|
15.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 152/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/653
tal-14 ta’ Mejju 2020
li jikkoreġi r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 u (UE) 2019/706 fir-rigward tan-numru CAS tas-sustanza attiva karvon
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/706 (2) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon u inkludiha fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3). |
|
(2) |
Wara li daħal fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706, ġie nnutat żball li jikkonċerna n-numru CAS (Chemical Abstracts Number of the American Chemical Society) użat għas-sustanza attiva karvon fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706. |
|
(3) |
In-numru CAS huwa identifikatur uniku tas-sustanza kimika, li jintuża wkoll għal sustanza attiva li tinsab fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti; jintuża bħala referenza għall-iskop tal-attivitajiet kummerċjali u regolatorji għas-sustanzi kimiċi globalment u mhuwiex limitat għas-sustanzi li hemm preżenti fil-pestiċidi. Fil-kolonna bl-isem komuni u n-numri ta’ identifikazzjoni bi żball hemm “il-karvon 244-16-8”. Din l-ispeċifikazzjoni jenħtieġ li tinbidel bi “il-karvon 2244-16-8”. |
|
(4) |
Is-sustanza attiva Karvon għandha diversi numri CAS. Madankollu, numru wieħed biss ingħata l-approvazzjoni bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Kif imsemmi fl-atti ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni li jawtorizzaw sustanzi attivi, in-numri CAS jiġu assenjati f’bażijiet ta’ data internazzjonali u r-referenzi jintużaw għall-finijiet ta’ awtorizzazzjoni sussegwenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-Istati Membri u ’l barra mill-Unjoni. In-numru CAS 244-16-8 ma jikkorrispondi għal ebda sustanza kimika rreġistrata eżistenti; is-sustanza attiva għalhekk ma tistax tiġi identifikata sew għall-iskop tal-approvazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk, peress li tista’ tinħoloq konfużjoni dwar l-identità tas-sustanza fil-ġestjoni u l-kummerċ tas-sustanzi kimiċi, tinħtieġ korrezzjoni tan-numru CAS imsemmi fl-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 u, konsegwentement, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 u l-entrata 135 rilevanti fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġu sostitwiti. |
|
(6) |
Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tal-infurzar, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 huwa kkoreġut skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa kkoreġut skont l-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/706 tas-7 ta’ Mejju 2019 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva karvon skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/706 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
karvon 2244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon) Karvon: 602 d-karvon: mhux allokat |
(S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on jew (S)-p-menta-6,8-dien-2-on |
923 g/kg d-karvon |
fl-1 ta’ Awwissu 2019. |
fil-31 ta’ Lulju 2034. |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-karvon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dan li ġej:
L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.”
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, l-entrata 135 dwar il-karvon tinbidel b’dan li ġej:
|
Nru. |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Skadenza tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
“135 |
karvon 2244-16-8 (d-karvon = S-karvon = (+)-karvon) Karvon: 602 d-karvon: mhux allokat |
(S)-5-isopropenil-2-metilċikloeż-2-en-1-on jew (S)-p-menta-6,8-dien-2-on |
923 g/kg d-karvon |
fl-1 ta’ Awwissu 2019. |
fil-31 ta’ Lulju 2034. |
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport tat-tiġdid dwar il-karvon, u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari:
Fejn xieraq, il-kundizzjonijiet tal-użu għandhom jinkludu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-perjodu taż-żmien meħtieġ qabel id-dħul fil-kmamar tal-ħżin wara l-applikazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-karvon. L-applikant għandu jippreżenta informazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Awtorità fir-rigward ta’ dan li ġej:
L-applikant għandu jippreżenta dik l-informazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni, ta’ dokument ta’ gwida dwar l-evalwazzjoni tal-effett tal-proċessi tat-trattament tal-ilma fuq in-natura tar-residwi preżenti fl-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva jinsabu fir-rapport tat-tiġdid.