) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri attwalment fis-seħħ ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li t-tkomplija tal-miżuri ma taffettwax lilhom b’mod mhux xieraq. |
6.3. L-interess tal-importaturi
|
(282) |
L-importaturi kollha magħrufa ġew informati dwar il-bidu tar-rieżami. Daħlu f’kuntatt erba’ importaturi, iżda l-ebda wieħed ma kien jimporta l-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(283) |
Madankollu, importatur wieħed għamel sottomissjoni li topponi t-tiġdid tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. Dan l-importatur sostna li l-prezz tal-ferrosiliċju Ċiniż kien sar aktar għali mill-prodott simili fl-Unjoni, l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni nbidlet mill-investigazzjoni oriġinali, u l-ferrosiliċju b’kontenut baxx ta’ siliċju jenħtieġ li ma jkunx kopert fl-investigazzjoni attwali, peress li kien eskluż minn investigazzjonijiet anti-dumping aktar riċenti dwar il-ferrosiliċju minn pajjiżi terzi għajr il-pajjiżi kkonċernati. |
|
(284) |
Il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ fil-livell CIF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien f’livell medju ta’ EUR 1 234/tunnellata, filwaqt li l-prezz tal-Unjoni kien ta’ EUR 1 338/tunnellata. Il-Kummissjoni sabet li l-prezz mir-RPĊ żdied b’75,5 % matul l-aħħar semestru tal-2017 u laħaq l-ogħla livell f’Diċembru 2017 għal USD 2 005/tunnellata (97), billi xi siti tal-produzzjoni Ċiniżi kellhom jingħalqu għal raġunijiet ambjentali. L-awtoritajiet waqqfu l-produzzjoni tal-ferrosiliċju għal raġunijiet ambjentali fir-reġjun importanti ta’ Ningxia fi tmiem l-2017. Wara li l-produzzjoni reġgħet ġiet stabbilita, il-prezzijiet naqsu rapidament b’31 % erba’ xhur wara (USD 1 387,5/tunnellata f’April 2018) u b’40 % fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (USD 1 195/tunnellata f’Marzu 2019). Għalhekk, l-affermazzjoni tal-kumpanija li l-prezz tal-ferrosiliċju Ċiniż kien ogħla mill-prodott simili fl-Unjoni ġiet miċħuda, billi ż-żieda allegata kienet f’daqqa, temporanja u limitata fiż-żmien. |
|
(285) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni nbidlet mill-investigazzjoni oriġinali, l-investigazzjoni sabet li, anki jekk kien hemm xi tibdiliet fl-istruttura tal-industrija tal-Unjoni, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq data kurrenti u jirreferu għal aktar minn 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-ferrosiliċju. Barra minn hekk, l-importatur ma pprovda l-ebda raġunament sostantiv dwar kif u għaliex l-istruttura tal-industrija tal-Unjoni kienet tkun taffettwa l-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba. |
|
(286) |
Fir-rigward tal-inklużjoni tal-ferrosiliċju b’kontenut baxx ta’ siliċju, l-ambitu tal-prodott f’dan ir-rieżami huwa l-istess bħal fir-rieżami oriġinali. Il-Kummissjoni nnotat li l-industrija tal-Unjoni għadha tipproduċi dan it-tip ta’ prodott. Il-fatt li investigazzjonijiet anti-dumping oħra ma koprewx l-istess prodott eżatt peress li dan ir-rieżami ma tbiddilx is-sejbiet tal-Kummissjoni f’din l-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping u l-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu fuq il-prodott taħt rieżami. |
|
(287) |
L-investigazzjoni ta’ skadenza preċedenti kkonkludiet li l-importaturi jistgħu faċilment jixtru minn sorsi differenti li huma attwalment disponibbli fis-suq, b’mod partikolari mill-industrija tal-Unjoni u minn esportaturi ewlenin ta’ pajjiżi terzi li jbigħu bi prezzijiet mhux oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni ma sabet fl-analiżi preżenti l-ebda evidenza li tikkontradixxi din il-konklużjoni. Għalhekk, ġie konkluż li ma jkunx sproporzjonat li jinżammu l-miżuri. |
6.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(288) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami. Iż-żamma tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u ma tkunx ta’ dannu għas-sitwazzjoni tal-utenti u tal-importaturi fl-Unjoni. |
7. IL-MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(289) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping, ir-rikorrenza tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-ferrosiliċju li joriġina mir-RPĊ u mir-Russja jenħtieġ li jinżammu. |
|
(290) |
Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Saret divulgazzjoni finali addizzjonali liż-żewġ produtturi esportaturi Russi. Il-partijiet kollha ngħataw ukoll perjodu sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni u sabiex jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta. |
|
(291) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (98), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(292) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tat opinjoni pożittiva, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7202 21 00, 7202 29 10 u 7202 29 90, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Erdos Xijin Kuangye Co. Ltd, Qipanjing Industry Park |
15,6 % |
A829 |
|
Lanzhou Good Land Ferroalloy Factory Co., Ltd, Xicha Villa |
29,0 % |
A830 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
31,2 % |
A999 |
|
|
Il-Federazzjoni Russa |
Bratsk Ferroalloy Plant, Bratsk |
17,8 % |
A835 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
22,7 % |
A999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jinkludi produttur esportatur ġdid u sabiex jattribwixxi lil dak il-produttur ir-rata tad-dazju anti-dumping medja ponderata xierqa applikabbli għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali, fejn produttur esportatur ġdid fir-RPĊ jew fir-Russja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
(a) |
ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2005 u t-30 ta’ Settembru 2006 (il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali); |
|
(b) |
ma jkunx relatat ma’ xi esportatur jew produttur fir-RPĊ jew fir-Russja li jkun soġġett għall-miżuri anti-dumping imposti b’dan ir-Regolament; u |
|
(c) |
jew ikun fil-fatt esporta lejn l-Unjoni l-prodott taħt rieżami jew ikun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2014 tad-9 ta’ April 2014 li jimponi dazju ta' antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u r-Russja, wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 107, 10.4.2014, p. 13).
(3) Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping (ĠU C 243, 11.7.2018, p. 8).
(4) Avviż ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-ferrosiliċju li joriġinaw mir-Russja u mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 123, 2.4.2019, p. 9).
(5) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tan-Negozju, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(6) Metal Expert LLC: https://metalexpert.com/en/index.html.
(7) Ir-rapport ta’ AlloyConsult: www.alloyconsult.com.
(8) Analiżi ta’ Distorsjonijiet tas-Suq Ikkawżati mill-Istat fl-Industrija Ċiniża tal-Ferroligi u tas-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi (l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza) — il-Kapitolu 7, p. 173.
(9) Rapport — il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(10) Ibid., il-Kapitolu 2, p. 10.
(11) http://en.pkulaw.cn/display.aspx?cgid=311950&lib=law.
(12) Rapport — il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(13) Ibid., il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(14) Ibid., il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(15) Ibid., il-Kapitolu 6. p. 122 -135.
(16) Ibid., il-Kapitolu 7. p. 167-168.
(17) Ibid., il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(18) Ibid., il-Kapitolu 2, p. 15-16, ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport — il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(19) Ibid., il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(20) Ibid., il-Kapitolu 5. p. 104-9.
(21) It-talba għal rieżami ta’ skadenza p. 38 u ċ-ċifri aġġornati pprovduti mill-applikant fil-fajl.
(22) Rapport — il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(23) Ibid., il-Kapitolu 2, p. 26.
(24) Ibid., il-Kapitolu 2. p. 31-2.
(25) https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU
(26) Analiżi ta’ distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-Industrija tal-Ferroligi u tas-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi (l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza) — il-Kapitolu 2.5, p. 43.
(27) Rapport — il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(28) Ibid., il-Kapitolu 4. p. 41-42, 83.
(29) http://www.miit.gov.cn/n1146285/n1146352/n3054355/n3057292/n3057296/c3645437/part/3645438.doc
(30) ibid., il-Kapitolu 14 dwar l-azzar, il-Kapitolu 15 dwar l-aluminju, il-Kapitolu 16 dwar is-settur kimiku u l-Kapitolu 12 dwar il-materja prima.
(31) it-13-il SFP għal Riżorsi Minerali, it-taqsima I-1.
(32) Is-sit web tal-Kunsill dwar l-Elettriku taċ-Ċina: http://www.cec.org.cn/xiangguanhangye/2017-01-13/163701.html
(aċċessat fit-12 ta’ Ottubru 2017).
(33) Data tal-OECD dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni 2017: https://www.compareyourcountry.org/trade-in-raw-materials
(aċċessat fit-8 ta’ Ottubru 2019).
(34) Analiżi ta’ distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-Industrija tal-Ferroligi u s-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi — l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza — il-Kapitolu 5.6, p. 153.
(35) Ibid., il-Kapitolu 4.5, p. 136.
(36) Ibid., il-Kapitolu 4.5, p. 136.
(37) Ibid., il-Kapitolu 4.5, p. 136.
(38) Rapport — il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(39) Ibid., il-Kapitolu 9, p. 216.
(40) Ibid., il-Kapitolu 9. p. 213-215.
(41) Ibid., il-Kapitolu 9. p. 209-211.
(42) Analiżi ta’ distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-Industrija tal-Ferroligi u s-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi — l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza — il-Kapitolu 5.4.
(43) Rapport — il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(44) Ibid., il-Kapitolu 13, p. 336.
(45) Ibid., il-Kapitolu 13. p. 337-341.
(46) Analiżi ta’ distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-Industrija tal-Ferroligi u s-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi — l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza — il-Kapitolu 5.5, p. 157.
(47) Rapport — il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(48) Ibid., il-Kapitolu 6, p. 119.
(49) Ibid., il-Kapitolu 6, p. 120.
(50) Ibid., il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(51) Ibid.
(52) Rapport — Kapitolu 14, p. 362–3, li jelenka l-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ tal-UE (dwar ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u dwar ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), kif ukoll l-investigazzjoni tad-difiża tal-kummerċ imwettqa mill-awtoritajiet Awstraljani, Kanadiżi, Indjani u tal-Istati Uniti.
(53) Ibid., il-Kapitolu 6, p. 127, b’mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-IMF.
(54) Analiżi ta’ distorsjonijiet tas-suq ikkawżati mill-Istat fl-Industrija tal-Ferroligi u s-Siliċju — Focus fuq il-Ferroligi — l-Anness 4 tat-talba għal rieżami ta’ skadenza — il-Kapitolu 5.3, p. 148.
(55) Ibid., il-Kapitolu 6.2.2.2, p. 166.
(56) Ibid., il-Kapitolu 5.7, p. 158.
(57) Ibid., il-Kapitolu 5.7, p. 153.
(58) Ibid., il-Kapitolu 3.2.2, p. 89.
(59) Ibid., il-Kapitolu 3.4.3, p. 116.
(60) Ibid., il-Kapitolu 3.4.1, p. 112.
(61) Ibid., il-Kapitolu 5.4, p. 151.
(62) Data Miftuħa tal-Bank Dinji — Dħul Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(63) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż b’livell simili ta’ żvilupp, tista’ tiġi kkunsidrata l-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.
(64) Bażi ta’ data ORBIS, ipprovduta mill-Bureau Van Dick (https://orbis.bvdinfo.com/version-2019228/home.serv?product=OrbisNeo).
(65) Minflok, jekk wieħed jieħu prodott simili fil-Brażil fl-aħħar mill-aħħar xorta waħda jkunu jistgħu jintwerew l-istess kostijiet u marġini ta’ dumping.
(66) Abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni Torok — ara l-premessa (137).
(67) Ara l-premessa (139).
(68) Ibid.
(69) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(70) Disponibbli fuq https://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials
(aċċessat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2020).
(71) L-importazzjonijiet Brażiljani huma rrappurtati fil-livell FOB fil-GTA.
(72) https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee.
(73) Disponibbli fuq https://ilostat.ilo.org/ (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Lulju 2019).
(74) Disponibbli fuq https://establishbrazil.com/articles/whats-real-cost-employee (ikkonsultat l-aħħar fl-4 ta’ Lulju 2019).
(75) disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/tarifas-aplicadas-a-clientes-atendidos-em-alta-e-media-tensao-(grupo-a) (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ April 2019).
(76) Disponibbli fuq http://www.aneel.gov.br/a-aneel (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ April 2019).
(77) Disponibbli fuq http://www.aneel.gov.br/bandeiras-tarifarias (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ April 2019).
(78) Disponibbli fuq http://www.edp.com.br/distribuicao-es/saiba-mais/informativos/bandeira-tarifaria (disponibbli l-aħħar fl-10 ta’ April 2019).
(79) Segmentazzjoni għall-ferrosiliċju fil-paġna 67 għas-sena 2018: http://www.ferbasa.com.br/default_pt.asp?idioma=0&conta=28.
(80) Imsemmija fin-Nota 7 — Spejjeż tal-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi, p. 80, u inkluż Introjtu (spejjeż) operatorji oħrajn kif imsemmi fin-Nota 9, p. 81 u Introjtu (spejjeż) finanzjarji oħrajn kif imsemmi fin-Nota 10, p. 81 tar-Rapport annwali 2017.
(81) Imsemmi fir-rapporti tal-introjtu kkonsolidati, p. 45 tar-Rapport Annwali 2017.
(82) L-Anness G tat-talba għal rieżami tal-iskadenza.
(83) L-espert tal-metall huwa fornitur indipendenti ta’ intelligence dwar il-prezzijiet, ta’ aħbarijiet, ta’ data, ta’ analiżi u ta’ konferenzi għall-industrija tal-ħadid u tal-azzar: https://metalexpert.com/en/index.html.
(84) Informazzjoni pprovduta minn espert tal-metall ikkummissjonat mill-applikant.
(85) L-Anness 11 ipprovdut minn AlloyConsult, servizzi ta’ konsulenza relatati mas-suq fuq is-settur tal-ferroligi.settur tal-ferroligi.
(86) Nru t19.005064.
(87) Talba għal rieżami ta’ skadenza — Kapitolu 5, figuri 12 u 15, paġni 40 u 43.
(88) ibid., Kapitolu 5, figura 12, paġna 40 u sottomissjoni mill-applikant tat-3.10.2019 (t19.005064).
(89) https://asia.nikkei.com/Business/Malaysia-emerging-as-major-production-center-for-ferroalloys.
(90) Eurostat: http://comext.eurostat.ec.europa.eu/Analytical.html u gwida għall-utenti https://ec.europa.eu/eurostat/web/international-trade-in-goods/data/focus-on-comext
(91) Data estratta u kkalkolata mill-Global Trade Atlas (“GTA”)
(92) https://www.metalbulletin.com/events/download.ashx/document/speaker/8479/a0ID000000ZP1j5MAD/Presentation
(93) L-Anness 11 ipprovdut minn AlloyConsult, servizzi ta’ konsulenza relatati mas-suq fuq is-settur tal-ferroligi. settur tal-ferroligi.
(94) Sors: Id-data tal-applikant.
(*1) Il-volumi tal-importazzjoni ġew estratti l-ewwel mill-bażi ta’ data tal-importazzjoni tal-Eurostat għat-tliet kodiċijiet NM koperti minn dan ir-rieżami u mbagħad il-kodiċijiet NM 7202 29 10 u 7202 29 90 ġew aġġustati għall-kontenut tas-siliċju tal-kodiċi NM 7202 21 00 (75 %). Il-volumi tal-importazzjoni ta’ dawn il-kodiċijiet NM ġew aggregati u ponderati sabiex jirriflettu medja waħda.
(*2) Bħal fil-każ tal-volumi tal-importazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjoni ġew estratti l-ewwel mill-bażi ta’ data tal-importazzjoni tal-Eurostat għat-tliet kodiċijiet NM koperti minn dan ir-rieżami u mbagħad il-kodiċijiet NM 7202 29 10 u 7202 29 90 ġew aġġustati għall-kontenut tas-siliċju tal-kodiċi NM 7202 21 00 (75 %). Il-prezzijiet tal-importazzjoni ta’ dawn it-tliet kodiċijiet NM ġew aggregati u ponderati sabiex jirriflettu medja waħda.
(95) Id-data tal-esportazzjoni mill-Global Trade Atlas.
(96) Il-premessa (44).
(97) Il-prezz kien ta’ USD 1 142,5/tunnellata f’Lulju 2017.
(98) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).