24.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/3


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/566

tas-17 ta’ Frar 2020

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni lingwistika bl-Estonjan tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/128 (2) fiha l-iżbalji fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 8 fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tan-nutrizzjoni tat-trabi, u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-att.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż u bir-Rumen tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 fihom l-iżbalji fit-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness I fir-rigward tal-valuri għall-vitamini u l-minerali fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tan-nutrizzjoni tat-trabi.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bil-Finlandiż, bl-Iżvediż u bil-Kroat tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 fihom l-iżbalji fit-Tabella 2 tal-Parti B tal-Anness I fir-rigward tal-valuri għall-vitamini u l-minerali fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali għajr dak żviluppat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tan-nutrizzjoni tat-trabi.

(4)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bl-Iżvediż, bil-Kroat u bir-Rumen tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 għandhom għalhekk jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħrajn mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30).