3.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/211 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/689
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali (1)”)], u b’mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(5), 32(2), 37(5), l-Artikolu 39, l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 42(6) u l-Artikolu 280(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali trażmissibbli għall-annimali jew għall-bnedmin. Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament huma meħtieġa jissupplimentaw dawk stabbiliti fil-Kapitoli 2, 3 u 4 tal-Parti II tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard, kif ukoll dawk fil-Parti IX dwar arranġamenti tranżizzjonali rigward is-sorveljanza jew il-programmi ta’ eradikazzjoni eżistenti u l-istat ta’ ħelsien mill-mard eżistenti. |
(2) |
Dawn ir-regoli huma sostanzjalment marbuta ma’ xulxin filwaqt li ħafna huma intiżi sabiex jiġu applikati flimkien. Għaldaqstant, fl-interess tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u tiġi evitata moltiplikazzjoni tar-regoli, dawn jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att wieħed u mhux f’għadd ta’ atti separati b’ħafna referenzi inkroċjati bir-riskju li ssir duplikazzjoni. |
(3) |
Tabilħaqq, is-sorveljanza tirrappreżenta parti intrinsika minn kwalunkwe programm ta’ eradikazzjoni u, f’ħafna mill-każijiet, l-istat ta’ ħelsien mill-mard ikun eżitu ta’ proċess ta’ sorveljanza u ta’ eradikazzjoni li jirnexxi. Barra minn hekk, is-sorveljanza hija meħtieġa, minbarra miżuri oħra, bħala għodda importanti għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard wara li dan jinkiseb. Ir-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard, inklużi r-regoli tranżizzjonali, spiss jaqdu skopijiet komuni u jirreferu għall-attivitajiet komplimentari tal-operaturi, tal-veterinarji u tal-awtoritajiet kompetenti. Għaldaqstant, xieraq li dawn ir-regoli jiġu raggruppati flimkien f’regolament delegat wieħed. |
(4) |
Is-sorveljanza hija element importanti ta’ politika effiċjenti u effettiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard. Jenħtieġ li tiġi implimentata b’mod konġunt mill-operaturi u mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li titfassal ukoll sabiex tilħaq l-objettivi ta’ detezzjoni bikrija ta’ tifqigħat ta’ kwalunkwe marda elenkata u emerġenti u sabiex turi l-konformità mal-kriterji għall-għoti, iż-żamma, is-sospensjoni jew l-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
(5) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li ddaħħal fis-seħħ sistema bażika ġenerali ta’ sorveljanza għall-mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri bbażata fuq in-notifika u l-investigazzjonijiet ta’ avvenimenti ta’ mard fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira. |
(6) |
Dawn ir-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza għall-annimali terrestri jenħtieġ li ikunu kkomplimentati minn rekwiżiti aktar speċifiċi skont l-eżitu mistenni tas-sorveljanza. Dawn jenħtieġ li jitfasslu sabiex jaqdu skopijiet speċifiċi differenti bħal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, programmi obbligatorji u fakultattivi ta’ eradikazzjoni, dimostrazzjoni ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard, miżuri ta’ kontroll tal-mard, fil-kuntest tal-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti u tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali. |
(7) |
L-approċċ għat-tfassil tar-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza għall-annimali akkwatiċi huwa simili għal dak għall-annimali terrestri, minkejja li mhuwiex identiku. L-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha jridu jimplimentaw sistema bażika ta’ sorveljanza bbażata fuq in-notifika u l-investigazzjoni ta’ avvenimenti ta’ mard f’popolazzjoni tal-annimali fil-mira. Barra minn hekk, is-sorveljanza għall-mard elenkat u emerġenti tal-annimali akkwatiċi trid tinkorpora ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard, meta jkun hemm bżonn li jittieħdu miżuri bħal dawn fi stabbilimenti tal-akkwakultura. |
(8) |
Minbarra r-rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza, li japplikaw għall-istabbilimenti tal-akkwakultura kollha, japplikaw rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati. Dawn il-miżuri speċifiċi jinkludu l-implimentazzjoni ta’ skema ta’ sorveljanza bbażata fuq ir-riskji msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju li jkollu stabbiliment li jittieħed u jferrex marda akkwatika, sew jekk marda elenkata kif ukoll jekk din ma tkunx elenkata. |
(9) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza huma relatati wkoll mal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard minn dik il-marda u sabiex dak l-istat jinżamm ladarba jinkiseb. |
(10) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jimplimentaw is-sorveljanza, fil-forma ta’ “programmi ta’ sorveljanza” għal mard tal-Kategorija C tal-annimali akkwatiċi fil-livell tal-istabbilimenti, mingħajr ma jirrikorru għal programm ta’ eradikazzjoni tal-mard. Il-programmi ta’ sorveljanza jvarjaw mill-programmi ta’ eradikazzjoni billi dawn huma bbażati fuq sistema ta’ sorveljanza mmirata li hija komprensiva iżda li ma tkoprix l-elementi kollha ta’ programm ta’ eradikazzjoni. Għall-kuntrarju tal-programmi ta’ eradikazzjoni, il-programmi ta’ sorveljanza ma joffrux il-possibbiltà li jinkiseb stat uffiċjali ta’ ħelsien mill-mard. |
(11) |
Il-programmi speċifiċi ta’ eradikazzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti f’dan ir-Regolament iservu sabiex jissostanzjaw ir-rekwiżiti tas-saħħa għal ċerti movimenti tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali fi ħdan l-Unjoni u, f’ċerti każijiet, tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li jidħlu fl-Unjoni. |
(12) |
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali teħtieġ li r-regoli għall-mard elenkat japplikaw għall-ispeċijiet elenkati. Is-sorveljanza jaf ma tkunx rilevanti għall-kategoriji kollha ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ annimali selvaġġi jew ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali miżmuma. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi regoli sabiex jispeċifika l-popolazzjoni tal-annimali rilevanti fil-mira għall-fini ta’ sorveljanza. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira tiġi espanduta għal speċijiet miżmuma mhux elenkati sabiex tiġi żgurata detezzjoni bikrija tal-mard emerġenti. |
(13) |
Jenħtieġ li d-derogi jagħtu l-possibbiltà li jiġu limitati iktar il-popolazzjonijiet tal-annimali terrestri fil-mira għal skopijiet speċifiċi ta’ sorveljanza, jiġifieri: (i) il-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni; (ii) il-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni; u (iii) ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq is-sorveljanza għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni. |
(14) |
Metodi dijanjostiċi, flimkien mal-ġbir sussegwenti tal-kampjuni sabiex dawn isiru, it-tekniki, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni huma ta’ natura teknika ħafna u huma soġġetti għal modifiki spissi minħabba l-iżviluppi fl-istandards xjentifiċi. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li huma aġġornati, ir-regoli dwar il-metodi dijanjostiċi jenħtieġ li jindikaw b’mod flessibbli liema metodi jenħtieġ li jintużaw u kif. Fil-qasam tal-mard tal-annimali, hemm sorsi possibbli differenti ta’ standards xjentifiċi għall-metodi dijanjostiċi. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi indikat l-ordni ġerarkiku li fih il-metodi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji ġenerali tal-kampjunar, tal-analiżijiet, tat-testijiet u tad-dijanjożijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(15) |
Sabiex jiġi żgurat użu ottimali tar-riżorsi kollha u sabiex jiġu evitati piżijiet u kostijiet amministrattivi żejda għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti, id-detezzjoni tal-mard elenkat u emerġenti jenħtieġ li tibbaża fuq is-sorsi ta’ informazzjoni miġbura matul il-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet uffiċjali l-oħra mhux primarjament maħsuba għas-sorveljanza ta’ dak il-mard. |
(16) |
Il-konferma ta’ marda skont id-definizzjoni tal-każ tagħha hija r-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti; jenħtieġ li tkun sostnuta b’investigazzjonijiet xierqa li jikkonfermaw jew jeliminaw il-preżenza ta’ marda ssuspettata. It-tali investigazzjonijiet ikunu rilevanti meta l-konferma tal-marda tiskatta miżuri ta’ kontroll tal-mard, kif ukoll f’ċerti ċirkustanzi oħra skont il-konsegwenzi tal-konferma tal-marda. Għaldaqstant, huwa importanti li dan ir-Regolament jistabbilixxi ċ-ċirkustanzi addizzjonali li fihom tkun neċessarja l-konferma tal-marda. |
(17) |
Id-definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat ta’ marda elenkata u, fejn rilevanti, ta’ marda emerġenti, huma ta’ importanza kbira. Dawn jippermettu lill-operaturi, lill-veterinarji u lil partijiet ikkonċernati oħra involuti fis-sorveljanza sabiex jidentifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ikun hemm bżonn li l-awtorità kompetenti tiġi nnotifikata u sabiex l-awtorità kompetenti tapplika miżuri għall-kontroll tal-mard. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu pprovduti kriterji ġenerali għad-definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat u li jiġu pprovduti, fejn meħtieġa, definizzjonijiet speċifiċi għall-mard, skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ ċertu mard. |
(18) |
Programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni huwa programm ta’ sorveljanza li jkun rilevanti għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan huwa neċessarju sabiex tinkiseb armonizzazzjoni akbar tas-sorveljanza ta’ mard speċifiku madwar l-Unjoni minħabba t-tħassib speċifiku tiegħu għas-saħħa pubblika jew tal-annimali. Għaldaqstant, hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-kriterji li l-mard eliġibbli għall-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni jenħtieġ li jissodisfa. |
(19) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi u tistabbilixxi linji gwida tekniċi fl-annessi tagħha. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprovdi għal linji gwida tekniċi simili f’anness. Madankollu, il-livell ta’ dettall f’dan ir-Regolament huwa anqas sabiex jiżgura kapaċità tajba ta’ adattament għat-tibdiliet fis-sitwazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza għall-influwenza tat-tjur. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tekniċi għall-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-influwenza tat-tjur jiffokaw esklużivament fuq l-objettivi, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-prinċipji metodoloġiċi li jridu jiġu segwiti. |
(20) |
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-programmi obbligatorji u fakultattivi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategorija B u tal-kategorija C fl-Istati Membri. Dan il-mard, jew dawn il-gruppi ta’ mard, għandhom il-karatteristiċi tagħhom stess. L-eradikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tkun ibbażata fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard speċifika għall-marda inkwistjoni. Din jenħtieġ li tinkludi mill-inqas: (i) is-sorveljanza li jeħtieġ li ssir sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard bħala l-għan aħħari; (ii) l-iskeda ta’ żmien; (iii) definizzjoni tal-popolazzjoni tal-annimali li hija soġġetta għall-programm ta’ eradikazzjoni; (iv) it-territorju li fih ser ikun japplika dan il-programm ta’ eradikazzjoni; u (v) miżuri speċifiċi ta’ prevenzjoni u ta’ kontroll tal-marda li ser ikunu japplikaw għall-marda matul il-fażi ta’ eradikazzjoni. |
(21) |
Jekk it-territorju li fih ikun se jiġi implimentat programm ta’ eradikazzjoni jkun jinkludi l-fruntiera esterna tal-Istat Membru, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tagħmel sforzi sabiex tindirizza r-riskju ta’ introduzzjoni tal-marda minn barra l-fruntieri tagħha. |
(22) |
L-iskop ta’ programm ta’ eradikazzjoni huwa li jikseb stat ta’ ħelsien mill-marda fit-territorju kopert mill-programm. Idealment, għal annimali terrestri, dan jenħtieġ li jkun ikopri t-territorju sħiħ tal-Istat Membru fejn tkun preżenti l-marda. Jekk dan ma jkunx possibbli, jenħtieġ li tiġi definita l-erja minima aċċettabbli. Is-superfiċje minima tal-erja jenħtieġ li tqis l-esperjenza miksuba permezz tal-programmi ta’ eradikazzjoni preċedenti u tagħti lok għal flessibbiltà skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-marda. |
(23) |
Il-miri kwalitattivi jew kwantitattivi tal-programm jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-awtorità kompetenti. Il-miri finali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji għall-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-marda, filwaqt li l-miri intermedji jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet oħra jew passi importanti għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, filwaqt li jirriflettu l-evoluzzjoni tal-programm. |
(24) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiddetermina l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni. Fil-każ ta’ programmi fakultattivi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategorija C, huwa stabbilit perjodu massimu tal-applikazzjoni tal-programm sabiex tiġi evitata interruzzjoni sproporzjonata u dejjiema tal-movimenti fi ħdan l-Unjoni. Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista’ tibda l-programm ta’ eradikazzjoni qabel ma dan jiġi approvat mill-Kummissjoni iżda jenħtieġ li ma timplimentax restrizzjonijiet għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni f’dak l-istadju. Jenħtieġ li jiġi pprovdut għal possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu li l-Kummissjoni testendi dan il-perjodu meta jkunu jeżistu ċirkustanzi ġġustifikati. |
(25) |
L-istrateġija ta’ eradikazzjoni ta’ ċertu mard tista’ tkun ibbażata fuq l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti. Il-miżuri speċifiċi għall-mard għat-tali mard jenħtieġ li jiġu raggruppati u jispjegaw l-obbligi għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti. |
(26) |
Il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li trid tiġi inkluża fil-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda jenħtieġ li tkun stipulata fuq bażi speċifika għall-marda. Il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tinkludi fil-programm ċerti popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali jenħtieġ li tkun stipulata fuq bażi speċifika għall-marda wkoll. |
(27) |
Ir-responsabbiltà primarja għall-kisba u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda tal-istabbiliment hija tal-operatur peress li dan huwa l-benefiċjarju primarju tal-benefiċċji marbuta mal-istat ta’ ħelsien mill-mard. Għaldaqstant, l-operatur jenħtieġ li jikkonforma ma’ ċerti obbligi sabiex jingħata u jżomm stat ta’ ħelsien mill-mard. |
(28) |
Ladarba l-operatur ikun jissodisfa l-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-marda għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, ikun f’idejn l-awtorità kompetenti li tagħti dak l-istat. Meta dawn il-kriterji speċifiċi ma jibqgħux issodisfati, ikun ukoll f’idejn l-awtorità kompetenti li tissospendi jew tirtira l-istat. |
(29) |
Barra minn hekk, l-obbligu għall-operaturi u għall-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni, fejn ikun hemm bżonn, jenħtieġ li jkunu spjegati f’dettall fid-dawl tal-profil speċifiku tal-marda. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-marda huma ta’ natura teknika u huma stipulati għal kull marda speċifika fl-annessi għal dan ir-Regolament. |
(30) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (4) jelenka l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis għall-programmi obbligatorji ta’ eradikazzjoni u jelenka l-lewkożi enzootika bovina, l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky, ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-vulvovaġinite pustulari infettiva u d-dijarea virali bovina għall-programmi fakultattivi ta’ eradikazzjoni. Għal dan il-mard, il-programmi ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment. |
(31) |
Il-programmi ta’ eradikazzjoni bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti jenħtieġ li jinkludu l-istabbilimenti kollha li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li teskludi ċerti tipi speċifiċi ta’ stabbilimenti u biċċeriji mill-programm ta’ eradikazzjoni dment li jiġu implimentati miżuri adattati ta’ mitigazzjoni tar-riskji. |
(32) |
Fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tattribwixxi stat tas-saħħa differenti lil unitajiet epidemjoloġiċi differenti. |
(33) |
Fil-każ ta’ annimali terrestri, ir-rekwiżiti li jintwera stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti huma bbażati fuq in-nuqqas ta’ infezzjoni sostnut mir-reġim ta’ ttestjar u ta’ sorveljanza, mill-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni ta’ annimali u ta’ prodotti ġerminali fl-istabbilimenti u, jekk ikun hemm bżonn, minn restrizzjonijiet fuq l-użu tat-tilqim. Meta l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ma jibqgħux issodisfati, japplikaw rekwiżiti speċifiċi għas-sospensjoni, għall-irtirar u għar-restawr ta’ dan l-istat. Minħabba n-natura teknika tagħhom, ir-rekwiżiti dettaljati speċifiċi għall-mard u l-lista ta’ metodi djanjostiċi li għandhom jintużaw għall-għoti u għaż-żamma tal-istat huma stabbiliti fl-annessi. |
(34) |
Il-kundizzjonijiet għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti kienu stipulati fir-regoli segwenti tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament: Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (5) għall-bruċellożi bovina u għat-tuberkulożi bovina u d-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE (6) għall-bruċellożi fin-nagħaġ u fil-mogħoż. Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali ħassret dawk id-dispożizzjonijiet. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 (7) allinja l-kamp ta’ applikazzjoni tal-aġenti tal-mard involuti fil-bruċellożi u fit-tuberkulożi bovina mal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (8) (OIE) (“il-Kodiċi Terrestri”). Issa huma l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-Brucella melitensis u bil-Brucella suis u l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġu riveduti r-rekwiżiti tekniċi relatati mal-istat ta’ dan il-mard, sabiex jitfittex allinjament mal-Kodiċi Terrestri filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fil-programmi preċedenti ta’ eradikazzjoni għal dan il-mard. |
(35) |
Fil-każ ta’ programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard għall-annimali terrestri bbażati fuq l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, jekk marda tkun issuspettata jew ikkonfermata, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li timplimenta miżuri sabiex tipprevjeni t-tixrid tagħha. Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati primarjament fl-istabbiliment fejn jinżamm il-każ issuspettat iżda l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tespandi l-miżuri għal annimali jew għal stabbilimenti oħra fejn ikun hemm riskju li tinfirex il-marda. |
(36) |
Meta tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-marda bħala tweġiba għal każ issuspettat jew ikkonfermat, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tintroduċi ċerti projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha wkoll il-possibbiltà li tippermetti l-moviment ta’ ċerti annimali mill-istabbiliment fejn jinżamm każ issuspettat jew ikkonfermat, sabiex jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-trattament xieraq tal-annimali u tiġi ffaċilitata s-sostenibbiltà tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard. |
(37) |
Wara l-konferma ta’ każ, tal-anqas jenħtieġ li jitneħħew l-annimali kollha rikonoxxuti bħala każijiet ikkonfermati. Meta dawn l-annimali jinqatlu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi jekk dan isirx bl-iskarnar, li jfisser li l-laħam tagħhom ikun maħsub sabiex jidħol fil-katina alimentari, jew inkella bil-qtil, li jfisser li l-laħam mhuwiex maħsub għal dak l-għan. |
(38) |
Għal ċertu mard li jista’ jinfirex bi prodotti infettati ta’ oriġini mill-annimali jew permezz ta’ fomiti, jew li jista’ jkollhom impatt potenzjali fuq is-saħħa pubblika, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tintroduċi miżuri fl-istabbilimenti infettati sabiex tipprevjeni t-tixrid ta’ dak il-mard permezz ta’ dawn il-prodotti jew il-fomiti. Għaldaqstant, il-miżuri għall-mitigazzjoni tat-tali riskji jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(39) |
Fil-każ tal-annimali terrestri, ladarba jinkiseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti, għall-fini ta’ effiċjenza tal-programmi, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi eżegwit tnaqqis gradwali fil-livell tal-attivitajiet ta’ sorveljanza wara ċertu perjodu ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard kontinwu fl-istabbiliment. |
(40) |
Il-lewkożi enzootika bovina (EBL) kienet soġġetta għal eradikazzjoni obbligatorja skont ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Issa din il-marda hija kkategorizzata għal eradikazzjoni fakultattiva skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. |
(41) |
Ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kien fihom prinċipji u kriterji ferm stabbiliti u effettivi għar-rikonoxximent, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għar-restawr ta’ stat uffiċjalment ħieles mill-EBL. Ħafna Stati Membri applikaw dawn ir-regoli b’suċċess matul l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-EBL fl-imgħoddi. Ir-regoli ġew rieżaminati fid-dawl tal-Kodiċi Terrestri u ġew inklużi f’dan ir-Regolament. |
(42) |
L-Istati Membri jew iż-żoni li ilhom diversi snin ħielsa mill-EBL u li, għaldaqstant, kisbu sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali stabbli li hija ħielsa mill-EBL, jenħtieġ li ikomplu juru n-nuqqas tal-infezzjoni. Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji hija mezz xieraq ta’ kif tiġi żgurata detezzjoni bikrija jekk il-marda terġa’ tiġi introdotta u ta’ sostanzjar tal-ħelsien mill-EBL. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu sistema ta’ sorveljanza xierqa mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
(43) |
Il-garanziji addizzjonali għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni tal-ħnieżer b’rabta mal-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) kienu parti mir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Numru ta’ Stati Membri applikaw dawk ir-regoli b’suċċess u eradikaw l-infezzjoni bl-ADV fil-popolazzjoni tal-ħnieżer miżmuma fit-territorju tagħhom. L-istrateġija għall-eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ADV f’dan ir-Regolament tqis il-Kodiċi Terrestri u l-kriterji li wrew li kienu ta’ suċċess fl-eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ADV. |
(44) |
Ir-regoli f’dan ir-Regolament dwar ir-rinotrakeite bovina infettiva/il-Vulvovaġinite pustulari infettiva (IBV/IPV) huma bbażati ffuq id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (9) b’dispożizzjonijiet dwar garanziji addizzjonali għall-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali bovini. Dawn jinkludu rekwiżiti għall-kisba, għaż-żamma u għar-restawr tal-ħelsien fil-livell tal-istabbiliment mill-herpesvirus bovin 1 (BoHV-1). Ir-regoli ġew żviluppati b’kunsiderazzjoni tal-istandards tal-Kodiċi Terrestri u tal-opinjoni xjentifika tal-EFSA (10). |
(45) |
Ir-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma fihomx dispożizzjonijiet għad-dijarea virali bovina (BVD) bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ ta’ prodotti ġerminali. Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, il-BVD issa hija elenkata bħala “marda tal-kategorija C” għall-eradikazzjoni fakultattiva. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-għoti u ż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-BVD huma stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(46) |
Il-Kodiċi Terrestri huwa nieqes minn kapitolu dwar il-BVD u mill-kriterji għall-ħelsien mill-BVD u l-movimenti relatati tal-annimali. Madankollu, hemm kapitolu dwar il-BVD li huwa disponibbli fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-OIE. Dawn l-istandards djanjostiċi ġew ikkunsidrati għad-dispożizzjonijiet relatati mal-BVD f’dan ir-Regolament. |
(47) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tar-rabja bħala marda tal-kategorija B. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-programmi obbligatorji ta’ eradikazzjoni u l-għoti u ż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tar-rabja. |
(48) |
Il-volpijiet selvaġġi jikkostitwixxu r-riżerva ewlenija ta’ infezzjoni bil-virus tar-rabja fl-UE. Għaldaqstant, xieraq li l-miżuri fil-programmi ta’ eradikazzjoni jkunu primarjament iffokati fuq il-popolazzjoni tal-volpijiet selvaġġi. Madankollu, l-ispeċijiet mammiferi kollha l-oħrajn huma suxxettibbli u ħafna speċijiet ta’ annimali oħrajn huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 għal din il-marda. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jindirizzaw popolazzjonijiet tal-annimali oħrajn fil-programmi ta’ eradikazzjoni fejn ikun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali. |
(49) |
Għall-programmi ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bir-rabja, l-istrateġija ta’ kontroll tal-marda hija primarjament ibbażata fuq it-tilqim għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, sostnut minn attivitajiet importanti oħra bħas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda, il-kontroll tal-movimenti tal-annimali domestiċi u l-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim. Peress li d-dispożizzjonijiet dwar it-tilqim huma ta’ natura teknika ħafna, dawn huma stabbiliti f’anness. |
(50) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) bħala marda tal-kategorija C għall-programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni. Dan jimplika tibdil fil-politika kontra din il-marda billi d-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE (11), li kienet applikabbli qabel dan ir-Regolament, kienet tipprovdi għall-eradikazzjoni immedjata tagħha. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda huma stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jiġi indirizzat l-istat il-ġdid tal-marda. |
(51) |
Għall-infezzjoni bil-BTV, l-istrateġija ta’ kontroll tal-marda hija primarjament ibbażata fuq it-tilqim għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti sostnut minn attivitajiet oħra bħas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-marda, il-kontroll tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti ġerminali, u l-minimizzazzjoni tal-esponiment għall-vetturi. |
(52) |
Fl-opinjoni tagħha (12) dwar il-kontroll, is-sorveljanza u l-moviment tal-annimali fil-każ ta’ infezzjoni bil-BTV, l-EFSA tindika li sabiex l-eradikazzjoni tirnexxi, il-kopertura tat-tilqim jenħtieġ li tkun tal-anqas ta’ 95 % tal-annimali bovini u ovini suxxettibbli għal perjodu minimu ta’ 5 snin. Għaldaqstant, huwa mistenni li l-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jinkludu kampanja ta’ tilqim, għad li f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi prevista l-flessibbiltà sabiex jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ. |
(53) |
Stat Membru jew żona tiegħu ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li jkunu protetti kontra l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe serotip tal-BTV mill-moviment ta’ annimali miżmuma jew ta’ prodotti ġerminali. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni ta’ annimali miżmuma jew ta’ prodotti ġenerali fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jenħtieġ li jkunu parti mid-dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ eradikazzjoni. Dan jenħtieġ li jkun rifless ukoll fil-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda. L-istess prinċipji jenħtieġ li jkunu japplikaw għall-movimenti ta’ annimali fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV jew taħt programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV. |
(54) |
Barra minn hekk, minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet lokali li jistgħu jkunu prevalenti, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tippermetti l-introduzzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti ġerminali fuq il-bażi tar-rekwiżiti ad hoc, dment li t-tali introduzzjoni ma tikkompromettix l-istat tas-saħħa fid-destinazzjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li dan ir-Regolament jipprovdi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet li fihom tkun tista’ tiġi awtorizzata introduzzjoni bħal din. Elementi bħal dawn jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-istat tal-annimali jew tal-prodotti ġerminali, indipendentement mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini. |
(55) |
Programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C tal-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jqis it-tip ta’ rekwiżiti ta’ sorveljanza meħtieġa sabiex jinkiseb u jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-marda, id-dettalji tat-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali li trid tkun koperta mill-programm; u l-miri intermedji u finali tal-programm. Il-programm ta’ eradikazzjoni jenħtieġ li jinkludi l-miżuri ta’ kontroll li jridu jiġu implimentati fl-istabbilimenti infettati tal-annimali akkwatiċi. |
(56) |
Il-programm ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi jenħtieġ li jinkludi miri intermedji u finali li se jintużaw għall-valutazzjoni tal-progress fil-kisba ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard. Fejn rilevanti, dawn il-miri jenħtieġ li jqisu r-riskju li l-annimali selvaġġi jirrappreżentaw għas-suċċess tal-programm ta’ eradikazzjoni. B’mod partikolari, kwalunkwe possibbiltà ta’ devjazzjoni mill-perjodu propost ta’ applikazzjoni ta’ sitt snin jenħtieġ li tiġi kkunsidrata matul it-tfassil tal-miri intermedji u finali tal-programm. |
(57) |
Fil-każ tal-annimali akkwatiċi, il-popolazzjoni li trid tiġi inkluża fil-programm ta’ eradikazzjoni tikkonsisti f’dawk l-ispeċijiet li huma elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. Madankollu, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li teskludi mill-programm l-ispeċijiet elenkati bħala vettur fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jekk din tkun wettqet valutazzjoni tar-riskju li tkun irriżultat fil-kunsiderazzjoni tar-riskju rappreżentat minn dawk l-annimali bħala wieħed negliġibbli. |
(58) |
L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tinkludi popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali akkwatiċi meta t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għall-istat tas-saħħa. Jenħtieġ li tkun tista’ wkoll teskludi ċerti stabbilimenti b’riskju baxx mill-programmi ta’ eradikazzjoni jekk l-esklużjoni tagħhom ma tikkompromettix it-tlestija b’suċċess tiegħu. |
(59) |
Meta Stat Membru jkun iddeċieda li jieħu sehem fi programm ta’ eradikazzjoni għal marda tal-Kategorija C, l-operaturi jkunu obbligati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-introduzzjonijiet ta’ annimali tal-ispeċijiet elenkati, jinnotifikaw suspett tal-mard elenkat, jikkonformaw mal-miżuri ta’ kontroll tal-marda meta marda tkun issuspettata jew ikkonfermata u jieħdu kwalunkwe miżura oħra li tista’ tkun meħtieġa mill-awtorità kompetenti, inkluż it-tilqim. |
(60) |
Meta l-preżenza ta’ marda elenkata tal-annimali akkwatiċi tkun issuspettata jew ikkonfermata fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-marda, jew f’wieħed/waħda li jkunu soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa sabiex tikkontrolla l-marda. Għaldaqstant, dawn ir-regoli jenħtieġ li jkunu stipulati f’dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-istabbiliment ta’ żona ristretta meta l-preżenza ta’ marda elenkata tkun ġiet ikkonfermata fi stabbiliment li jieħu sehem fil-programm ta’ eradikazzjoni jew fi stabbiliment li jkun ġie ddikjarat ħieles mill-marda. Dan jinkludi wkoll ir-rekwiżiti minimi li japplikaw għad-demarkazzjoni ġeografika ta’ żona ristretta u għall-fatturi li jaffettwawha. |
(61) |
Wara l-konferma ta’ marda akkwatika elenkata fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-marda, jew f’wieħed/waħda li jkunu soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti twettaq kontrolli stretti fl-istabbilimenti infettati u fi stabbilimenti oħra li jinsabu fiż-żona ristretta. In-natura tal-kontrolli u l-livell tal-flessibbiltà li l-awtorità kompetenti tapplika għall-movimenti huma stipulati f’dan ir-Regolament. Meta tiġi applikata l-flessibbiltà, din tkun limitata għaċ-ċirkustanzi li ma jikkompromettux l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fit-triq lejn dik id-destinazzjoni. |
(62) |
Ladarba sseħħ tifqigħa ta’ marda akkwatika fi stabbiliment u dak l-istabbiliment ikompli jew iniedi programm ta’ eradikazzjoni, importanti li jitneħħew l-annimali akkwatiċi li jkunu mejtin, moribondi jew li juru sinjali kliniċi fi ħdan perjodu stabbilit mill-awtorità kompetenti u skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). B’dan il-mod, il-marda tkun tista’ tiġi kkontrollata b’suċċess. |
(63) |
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali teħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa regoli dettaljati għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-marda lill-Istati Membri, liż-żoni u lill-kompartimenti. Dawn ir-regoli jenħtieġ li jinkludu kriterji speċifiċi għall-mard sabiex jintwera n-nuqqas tal-marda fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-kriterji ġenerali li jsostnu l-kontroll effettiv tal-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira. |
(64) |
Il-kriterji ġenerali jinkludu l-ambitu territorjali, is-sorveljanza, il-bijosigurtà, il-miżuri ta’ kontroll tal-mard u l-implimentazzjoni konsistenti ta’ regoli operazzjonali oħra stipulati fil-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali fir-rigward tar-reġistrazzjoni u tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti, it-traċċabbiltà tal-annimali u r-rekwiżiti dwar il-moviment. |
(65) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-mard ibbażati fuq in-nuqqas ta’ speċijiet elenkati jew ibbażati fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-mard jew tal-vettur. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jitfasslu b’mod flessibbli sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiġġustifika l-każ għall-kisba ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq is-sitwazzjoni speċifika. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti ġenerali huma stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jindikaw fuq liema bażi l-Istati Membri jistgħu jitolbu l-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-marda għat-territorju sħiħ tagħhom jew għal żona tagħhom jew, fil-każ ta’ annimali tal-akkwakultura, għall-kompartimenti. |
(66) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kriterji speċifiċi għall-mard ibbażati fuq l-eżitu tal-programmi ta’ eradikazzjoni u fuq id-data storika u tas-sorveljanza. Dawn il-kriterji huma bbażati fuq ir-riżultati tas-sorveljanza, l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-vaċċini. |
(67) |
Minħabba n-natura teknika tagħhom, dawn il-kriterji huma stabbiliti f’annessi u huma raggruppati skont il-marda bil-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
(68) |
Xieraq li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti modernizzati għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tar-regoli tal-Unjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tal-Kodiċi Terrestri, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE u, fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet eżistenti, tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli. |
(69) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infestazzjoni bil-Varroa spp bħala marda tal-kategorija C għall-eradikazzjoni fakultattiva. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kisba u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. |
(70) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jelenka l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle bħala marda tal-kategorija A għal miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma fihx dispożizzjonijiet għal programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtorità kompetenti tagħti l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim fuq il-bażi ta’ data storika u ta’ sorveljanza. |
(71) |
Hemm żewġ tipi differenti ta’ kompartimenti possibbli fil-każ ta’ annimali akkwatiċi. Kompartimenti indipendenti joperaw taħt kundizzjonijiet definiti strettament li jiżguraw li dawn joperaw indipendentement mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar. Min-naħa l-oħra, kompartimenti dipendenti huma influwenzati mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar u, għalhekk, joperaw taħt kundizzjonijiet aktar flessibbli. Madankollu, kompartimenti dipendenti jkunu stabbiliti biss ladarba l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat numru ta’ fatturi epidemjoloġiċi u ddaħħal fis-seħħ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji neċessarja għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda fil-kompartiment. |
(72) |
Fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, u fid-dawl tal-livell anqas ta’ riskju assoċjat mal-istabbilimenti individwali li huma indipendenti mill-ilmijiet tal-madwar, f’dan ir-Regolament jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali għal kompartimenti indipendenti meta dawn iniedu attivitajiet tal-akkwakultura għall-ewwel darba jew meta dawn jerġgħu jniedu attvitajiet tal-akkwakultura wara pawża fil-produzzjoni. F’dawn il-każijiet, l-istat ta’ ħelsien mill-marda jenħtieġ li jkun iddikjarat immedjatament dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Huma wkoll stabbiliti dispożizzjonijiet għal kompartimenti indipendenti meta sseħħ tifqigħa tal-marda. Sabiex jiġi żgurat li t-tali tifqigħat ikunu ġew indirizzati b’suċċess bit-tindif, bid-diżinfezzjoni u bil-mistrieħ sanitarju li jkunu twettqu wara d-depopolazzjoni, kampjun tal-annimali użati għar-ripopolament tal-kompartiment jenħtieġ li jiġi ttestjat qabel ma jkun jista’ jiġi ddikjarat stat ta’ ħelsien mill-marda. |
(73) |
Meta l-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-marda ma jibqgħux issodisfati minħabba suspett jew konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tapplika miżuri ta’ kontroll tal-marda. Dawn il-miżuri jenħtieġ li japplikaw matul l-istadji differenti tal-kontroll tal-marda minn meta tkun suspettata tifqigħa tal-marda sa meta l-avveniment jiġi solvut u l-istat ta’ ħelsien mill-marda jiġi restawrat. |
(74) |
Jekk l-awtorità kompetenti tidentifika ksur tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-marda fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri sabiex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-għażla li tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard meta jkun għadu possibbli li jiġi solvut b’mod sodisfaċenti l-ksur u, għaldaqstant, li l-istat ta’ ħelsien mill-mard ma jiġix irtirat mill-Kummissjoni. |
(75) |
Meta Stat Membru jkun jixtieq jikseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal marda akkwatika elenkata għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona ta’ dan li tirrappreżenta aktar minn 75 % tat-territorju tiegħu, jew li hija maqsuma ma’ Stat Membru ieħor jew pajjiż terz, dan japplika għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha, tiġi segwita sistema ta’ awtodikjarazzjoni. |
(76) |
L-awtodikjarazzjoni tal-ħelsien minn mard tal-annimali akkwatiċi għaż-żoni u għall-kompartimenti li mhumiex dawk li huma approvati mill-Kummissjoni ssegwi sistema li hija mfassla sabiex tagħti trasparenza lill-proċess u li se tagħmilha eħfef u potenzjalment aktar veloċi għall-Istati Membri sabiex jiddikjaraw stat ta’ ħelsien mill-mard. Il-proċess sħiħ jitwettaq elettronikament sakemm Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni ma jindikawx tħassib li ma jistax jiġi solvut b’mod sodisfaċenti. Jekk ikun hemm tħassib li ma jkunx jista’ jiġi riżolt b’mod sodisfaċenti, id-dikjarazzjoni titressaq quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(77) |
Dan ir-Regolament fih dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni tagħhom. Dawn ir-regoli jistgħu jvarjaw mir-regoli fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Huma meħtieġa regoli tranżizzjonali xierqa sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi mir-reġim eżistenti dwar l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għar-rekwiżiti l-ġodda. |
(78) |
Bl-għan li tinkiseb applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard u sabiex jiġi żgurat li din tkun ċara u trasparenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE (14), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE (15); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE (16), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE (17), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (18), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE (19) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 (20) jenħtieġ li jitħassru permezz ta’ dan ir-Regolament. |
(79) |
Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali tapplika mill-21 ta’ April 2021. Għaldaqstant, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jissupplimenta r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri, akkwatiċi u oħrajn kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429.
2. Il-Kapitolu 1 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għas-sorveljanza tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-mard emerġenti kif definit fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
it-tfassil tas-sorveljanza, inklużi l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-metodi dijanjostiċi; |
(b) |
il-konferma tal-mard u d-definizzjoni tal-każ; |
(c) |
il-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni. |
3. Il-Kapitolu 2 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali terrestri msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni; |
(b) |
l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti; |
(c) |
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma. |
4. Il-Kapitolu 3 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni; |
(b) |
l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti; |
(c) |
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma. |
5. Il-Kapitolu 4 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward ta’ ċertu mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri u taż-żoni; |
(b) |
il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura; |
(c) |
il-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard; |
(d) |
is-sospensjoni, l-irtirar u r-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
6. Il-Parti III ta’ dan ir-Regolament tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-mard skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li għandhom programm ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza approvat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“marda tal-kategorija E”: tfisser marda elenkata li għaliha hija meħtieġa sorveljanza fi ħdan Unjoni, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(2) |
“popolazzjoni tal-annimali fil-mira” tfisser il-popolazzjoni tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati definita skont l-ispeċijiet u, kif xieraq, skont il-kategoriji, rilevanti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni jew l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ marda speċifika; |
(3) |
“popolazzjoni tal-annimali addizzjonali” tfisser il-popolazzjoni ta’ annimali miżmuma jew selvaġġi ta’ speċijiet elenkati soġġetti għal miżuri fakultattivi ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li huma neċessarji sabiex jinkiseb jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira; |
(4) |
“marda tal-kategorija A”: tfisser marda elenkata li normalment ma sseħħx fl-Unjoni, u li għaliha jridu jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati hekk kif tiġi skoperta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(5) |
“marda tal-kategorija B”: tfisser marda elenkata li għandha tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bl-għan li din tiġi eradikata madwar l-Unjoni, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(6) |
“marda tal-kategorija C”: tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi wħud mill-Istati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri sabiex iwaqqfuha milli tinfirex għal partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(7) |
“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(8) |
“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(9) |
“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina”tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet; |
(10) |
“ċirklu ambulanti” tfisser eżibizzjoni jew fiera li tinkludi l-annimali jew il-wirjiet tal-annimali u li hija maħsuba biex tivvjaġġa minn Stat Membru għall-ieħor; |
(11) |
“wirjiet tal-annimali” tfisser kwalunkwe att li jieħdu sehem fih l-annimali miżmuma għall-iskop ta’ eżibizzjoni jew fiera, u li tista’ tkun parti minn ċirklu; |
(12) |
“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja tas-Suidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(13) |
“mezz tat-trasport” tfisser veikoli tat-triq jew veikoli ferrovjarji, bastimenti u inġenji tal-ajru; |
(14) |
“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Canis lupus; |
(15) |
“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris; |
(16) |
“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo; |
(17) |
“żona staġjonalment ħielsa mill-BTV” tfisser it-territorju sħiħ ta’ Stat Membru jew żona tiegħu fejn l-awtorità kompetenti stabbilixxiet stat temporanju ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (“infezzjoni bil-BTV”) skont l-Artikolu 40(3) fuq il-bażi ta’ perjodu ħieles minn vetturi u d-dimostrazzjoni ta’ assenza tal-marda fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati; |
(18) |
“stabbiliment protett mill-vetturi” tfisser parti ta’ stabbiliment jew il-faċilitajiet kollha ta’ dan li huma protetti minn attakki ta’ Culicoides permezz ta’ mezzi fiżiċi u ta’ ġestjoni xierqa, bi stat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi li jingħata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44; |
(19) |
“dgħajsa barrada” tfisser bastiment użat mill-industrija tal-akkwakultura li għandu bir jew tank għall-ħażna u t-trasport ta’ ħut ħaj fl-ilma; |
(20) |
“mistrieħ sanitarju” tfisser, għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-mard, operazzjoni li fiha stabbiliment jitbattal mill-annimali tal-akkwakultura mill-ispeċijiet elenkati, u fejn fattibbli, mill-ilma; |
(21) |
“perjodu ta’ eliġibbiltà” tfisser il-perjodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità kompetenti tissottometti l-applikazzjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard jew, fejn rilevanti, qabel ma d-dikjarazzjoni provviżorja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 83(1) tiġi ppubblikata elettronikament; |
(22) |
“speċijiet mhux elenkati”, tfisser speċijiet ta’ annimali jew grupp ta’ speċijiet ta’ annimali mhux elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 għal marda partikolari; |
(23) |
“qatgħa” tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma kollha tal-istess stat ta’ saħħa li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; pollam miżmum f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-ajru; |
(24) |
“tilqim DIVA (differenzazzjoni ta’ annimali infettati minn annimali mlaqqma)” tfisser tilqim bl-użu ta’ vaċċini li jippermettu, flimkien mal-metodi dijanjostiċi seroloġiċi xierqa, id-detezzjoni tal-annimali infettati f’popolazzjoni mlaqqma; |
(25) |
“annimali mlaqqma DIVA” tfisser annimali li ġew imlaqqma fil-qafas ta’ tilqim DIVA; |
(26) |
“stabbiliment approvat tal-prodotti ġerminali” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, approvat f’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2016/429; |
(27) |
“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew ta’ annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit; |
(28) |
“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova; |
(29) |
“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur; |
(30) |
“perjodu ħieles minn vetturi” tfisser f’erja ddefinita l-perjodu ta’ inattività tal-Culicoides iddeterminat skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; |
(31) |
“naħal tal-għasel” tfisser annimali tal-ispeċi Apis mellifera; |
(32) |
“pollam tat-tnissil” tfisser pollam li għandhom 72 siegħa jew aktar, li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis; |
(33) |
“sorveljanza annwali aleatorja” tfisser sorveljanza li tal-anqas tikkonsisti fi stħarriġ wieħed ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira organizzat matul is-sena li għalih jintużaw il-metodi ta’ kampjunar ibbażati fuq il-probabbiltà sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jridu jiġu eżaminati. |
PARTI II
SORVELJANZA, PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI, STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD
KAPITOLU 1
Sorveljanza
Artikolu 3
It-tfassil tas-sorveljanza
1. L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri u ta’ annimali oħra filwaqt li tqis:
(a) |
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:
|
(b) |
rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali akkwatiċi filwaqt li tqis:
(a) |
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:
|
(b) |
rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;
|
Artikolu 4
Popolazzjoni tal-annimali fil-mira
1. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3 għal kull marda elenkata u, fejn rilevanti, għal kull marda emerġenti u għandha tinkludi:
(a) |
l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
l-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jekk:
|
2. Sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija ta’ marda emerġenti fi speċijiet li mhumiex fost dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi, fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-annimali miżmuma ta’ speċijiet li mhumiex elenkati għall-fini tal-marda elenkata rilevanti jekk ikunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
(a) |
dawn jitmexxew għal stabbilimenti fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn; u |
(b) |
minħabba n-numru ta’ annimali jew il-frekwenza tal-movimenti, l-awtorità kompetenti tqis li l-annimali jikkostitwixxu riskju li jista’ jikkomprometti l-istat tas-saħħa ta’ annimali miżmuma oħra fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn, jekk tfeġġ marda f’dik l-ispeċi. |
Artikolu 5
Esklużjoni ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira
1. Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 4(1), l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza ta’ marda għajr marda tal-kategorija A għall-kategoriji ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li huma soġġetti, għal dik il-marda, għal:
(a) |
programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni; |
(b) |
programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni jew is-sorveljanza neċessarja għall-għoti jew għaż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard; jew |
(c) |
ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq is-sorveljanza għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni. |
2. Il-kateogriji ta’ annimali miżmuma msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu bbażati fuq l-età tal-annimali, is-sess tagħhom, il-post u t-tip ta’ produzzjoni.
Artikolu 6
Metodi dijanjostiċi
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ġbir tal-kampjuni, it-tekniki, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi għall-finijiet ta’ sorveljanza għandhom jikkonformaw:
(a) |
mal-leġiżlazzjoni speċifika adottata skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u mad-dettalji u mal-gwida rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fuq is-siti web tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (EURL) u tal-Kummissjoni; |
(b) |
meta ma jkunux koperti mil-leġiżlazzjoni, mid-dettalji u mill-gwida msemmija fil-punt (a), mal-ġbir tal-kampjuni, mat-tekniki, mal-validazzjoni u mal-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (“il-Manwal Terrestri” (21) kif emendat jew il-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi għall-Annimali Akkwatiċi tal-OIE (“il-Manwal Akkwatiku” (22) kif emendat: |
(c) |
meta ma jkunux koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, mal-metodi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 34(2) u tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
2. Il-metodi dijanjostiċi għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard huma stabbiliti f’dawn li ġejjin:
(a) |
It-Taqsima 1 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B.suis; |
(b) |
it-Taqsima 2 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis(Mycobacterium bovis, M.caprae u M. tuberculosis) (MTBC); |
(c) |
it-Taqsima 3 tal-Anness III għal-lewkożi enzootika bovina (EBL); |
(d) |
it-Taqsima 4 tal-Anness III għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV); |
(e) |
it-Taqsima 5 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV); |
(f) |
it-Taqsima 6 tal-Anness III għad-dijarea virali bovina (BVD); |
(g) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għas-settiċemija emorraġika virali (VHS); |
(h) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN); |
(i) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (ISAV bi tħassir fl-HPR); |
(j) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(k) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(l) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(m) |
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV). |
Artikolu 7
Kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra għas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali
1. Jekk rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fit-tfassil tas-sorveljanza msemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawn il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jinkludu:
(a) |
spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem; |
(b) |
spezzjonijiet fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera; |
(c) |
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fis-swieq u f’operazzjonijiet ta’ assemblaġġ; |
(d) |
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra matul it-trasport ta’ annimali ħajjin; |
(e) |
spezzjonijiet u kampjunar relatati mas-saħħa pubblika fl-istabbilimenti; |
(f) |
kwalunkwe kontroll uffiċjali ieħor li matulu l-istabbilimenti, l-annimali jew il-kampjuni jiġu spezzjonati jew eżaminati. |
2. Meta l-awtorità kompetenti tissuspetta marda elenkata jew marda emerġenti fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali jew ta’ attivitajiet uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tiżgura li l-awtoritajiet rilevanti kollha jkunu informati. Dan għandu jsir:
(a) |
minnufih fil-każ ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti; |
(b) |
mingħajr dewmien għal mard ieħor. |
Artikolu 8
Kriterji għall-konferma uffiċjali ta’ mard elenkat, għajr mard tal-kategorija A, u ċertu mard emerġenti u konferma sussegwenti ta’ tifqigħat
1. L-awtorità kompetenti, malli tissuspetta mard elenkat li mhuwiex marda tal-kategorija A, jew malli tissuspetta marda emerġenti, għandha tagħmel investigazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà tal-preżenza ta’ dik il-marda meta:
(a) |
hemm il-bżonn li jiġi ddeterminat l-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment tiegħu; jew |
(b) |
hemm il-bżonn li tinġabar l-informazzjoni neċessarja dwar l-okkorrenza tal-marda għal kwalunkwe skop minn fost dawn li ġejjin:
|
2. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma tifqigħa ta’ kwalunkwe marda msemmija fil-paragrafu 1 meta din tkun klassifikat annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ ikkonfermat ta’ dan il-mard skont l-Artikolu 9(2).
Artikolu 9
Definizzjonijiet tal-każ
1. L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ suspettat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:
(a) |
l-eżamijiet kliniċi, post-mortem jew tal-laboratorju jikkonkludu li s-sinjal(i) kliniku/kliniċi, il-leżjoni(jiet) post-mortem jew is-sejbiet istoloġiċi jkunu jindikaw dik il-marda; |
(b) |
ir-riżultat(i) minn metodu dijanjostiku jindika(w) il-preżenza probabbli tal-marda f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew |
(c) |
ġiet stabbilita rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ ikkonfermat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:
(a) |
l-aġent tal-marda, esklużi r-razez tal-vaċċin, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; |
(b) |
antiġene jew aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat; jew |
(c) |
riżultat pożittiv minn metodu dijanjostiku indirett li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun inkiseb f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat. |
3. Definizzjonijiet speċifiċi għall-mard ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat tal-mard elenkat huma stabbiliti għall-annimali terrestri fl-Anness I u għall-annimali akkwatiċi fil-punt 3 tat-Taqsima 5 tal-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti II tal-Anness VI.
4. Fin-nuqqas ta’ definizzjonijiet speċifiċi għall-mard kif previst fil-paragrafu 3, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw għal definizzjonijiet ta’ każ issuspettat u ta’ każ ikkonfermat tal-mard elenkat u, jekk rilevanti, tal-mard emerġenti.
Artikolu 10
Kriterji għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-kontenut tagħhom
1. Marda tal-kategorija E għandha tkun soġġetta għal programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 jekk tkun tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
(a) |
iġġib magħha theddida partikolari għas-saħħa tal-annimali u possibilment tal-bniedem fit-territorju sħiħ tal-Unjoni b’konsegwenzi ekonomiċi serji possibbli għall-komunità tal-biedja u għall-ekonomija usa’; |
(b) |
tkun suxxettibbli għal evoluzzjoni tal-profil tal-marda, b’mod partikolari fir-rigward tar-riksju għas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa tal-annimali; |
(c) |
l-annimali selvaġġi infettati jkunu jirrappreżentaw theddida partikolari għall-introduzzjoni tal-marda f’parti mit-territorju tal-Unjoni jew f’kollu kemm hu; |
(d) |
ikun fundamentali li tinkiseb, permezz ta’ sorveljanza, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar l-evoluzzjoni taċ-ċirkolazzjoni tagħha u dwar il-karatterizzazzjoni tal-aġent tal-marda, sabiex jiġu vvalutati dawk ir-riskji u jiġu adattati l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju kif xieraq; |
2. L-awtorità kompetenti għandha timplimenta programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni għall-marda rilevanti skont il-kontenut stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 11
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sottomissjoni tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u fir-rapportar dwarhom
1. L-awtorità kompetenti, meta tissottometti programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dik is-sottomissjoni tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u data dwar l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda; |
(b) |
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-unitajiet epidemjoloġiċi u ż-żoni tal-programm; |
(c) |
l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm, il-kontrolli uffiċjali li jridu jiġu applikati matul l-implimentazzjoni tal-programm u r-rwol tal-operaturi rilevanti kollha, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarji, il-laboratorji tas-saħħa tal-annimali u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra kkonċernati; |
(d) |
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi implimentat il-programm; |
(e) |
indikaturi sabiex jitkejjel il-progress tal-programm; |
(f) |
il-metodi dijanjostiċi użati, in-numru ta’ kampjuni ttestjati, il-frekwenza tal-ittestjar u l-mudelli tal-kampjunar; |
(g) |
il-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati għat-tfassil ta’ sorveljanza mmirata fuq il-bażi tar-riskju. |
2. L-awtorità kompetenti, meta tirrapporta dwar programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dak ir-rapport tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-deskrizzjoni tal-miżuri implimentati u r-riżultati miksuba bbażati fuq l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) u fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1; u |
(b) |
ir-riżultati tas-segwitu tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-każ ta’ każ issuspettat jew ikkonfermat. |
KAPITOLU 2
Programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri
Artikolu 12
L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri
1. L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija C tal-annimali terrestri, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:
(a) |
it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 13(1); |
(b) |
id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 15, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 14; u |
(c) |
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti:
|
2. L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miżuri kkoordinati fil-fruntiera fuq l-art jew kostali komuni tagħha ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi sabiex tiżgura li l-objettivi tal-programm jinkisbu u li r-riżultati jkunu sostenibbli.
Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi, li jinkludu sorveljanza intensifikata.
Artikolu 13
Ambitu territorjali u popolazzjonijiet tal-annimali
1. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:
(a) |
it-territorju kopert; u |
(b) |
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali. |
2. It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun:
(a) |
it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; jew |
(b) |
żona waħda jew aktar, dment li kull żona tkun tikkorrispondi għal unità(jiet) amministrattiva/i ta’ tal-anqas 2 000 km2 u tinkludi tal-anqas wieħed mir-reġjuni stabbiliti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi żoni iżgħar minn 2 000 km2 filwaqt li tqis:
(a) |
superfiċje minima li ma tkunx anqas b’mod sinifikanti minn 2 000 km2; jew |
(b) |
l-eżistenza ta’ ostakoli naturali rilevanti għall-profil tal-marda. |
Artikolu 14
Miri finali u intermedji
1. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri finali kwalitattivi u kwantitattivi li jkopru r-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-marda li huma stabbiliti fl-Artikolu 72 għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.
2. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:
(a) |
ir-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-mard imsemmija fil-paragrafu 1; u |
(b) |
jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fil-kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni. |
Artikolu 15
Perjodu tal-applikazzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni l-perjodu ta’ applikazzjoni filwaqt li tqis is-sitwazzjoni inizjali u l-miri intermedji indikati fl-Artikolu 14(2).
2. Għal mard tal-kategorija C, il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni m’għandux jaqbeż is-sitt snin mid-data tal-approvazzjoni inizjali tiegħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istati Membri, tista’ testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni għal perjodu ta’ sitt snin addizzjonali.
Artikolu 16
Strateġija ta’ kontroll tal-mard ibbażata fuq l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti
1. L-awtorità kompetenti għandha tfassal l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard ta’ programm ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira miżmuma fl-istabbilimenti għall-mard li ġej tal-annimali terrestri:
(a) |
infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis; |
(b) |
infezzjoni bl-MTBC; |
(c) |
EBL; |
(d) |
IBR/IPV; |
(e) |
infezzjoni bl-ADV; |
(f) |
BVD. |
2. L-istrateġiji ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:
(a) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-mard stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 31 sakemm l-istabbilimenti rilevanti kollha jilħqu stat ta’ ħelsien mill-mard; |
(b) |
l-għoti, is-sospensjoni u l-irtirar mill-awtorità kompetenti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti rilevanti kollha; |
(c) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju oħrajn; |
(d) |
l-implimentazzjoni fakultattiva tal-programmi ta’ tilqim. |
Artikolu 17
Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:
(a) |
għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, l-annimali bovini miżmuma, l-annimali ovini miżmuma u l-annimali kaprini miżmuma; |
(b) |
għall-infezzjoni bl-MTBC, l-annimali bovini miżmuma. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:
(a) |
għall-EBL, l-annimali bovini miżmuma; |
(b) |
għall-IBR/IPV, l-annimali bovini miżmuma; |
(c) |
għall-infezzjoni bl-ADV, l-annimali porċini miżmuma; |
(d) |
għall-BVD, l-annimali bovini miżmuma. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali fejn hija tqis li t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti għall-istat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 jew 2.
Artikolu 18
Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard
1. L-operaturi ta’ stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 17, għajr il-biċċeriji, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi għall-mard li ġejjin sabiex jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti:
(a) |
rekwiżiti ġenerali:
|
(b) |
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti fi:
|
2. L-operaturi tal-biċċeriji, fejn jinżammu u jiġu skarnati l-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 17 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i), (iv) u (v) tal-paragrafu 1.
Artikolu 19
Deroga fir-rigward tal-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbilimenti
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18 u dment li l-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-obbligi tal-operaturi li jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard stabbilit fl-Artikolu 18(1) ma japplikawx għall-operaturi tal-istabbilimenti li ġejjin:
(a) |
stabbilimenti konfinati; |
(b) |
stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ; |
(c) |
stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għall-fini ta’ wirjiet tal-annimali; |
(d) |
ċirkli ambulanti. |
Artikolu 20
Obbligu tal-awtorità kompetenti li tagħti, tissospendi u tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti skont il-konformità tal-operaturi tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 18.
2. L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar. Dawk il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fi:
(a) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis; |
(b) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC; |
(c) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL; |
(d) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV; |
(e) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV; |
(f) |
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:
(a) |
id-dettalji tar-reġim tal-ittestjar, inklużi skont il-bżonn, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi sospiż jew irtirat; u |
(b) |
il-perjodu massimu ta’ żmien li matulu l-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jiġi sospiż meta jkun hemm ksur tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. |
4. L-awtorità kompetenti tista’ tattribwixxi l-istat tas-saħħa distint lil unitajiet epidemjoloġiċi differenti tal-istess stabbiliment dment li l-operatur tiegħu:
(a) |
ikun issottometta għall-kunsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar l-unitajiet epidemjoloġiċi differenti stabbiliti fi ħdan l-istabbiliment li se jingħataw stat tas-saħħa distint qabel kwalunkwe suspett jew konferma tal-marda skont l-Artikoli 21 u 24; |
(b) |
ikun stabbilixxa sistema, li għaliha l-awtorità kompetenti jkollha aċċess meta titolbu, għat-traċċar tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti ġerminali lejn, minn u bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi; u |
(c) |
ikun issepara l-unitajiet epidemjoloġiċi b’mezzi fiżiċi u tal-ġestjoni u jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji mitluba mill-awtorità kompetenti għal dak l-għan. |
Artikolu 21
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
1. L-awtorità kompetenti, meta tissuspetta każ tal-marda rilevanti, għandha tagħmel investigazzjonijiet, tniedi inkjesta epidemjoloġika u tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment fejn ikun seħħ il-każ issuspettat sakemm jiġu konklużi l-investigazzjonijiet u l-inkjesta epidemjoloġika.
2. Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjonijiet u tal-inkjesta epidemjoloġika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti:
(a) |
għandha tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti mill-istabbiliment sakemm ma tkunx awtorizzat l-iskarnar immedjat tagħhom f’biċċerija magħżula apposta; |
(b) |
meta tqis li dawn ikunu neċessarji għall-kontroll tar-riskju ta’ tixrid tal-marda, għandha:
|
3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sakemm tiġi eliminata jew ikkonfermata l-preżenza tal-marda.
Artikolu 22
Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
1. Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 għal:
(a) |
popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali rilevanti miżmuma fl-istabbiliment; |
(b) |
kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment fejn seħħ il-każ issuspettat. |
2. Jekk il-preżenza tal-marda tkun issuspettata f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti, meta tqis li din tkun neċessarja, għandha testendi għall-istabbilimenti li jinsabu f’riskju ta’ infezzjoni l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21.
Artikolu 23
Derogi mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 21(1), fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif imiss, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tissospendix l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment kollu meta jkun hemm unitajiet epidemjoloġiċi differenti kif imsemmija fl-Artikolu 20(4).
2. Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett; |
(b) |
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti. |
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 21(2), fil-każ ta’ marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti dment li dawn jitmexxew, jekk ikun hemm bżonn bit-trasport dirett, lejn stabbiliment li jinsab f’żona li la hija ħielsa mill-marda u lanqas koperta minn programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni.
4. Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1); |
(b) |
tipprojbixxi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-moviment ta’ annimali minn dak l-istabbiliment, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport dirett tagħhom lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat tagħhom; |
(c) |
fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, iżżomm il-projbizzjoni stabbilita fil-punt (b) wara tmiem l-investigazzjoni sakemm l-annimali kollha li jitmexxew fl-istabbiliment wara d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2 ikunu ġew skarnati. |
5. L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 sa 3 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:
(a) |
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u |
(b) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha jkunu ttieħdu. |
Artikolu 24
Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u miżuri ta’ kontroll tal-mard
1. Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment(i) infettat(i); |
(b) |
tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 31 fl-istabbiliment(i) infettat(i). |
2. Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-irtirar tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-unitajiet epidemjoloġiċi fejn ikun ġie kkonfermat każ.
3. Jekk il-marda tiġi kkonfermata f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, jekk neċessarji, kif previst fl-Artikolu 25. Jekk hija tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:
(a) |
tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti kif previst fl-Artikoli 21 sa 25 u fl-Artikolu 30 fl-istabbilimenti li jżommu l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjonijiet tal-annimali addizzjonali; |
(b) |
twettaq jew tordna miżuri proporzjonati u neċessarji oħra ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-marda fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali selvaġġi rilevanti jew fil-ħabitat tagħha. |
Artikolu 25
Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard
1. Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħmel inkjesta epidemjoloġika; |
(b) |
tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati; u |
(c) |
tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tqis il-ħtieġa li tagħmel investigazzjoni fuq l-annimali selvaġġi mill-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali fejn l-inkjesta epidemjoloġika ssib rabtiet epidemjoloġiċi bejn l-annimali miżmuma u dawk selvaġġi.
3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli dwar is-sitwazzjoni:
(a) |
lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u |
(b) |
lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i). |
Artikolu 26
Il-moviment tal-annimali lejn u mill-istabbilimenti infettati
1. L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi l-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment infettat sakemm ma tkunx awtorizzat l-iskarnar immedjat tagħhom f’biċċerija magħżula apposta.
2. Meta l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:
(a) |
tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati fl-istabbiliment fejn teknikament possibbli; |
(b) |
tirrestrinġi l-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fi ħdan l-istabbiliment; |
(c) |
tirrestrinġi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-istabbiliment; |
(d) |
tirrestrinġi l-moviment ta’ prodotti tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment infettat u lejn l-istabbiliment infettat; |
3. L-awtorità kompetenti, meta tqis li jkun hemm bżonn li jsir hekk, għandha testendi l-miżuri fil-paragrafi 1 u 2 għal annimali u għal prodotti minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali sabiex tipprevjeni t-tixrid tal-marda.
Artikolu 27
L-ittestjar u t-tneħħija ta’ annimali minn stabbilimenti infettati
1. Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati jsir l-ittestjar li ġej fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat minnha:
(a) |
l-ittestjar ta’ dawk l-annimali li l-ittestjar tagħhom jitqies neċessarju sabiex titlesta l-inkjesta epidemjoloġika; |
(b) |
l-ittestjar għar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard kif stabbilit fi:
|
(c) |
kwalunkwe ttestjar addizzjonali li hija tqis neċessarju sabiex tiżgura d-detezzjoni veloċi tal-annimali infettati li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda. |
2. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ittestjar m’għandux ikun ordnat meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi restawrat skont:
(i) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis; |
(ii) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC; |
(iii) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL; |
(iv) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV; |
(v) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV; |
(vi) |
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati l-annimali kollha rikonoxxuti bħala każijiet ikkonfermati u, jekk ikun hemm bżonn, bħala każijiet issuspettati, jiġu skarnati fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li hija tiddetermina.
4. L-iskarnar tal-annimali msemmija fil-paragrafu 3 għandu jsir taħt superviżjoni uffiċjali f’biċċerija magħżula apposta.
5. L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil u l-qerda ta’ wħud mill-annimali jew tal-annimali kollha msemmija fil-paragrafu 3 minflok l-iskarnar tagħhom.
6. L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu għal annimali minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi eradikata l-marda fi stabbilimenti infettati.
Artikolu 28
Il-ġestjoni ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati
1. Fl-istabbilimenti kollha infettati bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, l-awtorità kompetenti għandha tordna li:
(a) |
il-ħalib minn każijiet ikkonfermati għandu jiġi mitmugħ biss lil annimali fl-istess stabbiliment wara li jkun ġie pproċessat sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni tal-aġent tal-marda, jew inkella għandu jintrema; |
(b) |
id-demel, it-tiben, l-għalf jew kwalunkwe materja u sustanza oħra li ġiet f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat jew ma’ materjal ikkontaminat għandhom jew jinġabru jew inkella jintremew mill-aktar fis possibbli jew, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, jinħażnu u jiġu pproċessati sabiex jitnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskju ta’ tixrid tal-marda. |
2. Fil-każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, l-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati kollha, il-feti, l-annimali mwielda mejta, l-annimali li mietu mill-marda wara t-twelid u l-plaċenti għandhom jinġabru u jintremew.
3. Fil-każ ta’ infezzjoni b’marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti, meta tqis li dan ikun meħtieġ, għandha tordna kwalunkwe miżura xierqa prevista fil-paragrafi 1 u 2.
4. L-awtorità kompetenti, meta tqis li dan ikun neċessarju, għandha tordna t-traċċar lura, l-ipproċessar jew ir-rimi ta’ kwalunkwe prodott minn stabbilimenti infettati li jista’ jikkostitwixxi riskju ta’ tixrid tal-marda jew jaffettwa s-saħħa tal-bniedem.
Artikolu 29
Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali minn stabbilimenti infettati
1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom, għajr il-każijiet ikkonfermati, lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni; |
(b) |
l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett; u |
(c) |
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti. |
2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), fil-każ ta’ marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, għajr il-każijiet ikkonfermati, dment li:
(a) |
dawn jitmexxew, jekk ikun hemm bżonn bi trasport dirett, lejn stabbiliment li jinsab f’żona li la hija ħielsa mill-marda u lanqas koperta minn programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni; u |
(b) |
il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira jew addizzjonali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni. |
3. Meta tagħmel użu mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga u għandha:
(a) |
tordna l-moviment tal-annimali bi trasport dirett, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li hija tiddetermina, mill-istabbiliment tad-destinazzjoni lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat; jew |
(b) |
fil-każ ta’ marda tal-kategorija C tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 30 sakemm jerġa’ jinkiseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment. |
4. L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:
(a) |
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u |
(b) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati. |
Artikolu 30
It-tindif u d-diżinfezzjoni u miżuri oħra għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-infezzjoni
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti infettati kollha u lil dawk li jirċievu annimali minn stabbilimenti infettati li jnaddfu u jiddiżinfettaw jew, fejn rilevanti, jarmu b’mod sikur:
(a) |
il-partijiet kollha tal-istabbilimenti li setgħu ġew ikkontaminati wara t-tneħħija tal-każijiet ikkonfermati u ssuspettati u qabel ir-ripopolament; |
(b) |
kwalunkwe għalf, materjal, sustanza, tagħmir relatat mat-trobbija, tagħmir mediku u tagħmir relatat mal-produzzjoni li setgħu ġew ikkontaminati; |
(c) |
kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi; |
(d) |
il-mezzi tat-trasport, il-kontenituri u t-tagħmir kollha wara t-trasport ta’ annimali jew ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati; |
(e) |
iż-żoni tat-tagħbija għall-annimali wara kull użu. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-protokoll għat-tindif u għad-diżinfezzjoni.
3. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja t-tindif u d-diżinfezzjoni, jew fejn rilevanti, ir-rimi sikur u m’għandhiex tirrestawra jew terġa’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbiliment sakemm tqis li t-tindif u d-diżinfezzjoni, jew fejn rilevanti, ir-rimi sikur, ikunu tlestew.
4. L-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, tista’ tqis bur bħala kontaminat u tipprojbixxi l-użu tiegħu għall-annimali miżmuma bi stat tas-saħħa ogħla minn dak tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew, jekk epidemjoloġikament rilevanti, tal-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali, għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti sabiex ir-riskju ta’ persistenza tal-aġent tal-marda jitqies li jkun sar negliġibbli.
Artikolu 31
Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid
Qabel jew mat-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:
(a) |
il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi; u |
(b) |
il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment. |
Artikolu 32
Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
1. Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:
(a) |
tilqim tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li hija tqis rilevanti; |
(b) |
implimentazzjoni tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju ta’ kuntatt mal-annimali infettati; |
(c) |
kontroll tar-riskju ta’ tixrid u ta’ introduzzjoni tal-marda fit-territorju tal-Istat Membru tagħha. |
2. L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li dan għandu jkun:
(a) |
ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju, aġġornat kif meħtieġ, skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika; |
(b) |
sostnut minn kampanji ta’ informazzjoni pubblika li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; |
(c) |
ikkoordinat, jekk ikun hemm bżonn, mal-awtoritajiet rilevanti inkarigati mis-saħħa pubblika, mill-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi jew mill-kaċċa; |
(d) |
skalat skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju territorjali. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ tkun involuta fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV f’pajjiż jew f’territorju terz, sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ tixrid u ta’ introduzzjoni tal-RABV fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.
Artikolu 33
Popolazzjoni tal-annimali fil-mira għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV għall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li ġejja: l-annimali miżmuma u selvaġġi ta’ speċijiet tal-familji li ġejjin: Carnivora, Bovidae, Suidae, Equidae, Cervidae u Camelidae.
2. L-awtorità kompetenti għandha tindirizza l-miżuri fil-programm ta’ eradikazzjoni primarjament għall-volpijiet selvaġġi, li huma r-riżerva ewlenija tar-RABV.
3. L-awtorità kompetenti għandha tissoġġetta popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħra apparti l-volpijiet selvaġġi għall-miżuri tal-programm ta’ eradikazzjoni meta hija tqis li t-tali annimali jkunu jirrappreżentaw riskju sinifikanti.
4. L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi annimali selvaġġi ta’ speċijiet tal-ordni Chiroptera fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 34
Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
1. L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bir-RABV għall-finijiet ta’:
|
(b) |
twettaq miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV kif stipulat fl-Artikoli 35 u 36; |
(c) |
tapplika, jekk ikun hemm bżonn, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tat-tixrid tar-RABV bil-movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa. |
2. Meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji, l-awtorità kompetenti għandha tordna:
(a) |
it-tilqim, u l-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V tal-volpijiet selvaġġi u, jekk rilevanti, ta’ annimali oħra msemmija fl-Artikolu 33(3); |
(b) |
l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa; |
(c) |
restrizzjonijiet tal-moviment tal-annimali miżmuma rilevanti tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3) li mhumiex imlaqqma kontra l-infezzjoni bir-RABV skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V; |
(d) |
il-miżuri previsti fl-Artikolu 35 meta annimal ta’ speċi elenkata jweġġa’ persuna jew annimal mingħajr raġuni li tista’ tinftiehem u f’kontradizzjoni mal-imġiba normali tiegħu jew jippreżenta tibdil mhux spjegat fl-imġiba segwit minn mewt fi żmien 10 ijiem. |
Artikolu 35
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bir-RABV
Meta tkun issuspettata infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħmel investigazzjonijiet ulterjuri sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà ta’ preżenza tal-marda; |
(b) |
tordna restrizzjonijiet rilevanti fuq il-moviment jew il-qtil ta’ każijiet issuspettati sabiex tipproteġi lill-bnedmin u lill-annimali mir-riskju ta’ infezzjoni sakemm jinħarġu r-riżultati tal-investigazzjonijiet; |
(c) |
tordna kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji ġġustifikata sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ulterjuri tar-RABV lill-bnedmin jew lill-annimali. |
Artikolu 36
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV
Meta tiġi kkonfermata l-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri sabiex tipprevjeni trażmissjoni ulterjuri tal-marda lil annimali u lil bnedmin, li għalihom:
(a) |
hija għandha tagħmel inkjesta epidemjoloġika, li għandha tinkludi l-identifikazzjoni tar-razza tal-RABV involuta, sabiex tidentifika s-sors probabbli tal-infezzjoni u r-rabtiet epidemjoloġiċi; |
(b) |
għandha, sakemm ma tqisx li jkunu meħtieġa aktar investigazzjonijiet, telimina infezzjoni bir-RABV f’annimali b’rabta epidemjoloġika meta:
|
(c) |
meta hija tqis li dan ikun neċessarju, hija għandha tieħu miżura waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35; |
(d) |
hija għandha tiżgura li l-karkassi tal-każijiet ikkonfermati ta’ annimali selvaġġi infettati jintremew jew jiġu pproċessati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009. |
Artikolu 37
Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:
(a) |
is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; |
(b) |
it-tilqim tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għall-eradikazzjoni tal-marda permezz ta’ kampanji ta’ tilqim regolari li jridu jiġu implimentati, skont kif ikun rilevanti, skont strateġija fit-tul; |
(c) |
restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45; |
(d) |
miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-minimizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-BTV permezz ta’ vetturi. |
2. L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li:
(a) |
hija għandha tindividwa u teradika s-serotipi 1-24 kollha li huma preżenti fit-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni; |
(b) |
it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni għandu jkun:
|
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tadatta ż-żona/i koperta/i mill-programm ta’ eradikazzjoni skont:
(a) |
is-sitwazzjoni ġeografika tal-istabbiliment(i) infettat(i) u l-fruntieri tal-unitajiet amministrattivi korrispondenti; |
(b) |
il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u meteoroloġiċi; |
(c) |
l-abbundanza, l-attività u d-distribuzzjoni tal-vetturi preżenti fiż-żona/i; |
(d) |
is-serotip tal-BTV involut; |
(e) |
ir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 42; |
(f) |
ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza. |
Artikolu 38
Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV lill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li ġejja: l-annimali miżmuma mill-ispeċijiet tal-familji ta’ Antilocapridae, ta’ Bovidae, ta’ Camelidae, ta’ Cervidae, ta’ Giraffidae, ta’ Moschidae u ta’ Traguilidae.
2. Meta tqis li dan ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali li ġejjin: l-annimali selvaġġi mill-ispeċijiet tal-familji ta’ Antilocapridae, ta’ Bovidae, ta’ Camelidae, ta’ Cervidae, ta’ Giraffidae, ta’ Moschidae u ta’ Traguilidae.
Artikolu 39
Obbligi tal-operaturi fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. L-operaturi tal-istabbilimenti, għajr il-biċċeriji, fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:
(a) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira; |
(b) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza entomoloġika; |
(c) |
jaraw li l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jitlaqqmu skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti; |
(d) |
jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti; |
(e) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ moviment skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti; |
(f) |
jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali. |
2. L-operaturi tal-biċċeriji, fejn jinżammu u jiġu skarnati l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:
(a) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira; |
(b) |
jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti; |
(c) |
jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali. |
Artikolu 40
Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. L-awtorità kompetenti għandha, fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2):
(a) |
timmappja t-territorju kopert f’sett ta’ unitajiet ġeografiċi skont il-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; |
(b) |
tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV f’kull unità ġeografika, skont kif ikun rilevanti fir-rigward tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; |
(c) |
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 41 u 42 fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma tal-marda; |
(d) |
tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom. u |
(e) |
japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 għall-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira. |
2. Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tordnax lill-operaturi jlaqqmu l-annimali tagħhom jekk, wara valutazzjoni tar-riskju, din tiġġustifika li l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra tkun suffiċjenti sabiex tiġi eradikata l-marda.
3. Meta hija tqis li dan ikun neċessarju u, jekk ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona staġjonalment ħielsa mill-BTV kif previst fil-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness V. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri l-oħra:
(a) |
informazzjoni li turi l-issodisfar tal-kriterji speċifiċi għad-determinazzjoni tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV; |
(b) |
id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu; |
(c) |
informazzjoni li turi l-waqfien tat-trażmissjoni tal-BTV fiż-żona; u |
(d) |
id-delimitazzjoni taż-żona li tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 13. |
Artikolu 41
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-BTV
1. Fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel investigazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-marda.
2. Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tirrestrinġi l-moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini ta’ skarnar immedjat; |
(b) |
tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, fejn dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi. |
3. Meta hija tqis li dan ikun neċessarju, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2 għal stabbilimenti fejn l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira kellhom esponiment simili għal vetturi infettivi bħal dak tal-każijiet issuspettati.
4. Il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu rtirati meta l-awtorità kompetenti tqis li ma jibqgħux neċessarji sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 42
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bil-BTV
1. Fil-każ ta’ konferma tal-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tikkonferma t-tifqigħa u, jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi jew testendi ż-żona taħt il-programm ta’ eradikazzjoni; |
(b) |
tagħmel inkjesta epidemjoloġika, jekk ikun hemm bżonn; |
(c) |
tirrestrinġi l-moviment tal-annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini tal-iskarnar immedjat; |
(d) |
tirrestrinġi l-moviment tal-prodotti ġerminali ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu; |
(e) |
tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi; |
(f) |
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 41 għall-istabbilimenti kollha li jkollhom rabta epidemjoloġika mal-każ ikkonfermat, inklużi dawk li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’esponiment simili għall-vetturi infettivi bħal dak tal-każ ikkonfermat. |
2. Minbarra l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda, l-awtorità kompetenti, meta tqis li dawn huma neċessarji, għandha:
(a) |
tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom kontra l-infezzjoni bis-serotip(i) rilevanti tal-BTV kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 40(1); |
(b) |
tinvestiga u tissorvelja l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-inħawi tal-istabbiliment fejn jinżamm il-każ ikkonfermat. |
3. Il-miżuri previsti f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu rtirati meta l-awtorità kompetenti tqis li ma jibqgħux neċessarji sabiex jiġi llimitat ir-riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 43
Moviment tal-annimali miżmuma u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira lejn l-Istati Membri jew iż-żoni koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss l-introduzzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk ikunu jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 4 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:
(a) |
tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni; |
(b) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn l-annimali lejn Stat Membru ieħor:
|
(c) |
tadatta, jekk ikun hemm bżonn, is-sorveljanza skont il-punt 6 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; u |
(d) |
l-annimali jikkonformaw ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-introduzzjoni tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk ikunu jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:
(a) |
tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni; |
(b) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn il-prodotti ġerminali lejn Stat Membru ieħor; u |
(c) |
il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V. |
5. Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi l-annimali jew il-prodotti ġerminali tuża d-derogi previsti fil-paragrafi u 2 jew 4, din għandha:
(a) |
tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mill-aktar fis possibbli; |
(b) |
taċċetta annimali jew prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga rilevanti indipendentement mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini tal-annimal jew tal-prodotti ġerminali. |
6. Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi l-annimali jew il-prodotti ġerminali ma tibqax tuża d-derogi previsti fil-paragrafi u 2 jew 4, din għandha tinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli.
Artikolu 44
Stabbiliment protett mill-vetturi
1. Fuq talba mill-operatur, l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-istat ta’ “stabbiliment protett mill-vetturi” lil stabbilimenti jew lil faċilitajiet li jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness V.
2. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika fil-frekwenza xierqa, iżda tal-anqas fil-bidu, matul u fi tmiem il-perjodu ta’ protezzjoni meħtieġ, l-effettività tal-miżuri mwettqa permezz ta’ nassa għall-vetturi ġewwa l-istabbiliment.
3. L-awtorità kompetenti għandha minnufih tirtira l-istat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma jibqgħux irrispettati.
Artikolu 45
Moviment ta’ annimali ġo Stati Membri jew żoni koperti minn programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
1. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira minn ġot-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk:
(a) |
l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V; jew |
(b) |
il-mezz tat-trasport li fuqu jitgħabbew l-annimali jkun ġie protett minn attakki minn vetturi u l-vjaġġ ma jkunx inkludi l-ħatt tal-annimali għal perjodu itwal minn jum wieħed, jew l-annimali jinħattu għal perjodu itwal minn jum wieħed fi stabbiliment protett mill-vetturi jew matul il-perjodu ħieles minn vetturi. |
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll il-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira minn ġot-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 43(2) jiġu rrispettati.
KAPITOLU 3
Programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Artikolu 46
L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
1. L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija C tal-annimali akkwatiċi, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:
(a) |
it-tip ta’ rekwiżiti ta’ sorveljanza neċessarji sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard b’kunsiderazzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2); |
(b) |
it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikoli 47 u 51; |
(c) |
id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni prevista fl-Artikolu 49, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 48; |
(d) |
il-miżuri preventivi u ta’ kontroll speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65. |
2. L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miżuri kkoordinati fil-fruntiera fuq l-art jew kostali komuni tagħha ma’ Stati Membri oħra jew ma’ pajjiżi terzi sabiex tiżgura l-kisba tal-objettivi tal-programmi u s-sostenibbiltà tagħhom.
Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi li jinkludu sorveljanza intensifikata.
Artikolu 47
Ambitu territorjali u popolazzjoni tal-annimali
1. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:
(a) |
it-territorju kopert; u |
(b) |
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali. |
2. It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jista’ jkun:
(a) |
it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; |
(b) |
żona waħda jew aktar; jew |
(c) |
il-post ġeografiku tal-istabbilimenti li minnhom huwa magħmul il-kompartiment jew il-kompartimenti. |
3. L-istabbilimenti li jinsabu fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ eradikazzjoni.
4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3 l-awtorità kompetenti tista’ teskludi mill-programm ta’ eradikazzjoni l-istabbilimenti tal-akkwakultura li ma jirrappreżentawx riskju sinifikanti għas-suċċess ta’ dak il-programm u li huma eżentati mill-obbligu li japplikaw għall-approvazzjoni.
Artikolu 48
Miri finali u intermedji
1. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri finali kwalitattivi u kwantitattivi li jkopru r-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-marda li huma stabbiliti fl-Artikolu 72 għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.
2. Fejn dan ikun teknikament possibbli, l-awtorità kompetenti li timplimenta programm ta’ eradikazzjoni għandha tinkludi wkoll f’dak il-programm miri finali kwalittattivi u kwantitattivi bbażati fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi li jikkostitwixxu theddida għall-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.
3. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:
(a) |
ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-marda msemmija fil-paragrafu 1 u l-miri previsti fil-paragrafu 2; u |
(b) |
jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fir-rekwiżiti għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni. |
Artikolu 49
Perjodu tal-applikazzjoni
1. Il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi elenkat huwa stabbilit fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’:
(a) |
il-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN; |
(b) |
il-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(c) |
il-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(d) |
il-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(e) |
il-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(f) |
il-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV. |
2. Għal mard tal-kategorija C, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni m’għandux jaqbeż is-sitt snin mid-data tal-approvazzjoni inizjali tiegħu mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2016/429. F’każijiet iġġustifikati kif xieraq, il-Kummissjoni, fuq talba tal-Istati Membri, tista’ testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programm ta’ eradikazzjoni għal perjodu ta’ sitt snin addizzjonali.
Artikolu 50
Rekwiżiti minimi għal programm ta’ eradikazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-programm ta’ eradikazzjoni għal marda speċifika tal-kategorija B jew C fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment fuq:
(a) |
id-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment billi tiżgura l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fl-istabbilimenti kollha fejn jiġu identifikati l-każijiet issuspettati u kkonfermati; |
(c) |
l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji oħra għat-tnaqqis tar-riskju li l-ispeċijiet elenkati fi stabbiliment jiġu infettati; |
(d) |
f’ċerti każijiet, it-tilqim, bħala parti mill-programm ta’ eradikazzjoni. |
Artikolu 51
Popolazzjoni tal-annimali li għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C
1. L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm ta’ eradikazzjoni għall-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbilimenti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li teskludi mill-programm ta’ eradikazzjoni, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, l-istabbilimenti li jżommu biss l-ispeċijiet tal-vetturi msemmija fit-tabella stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.
3. Fejn teknikament fattibbli, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta t-tali annimali:
(a) |
ikunu jirrappreżentaw riskju għall-istat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1; |
(b) |
ikunu inklużi minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni u meta l-inklużjoni tagħhom tkun neċessarja sabiex tinkiseb kopertura epidemjoloġika sodisfaċenti tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. |
Artikolu 52
Miżuri li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni
1. Sabiex tissorvelja l-progress tal-programmi ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati skont:
(a) |
l-istat tas-saħħa ta’ kull stabbiliment magħruf fiż-żmien li fih jibda l-programm ta’ eradikazzjoni; |
(b) |
il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment; |
(c) |
il-konformità mill-operatur mal-obbligu ta’ notifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe suspett jew detezzjoni tal-marda; |
(d) |
l-issodisfar tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati jekk il-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata; |
(e) |
ir-reġimi ta’ tilqim li jistgħu japplikaw għall-annimali mill-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment; |
(f) |
kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti. |
2. L-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tibda, iżżomm jew tirtira l-programm ta’ eradikazzjoni skont il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1; |
(b) |
tinforma lill-operaturi tal-istabbilimenti rilevanti dwar l-evoluzzjoni tal-istat tas-saħħa u l-miżuri neċessarji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
3. L-operaturi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) sa (f) tal-paragrafu 1 sabiex il-programm ta’ eradikazzjoni jkun jista’ jiġi implimentat sakemm jitwettaq b’suċċess jew jiġi rtirat.
Artikolu 53
Deroga mill-klassifikazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 52(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikklassifikax l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati, jekk il-popolazzjoni tal-annimali miżmuma f’dawn l-istabbilimenti kkonfinati tkun soġġetta għal miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji u miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard sabiex jiġi żgurat li din ma tkunx tikkostitwixxi riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 54
Tilqim
L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programmi ta’ eradikazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha:
(a) |
it-tilqim tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali miżmuma; |
(c) |
it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali selvaġġi. |
Artikolu 55
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
1. L-awtorità kompetenti, meta tissuspetta każ tal-marda rilevanti fi stabbiliment, għandha tagħmel l-investigazzjoni neċessarja.
2. Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali fl-istabbiliment; |
(b) |
fejn teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-unitajiet fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali ssuspettati; |
(c) |
tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ skarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan; |
(d) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, ta’ għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti. |
3. L-awtorità kompetenti għandha żżomm il-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 sakemm tiġi eliminata l-preżenza tal-marda jew sakemm din tiġi kkonfermata.
Artikolu 56
Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
1. Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55 għal:
(a) |
kwalunkwe stabbiliment li minħabba kundizzjonijiet idrodinamiċi jkollu riskju akbar li tinfirex għandu l-marda mill-istabbiliment issuspettat; |
(b) |
kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment issuspettat. |
2. Jekk il-preżenza tal-marda tkun issuspettata f’annimali akkwatiċi selvaġġi, l-awtorità kompetenti, meta tqis li din tkun neċessarja, għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55 għall-istabbilimenti kkonċernati.
Artikolu 57
Deroga mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ marda
1. Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 55(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda; |
(b) |
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx kompromess mill-moviment; |
(c) |
fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti; u |
(d) |
l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti. |
2. Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1), sa tmiem l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1); |
(b) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni sa tmiem l-investigazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum uman dirett, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga:
(a) |
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; |
(b) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati; u |
(c) |
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-prodotti sekondonarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mill-annimali akkwatiċi msemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament. |
Artikolu 58
Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u ta’ miżuri ta’ kontroll tal-mard
1. Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tiddikjara l-istabbiliment(i) bħala infettat(i); |
(b) |
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment(i) infettat(i); |
(c) |
tistabbilixxi żona ristretta li tkun ta’ daqs xieraq; |
(d) |
tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 59 sa 65 fl-istabbiliment(i) infettat(i). |
2. Ir-rekwiżiti minimi li għandhom japplikaw fir-rigward tal-istabbiliment(i) taż-żona ristretta huma stipulati fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
(a) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN; |
(b) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(c) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(d) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(e) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(f) |
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV. |
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona ristretta:
(a) |
meta stabbiliment infettat ma jiskarikax effluwent mhux ittrattat fl-ilmijiet tal-madwar; u |
(b) |
meta l-miżuri ta’ bijosigurtà li jkunu jeżistu fl-istabbiliment ikunu ta’ standard li jiżgura li l-infezzjoni tkun kontenuta bis-sħiħ fih. |
4. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji relatati mal-attivitajiet li ġejjin fiż-żona ristretta:
(a) |
il-moviment ta’ dgħajjes barrada minn ġoż-żona ristretta; |
(b) |
l-attivitajiet tas-sajd; |
(c) |
attivitajiet oħra li jistgħu jġibu riskju ta’ tixrid tal-marda. |
5. Jekk il-marda tkun ikkonfermata fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, l-awtorità kompetenti tista’:
(a) |
tiżviluppa u timplimenta l-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li jkunu neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati jew għal popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali; |
(b) |
tapplika sorveljanza intensifikata tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u fl-istabbilimenti li jkollhom rabta epidemjoloġika diretta mal-każ ikkonfermat; |
(c) |
tieħu miżuri sabiex teradika l-marda mill-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi selvaġġi rilevanti, fejn fattibbli. |
Artikolu 59
Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard
1. Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tagħmel inkjesta epidemjoloġika; |
(b) |
tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55(2) fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati; |
(c) |
tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tqis il-ħtieġa li tagħmel investigazzjoni fuq l-annimali selvaġġi fejn l-inkjesta epidemjoloġika ssib rabtiet epidemjoloġiċi bejn l-annimali miżmuma u dawk selvaġġi.
3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli:
(a) |
lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u |
(b) |
lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħra li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i). |
Artikolu 60
Movimenti lejn u minn stabbiliment infettat u kwalunwke stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta
1. F’kull stabbiliment infettat u fi kwalunkwe stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
meta teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati; |
(b) |
tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-iskarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan; |
(c) |
tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) sakemm din ma tkunx awtorizzata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq; |
(d) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, tal-għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti; |
2. L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għal annimali miżmuma minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali jekk dawn jippreżentaw riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 61
Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn stabbilimenti infettati
1. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha fl-istess żona ristretta dment li:
(a) |
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda; |
(b) |
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment; |
(c) |
fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti; |
(d) |
l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti. |
2. Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1); |
(b) |
tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum dirett mill-bniedem, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan. Fil-każijiet kollha, il-prodotti sekondarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament. |
(c) |
iżżomm l-istabbiliment ta’ destinazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha sat-tlestija tat-tindif, tad-diżinfezzjoni u tal-mistrieħ sanitarju xieraq tal-istabbiliment. |
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi għal stabbilimenti infettati oħrajn li ma jkunux qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika dment li:
(a) |
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda; |
(b) |
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment; u |
(c) |
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. |
4. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali għal faċilitajiet ta’ skarnar u ta’ pproċessar għajr l-istabbilimenti tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard dment li:
(a) |
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda; |
(b) |
il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar ma tkunx tinsab fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment li qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika jew li ġew iddikjarati bħala ħielsa mill-marda; |
(c) |
l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar jew fl-inħawi tagħha ma jkunx ipperikolat mill-moviment; |
(d) |
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. |
5. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali mill-istabbiliment(i) infettat(i) lejn stabbilimenti oħra mingħajr restrizzjonijiet ulrerjuri dment li:
(a) |
tkun saret valutazzjoni tar-riskju; |
(b) |
il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati, fejn ikun hemm bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fit-triq lejn dik id-destinazzjoni ma jiġix kompromess; u |
(c) |
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. |
Artikolu 62
Tneħħija ta’ annimali infettati
1. Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha f’kull stabbiliment infettat tordna, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, il-miżuri li ġejjin b’rabta mal-annimali akkwatiċi mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti:
(a) |
tneħħija tal-annimali mejtin kollha; |
(b) |
tneħħija u qtil tal-annimali moribondi kollha; |
(c) |
tneħħija u qtil tal-annimali kollha li juru sintomi tal-marda; |
(d) |
skarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma tal-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment(i) wara li jkunu tlestew il-miżuri fil-punti (a) sa (c). |
2. L-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, tista’ tordna l-iskarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma ta’:
(a) |
kull annimal mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) infettat(i), mingħajr l-ittestjar ta’ dawn l-annimali; |
(b) |
annimali ssuspettati li jkollhom rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat. |
3. L-iskarnar għall-konsum mill-bniedem jew it-tneħħija mill-ilma tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu taħt is-superviżjoni uffiċjali fl-istabbiliment(i) infettat(i) bl-ipproċessar sussegwenti fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, kif xieraq.
4. L-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti f’dan l-Artikolu għal annimali tal-akkwakultura minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta jkun neċessarju sabiex tiġi kkontrollata l-marda.
5. L-awtorità kompetenti tista’ tordna l-qtil u l-qerda ta’ wħud mill-annimali jew tal-annimali kollha msemmija fil-paragrafu 1 u annimali tal-ispeċijiet mhux elenkati fl-istabbiliment(i) infettat(i) minflok l-iskarnar tagħhom għall-konsum mill-bniedem.
6. Il-prodotti sekondarji tal-annimali kollha mill-annimali li jiġu skarnati jew jinqatlu f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 63
Tindif u diżinfezzjoni
1. L-awtorità kompetenti, għall-istabbilimenti infettati kollha, għandha tordnat t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istrutturi u tal-komponenti li ġejjin qabel ir-ripopolament:
(a) |
l-istabbilimenti, sa fejn dan ikun teknikament possibbli, wara t-tneħħija tal-annimali msemmija fl-Artikolu 62(1) u tal-għalf kollu li seta’ ġie kkontaminat; |
(b) |
kwalunkwe tagħmir relatat mat-trobbija tal-annimali inkluż, iżda mhux limitat, għat-tagħmir għall-għoti tal-għalf, għat-tqassim skont id-daqs, għat-trattament u għat-tilqim, u d-dgħajjes tax-xogħol; |
(c) |
kwalunkwe tagħmir relatat mal-produzzjoni inklużi, iżda mhux limitati, għal gaġeġ, għal xbieki, għal kavalletti, għal boroż u għal konzijiet; |
(d) |
kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi; |
(e) |
il-mezzi kollha tat-trasport inklużi tankijiet u tagħmir ieħor użat sabiex jitmexxew l-annimali infettati jew il-persunal li kien f’kuntatt mal-annimali infettati. |
2. L-awtorità kompetenti għandha tapprova l-protokoll għat-tindif u għad-diżinfezzjoni.
3. L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja t-tindif u d-diżinfezzjoni u m’għandhiex tirrestawra jew terġa’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbilimenti sakemm tqis li t-tindif u d-diżinfezzjoni jkunu tlestew.
Artikolu 64
Mistrieħ sanitarju
1. L-awtorità kompetenti għandha tordna l-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati kollha. Il-mistrieħ sanitarju għandu jitwettaq wara li jitlesta l-proċess ta’ tindif u ta’ diżinfezzjoni stabbilit fl-Artikolu 63.
2. Id-durata tal-mistrieħ sanitarju għandha tkun xierqa għall-patoġenu rilevanti u għat-tip ta’ sistema ta’ produzzjoni użat fl-istabbilimenti infettati. Ċerti perjodi ta’ mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
(a) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN; |
(b) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir f’HPR; |
(c) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(d) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(e) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(f) |
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tordna mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti infettati fi ħdan iż-żona ta’ protezzjoni jew fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda żona ta’ protezzjoni, fi ħdan iż-żona ristretta. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku jista’ jkun estiż ukoll għal stabbilimenti oħra fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Id-durata tal-mistrieħ sanitarju sinkroniku u l-firxa taż-żona li fiha għandu jsir it-tali mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
(a) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN; |
(b) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(c) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(d) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(e) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(f) |
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV. |
Artikolu 65
Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid
Qabel jew wara t-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:
(a) |
il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi; |
(b) |
il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment. |
KAPITOLU 4
Stat ta’ ħelsien mill-mard
Artikolu 66
Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil Stati Membri jew lil żoni tagħhom meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
(a) |
kriterji ġenerali:
|
(b) |
kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tal-Artikoli 67 sa 71. |
Artikolu 67
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:
(a) |
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u |
(b) |
l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:
(a) |
il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u |
(b) |
il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu nstabet li kienet negliġibbli. |
Artikolu 68
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:
(a) |
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; |
(b) |
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj; |
(c) |
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda; |
(d) |
l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
(a) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja; |
(b) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika. |
Artikolu 69
Stat ta’ ħelsien mill-mard tal-annimali terrestri fuq il-bażi tal-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għall-mard elenkat tal-annimali terrestri
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għal dik il-marda elenkata huma kif ġejjin:
(a) |
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; |
(b) |
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma ġiex trażmess; |
(c) |
it-trażmissjoni tal-aġent tal-marda hija dipendenti għalkollox fuq il-preżenza ta’ vetturi elenkati u mhuwiex magħruf li sseħħ xi modalità oħra ta’ trażmissjoni naturali; |
(d) |
il-vetturi elenkati mhumiex naturalment preżenti fl-Istati Membri jew fiż-żoni tiegħu; |
(e) |
huwa improbabbli li l-introduzzjoni aċċidentali jew intenzjonali tal-vetturi elenkati seħħet fl-imgħoddi jew ser isseħħ fil-ġejjieni; |
(f) |
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-vetturi elenkati; |
(g) |
il-vetturi elenkati huma esposti għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jinqerdu. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
(a) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja; |
(b) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika. |
Jekk seħħet il-marda, l-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokuemntarja li s-sorveljanza wriet b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ prevalenza tal-marda kienet anqas minn 1 %.
Artikolu 70
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona tiegħu fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:
(a) |
il-marda qatt ma ġiet irrapportata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu jew ġiet eradikata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena; |
(b) |
il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-Istat Membru jew miż-żona tiegħu u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 72 huma rrispettati. |
2. Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona tiegħu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:
(a) |
sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda; |
(c) |
projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 72; |
(d) |
sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru jew iż-żona. |
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni, għal perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tista’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-Istati Membri jew liż-żoni fir-rigward ta’:
(a) |
l-infezzjoni bir-RABV, jekk kienet notifikabbli skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE u, meta jkun hemm bżonn, il-monitoraġġ kien implimentat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE (23) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-ebda każ ma ġie rrapportat fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-aħħar sentejn; |
(b) |
infezzjoni bil-BTV, jekk iż-żoni ristretti kollha tneħħew skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
4. Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard għandhom japplikaw biss:
(a) |
fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew |
(b) |
għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C. |
5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux ikun soġġett għall-perjodu massimu ta’ sentejn għall-istati li ġejjin:
(a) |
stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.; |
(b) |
stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim; |
6. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:
(a) |
infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis; |
(b) |
infezzjoni bl-MTBC; |
(c) |
EBL; |
(d) |
IBR/IPV; |
(e) |
infezzjoni bl-ADV; |
(f) |
VHS; |
(g) |
IHN; |
(h) |
infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(i) |
infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(j) |
infezzjoni bil-Marteilia refringens. |
Artikolu 71
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona fuq il-bażi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni huma kif ġejjin:
(a) |
l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew 46; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħieles mill-mard li turi li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 72 huma rrispettati. |
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ annimali akkwatiċi fejn żona tkopri anqas minn 75 % tat-territorju ta’ Stat Membru u ma tkunx maqsuma ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ pajjiż terz, stat ta’ ħelsien mill-marda jista’ jinkiseb skont l-Artikolu 83.
Artikolu 72
Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil Stat Membru jew lil żona huma previsti fi:
(a) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma u fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma; |
(b) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC; |
(c) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL; |
(d) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV; |
(e) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV; |
(f) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD; |
(g) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV; |
(h) |
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV; |
(i) |
it-Taqsima 1 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.; |
(j) |
it-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim; |
(k) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS; |
(l) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN; |
(m) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(n) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(o) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(p) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(q) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV; |
Artikolu 73
Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura
1. L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
(a) |
kriterji ġenerali:
|
(b) |
kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 74 sa 77. |
2. L-istat ta’ ħelsien mill-mard imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata lil:
(a) |
kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar; u |
(b) |
kompartimenti li huma dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar iżda fejn jeżistu kundizzjonijiet li joħolqu separazzjoni effettiva speċifika għall-marda bejn il-kompartiment u popolazzjonijiet ta’ annimali akkwatiċi oħra li jistgħu jkunu infettati. |
3. Fil-każ tal-kompartimenti dipendenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tivvaluta tal-anqas il-fatturi epidemjoloġiċi li ġejjin:
|
(b) |
tikklassifika l-istabbilimenti kollha fil-kompartiment bħala ta’ riskju għoli, f’konformità mal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI; |
(c) |
timponi kwalunkwe miżura li tinstab li hija neċessarja għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda. |
4. Meta dikjarazzjoni ta’ ħelsien mill-mard għal kompartiment dipendenti tintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 83, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u d-dettalji ta’ kwalunkwe miżura li ddaħħlet fis-seħħ għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda fil-kompartiment.
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe tibdil sussegwenti fil-fatturi epidemjoloġiċi stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u l-miżuri meħuda għall-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom.
Artikolu 74
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:
(a) |
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u |
(b) |
l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:
(a) |
il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u |
(b) |
il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment instabet li kienet negliġibbli. |
Artikolu 75
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:
(a) |
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; |
(b) |
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj; |
(c) |
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda; |
(d) |
l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru kritiku matul perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu. |
2. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
(a) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja; |
(b) |
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika. |
Artikolu 76
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:
(a) |
il-marda qatt ma ġiet irrapportata fil-kompartiment jew ġiet eradikata fil-kompartiment u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena; |
(b) |
il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-kompartiment u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 78 huma rrispettati. |
2. Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartiment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:
(a) |
sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati; |
(b) |
prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda; |
(c) |
projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 78; |
(d) |
sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan il-kompartiment. |
3. Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss:
(a) |
fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew |
(b) |
għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C. |
4. Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:
(a) |
VHS; |
(b) |
IHN; |
(c) |
infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(d) |
infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(e) |
infezzjoni bil-Marteilia refringens. |
Artikolu 77
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
1. Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tal-programmi ta’ eradikazzjoni huma:
(a) |
l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 46; u |
(b) |
l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni r-rapport finali li juri li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 78 huma rrispettati. |
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn kompartiment ikun ikopri anqas minn 75 % mit-territorju ta’ Stat Membru u l-magħqad tal-ilma li jforni l-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru jew ma’ pajjiż terz ieħor, stat ta’ ħelsien mill-marda jista’ jinkiseb skont l-Artikolu 83.
Artikolu 78
Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura huma pprovduti fi:
(a) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS; |
(b) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN; |
(c) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(d) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(e) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(f) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(g) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV; |
Artikolu 79
Rekwiżiti speċifiċi għal kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar
1. Minbarra l-kriterji ġenerali għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura kif stipulat fl-Artikolu 73(1), kompartiment li jinkludi stabbiliment individwali wieħed jew aktar fejn l-istat tas-saħħa rigward marda speċifika jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar, jista’ jikseb stat ta’ ħelsien mill-mard jekk jikkonforma mal-paragrafi 2 sa 6.
2. Kompartiment indipendenti jista’ jinkludi fih:
(a) |
stabbiliment individwali li jitqies bħala unità epidemjoloġika waħda, minħabba li dan mhuwiex influwenzat mill-istat tas-saħħa tal-annimali tal-ilmijiet naturali ta’ madwaru; jew |
(b) |
aktar minn stabbiliment wieħed fejn kull stabbiliment fil-kompartiment ikun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 sa 6 iżda minħabba movimenti estensivi tal-annimali bejn l-istabbilimenti, jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda, dment li l-istabbilimenti kollha jkunu joperaw sistema komuni ta’ bijosigurtà. |
3. Kompartiment indipendenti għandu jkun fornit bl-ilma:
(a) |
permezz ta’ impjant tat-trattament tal-ilma li jinattiva l-aġent tal-marda rilevanti; jew |
(b) |
direttament minn bir, minn spiera jew minn nixxiegħa. |
Meta t-tali provvista tal-ilma tkun toriġina minn sors barra mill-istabbiliment, l-ilma għandu jkun fornit direttament lill-istabbiliment, u jitwassal fl-istabbiliment b’mezzi li jagħtu protezzjoni xierqa mill-infezzjoni.
4. Għandu jkun hemm barrieri naturali jew artifiċjali li ma jħallux lill-annimali akkwatiċi jidħlu f’kull stabbiliment fil-kompartiment mill-ilmijiet naturali tal-madwar.
5. Il-kompartiment għandu, fejn ikun jixraq, jitħares mill-għargħar u mill-infiltrazzjoni tal-ilma mill-ilmijiet naturali tal-madwar.
6. Il-kompartiment għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi għall-mard imsemmija fl-Artikolu 78.
Artikolu 80
Dispożizzjonijiet speċjali għall-kompartimenti li jinkludu stabbilimenti individwali li jibdew jew jerġgħu jibdew attivitajiet tal-akkwakultura u fejn l-istat tas-saħħa rigward marda speċifika jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar
1. Stabbiliment ġdid li jkun se jibda attivitajiet tal-akkwakultura jitqies li huwa ħieles mill-mard meta:
(a) |
ikun konformi mal-punt (a) tal-paragrafu 2 u mal-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 79; u |
(b) |
jibda attivitajiet tal-akkwakultura b’annimali tal-akkwakultura minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħielsa mill-mard. |
2. Stabbiliment li jerġa’ jibda attivitajiet tal-akkwakultura wara waqfa u jikkonforma mal-paragrafu 1 jitqies li huwa ħieles mill-mard mingħajr is-sorveljanza msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) dment li:
(a) |
l-istorja tas-saħħa tal-istabbiliment hija magħrufa mill-awtorità kompetenti u ma kien hemm l-ebda konferma fl-istabbiliment ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C; |
(b) |
l-istabbiliment ikun imnaddaf, iddiżinfettat u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju, jekk ikun meħtieġ, qabel ir-ripopolament. |
3. Stabbiliment li jerġa’ jibda bl-attivitajiet tiegħu wara l-konferma ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C jitqies li jkun ħieles mill-marda kkonfermanta, dment li:
(a) |
kampjun rappreżentattiv tal-annimali li ġew ripopolati fl-istabbiliment minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħieles mill-mard wara t-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju jiġi ttestjat għall-marda relevanti mhux qabel 3 xhur u mhux wara 12-il xahar mindu jkun ġie espost għal kundizzjonijiet li jinkludu t-temperatura tal-ilma, li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda; |
(b) |
jintużaw il-kampjunar u t-testijiet dijanjostiċi stipulati fil-Kapitolu rilevanti tal-Parti II tal-Anness VI u l-kampjuni jittieħdu min-numru ta’ annimali li jiżguraw id-detezzjoni tal-marda rilevanti b’fiduċja ta’ 95 % jekk il-prevalenza fil-mira tkun ta’ 2 %; |
(c) |
ir-riżultati tal-ittestjar deskritt fil-punt (b) ikunu negattivi. |
Artikolu 81
Kriterji speċifiċi dwar is-sorveljanza u l-miżuri ta’ bijosigurtà għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
1. L-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom jistgħu jżommu stat ta’ ħelsien mill-mard biss jekk, minbarra l-kriterji stipulati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, dawn ikunu konformi ma’ dawn li ġejjin:
(a) |
it-twettiq ta’ attivitajiet suffiċjenti ta’ sorveljanza sabiex tkun tista’ ssir id-detezzjoni bikrija tal-marda u jintwera l-istat ta’ ħelsien mill-mard; |
(b) |
il-miżuri ta’ bijosigurtà ordnati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riskji identifikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda; |
(c) |
ir-regoli operazzjonali kif imsemmija fil-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 66 jew il-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 73(1). |
2. Fil-każ ta’ annimali akkwatiċi, meta Stat Membru jkun iddikjarat bħala ħieles minn waħda jew aktar mill-mard elenkat, dan ikun jista’ jwaqqaf is-sorveljanza mmirata kif imsemmija fil-punti (k) sa (q) tal-paragrafu 3 u jżomm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tiegħu dment li r-riskju ta’ introduzzjoni tal-marda rilevanti jkun ġie vvalutat u jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda inkwistjoni.
F’żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard fl-Istati Membri li ma jkunux iddikjarati bħala ħielsa mill-mard, jew fil-każijiet kollha fejn ma jkunux jeżistu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda inkwistjoni, is-sorveljanza mmirata għandha titkompla kif imsemmi fil-punti (k) sa (q) tal-paragrafu 3.
3. Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-mard fir-rigward tas-sorveljanza u tal-miżuri ta’ bijosigurtà huma pprovduti fi:
(a) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jew fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma; |
(b) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC; |
(c) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL; |
(d) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV; |
(e) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV; |
(f) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD; |
(g) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV; |
(h) |
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV; |
(i) |
it-Taqsima 2 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.; |
(j) |
it-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim; |
(k) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS; |
(l) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN; |
(m) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; |
(n) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens; |
(o) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; |
(p) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; |
(q) |
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV; |
Artikolu 82
Sospensjoni, irtirar u restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
1. Jekk il-marda ġiet ikkonfermata u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu ma jkunux issodisfati, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tapplika mingħajr dewmien il-miżuri rilevanti ta’ kontroll tal-mard; |
(b) |
tagħmel sorveljanza speċifika sabiex tivvaluta l-firxa tat-tifqigħa; |
(c) |
tordna kwalunkwe miżura neċessarja ta’ mitigazzjoni tar-riskji. |
2. Jekk il-marda ma ġietx ikkonfermata, iżda jkun seħħ ksur ta’ waħda mill-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi xierqa u tivvaluta r-riskju li s-sitwazzjoni tas-saħħa nbidlet.
3. Fejn ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti, bħala miżura tranżizzjonali, tista’ tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu minflok ma l-Kummissjoni tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard. Matul is-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
tadotta l-miżuri neċessarji kollha ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll sabiex timmaniġġja s-sitwazzjoni; |
(b) |
tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri adottati; u |
(c) |
tinforma b’mod regolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, dwar l-estensjoni tas-sospensjoni tagħha jew dwar l-irtirar tagħha mill-Kummissjoni. |
4. Soġġetta għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tirrestawra l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu billi tneħħi s-sospensjoni.
Artikolu 83
Derogi mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti stati ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-annimali akkwatiċi
1. Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti għall-kisba ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard, stabbiliti fl-Artikoli 36(4) u 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429, għal mard tal-annimali akkwatiċi ta’ żoni jew ta’ kompartimenti, it-tali approvazzjoni għal żoni jew għal kompartimenti li jkopru anqas minn 75 % tat-territorju ta’ Stat Membru, u fejn il-magħqad tal-ilma li jforni ż-żona jew il-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ pajjiż terz, tista’ tinkiseb skont il-proċedura li ġejja:
(a) |
Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni proviżorja ta’ ħelsien għaż-żona jew għall-kompartiment li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-istat ta’ ħelsien mill-mard kif stipulat f’dan ir-Regolament; |
(b) |
din id-dikjarazzjoni proviżorja tiġi ppubblikata elettronikament mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu avżati dwar il-pubblikazzjoni; |
(c) |
60 jum wara l-pubblikazzjoni, id-dikjarazzjoni proviżorja għandha tidħol fis-seħħ u ż-żona jew il-kompartiment imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiksbu l-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
2. Fi ħdan il-perjodu ta’ 60 jum imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jfittxu kjarifika jew informazzjoni addizzjonali b’rabta mal-evidenza ta’ sostenn ipprovduta mill-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni proviżorja.
3. Meta jsiru kummenti bil-miktub minn tal-anqas Stat Membru wieħed, jew mill-Kummissjoni, fi ħdan il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 li jindikaw tħassib relatat mal-evidenza li ssostni d-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni, l-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni u, fejn rilevanti, l-Istat Membru li jkun fittex kjarifika jew informazzjoni addizzjonali, flimkien għandhom jeżaminaw l-evidenza sottomessa sabiex isibu soluzzjoni għat-tħassib.
F’każijiet bħal dawn, il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jiġi estiż b’mod awtomatiku għal 60 jum mid-data li fiha jitqajjem l-ewwel tħassib. M’għandux ikun hemm estensjoni ulterjuri ta’ dan il-perjodu
4. Meta l-proċess imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirnexxix, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 36(4) u 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429.
PARTI III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 84
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-istat ta’ ħelsien mill-mard eżistenti
1. L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:
(a) |
ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, bil-B.suis:
|
(b) |
ħieles mill-infezzjoni bl-MTBC, fejn l-istat ta’ ħelsien mit-tuberkulożi jkun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(c) |
ħieles mill-EBL, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(d) |
ħieles mill-IBR/IPV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IBR ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(e) |
ħieles mill-infezzjoni bl-ADV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-marda ta’ Aujeszky ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(f) |
ħieles mill-infestazzjoni bil-Varroa spp., meta l-istat ta’ ħelsien mill-varroasis ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (24); |
(g) |
ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim meta l-istat għall-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim ikun ingħata skont id-Direttiva 2009/158/KE; |
(h) |
ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (25); |
(i) |
ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(j) |
ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(k) |
ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(l) |
ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(m) |
ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE. |
2. Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:
(a) |
ħielsa minn influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, meta l-kompartiment ikun approvat fir-rigward tal-influwenza tat-tjur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 (26); |
(b) |
ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(c) |
ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(d) |
ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(e) |
ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(f) |
ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(g) |
ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE. |
3. L-Istati Membri meqjusa li għandhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta’ żamma tal-istat jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 85
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward il-programmi eżistenti ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza
1. L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
IBR/IPV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-IBR/IPV ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(b) |
infezzjoni bl-ADV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE; |
(c) |
VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(d) |
IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(e) |
l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(f) |
l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(g) |
l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(h) |
infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
2. Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
(a) |
VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(b) |
IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(c) |
l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(d) |
l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(e) |
l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
(f) |
infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE; |
3. L-Istati Membri meqjusa li għandhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew 2 għandhom jiżguraw li l-miżuri fil-programm jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti għall-programmi ta’ eradikazzjoni f’dan ir-Regolament.
Artikolu 86
Tħassir
L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta’ April 2021.
— |
Id-Deċiżjoni 2000/428/KE; |
— |
Id-Deċiżjoni 2002/106/KE; |
— |
Id-Deċiżjoni 2003/422/KE; |
— |
Id-Deċiżjoni 2006/437/KE; |
— |
Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007; |
— |
Id-Deċiżjoni 2008/896/KE; |
— |
Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/1554. |
Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 87
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (OJ Nru 121, 29.7.1964, p. 1977/64).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jiggvernaw il-kummerċ intra-Komunitarju tal-annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1629 tal-25 ta’ Lulju 2018 li jemenda l-lista ta’ mard stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 11).
(8) Il-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, 2018.
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta’ Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta’ annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).
(10) Il-Ġurnal tal-EFSA (2006) 311, Opinjoni dwar id-“Definition of a BoHV-1-free animal and a BoHV-1-free holding, and the procedures to verify and maintain this stat”.
(11) Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74).
(12) EFSA AHAW Panel (EFSA Panel on Animal Health and Welfare), 2017. Scientific opinion on bluetongue: control, surveillance and safe movement of animals. EFSA Journal 2017; 15(3):4698, 126
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew idderivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/428/KE tal-4 ta’ Lulju 2000 li tistabbilixxi l-proċeduri dijanjostiċi, il-metodi tat-teħid tal-kampjuni u l-kriterji sabiex jiġu vvalutati r-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju għalbiex tiġi kkonfermata u ddijanjożata b’mod differenzali l-marda vesikulari tal-ħnieżer (ĠU L 167, tas-7.7.2000, p. 22).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).
(16) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 approvazzjoni ta’ manwal għad-dijanjożi ta’ African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).
(17) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/437/KE tal-4 ta’ Awwissu 2006 li tapprova Manwal Dijanjostiku għall-influwenza tat-tjur kif previst fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (ĠU L 237, 31.8.2006, p. 1).
(18) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 dwar regoli implimentattivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE fir-rigward tal-kontroll, tal-immonitorjar, tas-sorveljanza u tar-restrizzjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti ta’ ċerti annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-bluetongue (ĠU L 238, 27.10.2007, p. 37).
(19) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/896/KE tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar linji-gwida għall-għan tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskji stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 30).
(20) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta’ Settembru 2015 li tistipola regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta’ sorveljanza (ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1).
(21) http://www.oie.int/en/standard-setting/terrestrial-manual/access-online/
(22) http://www.oie.int/en/standard-setting/aquatic-manual/access-online/
(23) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31)
(24) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
(25) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
(26) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16).
ANNESS I
DEFINIZZJONI TAL-KAŻIJIET SPEĊIFIĊI TAL-MARD TAL-ANNIMALI TERRESTRI
1. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1). |
2. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta:
|
3. |
Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-HPAI għandu jkun jew
|
1. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1). |
2. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta:
|
3. |
Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda tal-infezzjoni bl-LPAIV irid ikun kwalunkwe virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 li ma jkunux viruses tal-HPAI. |
1. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1). |
2. |
Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta:
|
3. |
Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-NDV irid ikun kwalunkwe paramissovirus tat-tjur tat-tip 1 (APMV-1) (Avulavirus tat-tjur tat-tip 1) li jew:
|
ANNESS II
PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-UNJONI
PARTI I
SORVELJANZA TAL-INFLUWENZA TAT-TJUR FIL-POLLAM U FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TERRITORJALI
Is-sorveljanza fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi trid tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha.
2. PERJODU TA’ APPLIKAZZJONI
Sar-revoka.
3. APPROĊĊ ĠENERALI
Is-sistema ta’ sorveljanza trid tindirizza l-objettivi previsti fit-Taqsima 2 u trid tinbena fuq approċċ komprensiv li jinkludi komponenti differenti tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li jikkomplimentaw lil xulxin fil-popolazzjonijiet tal-pollam u tal-għasafar selvaġġi:
— |
Sistemi ta’ detezzjoni bikrija kif previsti fit-Taqsimiet 3 u 4; |
— |
Sorveljanza bbażata fuq ir-riskji kif prevista fit-Taqsimiet 5 u 6. |
1. |
Detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam. |
2. |
Detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi li tipprovdi għal:
|
3. |
Id-detezzjoni tal-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti. |
4. |
Id-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li jistgħu jinfirxu faċilment bejn il-qatgħat ta’ pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam fid-dawl tal-potenzjal ta’ mutazzjoni tagħhom għall-HPAI bl-għan li:
|
5. |
Kontribuzzjoni għal għarfien akbar dwar l-HPAI u l-LPAIV li jirrappreżentaw riskju żoonotiku potenzjali. |
1. |
Is-sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-HPAI fil-pollam iridu jkunu parti mir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u jridu jkunu implimentati fis-settur tal-pollam sħiħ. |
2. |
Is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tal-anqas trid tinkludi d-detezzjoni bikrija u l-investigazzjoni fl-istabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala li tinsab f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI, ta’:
|
3. |
L-ittestjar regolari tal-kampjuni miġbura minn pollam mejjet u marid fi stabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala waħda f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI jista’ jkun rilevanti wkoll meta jiġi identifikat riskju akbar fil-livell nazzjonali, tal-UE jew reġjonali minħabba tifqigħat tal-HPAI fil-pollam u/jew fl-għasafar selvaġġi. |
1. |
Id-detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi trid tkun ibbażata fuq il-kampjunar u l-ittestjar tal-għasafar li:
Din is-sorveljanza jaf ikollha bżonn tiżdied, meta l-HPAI tkun ġiet identifikata f’għasafar selvaġġi, b’sistemi ta’ monitoraġġ li jużaw pattulji organizzati għad-detezzjoni u għall-ġbir ta’ għasafar mejtin u morda. |
2. |
It-tfassil ta’ din is-sorveljanza jrid ikun ibbażat fuq ir-riskju, b’kunsiderazzjoni tal-anqas tal-informazzjoni rilevanti dwar l-ornitoloġija, il-viroloġija, l-epidemjoloġija u l-kwistjonijiet ambjentali. |
3. |
Is-sorveljanza trid tapplika għal għasafar mill-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, kif previst fit-Taqsima 8. Madankollu, l-episodji ssuspettati kollha ta’ mortalità fl-għasafar selvaġġi jridu jkunu investigati sabiex tiġi eskluża l-HPAI.
Minbarra l-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi fil-mira, speċijiet addizzjonali ta’ għasafar selvaġġi jistgħu jkunu inklużi wkoll meta tkun ġiet ivvalutata r-rilevanza epidemjoloġika speċifika tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru. |
4. |
Barra minn hekk, is-sorveljanza tista’ tinkludi, f’postijiet ta’ prijorità u f’siti ewlenin b’mod partikolari f’dawk fejn l-għasafar tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira jkunu deħlin fl-Unjoni matul il-movimenti tal-passa tagħhom, tal-anqas mir-rotot tal-Grigal u tal-Lvant, il-kampjunar u l-ittestjar ta’:
|
5. |
Sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni miksuba minn investigazzjonijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-kuntest ta’ tifqigħat tal-HPAI f’għasafar miżmuma jridu jkunu inklużi fir-riżultati tas-sorveljanza tal-HPAI f’għasafar selvaġġi. |
1. |
Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għall-infezzjoni bl-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam li jżommu papri, wiżż, pollam li jappartjeni għall-ispeċi ta’ Anseriformes għall-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa jew ta’ summien li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ trid tieħu f’kunsiderazzjoni tal-anqas il-fatturi ta’ riskju li ġejjin:
|
2. |
Fuq il-bażi tal-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi, fatturi ta’ riskju addizzjonali li mhumiex fost dawk elenkati fil-punti (a) sa (h) tal-punt 1 jistgħu jkunu inklużi u fatturi li mhumiex rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru jistgħu jitħallew barra. |
1. |
Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li faċilment jistgħu jinfirxu bejn il-qatgħat tal-pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam, kif imsemmi fil-punt 4 tat-Taqsima 2, trid tkun tapplika għal stabbilimenti tal-pollam li għalihom l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li r-raggruppamenti tal-infezzjoni bl-LPAIV ikunu seħħew ripetutament fl-imgħoddi jew jitqiesu aktar probabbli li jseħħu. |
2. |
It-tali raggruppamenti huma kkaratterizzati mill-infezzjoni bl-LPAIV ta’ gruppi ta’ stabbilimenti relatati fiż-żmien u fil-qrubija ġeografika. |
3. |
Il-valutazzjoni għall-għażla tal-istabbilimenti għas-sorveljanza mmirata trid tqis ir-riskju għat-trażmissjoni laterali tal-virus minħabba l-istruttura u l-kumplessità tas-sistema ta’ produzzjoni u l-konnessjonijiet funzjonali bejn l-istabbilimenti, b’mod partikolari meta joperaw f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti. |
4. |
Minbarra l-kriterji tal-għażla għas-sorveljanza mmirata ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt 3, il-fatturi ta’ riskju li ġejjin iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-livell tal-istabbilimenti:
|
1. |
Sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 3 iridu japplikaw għall-popolazzjonijiet kollha tal-pollam. |
2. |
Is-sorveljanza komplimentari għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 5 fl-ispeċijiet ta’ pollam li ġeneralment ma jurux sinjali sinifikanti meta jkunu infettati bl-HPAI trid tapplika għal:
|
3. |
Minbarra l-ispeċijiet u l-kategoriji elenkati fil-punt 2, l-immirar tal-kampjunar u tal-ittestjar għall-infezzjoni bl-LPAIV imsemmija fit-Taqsima 6 jista’ jkun japplika għall-ispeċijiet ta’ pollam u għall-kategoriji ta’ produzzjoni li ġejjin:
|
Speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, b’mod partikolari għasafar tal-ilma tal-passa wrew li jinsabu f’riskju akbar li jsiru infettati bl-HPAI u li jittrażmettuha.
Il-lista ta’ “speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira” kkompilata u aġġornata fid-dawl tal-aktar għarfien riċenti hija disponibbli fuq is-sit web tal-EURL.
1. |
In-numru ta’ stabbilimenti tal-pollam li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u n-numru ta’ pollam li jrid jiġi ttestjat għal kull stabbiliment u, kif xieraq, mill-unità epidemjoloġika (eż. qatgħa tal-pollam, barrakka, eċċ.) fl-istabbiliment ikkonċernat iridu jkunu bbażati fuq metodu ta’ kampjunar statistikament validu. Dan il-metodu jista’ jkun dak użat għall-kampjunar rappreżentattiv; jiġifieri prevalenza stmata li trid tiġi identifikata skont livell predefinit ta’ fiduċja ddeterminat mill-awtorità kompetenti. |
2. |
Frekwenza u perjodu għall-ittestjar:
Għall-ittestjar viroloġiku, iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni il-prevalenza u l-perjodu ta’ żmien għad-detezzjoni tal-infezzjoni attiva. |
3. |
Il-kampjuni jridu jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju b’metodi seroloġiċi, meta jittieħdu għal:
|
ANNESS III
METODI DIJANJOSTIĊI GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TA’ STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦAL ĊERTI MARDIET TAL-ANNIMALI TERRESTRI
1. |
Testijiet seroloġiċi
|
2. |
test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST)
Għall-ittestjar kif imsemmi fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness IV, it-test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST) għandu jintuża biss f’annimali ovini u kaprini. |
1. |
Testijiet tal-ġilda tat-tuberkulina
|
2. |
Assaġġ tal-gamma interferon |
1. |
Testijiet seroloġiċi
|
|
Metodi: |
Matriċi: |
annimali bovini mhux imlaqqma |
BoHV-1 I-ELISA (1) |
kampjuni individwali tas-serum (4) |
kampjuni tal-ħalib |
||
gB B-ELISA (2) |
kampjuni individwali tas-serum (4) |
|
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
||
annimali bovini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar |
gE B-ELISA (3) |
kampjuni individwali tas-serum |
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
|
Metodi: |
Matriċi: |
annimali porċini mhux imlaqqma |
ADV ELISA (5) |
kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tas-serum (jew tal-plażma) |
kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tal-karta filtru |
||
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
||
annimali porċini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar |
gE ELISA (6) |
kampjuni individwali tas-serum |
1. |
Metodi diretti:
|
2. |
Testijiet seroloġiċi:
|
(1) I-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ BoHV-1. Jistgħu jintużaw raggruppamenti ta’ massimu ta’ 50 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għall-għoti u jistgħu jintużaw sa 100 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV.
(2) B-ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gB tal-BoHV-1. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-boHV-1 sħiħ fil-Parti IV tal-Anness IV, dan il-metodu jista’ jintuża wkoll.
(3) B-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1. Jistgħu jintużaw kampjuni individwali tal-ħalib fit-testijiet għall-prova taż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV. Il-kampjuni jistgħu jiġu raggruppati, filwaqt li n-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jingħażel fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li t-test ikun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiv biżżejjed sabiex jindividwa kampjun pożittiv wieħed fil-grupp.
(4) Meta l-ittestjar isir sabiex tintwera bil-provi ż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV, jistgħu jiġu raggruppati kampjuni miġbura individwalment. In-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jiġi mmodulat fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li s-sistema tat-test tkun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiva biżżejjed sabiex tindividwa kampjun pożittiv dgħajjef wieħed fil-grupp tad-daqs immodulat.
(5) ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ, il-proteina gB tal-ADV jew il-proteina gD tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet ta’ kits ta’ ADV-gB u kits ta’ ADV-gD jew kits ta’ ADV sħiħ, is-serum ta’ referenza tal-Komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:2. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-ADV sħiħ fil-Parti V tal-Anness IV, jista’ jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn it-testijiet.
(6) ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet, is-serum ta’ referenza tal-komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:8.
ANNESS IV
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI, GĦAŻ-ŻAMMA, GĦAS-SOSPENSJONI U GĦALL-IRTIRAR TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTABBILIMENTI U R-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI
PARTI I
INFEZZJONI BIL-BRUCELLA ABORTUS, BIL-B. MELITENSIS U BIL-B. SUIS
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim u ma jkunux tlaqqmu matul l-aħħar tliet snin, u:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jekk:
|
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u |
(b) |
isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq kampjuni meħuda mill-
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1. |
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-B. suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1. |
KAPITOLU 2
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim, u:
|
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu u fil-punti (a) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u |
(b) |
isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni meħuda mill-annimali bovini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn sitt xhur f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn 12-il xahar iddeterminati mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni, tas-sitwazzjoni tal-marda u tal-fatturi ta’ riskju identifikati. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1. |
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-Brucella suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1. |
KAPITOLU 3
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma; |
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma, li tal-anqas inkludew:
|
(c) |
matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsin mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; |
(d) |
it-tilqim ta’ annimali bovini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal bovin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni tiegħu. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali bovini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-annimali bovini miżmuma. |
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:
|
KAPITOLU 4
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma; |
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma, li tal-anqas inkludew:
|
(c) |
matul l-aħħar tliet snin, saret sorveljanza fuq il-popolazzjoni ovina u kaprina u tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; u |
(d) |
it-tilqim ta’ annimali ovini u kaprini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal ovin jew kaprin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali ovini u kaprini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis lill-annimali ovini u kaprini miżmuma. |
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:
|
PARTI II
INFEZZJONI BIL-KUMPLESS MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, Mycobacterium tuberculosis, Mycobacterium caprae) (MTBC) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC u:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punti 1(c) u 2(b), l-awtorità kompetenti ma tistax tesiġi t-test jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(c), l-awtorità kompetenti tista’ timmodifika r-reġim ta’ ttestjar kif ġej:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
|
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 3(b), l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb jekk:
|
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC u r-rata ta’ inċidenza ta’ stabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma tkunx taqbeż iż– 0,1 %; u |
(b) |
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini miżmuma u tal-anqas inkludew:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bl-MTBC fil-popolazzjoni tal-annimali għajr l-annimali bovini miżmuma, dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-MTBC għall-annimali bovini miżmuma. |
PARTI III
LEWKOŻI ENZOOTIKA BOVINA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina
1. |
L-stat ta’ ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina (EBL) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-EBL li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-EBL jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni. |
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u |
(b) |
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għall-EBL, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
|
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt (3)(a), l-ulied tal-ommijiet li jkunu ttestjaw pożittivi f’test seroloġiku għall-EBL jew li jkunu wrew leżjonijiet tal-EBL jistgħu jinżammu fl-istabbiliment jekk:
|
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-EBL
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti tal-bovini jkunu ħielsa mill-EBL; u |
(b) |
l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar li jiġu skarnati f’dan l-Istat Membru jew din iż-żona jkunu soġġetti għal eżami post-mortem uffiċjali b’kampjuni mill-annimali kollha bit-tumuri li setgħu jkunu kkawżati mill-EBL soġġetti għall-eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eliminata l-preżenza tal-EBL. |
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u |
(b) |
matul l-ewwel 5 snin wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, titwettaq sorveljanza bbażata fuq:
|
(c) |
wara l-ewwel ħames snin mill-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, issir sorveljanza sabiex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati. |
PARTI IV
RINOTRAKEITE BOVINA INFETTIVA/VULVOVAĠINITE PUSTULARI INFETTIVA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva
1. |
L-stat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (d) tat-Taqsima 2, skont kif ikun rilevanti. |
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jinżamm biss fi stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; |
(b) |
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, tal-antikorpi kontra l-BoHV-1-gE b’kunsiderazzjoni tat-tilqimiet preċedenti b’vaċċinazzjoni DIVA, b’riżultati negattivi,
|
(c) |
annimali bovini li ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bl-IBR/IPV biss jiġu introdotti fl-istabbiliment jekk dan ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona:
|
(d) |
l-annimali bovini kollha li jiġu introdotti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d)(ii) tat-Taqsima 1 jew joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, antikorpi kontra BoHV-1-gE fuq kampjun meħud fl-istabbilimenti ta’ oriġini fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ tagħhom, f’każijiet li fihom:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-IBR/IPV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tat-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
|
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-IBR/IPV
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk
(a) |
tilqim kontra l-IBR/IPV kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma; u |
(b) |
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina korrispondenti, ikunu ħielsa mill-IBR/IPV. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tal-vaċċinazzjoni DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bil-BoHV-1 b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona. |
PARTI V
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ AUJESZKY
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali porċini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali porċini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tat-Taqsima 2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; |
(b) |
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħuda mill-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, sabiex tiġi vverifikata l-assenza tal-infezzjoni bl-ADV fuq il-bażi ta’ reġim ta’ ttestjar li jqis iċ-ċiklu tal-produzzjoni u r-riskju ta’ introduzzjoni tal-ADV:
|
(c) |
dment li l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV, jitwettaq l-ittestjar seroloġiku msemmi fil-punt (b), kif meħtieġ, skont is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti; |
(d) |
l-annimali porċini kollha, li jiġu introdotti:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) jew (c), jekk rilevanti, u (d) tat-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk ikunu tneħħew l-annimali porċini kollha tal-istabbiliment. |
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
it-tilqim kontra l-AD ikun ġie pprojbit għall-annimali porċini miżmuma għat-12-il xahar preċedenti; |
(b) |
tkun saret sorveljanza li turi li l-ebda stabbiliment fl-Istat Membru jew fiż-żona rispettivi ma kellha xi evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV matul tal-anqas l-24 xahar preċedenti; u |
(c) |
f’każ li jkun magħruf li l-infezzjoni bl-ADV hija stabbilita fl-annimali porċini selvaġġi, ikunu ġew implimentati miżuri għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe trażmissjoni tal-ADV minn annimali porċini selvaġġi għal dawk miżmuma. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fil-popolazzjoni porċina ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tat-Taqsima 1, l-użu tat-tilqima DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa msemmija fil-punt 2, jekk:
|
4. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bl-ADV b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona. |
PARTI VI
DIJAREA VIRALI BOVINA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mid-dijarea virali bovina
1. |
L-stat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina (BVD) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jingħata lil stabbiliment jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm l-annimali bovini msemmija fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 jista’ jinżamm mingħajr l-ittestjar tal-annimali bovini skont il-punt 1(c) jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
|
2. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tal-punt 1 u, jekk rilevanti, tal-punt 2 tat-Taqsima 2. |
3. |
Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
|
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mid-dijarea virali bovina
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
(a) |
tilqim kontra l-BVD kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma; |
(b) |
ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ BVD f’annimal bovin miżmum għal tal-anqas it-18-il xahar preċedenti; u |
(c) |
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina, ikunu ħielsa mill-BVD. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tat-tilqim jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
|
3. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas tal-BVD b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-BVD f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona. |
ANNESS V
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI
PARTI I
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAR-RABJA
KAPITOLU 1
Rekwiżiti tekniċi għat-tilqim kontra r-rabja
1. |
Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), it-tilqim kontra l-marda tar-rabja jrid jingħata biss lil annimali domestiċi li jkunu identifikati u jrid jissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). |
2. |
Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-marda tar-rabja tal-annimali miżmuma, għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irid ikun ibbażat fuq ir-riskju u jitwettaq bl-għan li jipproteġi lill-bniedem mill-esponiment għall-virus tar-rabja, billi jintużaw vaċċini li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (1)(a) u (1)(b) tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
1. |
Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim orali kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-annimali selvaġġi jrid:
|
2. |
Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-popolazzjonijiet ta’ klieb li jgħixu fit-triq irid:
|
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tar-rabja
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), jekk jiġi kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-RABV, l-istat jista’ jingħata jekk l-infezzjoni tal-każ ma tkunx seħħet fl-Istat Membru jew fiż-żona; u
|
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
tiġi implimentata sorveljanza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) bl-objettiv ta’ detezzjoni bikrija tal-marda; u |
(b) |
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-RABV fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew inkella jkun seħħ każ u ġew irrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 1. |
PARTI II
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-ILSIEN BLU (SEROTIPI 1-24)
KAPITOLU 1
Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza
1. |
Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni ta’ introduzzjoni jew ta’ rikorrenza tal-infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV li ma kinux irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) trid tinkludi:
|
2. |
Id-disinn tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:
|
3. |
Is-sorveljanza f’żona/i biswit kwalunkwe Stat Membru, żona jew pajjiż terz infettati trid tiżdied f’erja li tlaħħaq mal-150 km mil-limitu mal-Istat Membru, maż-żona, jew mal-pajjiż terz. Id-demarkazzjoni tal-erja tas-sorveljanza msaħħa tista’ tiġi adattata għall-karatteristiċi ekoloġiċi jew ġeografiċi rilevanti li aktarx li jiffaċilitaw jew jinterrompu t-trażmissjoni tal-BTV jew adattata minħabba l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li tappoġġa l-għażla bejn distanza akbar jew iżgħar. |
4. |
Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) u fil-punt 3 irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 5 %, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4. |
1. |
Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV sabiex tiżgura d-demarkazzjoni puntwali tat-tixrid tal-infezzjoni meta jkun preżenti wieħed jew aktar mis-serotipi tal-BTV u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex tiġi ssorveljata r-rata ta’ prevalenza, trid tinkludi:
|
2. |
It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid iqis: l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-epidemjoloġija tal-marda u l-bijoloġija tal-vettur li jkun prevalenti fit-territorju. |
3. |
Ir-rata ta’ prevalenza fil-mira tas-sorveljanza prevista fil-punt 1 trid tkun adattata għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi ta’ riskju ewlenin bħall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjoni tal-vetturi. |
1. |
Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV biex tintwera l-assenza ta’ infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 li kienu ġew identifikati preċedentement fit-territorju trid tinkludi:
|
2. |
It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:
|
3. |
Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 %. |
1. |
L-unitajiet ġeografiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) iridu jkunu bbażati fuq grilja ta’ 45 km b’45 km u jistgħu jkunu adattati skont:
|
2. |
Is-sorveljanza attiva trid tkun ibbażata fuq waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew fuq taħlita ta’ dawn:
|
3. |
Il-frekwenza tal-kampjunar trid:
|
4. |
L-annimali mdaħħla fil-kampjun:
|
5. |
Id-daqs tal-kampjun f’kull unità ġeografika jrid jiġi kkalkolat skont ir-rata ta’ prevalenza fil-mira fuq il-bażi tal-objettivi assenjati fit-Taqsimiet 1-3. |
6. |
Meta s-sorveljanza trid tkun adattata kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 43(2), din tal-anqas trid tkun tinkludi stħarriġ:
Dan l-istħarriġ ma jkunx meħtieġ jekk il-frekwenza tal-kampjunar tkun skont il-punt 3(b). |
1. |
Is-sorveljanza entomoloġika trid tal-anqas tkun tikkonsisti fi programm annwali attiv ta’ qbid tal-vetturi permezz ta’ nases ta’ aspirazzjoni f’siti permanenti maħsuba għad-determinazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni tal-vettur u, fejn rilevanti, tal-perjodu ħieles mill-vetturi. |
2. |
Nases ta’ aspirazzjoni mgħammra b’dawl ultravjola jridu jintużaw f’konformità mal-protokolli stabbiliti minn qabel; in-nases iridu jkunu operati matul il-lejl u tal-anqas iridu joperaw:
Abbażi tal-evidenza miksuba fl-ewwel tliet snin tal-operat tan-nases b’aspirazzjoni, il-frekwenza tal-operar ta’ dawk in-nases tista’ tiġi aġġustata. |
3. |
Tal-anqas trid titqiegħed nassa b’aspirazzjoni waħda f’kull unità ġeografika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV. Proporzjon tal-kironomi miġburin fin-nases b’aspirazzjoni għandu jintbagħat f’laboratorju speċjalizzat li kapaċi jgħodd u jidentifika l-ispeċijiet jew il-kumplessi ta’ vetturi ssuspettati. |
4. |
Meta s-sorveljanza entomoloġika tkun organizzata fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ perjodu ħieles minn vetturi, irid jiġi ddefinit limitu massimu ta’ speċijiet Culicoides għall-interpretazzjoni tar-riżultati. Fl-assenza ta’ evidenza soda li ssostni d-determinazzjoni tal-limitu massimu, għandu jkun hemm assenza totali ta’ eżemplari Culicoides imicola u għandhom jintużaw anqas minn ħames Culicoides nisa tqal għal kull nassa, bħala limitu massimu. |
KAPITOLU 2
Moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali
1. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV u ma jkunux tlaqqmu b’vaċċin ħaj kontra l-infezzjoni bil-BTV fl-aħħar 60 jum qabel id-data tal-moviment. |
2. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
3. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u:
|
4. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV, huma ddestinati għal skarnar immedjat u japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
5. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u l-annimali jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a). |
6. |
L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV u:
|
7. |
L-annimali huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali ddefiniti mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni immunoloġika suffiċjenti qabel it-tluq. |
8. |
L-annimali huma konformi ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti previsti fil-punti 2, 3, 5, 6 jew 7 biss għas-serotipi tal-BTV irrapportati għall-aħħar sentejn (2) fl-Istati Membri jew fiż-żona ta’ oriġini u mhux fl-Istat Membru jew fiż-żona ta’ destinazzjoni matul l-istess perjodu. |
1. |
L-annimali donaturi nżammu għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel u matul il-ġbir tal-prodotti ġerminali fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV. |
2. |
Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) għas-semen, il-punt (b) għall-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini jew il-punt (c) għall-embrijuni għajr l-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini u għall-ooċiti:
|
3. |
Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a)(i), 2(a)(iii), 2(a)(iv), 2(b), 2(c)(i), 2(c)(ii) jew 2(c)(iii). |
4. |
Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u jridu jkunu konformi mal-punt 2(a)(ii) jew 2(c)(iv). |
KAPITOLU 3
Stabbiliment protett kontra vetturi
L-istat ta’ stabbiliment protett kontra vetturi jista’ jingħata biss lil stabbiliment jekk:
(a) |
ikollu ostakoli fiżiċi addattati fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ; |
(b) |
il-fetħiet iridu jkunu skrinjati kontra l-vetturi b’xibka b’gejġ xierqa li trid tkun imxappa b’mod regolari b’insettiċida approvat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; |
(c) |
is-sorveljanza u l-kontroll tal-vetturi għandhom jitwettqu fl-istabbiliment protett mill-vetturi u madwaru; |
(d) |
għandhom jittieħdu miżuri sabiex jillimitaw jew jeliminaw siti tat-tgħammir għall-vetturi fil-viċinanza tal-istabbiliment protett mill-vetturi; u |
(e) |
għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri operattivi standard, inklużi deskrizzjonijiet ta’ sistemi ta’ back-up u ta’ twissija, għall-operazzjoni tal-istabbiliment protett mill-vetturi u t-trasport tal-annimali lejn il-post tat-tagħbija. |
KAPITOLU 4
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, fejn il-BTV qatt ma jkun ġie rrapportat, jekk:
|
2. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, f’każ li l-BTV diġà jkun ġie rrapportat, jekk:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jinżamm biss jekk:
|
2. |
L-intensità u l-frekwenza tas-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima 1 iridu jiġu adattati kif xieraq skont:
|
3. |
Jekk ma tkun ġiet identifikata l-ebda ċirkolazzjoni tal-infezzjoni għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV ta’ Stat Membru jew ta’ żona, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:
|
KAPITOLU 5
Stat Membru jew żona staġjonalment ħielsa mill-BTV
1. |
L-istat staġjonalment ħieles mill-BTV jista’ jiġi stabbilit biss fi Stat Membru jew f’żona tiegħu jekk:
|
2. |
Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), jekk il-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV ikun intwera b’suċċess għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, kriterji addizzjonali bħat-temperatura jistgħu jieħdu post is-sorveljanza entomoloġika sabiex jissostanzjaw il-bidu u t-tmiem tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika. |
3. |
L-Istat Membru jew iż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV minnufih iridu jieqfu meta jkun hemm evidenza tat-tmiem tal-perjodu ħieles minn vetturi jew taċ-ċirkolazzjoni tal-virus. |
PARTI III
INFESTAZZJONI BIL-VARROA SPP.
L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. jista’ jingħata biss lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jekk:
(a) |
tkun saret valutazzjoni tar-riskju li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha għall-okkorrenza tal-Varroa spp. u tal-preżenza potenzjali tagħha fil-passat; |
(b) |
ikun ġie implimentat programm ta’ sensibilizzazzjoni kurrenti għal tal-anqas sena sabiex jitħeġġeġ ir-rapportar tal-każijiet kollha li jissuġġerixxu Varroa spp.; |
(c) |
ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. la f’kolonji miżmuma u lanqas f’kolonji ta’ naħal selvaġġi tal-għasel; |
(d) |
għal tal-anqas sena, sorveljanza annwali tkun uriet l-assenza ta’ infestazzjonijiet bil-Varroa spp f’kampjun rappreżentattiv ta’ naħal tal-għasel miżmuma tal-Istat Membru jew taż-żona tiegħu li jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infestazzjoni bil-Varroa spp. b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % tal-imġiebaħ u b’rata ta’ prevalenza fil-mira fi ħdan l-imġiebaħ ta’ 5 % tal-kaxex tan-naħal; |
(e) |
fil-preżenza ta’ popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis, ikun ilu hemm fis-seħħ għal tal-anqas sena programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp.; u |
(f) |
matul id-durata sħiħa tas-sorveljanza msemmija fil-punt (d), l-awtorità kompetenti tagħmel l-arranġamenti xierqa għall-istħarriġ u għall-immaniġġjar ulterjuri tan-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, li jitmexxew f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona għall-prevenzjoni tal-infestazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom min-naħal tal-għasel introdotti bi stat tas-saħħa inferjuri. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. mogħti lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
(a) |
l-awtorità kompetenti żżomm sorveljanza li:
|
(b) |
il-każijiet issuspettati kollha jkunu ġew investigati u ma jiġi kkonfermat l-ebda każ ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp., la fil-kolonji ta’ naħal tal-għasel miżmuma u lanqas f’dawk selvaġġi; |
(c) |
ma jkun hemm l-ebda popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis jew inkella jkun hemm programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp; u |
(d) |
in-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, jitmexxa biss fiż-żona ħielsa meta:
|
PARTI IV
STAT TA’ ĦELEIN MILL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE MINGĦAJR TILQIM
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) mingħajr tilqim fil-popolazzjoni ta’ pollam u ta’ għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk tal-anqas matul l-aħħar 12-il xahar:
(a) |
it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes ikun ġie pprojbit; |
(b) |
l-ebda pollam u għasfur miżmum tal-ispeċi Galliformes imlaqqam kontra infezzjoni bl-NDV ma jkun inżamm fi stabbilimenti li jżommu pollam jew għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes; |
(c) |
twettqu r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bl-NDV; |
(d) |
ikun applika wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin:
|
(e) |
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm biss jekk jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1. |
2. |
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bl-NDV, jekk:
|
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona ma jkunx affettwat mill-konferma tal-infezzjoni f’popolazzjoni ta’ għasafar oħra, dment li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat, b’kunsiderazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-NDV għall-pollam u għall-għasafar miżmuma tal-ispeċi Galliformes, li l-istat ma ġiex kompromess. |
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS VI
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TA’ MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI
PARTI I
SORVELJANZA BBAŻATA FUQ IR-RISKJU
KAPITOLU 1
Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati
1. Approċċ ġenerali
1.1. |
Is-sorveljanza tas-saħħa bbażata fuq ir-riskji li tinkludi żjarat tas-saħħa u kampjunar possibbli tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u f’ċerti gruppi approvati ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’mod li jkun adattat għan-natura tal-produzzjoni u li jkollu l-objettiv ta’ identifikazzjoni ta’:
|
1.2. |
Il-frekwenza tat-tali żjarat se tkun tiddependi mir-riskju li jirrappreżenta l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew il-grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’rabta mat-teħid u mat-tixrid tal-marda. Ir-riskju japplika għall-mard elenkat u għall-mard emerġenti potenzjali u, għaldaqstant, se jinkludi stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati u, f’ċerti każijiet, stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu speċijiet mhux elenkati. L-awtorità kompetenti trid tiddetermina r-riskju miġjub minn kull stabbilimenti tal-akkwakultura approvat jew grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u tikklassifikah bħala riskju għoli, medju jew baxx.
Il-Kapitolu 2 jipprovdi d-dettalji tal-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta’ klassifikazzjoni tar-riskju. It-tali klassifikazzjoni tar-riskju tiġi ripetuta u aġġornata jekk kwalunkwe wieħed mill-fatturi ta’ riskju spjegati fil-punti (a) sa (l) jindika li r-riskju rrappreżentat mill-istabbiliment ikun inbidel. |
1.3. |
Il-Kapitolu 3 jistabbilixxi l-frekwenza minima taż-żjarat tas-saħħa li jridu jsiru, fuq il-bażi ta’ jekk l-awtorità kompetenti tkunx iddeżinjat stabbiliment bħala wieħed b’riskju għoli, medju jew baxx. |
1.4. |
Is-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali fuq il-bażi tar-riskju fi stabbilimenti tal-akkwakultura u fi gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura tista’ tkun ikkombinata maż-żjarat tas-saħħa u mal-kampjunar li jitwettqu:
|
KAPITOLU 2
Klassifikazzjoni tar-riskju li trid tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti approvati tal-akkwakultura
Bħala minimu, il-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.2 tal-Kapitolu 1 trid tqis il-fatturi ta’ riskju msemmija fil-punti (a) u (b). Fejn rilevanti, il-punti (c) sa (l) se jiġu kkunsidrati wkoll:
(a) |
il-possibbiltà ta’ tixrid dirett tal-patoġeni permezz tal-ilma; |
(b) |
il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura; |
(c) |
it-tip ta’ produzzjoni; |
(d) |
l-ispeċijiet ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma; |
(e) |
is-sistema ta’ bijosigurtà, inklużi l-kompetenza u t-taħriġ tal-persunal; |
(f) |
id-densità tal-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-istabbilimenti tal-proċessar fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat; |
(g) |
il-qrubija tal-istabbilimenti bi stat tas-saħħa inferjuri mill-istabbiliment ikkonċernat; |
(h) |
ir-rekord ta’ mard tal-istabbiliment ikkonċernat u ta’ stabbilimenti lokali oħra; |
(i) |
il-preżenza ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi infettati fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat; |
(j) |
ir-riskju miġjub minn attivitajiet umani fl-inħawi tal-istabbiliment ikkonċernat, pereżempju sajd bil-qasba, il-preżenza ta’ rotot tat-trasport, portijiet li fihom jiġi skambjat l-ilma tal-ballast; |
(k) |
l-aċċess għall-istabbiliment ikkonċernat minn predaturi li jistgħu jikkawżaw tixrid tal-mard; |
(l) |
ir-rekord tal-istabbiliment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti. |
KAPITOLU 3
Frekwenza taż-żjarat tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju
Il-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa bbażati fuq ir-riskju li jridu jsiru f’ċerti stabbilimenti approvati u gruppi approvati ta’ stabbilimenti tiddependi mill-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-Kapitolu 2 u għandha ssir kif ġej:
(a) |
tal-anqas darba fis-sena fi stabbilimenti b’riskju għoli; |
(b) |
tal-anqas darba kull sentejn fi stabbilimenti b’riskju medju; |
(c) |
tal-anqas darba kull tliet snin fi stabbilimenti b’riskju baxx. |
PARTI II
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI
Il-Parti II tkopri r-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-mard elenkat li ġej:
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
Kapitolu 1 |
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
Kapitolu 1 |
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR |
Kapitolu 2 |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
Kapitolu 3 |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
Kapitolu 4 |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
Kapitolu 5 |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV) |
Kapitolu 6 |
KAPITOLU 1
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar, iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas temperaturi annwali; |
(b) |
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fi programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli; |
(c) |
meta l-istabbilimenti jew il-popolazzjonijiet selvaġġi jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa jew għall-kampjuni aktar minn darba f’sena, f’konformità mat-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa u bejn il-ġbir tal-kampjuni jridu jkunu tal-anqas ta’ erba’ xhur, jew twal kemm jista’ jkun, u jitqiesu r-rekwiżiti tat-temperatura previsti fil-punt (a); |
(d) |
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma; |
(e) |
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
|
L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew mill-IHN jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-VHS jew tal-IHN jekk:
(a) |
l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għal waħda mill-iskemi li ġejjin:
|
(b) |
jekk tkun ġiet individwata VHS jew IHN matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2) jew fuq erba’ snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
|
Tabella 1.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) imsemmi fil-punt (a)(i) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN
Tip ta’ stabbiliment |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (1) |
|||
Numru ta’ ħut li qed jikber |
Numru ta’ ħut riproduttur (2) |
|||||
|
2 |
2 |
50 (l-ewwel żjara) 75 (it-tieni żjara) |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
||
|
2 |
1 |
0 |
75 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
||
|
2 |
2 |
75 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
0 |
||
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
Tabella 1.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti permezz ta’ daqs imnaqqas tal-kampjun għall-perjodu ta’ kontroll ta’ erba’ snin imsemmi fil-punt (a) (ii) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN
Tip ta’ stabbiliment |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (3) |
|||
Numru ta’ ħut li qed jikber |
Numru ta’ ħut riproduttur (4) |
|||||
L-ewwel sentejn (2) |
||||||
|
2 |
1 |
30 (it-tieni żjara) |
0 |
||
|
2 |
1 |
0 |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
||
|
2 |
1 |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
0 |
||
L-aħħar sentejn (2) |
||||||
|
2 |
2 |
30 (l-ewwel żjara) |
30 (it-tieni żjara) |
||
|
2 |
2 |
|
30 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
||
|
2 |
2 |
30 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
|
||
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-VHS jew bl-IHN jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 1.C, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-VHS jew tal-IHN. |
2. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew l-istat ta’ ħelsien mill-IHN tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward il-VHS jew l-IHN ikun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju tat-teħid tal-VHS jew tal-IHN irid jitqies bħala għoli. |
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 1.C Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-VHS jew stat ta’ ħelsien mill-IHN
|
1. |
L-organi jew il-materjal tat-tessut li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u jiġu eżaminati jridu jkunu l-milsa, il-kilwa anterjuri, u l-qalb jew inkella l-enċefalu. Meta jittieħdu kampjuni ta’ ħut riproduttur, jista’ jiġi eżaminat ukoll il-fluwidu ovariku jew seminali.
Fil-każ ta’ qixx, jista’ jiddaħħal ħut sħiħ fil-kampjun. Jistgħu jiġu raggruppati kampjuni minn massimu ta’ 10 ħutiet. |
2. |
Il-metodu dijanjostiku għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN skont it-Taqsimiet 2 sa 4 irid ikun:
Il-proċeduri ddettaljati sabiex jitwettqu dawn il-metodi dijanjostiċi jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut. |
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċeduri taż-żjarat tas-saħħa, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
KAPITOLU 2
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR (ISAV bi tħassir fl-HPR)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
meta ż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-istabbilimenti jkunu jridu jitwettqu aktar minn darba fis-sena skont it-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa jew il-ġbir tal-kampjuni għandhom ikunu l-itwal possibbli; |
(b) |
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru baxx ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment; |
(c) |
il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli; |
(d) |
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma; |
(e) |
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
|
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġa, il-punti ta’ kampjunar magħżula fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għall-iskema li ġejja:
(a) |
l-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar ikunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 2.A; |
(b) |
matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5; |
(c) |
Jekk tiġi individwata infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel il-bidu mill-ġdid tal-iskema, l-istabbilimenti rilevanti fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment iridu:
|
Tabella 2.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena (8) |
Numru ta’ ħut fil-kampjun |
Sena 1 |
6 |
2 |
75 |
Sena 2 |
6 |
2 |
75 |
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5. |
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 2.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR. |
2. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR irid jitqies bħala għoli. |
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 2.B Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR (9)
|
1. |
L-organi jew il-materjal tat-tessuti li jridu jiġu inklużi fil-kampjun u eżaminati jridu jkunu:
Jistgħu jiġu raggruppati biċċiet ta’ organi minn massimu ta’ ħames ħutiet. |
2. |
Il-metodu dijanjostiku li għandu jintuża għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR skont it-Taqsimiet 2 sa 4 irid ikun RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzjar tal-ġene HE tal-kampjuni pożittivi skont il-metodi u l-proċeduri ddettaljati li jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv tal-RT-qPCR, għandhom jiġu ttestjati kampjuni ulterjuri qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikoli 55 sa 65. Dawk il-kampjuni jridu jiġu ttestjati kif ġej f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut:
|
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
KAPITOLU 3
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu japplikaw il-kriterji tal-għażla li ġejjin:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq tliet snin li ġejja:
|
2. |
Jekk tiġi identifikata l-Marteilia refringens matul l-iskema fuq tliet snin stipulata fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq tliet snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
Tabella 3.A Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ tliet snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Marteilia refringens, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 3.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens. |
2. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens irid jitqies bħala għoli. |
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-taqsima 5.
Tabella 3.B Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-mard għall-Marteilia refringens
|
1. |
L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3. |
2. |
Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR. |
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
|
KAPITOLU 4
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:
|
2. |
Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia exitiosa matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
Tabella 4.A Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia exitiosa, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 4.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa. |
2. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jrid jitqies bħala għoli. |
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 4.B Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
|
1. |
L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3. |
2. |
Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR. |
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
|
KAPITOLU 5
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid isir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:
|
2. |
Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia ostreae matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia ostreae, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
Tabella 5.A Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 5.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae. |
2. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jrid jitqies bħala għoli. |
3. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 5.B Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
|
1. |
L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3. |
2. |
Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR. |
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
|
KAPITOLU 6
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
(c) |
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi wkoll tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet selvaġġi suxxettibbli jiġifieri sistemi marini, tal-estwarji, tax-xmajjar u tal-lagi. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-krustaċji li jrid jittieħed kampjun tagħhom iridu jintgħażlu kif ġej:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq sentejn (2) li ġejja:
|
2. |
Jekk l-infezzjoni bid-WSSV tiġi identifikata matul l-iskema fuq sentejn (2) imsemmija fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2), l-istabbilimenti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
|
1. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bid-WSSV jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. |
Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ b’kunsiderazzjoni tal-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tad-WSSV għall-krustaċji mrobbija u selvaġġi, bħal:
Tabella 6. A Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV
|
1. |
Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-krustaċji jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 6.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV. |
2. |
Fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti fejn in-numru ta’ stabbilimenti huwa limitat u s-sorveljanza mmirata f’dawk l-istabbilimenti ma tipprovdix biżżejjed data epidemjoloġika, is-sorveljanza għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard trid tinkludi l-punti ta’ kampjunar magħżula f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tat-Taqsima 1. |
3. |
Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV irid jitqies bħala għoli. |
4. |
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għad-WSSV u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 6. B Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV
|
1. |
Qabel it-tħejjija ta’ kampjuni għal PCR, kampjuni ta’ epidermis integumentali, dissezzjonati jew inkella li jkunu jinsabu fir-riġlejn, fil-pleopodi, fil-partijiet tal-ħalq jew fil-garġi tal-annimal tat-test iridu jiġu ffissati f’95 % etanol.
Jistgħu jinġabru kampjuni oħrajn, iffissati għal istoloġija u għal mikroskopija tal-elettroni tat-trażmissjoni, sabiex jappoġġjaw id-data dijanjostika li tirriżulta mill-PCR. |
2. |
Il-metodu u l-proċeduri dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jridu jkunu PCR segwita mis-sekwenzjar. Meta jiġu applikati dawn il-metodi dijanjostiċi, iridu jiġu segwiti l-metodi u l-proċeduri ddettaljati korrispondenti li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Krustaċji.
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv mit-test tal-PCR, ir-riżultat irid ikun segwit mis-sekwenzjar tal-amplikon qabel ma jiġu implimentati l-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
3. |
Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
|
PARTI III
REKWIŻITI GĦALL-WIRI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA GĦALL-MARD TAL-KATEGORIJA C U GĦALL-BIDU MILL-ĠDID TA’ DAWK IL-PROGRAMMI WARA TIFQIGĦA TA’ MARDA
Il-Parti III tkopri r-rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għal marda partikolari u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda.
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
Kapitolu 1 |
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
Kapitolu 1 |
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR |
Kapitolu 2 |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
Kapitolu 3 |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
Kapitolu 4 |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
Kapitolu 5 |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV) |
Kapitolu 6 |
KAPITOLU 1
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-VHS jew għall-IHN u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas punti annwali; |
(b) |
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma; |
(c) |
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN. |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-VHS jew bl-IHN jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
Tabella 1
Programm ta’ sorveljanza għall-VHS/għall-IHN.
Livell ta’ riskju (17) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (18) |
Għoli |
1 kull sena |
30 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
30 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
30 |
KAPITOLU 2
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jqisu l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankiijiet u gaġeġ tax-xbieki, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex preżenti ħut mejjet, dgajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut bla saħħa minħabba l-kurrent tal-ilma; |
(b) |
il-ħut li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR.
Tabella 2 Programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR
|
Stabbiliment li jkun ġie infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
KAPITOLU 3
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għall-eżaminazzjoni fil-laboratorju jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 3, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens.
Tabella 3 Programm ta’ sorveljanza għall-Marteilia refringens
|
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Marteilia refringens jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
KAPITOLU 4
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia exitiosa fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa; |
(b) |
meta jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa.
Tabella 4 Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
|
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia exitiosa jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
KAPITOLU 5
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni għandhom jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia ostreae fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 5, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae.
Tabella 5 Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
|
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia ostreae jista’ jerġa’ jibda l-programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
KAPITOLU 6
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli u xierqa; |
(b) |
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 6, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
|
1. |
Iż-żjarat tas-saħħa għandhom isiru u l-krustaċji għandhom jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6. |
2. |
Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-infezzjoni bid-WSSV.
Tabella 6 Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV
|
Stabbiliment li jkun ġie infettat bid-WSSV jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
(a) |
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u |
(b) |
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
|
(1) Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(2) Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura.
(3) Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(4) Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura.
(5) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(6) Kampjun wieħed irid jittieħed f’kull żjara tas-saħħa.
(7) Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(8) Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa ta’ kull sena.
(9) Ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jrabbu biss it-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) jew it-trota kannella (Salmo trutta) jew kemm it-trota qawsalla kif ukoll it-trota kannella, u fejn il-provvista tal-ilma tkun esklużivament ibbażata fuq sorsi ta’ ilma ħelu li mhumiex ippopolati bis-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar).
(10) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(11) Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena
(12) Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed kull sena.
(13) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(14) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(15) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(16) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(17) Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(18) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I.Numru massimu ta’ ħut għal kull vaska: 10
(19) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I
(20) Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena
(21) Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed biss kull sena
(22) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I
(23) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I.
(24) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I
(25) Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I