20.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/540

tal-21 ta’ Jannar 2020

li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Pollakka tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/208 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (1), b’mod partikolari l-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 49(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni lingwistika Pollakka tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 (2), fiha żball fit-tieni paragrafu tal-punt 6.19.7.1. tal-Anness XII fir-rigward tas-sitwazzjonijiet fejn il-fanali tas-sewqan binhar jintfew awtomatikament, u dan qed jaffettwa l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi tad-destinatarji tad-dispożizzjoni żbaljata.

(2)

Għalhekk il-verżjoni lingwistika Pollakka tar-Regolament Delegat (UE) 2015/208 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma jintlaqtux,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/208 tat-8 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali tal-vetturi għall-approvazzjoni ta’ vetturi għall-agrikoltura u l-forestrija (ĠU L 42, 17.2.2015, p. 1).