7.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/624

tat-30 ta’ April 2020

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Cappero delle Isole Eolie (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Italja biex id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ oppożizzjoni li jinkludi dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni motivata mill-komuni ta’ Malfa, Leni u Santa Maria Salina, abbażi tal-Artikolu 51(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u ddikjarata inammissibbli. Skont l-Artikolu 49(3), l-ewwel subparagrafu, moqri flimkien mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, persuni fiżiċi jew ġuridiċi li għandhom interess leġittimu, stabbiliti jew residenti fl-Istat Membru li ħareġ it-talba, huma awtorizzati li jippreżentaw avviż ta’ oppożizzjoni biss fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni nazzjonali.

(3)

Id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” għandha għalhekk tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Cappero delle Isole Eolie” (DOP) hija rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati, tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

f’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU C 402, 28.11.2019, p. 26.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).