|
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/780
tat-12 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 445/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/779 fir-rigward ta’ miżuri biex tiġi estiża l-validità ta’ ċerti ċertifikati ta’ entitajiet ferrovjarji inkarigati mill-manutenzjoni u ta’ ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali minħabba l-pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar id-diffikultajiet biex iġeddu ċerti ċertifikati ta’ entitajiet ferrovjarji inkarigati mill-manutenzjoni (“ECM”), minħabba l-miżuri b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(2) |
It-tiġdid taċ-ċertifikati ECM jew taċ-ċertifikati fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ manutenzjoni esternalizzati għall-vaguni tal-merkanzija mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (2), meta l-validità tagħhom tkun għadha kemm skadiet jew daqt se tiskadi, jaf ma jkunx possibbli minħabba dawk il-miżuri li kellhom jittieħdu fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u li daħlu fis-seħħ f’xi Stati Membri mill-1 ta’ Marzu 2020. B’mod partikolari, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni ECM jaf ma jkunux jistgħu jwettqu l-ħidma preliminari kollha meħtieġa għat-tiġdid taċ-ċertifikati ECM jew taċ-ċertifikati fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ manutenzjoni esternalizzati fiż-żmien dovut skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 jew, mis-16 ta’ Ġunju 2020, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 (3). |
|
(3) |
Biex tkun żgurata l-kontinwità tan-negozju, il-validità taċ-ċertifikati ECM jew taċ-ċertifikati fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ manutenzjoni esternalizzati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 445/2011, li jiskadu bejn l-1 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Awwissu 2020, jenħtieġ jiġu estiżi għal sitt (6) xhur addizzjonali. Dan jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 445/2011 meta korp taċ-ċertifikazzjoni jsib li entità inkarigata mill-manutenzjoni ma għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti li abbażi tagħhom ikun inħareġ iċ-ċertifikat ECM jew iċ-ċertifikat fir-rigward ta’ funzjonijiet ta’ manutenzjoni esternalizzati. |
|
(4) |
Minħabba l-pandemija tas-COVID-19, jixraq jitħalla aktar żmien għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar il-komponenti kritiċi għas-sikurezza u l-applikazzjoni tar-reġim il-ġdid għall-vetturi minbarra l-vaguni tal-merkanzija. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/779 jenħtieġ jiġu adattati. |
|
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 445/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/779 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-validità ta’ ċerti ċertifikati ECM jaf diġà ilha li skadiet mill-1 ta’ Marzu 2020. Għalhekk, biex tkun evitata kull inċertezza legali, l-estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati ECM jenħtieġ tkun tapplika mill-1 ta’ Marzu 2020. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(8) |
Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament jenħtieġ jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 445/2011, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“4. |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 (*1), ċertifikat ECM għandu jkun validu għal perjodu sa ħames (5) snin. Id-detentur taċ-ċertifikat għandu jinforma, mingħajr dewmien, lill-korp taċ-ċertifikazzjoni dwar kull bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi applikabbli fiż-żmien meta ngħata ċ-ċertifikat oriġinali biex il-korp taċ-ċertifikazzjoni jkun jista’ jiddeċiedi jekk għandux jemendah, iġeddu jew jirrevokah. |
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/779 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 15, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 360).
(4) Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44).