4.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/23


Rettifika għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 174 tat-3 ta’ Ġunju 2020 )

F’paġna 403, fl-Artikolu 20(2)(b)(i),

minflok:

“fil-pajjiż jew territorju terz”,

aqra:

“fil-pajjiż terz jew fit-territorju”;

F’paġna 430, fl-Artikolu 82(1),

minflok:

“Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ntbagħtu minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jkunu elenkati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi elenkati jew ta’ territorji jew żoni tagħhom.”,

aqra:

“Il-konsenji ta’ semen, ta’ ooċiti u ta’ embrijuni ta’ annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu ntbagħtu minn stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali li jkunu elenkati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew ta’ territorji jew żoni tagħhom elenkati.”;

F’paġna 447, fl-Artikolu 124(a)(ii),

minflok:

“f’pajjiż jew territorju terz jew żona tiegħu”,

aqra:

“f’pajjiż terz jew f’territorju jew żona tiegħu”.