24.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/562

tat-23 ta’ April 2020

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 4i tar-Regolament (UE) Nru 401/2013, il-Kunsill wettaq rieżami tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness IV għal dak ir-Regolament.

(3)

Ġiet riċevuta informazzjoni aġġornata għal entrata waħda.

(4)

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

G. GRLIĆ RADMAN


(1)   ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.


ANNESS

L-entrata 3 fil-lista ta’ persuni u entitajiet stabbilita fl-Anness IV għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

“3.

Than Oo

Data tat-twelid: 12 ta’ Ottubru 1973

Sess: raġel

Numru ta’ identifikazzjoni militari: BC 25723

Il-Brigadier Ġeneral Than Oo kien il-Kmandant tad-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) sa Mejju 2018. F’dak il-kuntest, hu responsabbli għall-atroċitajiet u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra l-popolazzjoni Rohingya fl-Istat ta’ Rakhine fit-tieni nofs tal-2017 mid-Diviżjoni 99 tal-Infanterija Ħafifa. Dawn jinkludu qtil illegali, vjolenza sesswali u l-ħruq sistematiku ta’ djar u bini tar-Rohingya.

25.6.2018”