|
22.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 127/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/551
tal-21 ta’ April 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 3
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2018, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (International Accounting Standards Board, IASB) ippubblika Definizzjoni ta’ Negozju (Emendi għall-IFRS 3) biex jindirizza t-tħassib enfasizzat mir-reviżjoni ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS 3 Kombinazzjoni Kummerċjali dwar l-isfidi li tiġi applikata d-definizzjoni fil-prattika. L-objettiv tal-emendi huwa li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ negozju bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni prattika tagħha. |
|
(3) |
Wara l-konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, il-Kummissjoni tikkonferma li l-emendi għall-Istandard Internazzjonali għar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 3 Kombinazzjoni Kummerċjali jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008, l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 3, Kombinazzjoni Kummerċjali, huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1 sa mhux aktar tard mid-data li fiha tibda l-ewwel sena finanzjarja tagħha, fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
ANNESS
Definizzjoni ta’ Negozju
Emendi għall-IFRS 3
Emendi għall-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji
Il-paragrafu 3, id-definizzjoni tat-terminu “negozju” fl-Appendiċi A u l-paragrafi B7–B9, B11 u B12 huma emendati. Il-paragrafi 64P, B7 A–B7C, B8 A u B12 A-B12D, u l-intestaturi fuq il-paragrafi B7 A, B8 u B12, huma miżjuda. Il-paragrafu B10 jitħassar.
IDENTIFIKAZZJONI TA’ KOMBINAMENT TA’ NEGOZJI
|
3. |
Entità għandha tiddetermina jekk tranżazzjoni jew avveniment ieħor huwiex kombinament ta’ negozji billi tapplika d-definizzjoni f’dan l-IFRS, li teħtieġ li l-assi akkwistati u l-obbligazzjonijiet merfugħa jikkostitwixxu negozju. Jekk l-assi akkwistati mhumiex negozju, l-entità li tirrapporta għandha tieħu kont tat-tranżazzjoni jew avveniment ieħor bħala akkwiżizzjoni ta’ assi. Il-paragrafi B5–B12D jipprovdu gwida dwar l-identifikazzjoni ta’ kombinament ta’ negozji u d-definizzjoni ta’ negozju. |
DATA U TRANŻIZZJONI EFFETTIVI
Data effettiva
|
|
... |
|
64P |
Id-Definizzjoni ta’ Negozju, maħruġa f’Ottubru 2018, żiedet il-paragrafi B7 A–B7C, D8 A u B12 A–B12D, emendat id-definizzjoni tat-terminu “negozju” fl-Appendiċi A, emendat il-paragrafi 3, B7–B9, B11 u B12 u ħassret il-paragrafu B10. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal kombinamenti ta’ negozji li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom tkun fil-bidu jew wara l-bidu tal-ewwel perjodu ta’ rappurtaġġ annwali li jibda fl-1 ta’ Jannar 2020 jew wara u li l-akkwisti tal-assi li jseħħu fil-bidu jew wara l-bidu tal-perjodu ta’ dak il-perjodu. Hija permessa applikazzjoni aktar bikrija ta’ dawn l-emendi. Jekk entità tapplika dawn l-emendi għal perjodu preċedenti, din tiddivulga dan il-fatt. |
Appendiċi A
Termini definiti
|
... |
|
|
negozju |
Sett integrat ta’ attivitajiet u assi li jkun jista’ jitmexxa u ġestit bl-iskop li jipprovdi oġġetti jew servizzi lil klijenti, jiġġenera introjtu minn investiment (bħal dividendi jew imgħax) jew li jiġġenera dħul ieħor minn attivitajiet ordinarji oħra. |
DEFINIZZJONI TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 3)
|
B7 |
Negozju jikkonsisti f’inputs u proċessi applikati lil dawk l-inputs li jkollhom il-kapaċità li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ outputs. It-tliet elementi ta’ negozju huma ddefiniti kif ġej (ara l-paragrafi B8–B12D għal gwida dwar l-elementi ta’ negozju):
|
Test mhux obbligatorju biex tiġi identifikata konċentrazzjoni ta’ valur ġust
|
B7 A |
Il-paragrafu B7B jistipula test mhux obbligatorju (it-test ta’ konċentrazzjoni) li jippermetti valutazzjoni simplifikata ta’ jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi huwiex negozju. Entità tista’ tagħżel li tapplika, jew ma tapplikax, it-test. Entità tista’ tagħmel din l-għażla separatament għal kull tranżazzjoni jew avveniment ieħor. It-test ta’ konċentrazzjoni għandha l-konsegwenzi li ġejjin:
|
|
B7B |
It-test ta’ konċentrazzjoni jkun issodisfatt jekk sostanzjalment il-valur ġust kollu tal-assi gross akkwistati huwa kkonċentrat f’assi identifikabbli wieħed jew grupp ta’ assi identifikabbli. Għat-test ta’ konċentrazzjoni:
|
|
B7C |
Ir-rekwiżiti fil-paragrafu B7B ma jimmodifikawx il-gwida dwar assi simili fl-IAS 38 Assi Intanġibbli; anqas ma jimmodifikaw it-tifsira tat-terminu “klassi” fl-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, IAS 38 u IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar. |
Elementi ta’ negozju
|
B8 |
Minkejja li n-negozji normalment ikollhom outputs, outputs mhumiex meħtieġa biex sett integrat ta’ attivitajiet u assi jikkwalifikaw bħala negozju. Biex ikun jista’ jitmexxa u ġestit għall-iskopijiet identifikati fid-definizzjoni ta’ negozju, sett integrat ta’ attivitajiet u assi jeħtieġ żewġ elementi essenzjali—inputs u proċessi applikati għal dawk l-inputs. Negozju mhux bilfors jinkludi l-inputs jew il-proċessi kollha li l-bejjiegħ uża għall-operat ta’ dak in-negozju. Madankollu, sabiex jitqies bħala negozju, sett integrat ta’ attivitajiet u assi għandu jinkludi, bħala minimu, input u proċess sostantiv li flimkien jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kapaċità li jinħoloq output. Il-paragrafi B12–B12D jispeċifikaw kif wieħed jevalwa jekk proċess huwiex sostantiv. |
|
B8 A |
Jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u ta’ assi jkollu l-outputs, il-kontinwazzjoni ta’ dħul waħdu ma jindikax li kemm input kif ukoll proċess sostantiv ġew akkwistati. |
|
B9 |
In-natura tal-elementi ta’ negozju tvarja skont l-industrija u l-istruttura tal-operazzjonijiet (attivitajiet) ta’ entità, inkluż l-istadju ta’ żvilupp tal-entità. Negozji stabbiliti spiss ikollhom bosta tipi differenti ta’ inputs, proċessi u outputs, filwaqt li negozji ġodda spiss ikollhom ftit inputs u proċessi u xi kultant output (prodott) wieħed biss. Kważi n-negozji kollha jkollhom ukoll obbligazzjonijiet, iżda negozju mhux bilfors ikollu obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi li ma jkunx negozju jista’ jkollu obbligazzjonijiet. |
|
B10 |
[Imħassar] |
|
B11 |
Id-determinazzjoni dwar jekk sett parteċipant ta’ attivitajiet u ta’ assi huwiex negozju għandha tkun ibbażata fuq jekk is-sett integrat huwiex kapaċi li jitmexxa u jiġi ġestit bħala negozju minn parteċipant fis-suq. B’hekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk sett partikolari huwiex negozju, mhuwiex rilevanti jekk bejjiegħ ħaddimx is-sett bħala negozju jew jekk l-akkwirent għandux il-ħsieb li jħaddem is-sett bħala negozju . |
Valutazzjoni jekk il-proċess akkwistat huwiex sostantiv
|
B12 |
Il-paragrafi B12 A–B12D jispjegaw kif għandu jiġi vvalutat jekk il-proċess akkwistat huwiex sostantiv jekk is-sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi ma jkollux outputs (il-paragrafu B12B) u jekk ikollu outputs (paragrafi B12C). |
||||||||||
|
B12 A |
Eżempju ta’ sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi li ma jkollux outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni huwa entità fi stadju bikri li ma tkunx bdiet tiġġenera dħul. Barra minn hekk, jekk sett akkwistat ta’ attivitajiet u assi kien qiegħed jiġġenera dħul fid-data tal-akkwiżizzjoni, ikun ikkunsidrat bħala li għandu outputs f’dik id-data, anki jekk sussegwentement ma jibqax jiġġenera dħul minn klijenti esterni, pereżempju peress li se jiġu integrati mill-akkwirent. |
||||||||||
|
B12B |
Jekk sett ta’ attivitajiet u assi ma jkollux outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni, proċess akkwistat (jew grupp ta’ proċessi) għandu jkun ikkunsidrat sostantiv biss jekk:
Eżempji tal-inputs imsemmija f’subparagrafi (b)(i)–(iii) jinkludu t-teknoloġija, r-riċerka u l-proġetti ta’ żvilupp li għaddejjin, il-proprjetà immobbli u l-interessi minerali. |
|
B12C |
Jekk sett ta’ attivitajiet u assi jkollu outputs fid-data tal-akkwiżizzjoni, proċess akkwistat (jew grupp ta’ proċessi) għandu jkun ikkunsidrat sostantiv biss jekk, meta applikat għal input jew inputs akkwistati, ikun:
|
|
B12D |
Id-diskussjoni addizzjonali li ġejja tappoġġa kemm il-paragrafu B12B kif ukoll il-paragrafu B12C:
|