8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/749

tal-4 ta’ Ġunju 2020

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwi għall-klorat f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/865/KE (2), l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-klorat ġew revokati minħabba li l-klorat ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (3).

(2)

L-ebda livell massimu ta’ residwi (MRLs) ma ġie stabbilit għall-klorat u, peress li din is-sustanza ma ġietx inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, attwalment l-MRL prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg japplika għall-prodotti kollha tal-ikel u tal-għalf inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(3)

Apparti l-użu preċedenti tiegħu fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-klorat huwa wkoll sustanza li hija ffurmata bħala prodott sekondarju li jirriżulta mill-użu ta’ diżinfettanti tal-kloru fl-ipproċessar tal-ikel u tal-ilma tax-xorb. Dawn l-użi jwasslu għas-sitwazzjoni attwali ta’ residwi osservabbli tal-klorat fl-ikel.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ġabret data ta’ monitoraġġ bejn l-2014 u l-2018 biex tinvestiga l-preżenza ta’ residwi tal-klorat fl-ikel u fl-ilma tax-xorb. Dik id-data indikat li r-residwi tal-klorat huma preżenti f’livelli li spiss jaqbżu l-MRL prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg u li l-livelli jvarjaw skont is-sors u l-prodott. Minn dawn ir-riżultati jsegwi li anki jekk jintużaw prattiki tajba, bħalissa mhuwiex possibbli li jinkisbu livelli ta’ residwi tal-klorat konformi mal-MRL attwali ta’ 0,01 mg/kg.

(5)

L-awtorità adottat opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tal-klorat fl-ikel (4). F’dik l-opinjoni l-Awtorità stabbiliet doża tollerabbli ta’ kuljum (TDI) ta’ 3 μg/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum u doża ta’ referenza akuta (ARfD) ta’ 36 μg/kg ta’ piż tal-ġisem. L-awtorità kkonkludiet li abbażi tad-data miġbura fl-2014 l-esponiment fid-dieta akut għall-klorat ma kienx jaqbeż l-ARfD. L-esponimenti medji fid-dieta għall-klorat f’pajjiżi Ewropej qabżu t-TDI f’ċerti sottogruppi tal-popolazzjoni bħalma huma trabi u tfal żgħar b’defiċjenza ta’ jodju ħafifa sa moderata.

(6)

Sabiex jitnaqqsu l-livelli tal-klorat u jitnaqqas l-esponiment permezz ta’ azzjoni koordinata f’diversi setturi rilevanti u relatati, fl-2017 l-Istati Membri qablu dwar pjan ta’ azzjoni multidixxiplinari li jinkludi sett ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu b’mod parallel, inklużi azzjonijiet dwar l-ilma tax-xorb, l-iġjene, u l-istabbiliment ta’ livelli massimi ta’ residwi temporanji għall-ikel u l-għalf.

(7)

Dan ir-Regolament huwa dwar il-livelli massimi temporanji fl-ikel. Għal dan il-għan inġabar għadd kbir ta’ data ta’ okkorrenzi bejn l-2014 u l-2018, kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-operaturi tan-negozju tal-ikel. Id-data turi xejra ġenerali lejn livelli li qed jonqsu, li jissuġġerixxi li l-prattiki tal-manifattura diġà tjiebu sa ċertu punt. Fil-każ speċifiku tal-klorat, li r-residwi tiegħu ma jirriżultawx mill-użu tal-pestiċidi iżda jirriżultaw mill-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq il-kloru fl-ipproċessar tal-ikel u t-trattament tal-ilma tax-xorb, il-livelli massimi jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livelli li jkunu “l-iktar baxxi raġonevolment possibbli” (il-prinċipju ALARA) billi jiġu segwiti prattiki tajba ta’ manifattura, filwaqt li jiġi żgurat fl-istess ħin li l-prattiki tal-iġjene tajba jibqgħu possibbli. Dan l-approċċ jiżgura li l-operaturi tan-negozju tal-ikel japplikaw miżuri biex jipprevjenu u jnaqqsu kemm jista’ jkun il-livelli tal-klorat fl-ikel sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, iżda jqisu wkoll il-ħtieġa ta’ sikurezza mikrobijoloġika tal-ikel.

(8)

L-MRLs temporanji għall-klorat skont il-prinċipju ALARA huma bbażati fuq il-95 perċentil tad-data tal-okkorrenzi, li jqisu l-użu tal-ilma tax-xorb ittrattat b’mod leġittimu fl-ipproċessar tal-ikel. L-MRLs temporanji jenħtieġ li jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn ħames snin mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-iżviluppi possibbli fil-qasam tal-iġjene, tal-ilma tajjeb għax-xorb, il-progress ulterjuri li jkun sar mill-operaturi tan-negozju tal-ikel biex il-livelli tal-klorat jitnaqqas, jew kull meta jsiru disponibbli informazzjoni u data ġodda li jiġġustifikaw reviżjoni aktar kmieni.

(9)

Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar il-limiti xierqa ta’ determinazzjoni (LODs) għar-residwi tal-klorat f’ċerti komoditajiet speċifiċi.

(10)

Il-modifiki mitluba għall-MRLs, imsejsa fuq l-opinjoni xjentifiku tal-Awtorità u b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(11)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-MRLs temporanji għall-klorat għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Ġunju 2025.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/865/KE tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-esklużjoni tal-chlorate mill-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (ĠU L 307, 18.11.2008, p. 7).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(4)  EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2015. Opinjoni xjentifika dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika relatati mal-preżenza tal-klorat fl-ikel. EFSA Journal 2015;13(6):4135, p. 103.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-klorat:

“Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (a)

Klorat (A)

(1)

(2)

(3)

0100000

 

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

0110000

 

Frott taċ-ċitru

0,05

0110010

 

Grejpfrut

 

0110020

 

Larinġ

 

0110030

 

Lumi

 

0110040

 

Xkomp

 

0110050

 

Mandolin

 

0110990

 

Oħrajn (2)

 

0120000

 

Ġewż tas-siġar

0,1

0120010

 

Lewż

 

0120020

 

Ġewż tal-Brażil

 

0120030

 

Ġewż tal-anakardju

 

0120040

 

Qastan

 

0120050

 

Ġewż tal-Indi

 

0120060

 

Ġellewż

 

0120070

 

Macadamia

 

0120080

 

Ġewż Amerikan

 

0120090

 

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

0120100

 

Pistaċċi

 

0120110

 

Ġewż

 

0120990

 

Oħrajn (2)

 

0130000

 

Pomu

0,05

0130010

 

Tuffieħ

 

0130020

 

Lanġas

 

0130030

 

Sfarġel

 

0130040

 

Naspli

 

0130050

 

Naspli tal-Ġappun

 

0130990

 

Oħrajn (2)

 

0140000

 

Frott tal-għadma

0,05

0140010

 

Berquq

 

0140020

 

Ċiras (ħelu)

 

0140030

 

Ħawħ

 

0140040

 

Għanbaqar

 

0140990

 

Oħrajn (2)

 

0150000

 

Kukku u frott żgħir ieħor

0,05

0151000

(a)

għeneb

 

0151010

 

Għeneb tal-mejda

 

0151020

 

Għeneb għall-inbid

 

0152000

(b)

frawli

 

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

0153010

 

Tut

 

0153020

 

Tut salvaġġ

 

0153030

 

Lampun (aħmar u isfar)

 

0153990

 

Oħrajn (2)

 

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

0154010

 

Mirtill

 

0154020

 

Cranberries

 

0154030

 

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

 

0154040

 

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

 

0154050

 

Warda skoċċiża

 

0154060

 

Ċawsli (iswed u abjad)

 

0154070

 

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

 

0154080

 

Frott tas-sebuqa

 

0154990

 

Oħrajn (2)

 

0160000

 

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

0161010

 

Tamal

0,3

0161020

 

Tin

0,3

0161030

 

Żebbuġ tal-mejda

0,7

0161040

 

Larinġ tal-qsari

0,3

0161050

 

Karambola

0,3

0161060

 

Kaki

0,3

0161070

 

Għanbaqar ta' Ġava

0,3

0161990

 

Oħrajn (2)

0,3

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,3

0162010

 

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

0162020

 

Liċċi

 

0162030

 

Frott tal-passjoni

 

0162040

 

Bajtar tax-xewk

 

0162050

 

Tuffieħ stilla

 

0162060

 

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

0162990

 

Oħrajn (2)

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

0,3

0163010

 

Avokado

 

0163020

 

Banana

 

0163030

 

Mango

 

0163040

 

Papaja

 

0163050

 

Rummien

 

0163060

 

Ċerimoja

 

0163070

 

Gwava

 

0163080

 

Ananas

 

0163090

 

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

0163100

 

Durian

 

0163110

 

Il-frotta tal-annona

 

0163990

 

Oħrajn (2)

 

0200000

 

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

 

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

0211000

(a)

patata

0,05

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,05

0212010

 

Għeruq tal-kassava

 

0212020

 

Patata ħelwa

 

0212030

 

Jammijiet

 

0212040

 

Ararut

 

0212990

 

Oħrajn (2)

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

0,15

0213010

 

Pitravi

 

0213020

 

Zunnarija

 

0213030

 

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

0213040

 

Għeruq tal-mustarda

 

0213050

 

Artiċokks

 

0213060

 

Zunnarija bajda

 

0213070

 

Tursin ta' Hamburg

 

0213080

 

Ravanell

 

0213090

 

Leħjet il-bodbod

 

0213100

 

Swedes

 

0213110

 

Lift

 

0213990

 

Oħrajn (2)

 

0220000

 

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

 

Tewm

0,7

0220020

 

Basal

0,5

0220030

 

Xalotti

0,5

0220040

 

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

0,5

0220990

 

Oħrajn (2)

0,05

0230000

 

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

0231010

 

Tadam

0,1

0231020

 

Bżar ħelu

0,3

0231030

 

Brunġiel

0,4

0231040

 

Bamja

0,1

0231990

 

Oħrajn (2)

0,1

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,2

0232010

 

Ħjar

 

0232020

 

Ħjar tal-pikles

 

0232030

 

Zukkini

 

0232990

 

Oħrajn (2)

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

0,08

0233010

 

Bettieħ

 

0233020

 

Qara’ aħmar

 

0233030

 

Dulliegħ

 

0233990

 

Oħrajn (2)

 

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,1

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,1

0240000

 

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

 

0241010

 

Brokkli

0,4

0241020

 

Pastard

0,06

0241990

 

Oħrajn (2)

0,06

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

0,07

0242010

 

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

 

0242020

 

Kaboċċa kkapoċċati

 

0242990

 

Oħrajn (2)

 

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

0243010

 

Kaboċċi Ċiniżi

0,06

0243020

 

Kaboċċi (“kales”)

0,2

0243990

 

Oħrajn (2)

0,06

0244000

(d)

ġdur

0,06

0250000

 

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,7

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

0251010

 

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

 

0251020

 

Ħass

 

0251030

 

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

 

0251040

 

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

 

0251050

 

Krexxuni tal-art

 

0251060

 

Aruka

 

0251070

 

Mustarda ħamra

 

0251080

 

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

 

0251990

 

Oħrajn (2)

 

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

 

0252010

 

Spinaċi

 

0252020

 

Burdlieq

 

0252030

 

Weraq tas-selq

 

0252990

 

Oħrajn (2)

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

 

0254000

(d)

krexxuni

 

0255000

(e)

ċikwejra

 

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

0256010

 

Maxxita

 

0256020

 

Kurrat selvaġġ

 

0256030

 

Weraq tal-karfus

 

0256040

 

Tursin

 

0256050

 

Salvja

 

0256060

 

Klin

 

0256070

 

Timu

 

0256080

 

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

0256090

 

Weraq tar-rand

 

0256100

 

Stregun

 

0256990

 

Oħrajn (2)

 

0260000

 

Legumi

0,35

0260010

 

Fażola (bl-imżiewed)

 

0260020

 

Fażola (bla mżiewed)

 

0260030

 

Piżelli (bl-imżiewed)

 

0260040

 

Piżelli (bla mżiewed)

 

0260050

 

Għads

 

0260990

 

Oħrajn (2)

 

0270000

 

Ħxejjex biz-zokk

0,25

0270010

 

Spraġ

 

0270020

 

Kardun

 

0270030

 

Krafes

 

0270040

 

Bużbież ta' Firenze

 

0270050

 

Qaqoċċ

 

0270060

 

Kurrat

 

0270070

 

Rabarbru

 

0270080

 

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

0270090

 

Qlub tal-palm

 

0270990

 

Oħrajn (2)

 

0280000

 

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

 

0280010

 

Faqqiegħ ikkultivat

0,7

0280020

 

Faqqiegħ salvaġġ

0,7

0280990

 

Ħażiż u likeni

0,05

0290000

 

Alka u organiżmi prokarjoti

0,05

0300000

 

BUS U ĦEMES

0,35

0300010

 

Fażola

 

0300020

 

Għads

 

0300030

 

Piżelli

 

0300040

 

Lupini/fażola tal-lupini

 

0300990

 

Oħrajn (2)

 

0400000

 

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

0401000

 

Żrieragħ taż-żejt

0,05

0401010

 

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

 

Karawett

 

0401030

 

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

 

Ġulġlien

 

0401050

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

 

Żerriegħa tal-lift

 

0401070

 

Fażola tas-sojja

 

0401080

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

 

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

 

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

 

0401110

 

Żrieragħ tal-għosfor

 

0401120

 

Żerriegħa tal-fiddloqom

 

0401130

 

Żerriegħa tal-camelina sativa

 

0401140

 

Qannebusa

 

0401150

 

Fażola tar-riġnu

 

0401990

 

Oħrajn (2)

 

0402000

 

Frott taż-żejt

0,7

0402010

 

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

 

Qlub tal-palm taż-żejt

 

0402030

 

Il-frott tal-palm taż-żejt

 

0402040

 

Kapok

 

0402990

 

Oħrajn (2)

 

0500000

 

ĊEREALI

0,05

0500010

 

Xgħir

 

0500020

 

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

 

0500030

 

Qamħirrum

 

0500040

 

Millieġ komuni

 

0500050

 

Ħafur

 

0500060

 

Ross

 

0500070

 

Segala

 

0500080

 

Sorgu

 

0500090

 

Qamħ

 

0500990

 

Oħrajn (2)

 

0600000

 

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

0,05

0610000

 

Tejiet

 

0620000

 

Kafeni

 

0630000

 

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0631000

(a)

mill-fjuri

 

0631010

 

Kamumella

 

0631020

 

Ibisku

 

0631030

 

Ward

 

0631040

 

Ġiżimin

 

0631050

 

Tilju

 

0631990

 

Oħrajn (2)

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

 

0632010

 

Frawla

 

0632020

 

Rooibos

 

0632030

 

Matè/Te tal-Paragwaj

 

0632990

 

Oħrajn (2)

 

0633000

(c)

mill-għeruq

 

0633010

 

Valerjana

 

0633020

 

Ġinseng

 

0633990

 

Oħrajn (2)

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

0640000

 

Żerriegħa tal-Kawkaw

 

0650000

 

Ħarrub

 

0700000

 

ĦOPS

0,05

0800000

 

ĦWAWAR

 

0810000

 

Ħwawar taż-żerriegħa

0,07

0810010

 

Ħlewwa

 

0810020

 

Kemmun iswed

 

0810030

 

Karfus

 

0810040

 

Kosbor

 

0810050

 

Kemmun

 

0810060

 

Xibt

 

0810070

 

Bużbież

 

0810080

 

Fienu

 

0810090

 

Noċemuskata

 

0810990

 

Oħrajn (2)

 

0820000

 

Ħwawar tal-frott

0,07

0820010

 

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

0820020

 

Bżar tas-Sichuan

 

0820030

 

Karwija

 

0820040

 

Kardamomu

 

0820050

 

Frott tal-ġnibru

 

0820060

 

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

0820070

 

Vanilja

 

0820080

 

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

0820990

 

Oħrajn (2)

 

0830000

 

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,07

0830010

 

Kannella

 

0830990

 

Oħrajn (2)

 

0840000

 

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

0840010

 

Għud is-sus

0,07

0840020

 

Ġinġer (10)

 

0840030

 

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,07

0840040

 

Għerq tal-mustarda (11)

 

0840990

 

Oħrajn (2)

0,07

0850000

 

Ħwawar tal-blanzuni

0,07

0850010

 

Imsiemer tal-qronfol

 

0850020

 

Kappar

 

0850990

 

Oħrajn (2)

 

0860000

 

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,07

0860010

 

Żagħfran

 

0860990

 

Oħrajn (2)

 

0870000

 

Ħwawar tal-aril

0,07

0870010

 

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

0870990

 

Oħrajn (2)

 

0900000

 

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05

0900010

 

Pitravi ħelu

 

0900020

 

Kannamieli

 

0900030

 

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

0900990

 

Oħrajn (2)

 

1000000

 

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

 

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

1011010

 

Muskoli

0,05

1011020

 

Xaħam

0,1*

1011030

 

Fwied

0,05

1011040

 

Kliewi

0,05

1011050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1011990

 

Oħrajn (2)

0,05

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

1012010

 

Muskoli

0,05

1012020

 

Xaħam

0,1*

1012030

 

Fwied

0,05

1012040

 

Kliewi

0,05

1012050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1012990

 

Oħrajn (2)

0,05

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

1013010

 

Muskoli

0,05

1013020

 

Xaħam

0,1*

1013030

 

Fwied

0,05

1013040

 

Kliewi

0,05

1013050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1013990

 

Oħrajn (2)

0,05

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

1014010

 

Muskoli

0,05

1014020

 

Xaħam

0,1*

1014030

 

Fwied

0,05

1014040

 

Kliewi

0,05

1014050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1014990

 

Oħrajn (2)

0,05

1015000

(e)

mill-ekwini

 

1015010

 

Muskoli

0,05

1015020

 

Xaħam

0,1*

1015030

 

Fwied

0,05

1015040

 

Kliewi

0,05

1015050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1015990

 

Oħrajn (2)

0,05

1016000

(f)

mill-pollam

 

1016010

 

Muskoli

0,05

1016020

 

Xaħam

0,1*

1016030

 

Fwied

0,05

1016040

 

Kliewi

0,05

1016050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1016990

 

Oħrajn (2)

0,05

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

1017010

 

Muskoli

0,05

1017020

 

Xaħam

0,1*

1017030

 

Fwied

0,05

1017040

 

Kliewi

0,05

1017050

 

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,05

1017990

 

Oħrajn (2)

0,05

1020000

 

Ħalib

0,1

1020010

 

Bhejjem tal-ifrat

(+)

1020020

 

Nagħaġ

(+)

1020030

 

Mogħoż

(+)

1020040

 

Żwiemel

(+)

1020990

 

Oħrajn (2)

 

1030000

 

Bajd tal-għasafar

0,05

1030010

 

Tiġieġ

 

1030020

 

Papri

 

1030030

 

Wiżż

 

1030040

 

Summien

 

1030990

 

Oħrajn (2)

 

1040000

 

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05*

1050000

 

Amfibji u Rettili

0,05

1060000

 

Annimali terrestri invertebrati

0,05

1070000

 

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,05

1100000

 

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

1200000

 

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

1300000

 

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

(*)

Jindika limitu ta’ kwantifikazzjoni analitika

(a)

Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I,

Klorat (A)

(A)

Sabiex titqies is-sitwazzjoni speċifika tar-residwi tal-klorat, fl-ikel ipproċessat (għall-iskop ta’ dan ir-Regolament inkluż fil-prodotti tal-ikel li joriġinaw waqt proċessi elenkati fl-Artikolu 2(1)(n) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004), li ġie f’kuntatt ma’ prodotti li fihom ir-residwi tal-klorat, jew li fih ingredjenti b’dawn ir-residwi, bħall-għajnuniet għall-ipproċessar jew l-ilma tax-xorb, użat f’konformità mar-rekwiżiti legali rispettivi, dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali ta’ residwi tal-klorat jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-kontenut permess ta’ residwi tal-klorat fil-prodotti tal-ikel ipproċessat jew fuqhom, f’konformità mal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament. L-obbligu ta’ provi rigward il-livell ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali jaqa’ f’idejn l-operatur ta’ negozju tal-ikel u tal-għalf,

(+)

Jinkludi l-ħalib mhux ipproċessat, il-ħalib ittrattat bis-sħana u l-ħalib għall-manifattura ta’ prodotti magħmula mill-ħalib kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-MRL japplika għall-ħalib lest għall-konsum (kummerċjalizzat bħala tali jekk rikostitwit skont struzzjonijiet tal-manifattur)

1020010 Baqar

(+)

Jinkludi l-ħalib mhux ipproċessat, il-ħalib ittrattat bis-sħana u l-ħalib għall-manifattura ta’ prodotti magħmula mill-ħalib. L-MRL japplika għall-ħalib lest għall-konsum (kummerċjalizzat bħala tali jekk rikostitwit skont struzzjonijiet tal-manifattur)

1020020 Nagħaġ

1020030 Mogħoż

1020040 Żwiemel”