|
10.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/762
tad-9 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-istandards mikrobijoloġiċi għall-ikel nej għall-annimali domestiċi, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-istabbilimenti approvati, il-parametri tekniċi applikabbli għall-metodu alternattiv tal-proċess ta’ Brookes ta’ bdil f’gass u għall-idroliżi tax-xaħmijiet imdewba, u l-esportazzjonijiet ta’ demel ipproċessat, ta’ ċertu demm, ta’ prodotti tad-demm u ta’ prodotti intermedji
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 20(11), l-Artikolu 21(6)(d), l-Artikolu 27(b) u (c), l-Artikolu 31(2), l-Artikolu 40(b), (d) u (e), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(2)(a), (b) u (c) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi regoli tas-saħħa pubblika u tal-annimali għall-prodotti sekondarji tal-annimali u għall-prodotti derivati minnhom, sabiex jiġu evitati u jittaffew ir-riskji li ġejjin minn dawk il-prodotti għas-saħħa pubblika u għal dik tal-annimali. Dawk ir-regoli jinkludu wkoll standards mikrobijoloġiċi għall-ikel nej għall-annimali domestiċi, rekwiżiti li jikkonċernaw ċerti stabbilimenti approvati, kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ qrejjen u ta’ prodotti tal-qrejjen, qwieqeb u prodotti tal-qwieqeb, u r-regoli għall-esportazzjonijiet tad-demel ipproċessat, ta’ ċertu demm, ta’ prodotti tad-demm u ta’ prodotti intermedji. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 26(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, l-impjanti approvati jew irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jittrattaw, jipproċessaw jew jaħżnu prodotti sekondarji tal-annimali ġġenerati fil-post. Għalhekk, jixraq li l-biċċeriji approvati jkunu jistgħu japplikaw ċerti metodi kimiċi, għajr dawk elenkati bħala metodi ta’ pproċessar standard jew alternattivi, biex jippreservaw ċerti materjali tal-Kategorija 3 iġġenerati fil-post sabiex jiksbu volum likwidu, li jkun jista’ jinħażen u jiġi ttrasportat iktar faċilment. |
|
(3) |
Il-preservazzjoni kimika, għajr dik awtorizzata bħala metodu ta’ pproċessar alternattiv, ma tipproċessax il-materja prima fi prodotti derivati. Għall-fini taċ-ċertezza tad-dritt, jeħtieġ li jiġu previsti regoli dwar il-ħżin, it-trasport u r-rimi jew l-użu sussegwenti ta’ dawn il-materjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u l-Anness IX tiegħu jiġu emendati skont dan. |
|
(4) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprevedi definizzjoni tal-materjal għat-tkabbir. Il-materjal għat-tkabbir jintuża b’mod wiesa’ fil-produzzjoni tal-faqqiegħ. Id-definizzjoni tal-materjal għat-tkabbir jenħtieġ li tindirizza l-użu tal-materjal għat-tkabbir fil-produzzjoni tal-faqqiegħ. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni tal-“kriterju ta’ iġjene tal-proċess” fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 sabiex fil-punt 6 tal-Kapitolu II tal-Anness XIII tiegħu tissostitwixxi l-istandard attwali tal-prodotti bbażat fuq l-għadd tal-Enterobacteriaceae b’valuri għan-numru meħtieġ ta’ kampjuni u għal-limiti għall-Enterobacteriaceae bħala kriterju li jindika l-funzjonament aċċettabbli tal-proċess tal-produzzjoni. |
|
(6) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ żviluppi xjentifiċi u tekniċi ġodda, il-parametri tat-temperatura għall-proċess ta’ Brookes ta’ bdil f’gass jenħtieġ li jiġu allinjati mal-istandards eżistenti għall-inċinerazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali. L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-Kapitolu II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-prodotti sekondarji tal-annimali, inkluż it-tikkettar. L-ikel nej għall-annimali domestiċi jenħtieġ li jiġi ttikkettat skont dan sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni tal-ikel jew l-infezzjoni tal-bnedmin. |
|
(9) |
L-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (5) introduċa kriterji ta’ iġjene tal-proċess biex jiżgura s-sikurezza tal-oġġetti tal-ikel abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika tar-riskji. Billi jitħarsu l-istess prinċipji, is-sikurezza tal-ikel nej għall-annimali domestiċi tista’ tinżamm jekk id-dispożizzjonijiet dwar il-konformità mal-kriterji ta’ iġjene tal-proċess stabbiliti għall-preparati tal-laħam, jiġifieri l-laħam mhux ipproċessat għall-konsum mill-bniedem, stabbiliti fil-punt 2.1.8 tal-Kapitolu 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005, jissostitwixxu l-istandards mikrobijoloġiċi eżistenti għall-Enterobacteriacae fil-prodott. Għalhekk, il-Kapitolu II tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Għall-promozzjoni tax-xjenza, jenħtieġ li tingħata deroga għal ċerti oġġetti fil-kollezzjonijiet tal-istorja naturali. Ir-rekwiżiti dwar it-trofej tal-kaċċa u preparazzjonijiet oħra kif stabbiliti fil-Kapitolu VI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(12) |
Il-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għad-derivati mix-xaħam. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li l-ipproċessar għandu minn tal-inqas jilħaq it-temperatura meħtieġa fih. Il-Kapitolu XI tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi kkoreġut skont dan. |
|
(13) |
Ir-rekwiżiti għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti miksubin mill-għadam, mill-qrejjen u mill-qwieqeb stabbiliti fil-punt 2(d) tat-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jistgħu jinftiehmu bħala rekwiżiti kumulattivi. Il-punt 2(d) jenħtieġ li jiġi revedut sabiex jiġi ċċarat li dawk ir-rekwiżiti japplikaw alternattivament. |
|
(14) |
Il-Kapitolu V tal-Anness XIV jistabbilixxi regoli għall-esportazzjoni tad-demel ipproċessat. Wara r-reviżjoni tar-rekwiżiti għall-esportazzjoni ta’ fertilizzanti organiċi u ta’ materjali li jtejbu l-ħamrija fost il-materjali tal-Kategorija 3 stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jeħtieġ li r-regoli għall-esportazzjoni tad-demel ipproċessat jiġu allinjati mar-rekwiżiti l-ġodda msemmija hawn fuq. |
|
(15) |
L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jistipula li l-esportazzjoni ta’ ċerti materjali tal-Kategoriji 1 u 2 tista’ tiġi awtorizzata biss taħt regoli armonizzati. L-Anness XII kif ukoll it-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jipprovdu l-kundizzjonijiet li bihom ċertu demm, prodotti tad-demm u prodotti intermedji jistgħu jiġu importati għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi finali jew sabiex ikunu soġġetti għal pass ta’ produzzjoni partikolari fil-katina tal-manifattura tal-prodotti farmaċewtiċi. Għalhekk, l-esportazzjoni tad-demm, tal-prodotti tad-demm u tal-prodotti intermedji li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-importazzjoni jew għat-tqegħid fis-suq, jenħtieġ li tiġi awtorizzata u jenħtieġ li r-regoli għall-esportazzjoni jiġu stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011. |
|
(16) |
Il-Kapitolu V tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
l-Annessi I, IV, VIII, IX, XIII u XIV huma emendati f’konformità mat-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I, IV, VIII, IX, XIII u XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-punt 59. huwa sostitwit b’dan li ġej u jiżdied il-punt 60.:
|
|
(2) |
fil-punt E.2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-Anness IV, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-Kapitolu II tal-Anness VIII, il-punt 2(b) huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
fil-Kapitolu II tal-Anness IX, il-punt (j) huwa sostitwit u jiddaħħal punt ġdid, il-punt (k), kif ġej:
|
|
(5) |
l-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
l-Anness XIV huwa emendat kif ġej:
|