6.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/492
tal-1 ta’ April 2020
li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Il-bidu
(1) |
Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni Ewropea bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (“GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mill-Eġittu (flimkien imsejħa “l-pajjiżi kkonċernati”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
(2) |
Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni wara li fit-8 ta’ Jannar 2019 Tech-Fab Europe (“l-ilmentatur”) ressqet ilment f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-GFF. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u ta’ dannu materjali riżultanti, u dan kien biżżejjed biex il-bidu tal-investigazzjoni jkun iġġustifikat. |
(3) |
Fis-16 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni antisussidji separata fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-GFF li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu u bdiet investigazzjoni separata. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
1.2. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet
(4) |
Fil-31 ta’ Lulju 2019, l-ilmentatur ippreżenta talba għar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. L-ilmentatur argumenta li wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet tal-GFF żdiedu sostanzjalment u l-ħażna fl-Unjoni laħqu skala li thedded li tfixkel l-effett ta’ rimedju tal-miżuri anti-dumping potenzjali. |
(5) |
Produttur esportatur wieħed, utent wieħed u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta’ Prodotti Industrijali Ħfief u Prodotti tal-Artiġjanat (“CCCLA”) opponew it-talba għar-reġistrazzjoni. Dawn il-partijiet argumentaw li t-talba ma pprovdietx biżżejjed evidenza kif mitlub mill-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Huma argumentaw ukoll li d-data dwar l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu jenħtieġ li tiġi analizzata separatament u li, fi kwalunkwe każ, l-importazzjonijiet inkwistjoni x’aktarx li ma jfixklux serjament l-effett ta’ rimedju tad-dazju anti-dumping definittiv billi l-prezz medju tal-bejgħ tal-importazzjonijiet kien żdied mill-2018 sal-2019. |
(6) |
Kif spjegat fil-premessi (48) u (50), il-Kummissjoni ddeċidiet li ma timponix miżuri proviżorji f’dan il-każ. Għalhekk, it-talba għar-reġistrazzjoni ma baqgħetx meħtieġa u, għalhekk, l-analiżi ulterjuri tagħha, flimkien mal-analiżi tal-kummenti miġbura fil-qosor fil-premessa (5), ma baqgħetx neċessarja. |
1.3. Il-partijiet interessati
(7) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi l-oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet taċ-Ċina u tal-Eġittu, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
(8) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
(9) |
L-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta intalab minn Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd. Is-seduta saret fit-28 ta’ Ottubru 2019. L-aġenda tas-seduta kienet l-applikazzjoni proposta tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal dik il-kumpanija. Il-Kummissjoni analizzat il-punti mqajma u indirizzathom fir-rivelazzjoni finali. Ma kien hemm l-ebda azzjoni ta’ segwitu speċifika rrakkomandata mill-Uffiċjal tas-Seduta. |
(10) |
Kif imsemmi fil-premessa (48), il-Kummissjoni ċċarat l-ambitu tal-prodott matul l-investigazzjoni u tat lill-partijiet interessati kkonċernati mill-kjarifika, jew li setgħu ma ppreżentawx ruħhom minħabba li kienu jemmnu li ma kinux ikkonċernati mill-proċediment, l-opportunità li jippreżentaw lilhom infushom u li jitolbu kwestjonarju fi żmien limitat. L-ebda parti addizzjonali ma ppreżentat ruħha. |
1.4. Il-kampjunar
(11) |
Fin-Notifika ta’ bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
(12) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet iddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni għal għadd raġonevoli ta’ produtturi tal-Unjoni billi tapplika l-proċedura tal-kampjunar. Hija żiedet li kienet għażlet proviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volum ta’ produzzjoni rrapportat tal-prodott simili fl-Unjoni bejn Ottubru 2017 u Settembru 2018 u filwaqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-GFF fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. |
(13) |
Produttur tal-Unjoni wieħed biss ikkummenta, u ssuġġerixxa l-inklużjoni tar-raba’ kumpanija fil-kampjun biex jitkabbru r-rappreżentanza ġeografika, il-volum tal-produzzjoni u t-tipi ta’ prodotti koperti. |
(14) |
Sabiex tagħmel ħilitha bl-għan li tieħu kampjun tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkabbar il-kampjun għal erba’ kumpaniji. Il-produtturi finali tal-Unjoni fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-GFF fl-Unjoni. Il-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
1.4.2. Il-kampjunar tal-importaturi
(15) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
(16) |
Importatur mhux relatat wieħed biss (Euroresins UK Ltd.) ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Minħabba l-ammont żgħir, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ li jittieħed kampjun. |
1.4.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
(17) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx hemm il-ħtieġa li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
(18) |
Kien hemm disa’ produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-gruppi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw 79 % tal-esportazzjonijiet irrapportati tal-GFF mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(19) |
Il-kampjun tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi huwa li ġej:
|
(20) |
Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. |
(21) |
Waslu kummenti dwar l-għażla tal-kampjun minn produttur esportatur wieħed mhux fil-kampjun, minn produttur esportatur wieħed fil-kampjun u mis-CCCLA. |
(22) |
Il-produttur esportatur mhux fil-kampjun sostna li ż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun għandhom proċess ta’ produzzjoni integrat vertikalment, li kien differenti mill-proċess ta’ manifattura tiegħu stess (mhux integrat) u, għalhekk, huwa qies li l-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun ma kinux jirrappreżentaw is-sitwazzjoni tiegħu. Bl-istess mod, is-CCCLA sostniet li ż-żewġ gruppi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi kienu integrati vertikalment u, għalhekk, il-kampjun ma kienx rappreżentattiv tal-industrija Ċiniża tat-tessut tal-fibra tal-ħġieġ li kienet tinkludi wkoll produtturi mhux integrati. |
(23) |
Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-kampjun jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Kif iddikjarat fil-premessa (18), il-gruppi tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi kienu jirrappreżentaw 79 % tal-esportazzjonijiet irrapportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u dawn tqiesu li kienu rappreżentattivi. Fi kwalunkwe każ, iż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jinkludu kemm entitajiet integrati vertikalment kif ukoll entitajiet mhux integrati u l-analiżi tal-Kummissjoni tqis dan l-element b’mod xieraq. Fil-fatt, il-maġġoranza tal-esportazzjonijiet lejn l-UE saru minn entitajiet mhux integrati. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(24) |
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi kollha mhux fil-kampjun kellhom l-opportunità li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Kif iddikjarat fil-premessa (39), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma talab eżami individwali. |
(25) |
Is-CCCLA sostniet ukoll li bl-għażla ta’ żewġ gruppi biss ta’ produtturi esportaturi, dan kien qiegħed jirriskja li jaffettwa materjalment l-eżitu tal-investigazzjoni skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku, jekk wieħed mill-gruppi magħżula ma jibqax jikkoopera jew jiddeċiedi li jirtira mill-investigazzjoni. |
(26) |
Is-CCCLA argumentat li f’xenarju bħal dan, ir-rata tad-dazju għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw u mhux fil-kampjun, jekk ikun hemm, tkun ibbażata fuq id-dazju stabbilit għall-bqija tal-grupp fil-kampjun u li l-kampjun ma jibqax rappreżentattiv. Għalhekk, is-CCCLA talbet lill-Kummissjoni testendi l-kampjun billi tinkludi produttur esportatur wieħed ieħor. |
(27) |
Kif iddikjarat fil-premessa (19), il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jinkludu ħames entitajiet produtturi esportaturi. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (18) il-kampjun kien ikopri 79 % tal-esportazzjonijiet irrapportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni u kien meqjus bħala rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma testendix il-kampjun billi dan kien ikun jipprevjeni milli jiġu investigati l-entitajiet kollha fi ħdan it-termini tal-investigazzjoni. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (24), il-kumpaniji li kkooperaw u mhux inklużi fil-kampjun kellhom l-opportunità li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, iżda l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma talab eżami individwali. |
(28) |
Fir-rigward tal-grupp CNBM, filwaqt li Jushi u Hengshi ma kkontestawx il-fatt li kienu kumpaniji relatati, huma sostnew li ma kinux relatati ma’ Taishan. Jushi affermat li l-Kummissjoni ma setgħetx tiddependi b’mod mekkaniku fuq l-Artikolu 127(1)(d) jew (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 (4) (l-“Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali”) għat-trattament ta’ Hengshi, Jushi u Taishan bħala entità waħda. B’appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, Jushi rreferiet għall-Bord tad-WTO fil-Korea – Ċerta Karta (5) u l-Linji Gwida għal tranżazzjonijiet relatati ta’ kumpaniji elenkati fil-Borża ta’ Shanghai. |
(29) |
Taishan ikkontestat ukoll il-fatt li kellha x’taqsam ma’ Jushi u Hengshi u argumentat li (i) ma kinux sidien diretti tal-ishma ta’ xulxin, (ii) ma kellhom l-ebda parteċipazzjoni azzjonarja diretta komuni, (iii) kellhom proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u istituzzjonijiet ta’ ġestjoni differenti, (iv) ma kienx hemm duplikazzjoni fil-membri tal-bordijiet tagħhom, (v) ma kien hemm ebda tranżazzjoni relatata bejn Hengshi/Jushi u Taishan, (vi) kienu kompetituri fis-suq, u (vii) kienu jinsabu ġeografikament ’il bogħod minn Jushi u Hengshi. Fl-aħħar nett, Taishan iddikjarat li f’sitwazzjoni simili f’investigazzjoni anti-dumping preċedenti li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-RPĊ (6), il-kumpaniji ma kinux ġew ittrattati bħala relatati. |
(30) |
L-investigazzjoni żvelat li China National Building Materials (“CNBM”) hija intrapriża Ċiniża tal-Istat, proprjetà diretta u indiretta sa 41,27 % ta’ CNBM Parent, li hija proprjetà tal-Kummissjoni Statali għas-Superviżjoni u għall-Amministrazzjoni tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”) kollha kemm hi. CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi Co., Ltd. (“China Jushi”), li hija l-uniku azzjonist tal-Grupp Jushi (7). |
(31) |
F’Settembru 2017, CNBM daħlet fi Ftehim ta’ Fużjoni (8) ma’ Sinoma li ġie ffinalizzat f’Mejju 2018. Sinoma, permezz tas-sussidjarja tagħha Sinoma Science & Technology Co., kienet is-sid ta’ Taishan. Wara l-fużjoni, Sinoma ġiet fuża f’CNBM u ġiet assorbita minnha. Bħala konsegwenza, CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi (l-uniku azzjonist ta’ Jushi) u ta’ 60,24 % f’Sinoma Science & Technology Co., Ltd. (l-uniku azzjonist ta’ Taishan). |
(32) |
L-Artikolu 127(d) tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi li żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: parti terza tkun tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-istokk jew l-ishma li jivvutaw jew iż-żewġ kondizzzjonijiet. CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi (l-uniku azzjonist ta’ Jushi) u ta’ 60,24 % f’Sinoma Science & Technology Co., Ltd. (l-uniku azzjonist ta’ Taishan). Għalhekk, instab li l-kumpaniji kienu relatati. |
(33) |
Barra minn hekk, skont rapport tal-kumpanija mill-kumpanija ta’ senserija Ċiniża Guotai Junan Securities mill-2019 (9), CNBM ilha torganizza mill-ġdid l-entitajiet operatorji tagħha sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni reġjonali u telimina l-kompetizzjoni orizzontali fost is-sussidjarji elenkati mill-2017. Barra minn hekk, CNBM biħsiebha ssolvi kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni orizzontali sal-2020. Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament fir-rapport, CNBM ippjanat li tibda dan il-proċess billi tikkonsolida n-negozju tagħha tal-fibra tal-ħġieġ permezz ta’ injezzjonijiet ta’ assi bejn China Jushi u Sinoma Science & Technology (azzjonist uniku ta’ Taishan). Għalhekk, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni ma tappoġġjax l-argument tal-kumpaniji li l-parteċipazzjoni azzjonarja komuni ma għandha l-ebda implikazzjoni prattika u li l-kumpaniji joperaw b’mod indipendenti. Għall-kuntrarju, dik l-evidenza tissuġġerixxi li lil hinn mis-sempliċi parteċipazzjoni azzjonarja (li waħidha hija determinanti għall-konklużjoni li l-kumpaniji huma relatati), it-tliet kumpaniji jistgħu wkoll jinfluwenzaw b’mod sinifikanti d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ xulxin, u li l-kumpanija li tikkontrollahom (CNBM) għandha l-għan li tal-anqas tikkoordina, jekk mhux tintegra, l-operazzjonijiet tagħhom (“issolvi l-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni orizzontali”). Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni li l-konklużjoni tagħha li tqis it-tliet kumpaniji bħala relatati kienet tinjora realtajiet fattwali u ekonomiċi. |
(34) |
Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni ma setgħetx tittratta lil Hengshi, Jushi u Taishan bħala grupp wieħed, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi dazju anti-dumping individwali uniku meta jeżistu rabtiet korporattivi bejn il-fornituri. Dan biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jinfurzaw miżuri b’mod effettiv, filwaqt li jiġi evitat li kumpaniji relatati jgħaddu l-esportazzjonijiet tagħhom permezz tal-kumpanija bl-anqas dazju. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku li jittratta l-valur normali jiddikjara li, meta jiġi ddeterminat jekk żewġ partijiet humiex relatati, il-Kummissjoni tista’ tqis l-Artikolu 127 tal-Att ta’ Implimentazzjoni Kodiċi Doganali. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex il-Kummissjoni tapplika standards differenti għall-produtturi esportaturi fil-kuntest tal-valur normali u meta tistabbilixxi jekk humiex relatati jew le għall-fini tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni konsistentement tuża l-kriterji stipulati fl-Artikolu 127 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali meta tapplika l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Minbarra dan, din il-prattika konsistenti kienet ikkomunikata lill-partijiet kollha fin-Notifika ta’ Bidu fil-bidu tal-proċediment. Il-każ tad-WTO (10) msemmi minn Jushi fil-premessa (28) ma jappoġġax id-dikjarazzjoni tal-kumpanija. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li Jushi u Hengshi jippruvaw jinferu, il-Bord tad-WTO f’dak il-każ ikkonferma li, għall-fini ta’ determinazzjonijiet ta’ dumping f’investigazzjonijiet anti-dumping, ir-regola fl-Artikolu 6.10 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO (fejn marġni ta’ dumping jenħtieġ li jiġi kkalkulat għal kull produttur esportatur) mhux neċessarjament tipprekludi li entitajiet ġuridiċi distinti jiġu ttrattati bħala esportatur jew produttur uniku. Il-Bord innota li dan it-trattament ikun permess “fejn ir-relazzjoni strutturali u kummerċjali bejn il-kumpaniji inkwistjoni tkun suffiċjentement qrib li tiġi kkunsidrata bħala esportatur uniku” (11). Bl-applikazzjoni ta’ din il-konsiderazzjoni, il-Bord ma stabbilixxiex il-kriterji li l-awtoritajiet investigattivi jenħtieġ li japplikaw biex jivvalutaw jekk il-kumpaniji humiex relatati. Il-Bord sempliċiment ikkunsidra l-elementi speċifiċi (bħall-parteċipazzjoni azzjonarja, bord tad-diretturi, kanali ta’ bejgħ) li kienu quddiem l-awtorità investigattiva f’dak il-każ. Il-korp tal-Appell f’KE – Qfieli (Fasteners) ikkonferma l-possibbiltà li jiġu ttrattati għadd ta’ esportaturi bħala entità waħda, u elenka wkoll elementi li jistgħu jkunu rilevanti, (i) bħall-eżistenza ta’ rabtiet korporattivi u strutturali bejn l-esportaturi, bħall-kontroll, il-parteċipazzjoni azzjonarja u l-ġestjoni komuni; (ii) l-eżistenza ta’ rabtiet korporattivi u strutturali bejn l-Istat u l-esportaturi, bħall-kontroll, il-parteċipazzjoni azzjonarja u l-ġestjoni komuni; u (iii) kontroll jew influwenza materjali mill-Istat fir-rigward tal-ipprezzar u l-output (12). F’dan ir-rigward, mill-elementi legali u fattwali ta’ dan il-każ, ma tistax tkun ikkontestata l-eżistenza ta’ rabtiet korporattivi bejn Jushi, Hengshi u Taishan. Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tittrattahom bħala entità waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(35) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjoni li saret minn Taishan li f’sitwazzjoni simili f’investigazzjoni anti-dumping preċedenti (13), ċerti kumpaniji ma kinux ġew ittrattati bħala relatati, il-Kummissjoni nnotat li ma kien hemm l-ebda kwistjoni relatata mar-relazzjoni fl-investigazzjoni indikata minn Taishan. Għalhekk, ma setgħetx tifhem kif dak il-każ jgħin lil Taishan fid-dikjarazzjoni tagħha dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ Jushi u Hengshi. Fi kwalunkwe każ, is-sitwazzjoni f’dan il-każ ġiet ivvalutata abbażi tal-merti tagħha stess, fid-dawl tal-qafas legali applikabbli. |
(36) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn kienu kumpaniji relatati għall-fini ta’ din l-investigazzjoni u, għalhekk, l-affermazzjonijiet kollha f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(37) |
Wara li rċeviet id-Dokument ta’ Rivelazzjoni Ġenerali fid-19 ta’ Diċembru 2019 (“ir-rivelazzjoni finali”), Taishan iddikjarat li s-CNBM kellha biss kontroll limitat ħafna fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali u ta’ operazzjoni ta’ Jushi jew Hengshi. Huma tennew li Taishan u Hengshi/Jushi kienu kompetituri fis-suq u nnotaw li preċedentament huma kienu ppreżentaw evidenza b’appoġġ għal dawn id-dikjarazzjonijiet kif iddikjarat fil-premessa (29). Barra minn hekk, Taishan iddikjarat li għalkemm kienet relatata ma’ Hengshi/Jushi permezz ta’ sjieda komuni tal-istat, ftit li xejn kellha interess li tikkoordina l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħha ma’ Hengshi/Jushi wara l-impożizzjoni ta’ miżuri. Taishan offriet impenn li effettivament tnaqqas kwalunkwe rabta kummerċjali bejn Taishan u Hengshi/Jushi u għalhekk ma tippermettix;li kwalunkwe esportazzjoni tal-GFF lejn l-Unjoni minn Hengshi/Jushi tgħaddi minn Taishan. Għalhekk, ma jkunx hemm bżonn li jiġi impost dazju anti-dumping uniku fuq il-grupp kollu. |
(38) |
Kif deskritt fil-premessa (33), l-investigazzjoni żvelat li permezz tal-azzjonisti komuni tagħhom, it-tliet kumpaniji huma kapaċi jinfluwenzaw b’mod sinifikanti d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ xulxin. L-evidenza fil-fajl turi li l-kumpaniji jinsabu fil-proċess li jikkonsolidaw u jikkoordinaw operazzjonijiet fil-fibra tal-ħġieġ. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida li tista’ tinvalida dawn is-sejbiet. Fil-fatt, Taishan ma kkontestatx il-pjanijiet tal-azzjonist ewlieni tagħha li jkun ikkonsolidat in-negozju tal-fibra tal-ħġieġ tagħha. Tali pjanijiet huma f’kontradizzjoni ċara ma’ kwalunkwe impenn biex jitnaqqsu r-rabtiet kummerċjali bejn Taishan u Hengshi/Jushi. Barra minn hekk, u mingħajr ma tieħu pożizzjoni dwar jekk il-Kummissjoni setgħetx taċċetta impenn bħal dan, jidher ċar li l-kumpanija mhijiex f’pożizzjoni li tidħol f’xi tip ta’ impenn mingħajr l-endorsjar tal-kontrolluri finali tagħha. Għalhekk, l-affermazzjonijiet u l-impenn ta’ Taishan ġew irrifjutati. |
1.5. Eżami individwali
(39) |
Seba’ mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar informaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju disponibbli online fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk kienu jixtiequ li jiġu eżaminati individwalment. Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
(40) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti tal-Unjoni, u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Eġittu kienu disponibbli online (14) fil-jum tal-bidu. |
(41) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, minn ħames utenti, minn importatur mhux relatat wieħed, mill-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun fir-RPĊ u minn żewġ produtturi esportaturi fl-Eġittu li jappartjenu għall-istess grupp (CNBM). Il-GTĊ ma weġibx għall-kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
(42) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala neċessarja sabiex jiġu stabbiliti d-dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-partijiet li ġejjin:
|
1.7. Nonkooperazzjoni
(43) |
Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun (Jushi u Hengshi), parti mill-grupp CNBM, naqsu milli jikkooperaw fl-investigazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, kif spjegat fid-dettalji fit-Taqsima 3.1. Barra minn hekk, il-Kummissjoni aċċettat informazzjoni minn parti kummerċjali relatata tal-grupp CNBM (CNBM International Corporation (“CNBM International”)), li pprovdiet parzjalment l-informazzjoni meħtieġa fi stadju tard, skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku (ara l-premessi (85) - (87)). |
1.8. Talba għall-kunfidenzjalità skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku
(44) |
Il-produtturi esportaturi Jushi u Hengshi talbu trattament kunfidenzjali ta’ waħda mis-sottomissjonijiet tagħhom. Minkejja diversi talbiet għal dan, il-kumpaniji ma setgħux jiġġustifikaw għaliex l-informazzjoni speċifika għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. B’mod partikolari, ta’ min jinnota li virtwalment l-istess informazzjoni kienet diġà ġiet ippreżentata minn parti interessata oħra fuq bażi mhux kunfidenzjali u kienet disponibbli għal partijiet interessati oħra fil-fajl miftuħ. Għalhekk, it-talba għal trattament kunfidenzjali ma setgħetx tkun aċċettata. Minħabba li l-kumpaniji kienu għadhom ma ridux jipprovdu s-sottomissjoni fuq bażi mhux kunfidenzjali, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tiżvelax dawk il-kummenti f’dan ir-Regolament. |
(45) |
Fi kwalunkwe każ, peress li dik il-parti interessata l-oħra pprovdiet kważi l-istess kummenti/informazzjoni fuq bażi mhux kunfidenzjali, is-sustanza tal-argumenti ta’ Jushi u Hengshi hija indirizzati bis-sħiħ f’dan ir-Regolament. |
1.9. Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat
(46) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
(47) |
Kemm l-investigazzjoni anti-dumping kif ukoll antisussidji kurrenti msemmija fil-premessa (3) għandhom l-istess perjodu ta’ investigazzjoni u l-istess perjodu kkunsidrat |
1.10. L-ebda impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u proċedura sussegwenti
(48) |
Matul l-investigazzjoni, deher ċar li xi operaturi ekonomiċi setgħu ma ppreżentawx ruħhom abbażi ta’ fehim żbaljat tad-definizzjoni tal-prodott investigat. Għal dik ir-raġuni, fit-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ċċarat il-kliem tad-deskrizzjoni tal-ambitu tal-prodott inkluż fin-Notifika ta’ Bidu billi ppubblikat Avviż (“Avviż ta’ Kjarifika”) (15). L-Avviż ta’ Kjarifika ta wkoll il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw ruħhom f’terminu stipulat biex jippreżentaw irwieħhom u jitolbu kwestjonarju, jekk kienu jixtiequ hekk. L-ebda parti interessata ma bagħtet kummenti dwar l-Avviż ta’ Kjarifika u lanqas ma talbet kwestjonarju. |
(49) |
Minħabba l-prospettiva li jippreżentaw irwieħhom partijiet ġodda u l-ħtieġa konsegwenti li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet proċedurali tagħhom għad-difiża, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-investigazzjoni mingħajr ma timponi miżuri proviżorji. |
(50) |
Fis-26 ta’ Settembru 2019, skont l-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji u li tkompli bl-investigazzjoni. |
(51) |
Wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Kjarifika u fl-investigazzjoni sussegwenti, ġie kkonfermat li l-ebda operatur ekonomiku ma kien naqas milli jippreżenta ruħu minħabba n-nuqqas ta’ ftehim possibbli fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat fin-Notifika ta’ Bidu. |
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott ikkonċernat
(52) |
Il-prodott ikkonċernat (16) huwa materjali tar-raden u/jew tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, minsuġa u/jew meħjuta, flimkien ma’ elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra prodotti li jiġu impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli ta’ daqs ta’ aktar minn1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u b’piż ta’ aktar minn 35 g/m2 (“GFF”), li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 39 00, ex 7019 40 00, ex 7019 59 00 u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019390080, 7019400080, 7019590080 u 7019900080) (“il-prodott ikkonċernat”). |
(53) |
Il-GFF jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju, għall-produzzjoni ta’ xfafar għal turbini eoliċi, fil-produzzjoni ta’ tagħmir tad-dgħajjes, tat-trakkijiet u tal-isport, kif ukoll fis-sistema tar-riabilitazzjoni tal-pajpijiet. |
(54) |
Wara r-rivelazzjoni finali, is-CCCLA qalet li l-ambitu tal-prodott ma kienx ċar u li jenħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM 7019 59 00 u 7019 90 00 kinux inklużi fl-ambitu tal-investigazzjoni. |
(55) |
Il-Kummissjoni tfakkar li, kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-prodott investigat huwa definit mid-definizzjoni tal-prodott u mhux mill-kodiċijiet NM jew TARIC (li jingħataw għall-informazzjoni biss). Il-Kummissjoni ddefinixxiet b’mod ċar il-prodott ikkonċernat fin-Notifika ta’ Bidu. Dan kien ikkonfermat mill-fatt li wara li l-Kummissjoni ħarġet in-Notifika ta’ Kjarifika dwar l-ambitu tal-prodott imsemmi fil-premessa (48), ħadd mill-partijiet interessati ma ppreżenta ruħu. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-ambitu tal-prodott mhux ċar, ġiet irrifjutata. |
2.2. Prodott simili
(56) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(57) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Talbiet rigward l-ambitu tal-prodott
(58) |
Produttur esportatur minnhom u l-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu sostnew li l-kittijiet tal-GFF maqtugħa minn qabel jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma argumentaw li l-kittijiet tal-GFF maqtugħa minn qabel ikunu prodott downstream u jeħtieġu passi addizzjonali ta’ produzzjoni u b’differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, li għandhom daqs ferm iżgħar. Dan jiġi f’forom u f’imballaġġ differenti, li jikkonsistu f’diversi biċċiet iżgħar ta’ drappijiet meħjutin flimkien. Kien argumentat ukoll li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ ċirkomvenzjoni billi jiġu esklużi l-kittijiet peress li l-proċess ta’ qtugħ ikun irriversibbli u li l-prodott ma jkunx interkambjabbli mal-GFF mhux maqtugħ. |
(59) |
L-ilmentatur argumenta li l-kittijiet tal-GFF maqtugħa minn qabel u l-GFF mhux maqtugħ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u użi finali. Peress li l-GFF huwa materjal ta’ rinforz, il-qtugħ skont il-forma huwa meħtieġ sabiex jiġi adattat għall-forma tal-prodott li jeħtieġ li jissaħħaħ, iżda ma jbiddilx il-karatteristiċi bażiċi tiegħu bħala tali. Il-proċess ta’ qtugħ jista’ jitwettaq mill-produttur tal-GFF, minn qattiegħ industrijali indipendenti jew mill-klijent innifsu. Hija operazzjoni sempliċi ħafna u b’kost baxx. L-ilmentatur argumenta wkoll li l-utenti ma jipperċepux il-GFF maqtugħ minn qabel b’mod differenti minn GFF ieħor peress li l-GFF ġeneralment jiġi prodott skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-utenti. Li kieku l-proċess ta’ qtugħ jibdel il-karatteristiċi tal-GFF, irendih inutilizzabbli għall-klijent speċifiku. |
(60) |
L-investigazzjoni wriet li l-proċessi ta’ qtugħ minn qabel u tqegħid f’kittijiet ma jbiddlux il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi jew kimiċi bażiċi tal-GFF jew tal-użi finali bażiċi tagħhom. Il-klijenti taż-żewġ prodotti huma fil-parti l-kbira l-istess u t-tnejn jinbiegħu permezz tal-istess kanali ta’ distribuzzjoni. |
(61) |
L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet GFF jiġi prodott skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti. Il-kittijiet tal-GFF maqtugħ minn qabel jikkostitwixxu sempliċiment speċifikazzjoni addizzjonali fl-ordni tal-klijent. Dawk il-kittijiet tal-GFF maqtugħ minn qabel jirċievu imballaġġ differenti u ma jbiddlux il-karatteristiċi. Billi l-GFF jiġi ordnat dejjem aktar fil-forma ta’ kittijiet tal-GFF maqtugħ minn qabel u s-servizzi ta’ qattiegħa esterni qed jintużaw dejjem aktar, ikun hemm riskju kbir ta’ ċirkomvenzjoni jekk il-GFF maqtugħ minn qabel jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma jkunx xieraq li jiġi eskluż il-GFF maqtugħ minn qabel mill-ambitu tal-investigazzjoni. |
(62) |
Wara r-rivelazzjoni finali, is-CCCLA u l-Gvern Eġizzjan (“il-Gvern EG”) qalu li l-kittijiet tal-GFF maqtugħ minn qabel għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott minħabba li huma prodotti downstream li jeħtieġu passi ta’ produzzjoni addizzjonali u b’karatteristiċi fiżiċi differenti li jkollhom impatt apprezzabbli fuq il-kostijiet u l-prezzijiet. Iż-żewġ partijiet argumentaw li lanqas ma jkun hemm riskju ta’ ċirkomvenzjoni, jekk il-kittijiet tal-GFF maqtugħ minn qabel ikunu esklużi mill-ambitu tal-miżuri, b’mod partikolari minħabba l-kost addizzjonali involut u l-fatt li l-proċess ta’ qtugħ ikun irriversibbli. |
(63) |
Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din id-dikjarazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (61) il-qtugħ u l-kitting ma joħolqux prodott downstream, iżda speċifikazzjoni addizzjonali fl-ordni tal-klijent. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(64) |
Produttur esportatur ieħor argumenta li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ jenħtieġ li jitqiesu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. Dan il-produttur esportatur argumenta li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ ma kienx imsemmi b’mod espliċitu fil-kwestjonarju, fl-ilment jew fin-Notifika ta’ Bidu, li jkun jindika li mhumiex koperti mill-ambitu tal-prodott. Huwa kompla jargumenta li l-GFF minn raden ma setax jiġi kklassifikat taħt il-karatteristiċi tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”), li l-GFF minn raden ikun importat taħt il-kodiċijiet NM differenti minn dawk imsemmija fl-ilment u li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ ukoll ma jkunux koperti mill-miżuri kontra l-faxex tal-fibra tal-ħġieġ fi proċedimenti oħra. |
(65) |
L-ilmentatur u produttur ieħor tal-Unjoni (mhux parti għall-ilment) argumentaw li l-GFF minn raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibrumin (magħrufa wkoll bħala raden tal-fibra tal-ħġieġ mingħajr brim) jenħtieġ li jkun kopert mill-investigazzjoni, filwaqt li raden mibrumin jistgħu jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. L-ilmentatur argumenta li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibrumin għandhom il-karatteristiċi tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ hekk kif huma magħmulin minn grupp ta’ filamenti jew ħjut mhux mibrumin u jintużaw ukoll għall-istess skopijiet bħall-faxex u tipikament ikollhom dijametru ta’ 13-24 mikrometru u jkollhom tex ta’ 300-4800. |
(66) |
Rigward l-inklużjoni tal-GFF mir-raden tal-fibra tal-ħġieġ, l-Avviż ta’ Bidu ddefinixxa l-prodott investigat bħala “materjali tar-raden u/jew tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, […]” (17). L-investigazzjoni wriet li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibruma għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi bħall-faxex tal-fibra tal-ħġieġ, jiġifieri jikkonsistu fi grupp ta’ filamenti jew ħjut mhux mibruma, u jintużaw ukoll għall-istess skopijiet. It-tnejn tipikament ikollhom dijametru ta’ 13-24 mikrometru u jkollhom tex ta’ 300-4800. Għalhekk, ma jkunx xieraq li dawn it-tipi ta’ prodotti jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni. |
(67) |
Fir-rigward tal-GFF magħmul prinċipalment minn raden tal-fibra tal-ħġieġ mibrumin, il-Kummissjoni tinnota li dan il-prodott, li għandu karatteristiċi bażiċi differenti u huwa wkoll soġġett għal użi finali differenti, eż. bords taċ-ċirkwiti stampati, qatt ma kien parti mill-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni ċċarat dan il-punt b’mod espliċitu fin-Nota ta’ Kjarifika. |
3. DUMPING
IR-RPĊ
3.1. Kummenti preliminari
(68) |
Kif imsemmi fil-premessa (43), Jushi u Hengshi naqsu milli jikkooperaw fl-investigazzjoni. Il-Kummissjoni aċċettat informazzjoni minn kumpanija terza relatata, li pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa fi stadju tard. Is-sitwazzjoni tat-tliet kumpaniji u l-kummenti tagħhom huma indirizzati f’din it-taqsima. |
(69) |
Jushi, produttur esportatur integrat vertikalment, naqas milli jipprovdi informazzjoni essenzjali li tirrifletti l-proċess ta’ manifattura tiegħu fit-tweġiba għall-kwestjonarju u l-ittra ta’ nuqqasijiet li ġejja. L-informazzjoni nieqsa kienet essenzjali għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-kumpanija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li jenħtieġ li jirrifletti l-proċess ta’ manifattura ta’ kumpanija integrata vertikalment. Il-Kummissjoni talbet tagħrif dwar il-kostijiet tal-manifattura għal kull PCN. Dan kien jinkludi l-volum u l-valur tal-fatturi kollha tal-produzzjoni użati għall-manifattura tal-GFF minn Jushi għal kull PCN. Madankollu, Jushi rrifjutat li tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għal ċerti fatturi tal-produzzjoni bħad-dettalji tat-taħlita tat-teħid tad-daqs użata għall-manifattura tal-faxxi tal-fibra tal-ħġieġ (GFR), il-materja prima ewlenija biex jiġi prodott il-GFF, għal kull PCN. Minkejja diversi talbiet mill-Kummissjoni għal dik l-informazzjoni, appoġġjati bi spjegazzjonijiet dwar għalfejn it-tagħrif kien meħtieġ, Jushi irrifjutat li tipprovdi l-informazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni għarrfet lil Jushi bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku b’rabta mad-determinazzjoni tal-valur normali. |
(70) |
Barra minn hekk, il-kumpanija ġiet informata li, minħabba r-rifjut ta’ kooperazzjoni, l-ebda informazzjoni dwar il-valur normali ma kienet se tiġi aċċettata matul iż-żjara ta’ verifika. L-analiżi ta’ dik l-informazzjoni qabel iż-żjara ta’ verifika kienet essenzjali biex tiġi żgurata żjara ta’ verifika fuq il-post effettiva u sinifikanti, sa fejn kienet ikkonċernata d-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, minħabba l-iskadenzi statutorji applikabbli għall-investigazzjoni u ż-żmien u l-opportunitajiet abbundanti mogħtija lill-produttur esportatur biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni ma kinitx għadha f’pożizzjoni li taċċetta kwalunkwe informazzjoni ġdida rigward il-valur normali. |
(71) |
Jushi argumentat li l-Kummissjoni xorta tista’ tasal għal sejba raġonevoli billi tittrattaha bħala produttur integrat mhux vertikalment, jiġifieri, billi jiġu stabbiliti l-fatturi tagħha tal-produzzjoni u tal-kostijiet tal-produzzjoni fuq il-bażi tal-GFR, il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-GFF. Hija argumentat li l-informazzjoni rilevanti kienet preżentata sal-iskadenzi u kienet verifikabbli. Il-produttur esportatur sostna li aġixxa skont l-aħjar ħila tiegħu billi żvela lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li ma kienx iqis bħala informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Il-produttur esportatur allega li ma setax jipprovdi l-kost tal-produzzjoni tiegħu tal- GFR b’mod partikolari fir-rigward tat-taħlita tad-daqs, li kienet taħlita ta’ diversi kimiċi unika għall-kumpanija u, għalhekk, informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. |
(72) |
L-informazzjoni nieqsa (id-dettalji tat-taħlita tad-daqs għal kull PCN għall-kostijiet tal-manifattura tal-GFR), madankollu, kienet essenzjali għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, billi għandha tirrifletti l-proċess tal-manifattura tal-produttur esportatur. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma weriex kif il-Kummissjoni setgħet tasal għal sejba raġonevoli minkejja l-fatt li ma żvelax l-informazzjoni meħtieġa rigward il-kost sħiħ tal-manifattura tiegħu. |
(73) |
Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali kollha pprovduta fil-proċediment anti-dumping tiġi ttrattata bħala strettament kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u li l-ebda waħda mill-partijiet interessati l-oħra ma jkollha aċċess għal din l-informazzjoni. |
(74) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-argumenti mressqa mill-produttur esportatur u ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. |
(75) |
Hengshi, kumpanija mhux integrata oħra tal-grupp CNBM, ipprovdiet informazzjoni falza u qarrieqa matul iż-żjara ta’ verifika, kif ukoll fixklet serjament il-proċess ta’ verifika billi żammet informazzjoni importanti u ttardjat il-proċess ta’ verifika bla bżonn u ripetutament. B’mod partikolari, l-informazzjoni pprovduta dwar il-PCN, il-metodi tal-allokazzjoni użati għall-kalkolu tal-volum tal-konsum tal-elettriku, ix-xogħol u l-ispejjeż ġenerali fil-kost tal-produzzjoni għal kull PCN, il-bilanċ tagħha ta’ tqabbil preliminari għall-2018 u l-istruttura tal-azzjonisti tqieset mhux affidabbli u ma setgħetx tintuża għad-determinazzjoni tal-marġni tad-dumping ta’ dak il-produttur esportatur. |
(76) |
Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-kumpanija kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-valur normali f’każ li l-investigazzjoni tikkonkludi li jenħtieġ li japplika l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku, il-parti interessata ġiet mgħarrfa bir-raġunijiet għaliex l-informazzjoni pprovduta ġiet imwarrba u ngħatat l-opportunità li tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri. |
(77) |
Hengshi kkummentat dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tibbaża s-sejbiet fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u talbet seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali, li saret fit-28 ta’ Ottubru 2019. Il-kumpanija ddikjarat li hija ma ttardjatx u ma waqqfitx il-progress tal-investigazzjoni apposta u li hija kienet aġixxiet bl-aħjar mod li setgħet. B’mod partikolari, il-kumpanija ddikjarat li l-informazzjoni ppreżentata ma kinitx falza jew qarrieqa u li, matul iż-żjara ta’ verifika, hija ppreżentat verżjoni kważi kompletament korretta tat-tabella tal-PCN. Hija pprovdiet tabella tal-PCN korretta għalkollox fl-investigazzjoni antisussidji parallela fis-seħħ li ġiet ivverifikata fil-kuntest ta’ dik l-investigazzjoni antisussidji u li din jenħtieġ li tintuża f’dan il-proċediment bħala fatti disponibbli. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li l-metodi tal-allokazzjoni ppreżentati għall-kost tal-produzzjoni għal kull PCN kienu koeffiċjenti użati storikament għal skopijiet ta’ ġestjoni u kontabbiltà tal-kostijiet u użati mill-kumpanija kuljum. Il-kumpanija insistiet li dawn il-metodi ta’ allokazzjoni rriflettew b’mod oġġettiv il-kostijiet reali tal-produzzjoni. Fir-rigward tal-bilanċ ta’ tqabbil preliminari għall-2018, il-kumpanija spjegat li meta pprovdiet dokumenti ta’ sostenn matul iż-żjara ta’ verifika, hija ma rrealizzatx li dawn l-aġġustamenti ma kinux evidenti f’dawk id-dokumenti minħabba limitazzjonijiet tekniċi fis-sistema tagħha. Ġie spjegat li dan kien dovut għal tranżizzjoni għal sistema kontabilistika ġdida fl-1 ta’ Jannar 2019, fatt li qabel ma kienx ġie żvelat lill-Kummissjoni. Il-kumpanija kkontestat li n-nuqqas ta’ żvelar tal-eżistenza ta’ din is-sistema ġdida kien ittardja l-verifika bla bżonn. Il-produttur esportatur iddikjara wkoll li r-rapportar żbaljat tal-perċentwal ta’ wieħed mill-azzjonisti kien minħabba żball tipografiku li ġie kkoreġut matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post. Għalhekk, tali żball jenħtieġ li ma jiġix ikkwalifikat bħala informazzjoni “qarrieqa” li tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur ikkontesta li huwa impedixxa l-proċess ta’ verifika f’diversi okkażjonijiet, b’mod partikolari billi naqas milli jipprovdi (i) spjegazzjonijiet dwar ċertu dokument (kunfidenzjali) ipprovdut fil-kwestjonarju tiegħu u (ii) skedi ta’ ħidma riveduti. |
(78) |
L-ewwel nett, il-PCN li Hengshi ssottomettiet f’din l-investigazzjoni ma kienx korrett minkejja d-diversi opportunitajiet mogħtija lill-produttur esportatur biex jirrevedi l-PCNs matul iż-żjara ta’ verifika ta’ sitt ijiem. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina prezzijiet medji tal-bejgħ affidabbli għal kull PCN u, għalhekk, l-informazzjoni pprovduta kellha tittwarrab. |
(79) |
It-tieni, l-investigazzjoni żvelat li l-kodiċi tal-allokazzjoni użat mill-produttur esportatur ma jirriflettix b’mod korrett il-volum tal-elettriku, il-kostijiet lavorattivi u l-ispejjeż ġenerali tal-kostijiet għal kull PCN. Dan kien minħabba li meta stabbiliet il-metodi tal-allokazzjoni, il-kumpanija ma kkunsidratx il-ħin ta’ inattività tal-magni tal-produzzjoni. Dan iwassal għal allokazzjoni żejda tal-volum ta’ elettriku u tal-ispejjeż ġenerali kkonsmati fil-proċess tal-manifattura għal prodotti mmanifatturati f’volum żgħir u sottoallokazzjoni tal-istess partiti għal prodotti mmanifatturati f’volumi kbar. Il-metodi tal-allokazzjoni użati mill-produttur esportatur iwasslu wkoll għal allokazzjoni erratika tal-għadd ta’ sigħat tax-xogħol għal kull PCN. Il-produttur esportatur irrikonoxxa dan l-iżball fl-ittra tiegħu lis-servizzi tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2019. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika, it-tim ripetutament enfasizza r-riżultati inkonsistenti meta uża l-metodi tal-allokazzjoni ssuġġeriti mill-kumpanija, iżda l-kumpanija rrifjutat li tanalizzahom. Anki jekk il-produttur esportatur preċedentement uża dawn il-metodi tal-allokazzjoni, dawn ma jirriflettux b’mod korrett il-volum ta’ elettriku, il-kostijiet lavorattivi u l-ispejjeż ġenerali għal kull PCN. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sabet li l-kodiċijiet tal-allokazzjonijiet użati ma stabbilixxewx b’mod affidabbli l-kostijiet tal-manifattura tal-kumpanija għal kull PCN. Bħala riżultat, anki dik l-informazzjoni kellha tiġi injorata. |
(80) |
It-tielet, il-Kummissjoni ma taqbilx li dan il-produttur esportatur ma impedixxiex il-proċess ta’ verifika billi ma żvelax l-eżistenza tas-sistema kontabilistika l-ġdida. Il-valutazzjoni tal-impatt ta’ din is-sistema l-ġdida fuq l-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija tieħu aktar żmien milli kien meħtieġ. Il-fatt li l-maniġer finanzjarju tal-kumpanija, preżenti matul iż-żjara ta’ verifika, ma żvelax minnufih din l-informazzjoni lit-tim, huwa wkoll sorprendenti. Kieku dan il-fatt ma nżammx mit-tim ta’ investigazzjoni, ma kienx ikun neċessarju li jiġi vverifikat jekk is-sistema l-ġdida kellhiex impatt fuq id-data rrapportata għall-2018. Iż-żmien addizzjonali kien ikun jista’ jintuża għall-verifika ta’ partijiet aktar essenzjali tal-kwestjonarju. Il-Kummissjoni tinnota li minkejja li t-tim estenda ż-żjara ta’ verifika għal jum addizzjonali, xorta ma setax jikkonkludi b’mod sodisfaċenti l-verifika tad-data pprovduta mill-kumpanija fiż-żmien (żejjed) disponibbli. |
(81) |
Barra minn hekk, l-iżball fir-rapportar tal-azzjonist kellu impatt sostanzjali u kien deċiżiv fid-determinazzjoni ta’ jekk dan il-produttur esportatur kienx relatat ma’ produttur esportatur ieħor (u għalhekk parti mill-istess grupp, li rċieva dazju anti-dumping wieħed). Għalhekk, dan l-iżball kien meqjus bħala serju u qarrieqi, kemm jekk l-informazzjoni żbaljata ġiet ipprovduta b’mod intenzjonali kif ukoll jekk le. |
(82) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li l-kumpanija xekklet il-proċess ta’ verifika f’diversi okkażjonijiet. Fir-rigward tan-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet għad-dokument kunfidenzjali mogħti mat-tweġiba għall-kwestjonarju, il-Kummissjoni tinnota li matul il-verifika fuq il-post, it-tim ma ngħatax informazzjoni kruċjali u din ġiet ipprovduta biss wara dewmien twil, kif imsemmi fir-rapport tal-missjoni pprovdut lill-kumpanija (18). Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni talbet informazzjoni biex tivverifika jekk l-istruttura tal-PCN tal-prodott ikkonċernat kinitx korretta. Madankollu, Hengshi pprovdiet informazzjoni li tagħti dettalji dwar l-istruttura tal-PCN biss wara li l-PCN instab li ma kienx korrett. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika, il-kumpanija ma wrietx fajl rivedut dwar il-PCN sakemm it-tim tal-każ induna b’aktar żbalji fil-fajl ipprovdut. F’dak il-punt, it-tim tal-każ diġà kien qatta’ żmien konsiderevoli jipprova jivverifika l-PCNs u kien ta lill-kumpanija l-opportunità li tipprovdi fajls ta’ ħidma u terġa’ tibda l-verifika tal-PCNs. Din l-imġiba ċertament xekklet l-investigazzjoni minħabba li żammet lill-uffiċjali tal-Kummissjoni milli jiffinalizzaw il-verifika tal-PCN ipprovdut. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax taqbel li l-kumpanija ma impedixxietx serjament il-proċess ta’ verifika. |
(83) |
Minħabba n-nuqqasijiet sinifikanti fl-informazzjoni pprovduta minn dan il-produttur esportatur kif deskritt, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinjora din l-informazzjoni (il-PCNs kollha u l-kost tal-produzzjoni għal kull PCN) u bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku (19). |
(84) |
Billi l-kummenti magħmula mill-kumpanija u fis-seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta ma biddlux il-fatti u l-konklużjonijiet stabbiliti, il-Kummissjoni kkonfermat l-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ dan il-produttur esportatur fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. |
(85) |
Fl-aħħar nett, CNBM International, parti tan-negozju ralatata mill-grupp CNBM, ma ppreżentatx kif meħtieġ tweġiba għall-Anness I tal-kwestjonarju. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li l-informazzjoni meħtieġa dwar il-bejgħ tal-GFF kienet nieqsa u l-Kummissjoni talbet lil CNMB International tirrapporta dan il-bejgħ u tiċċara għalfejn ma kienx ġie rrapportat qabel. |
(86) |
CNBM International ssottomettiet l-informazzjoni mitluba dwar il-bejgħ u argumentat li saret konxja minn dan il-bejgħ biss meta kienet qed tħejji t-tweġiba għall-ittra ta’ nuqqasijiet tal-Kummissjoni fl-investigazzjoni antisussidji parallela msemmija fil-premessa (3). |
(87) |
Madankollu, l-informazzjoni sottomessa fi stadju daqshekk tard setgħet tiġi vverifikata biss parzjalment. Minħabba l-volum żgħir involut, bħala eċċezzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta l-informazzjoni relatata ma’ dawn it-tranżazzjonijiet tal-bejgħ u tuża l-fatti disponibbli għal ċerta informazzjoni bħall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi tan-negozjant relatat skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produttur esportatur fir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
(88) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku fir-RPĊ fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ investigazzjoni rigward ir-RPĊ skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(89) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu l-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha tar-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Anness III tan-Notifika ta’ Bidu rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-GFF. Disa’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li jkopru t-totalità tal-esportazzjonijiet tal-GFF lejn l-Unjoni matul il-PI ressqu l-informazzjoni rilevanti. |
(90) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-suq domestiku fir-RPĊ fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ. Ma waslet l-ebda tweġiba mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li kienet sejra tuża l-fatti disponibbli fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Il-GTĊ ma weġibx. |
(91) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hengshi, Jushi u CCCLA għamlu kumment dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina li huwa indirizzat fil-premessi (106) u (107). |
(92) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku biex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-produttur esportatur fir-RPĊ fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mhux distorti. |
(93) |
Fis-27 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għamlet disponibbli tal-partijiet interessati l-ewwel nota għall-fajl (“in-Nota ta’ Marzu 2019”) biex tikseb l-opinjonijiet tagħhom dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni tista’ tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku. F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi tal-produzzjoni kollha, bħall-materjali, l-enerġija, ix-xogħol lavorattiv u l-iskart użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat numru ta’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, il-Messiku, il-Federazzjoni Russa u t-Turkija. |
(94) |
Il-Kummissjoni tat lill-partijiet interessati kollha l-opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand Taishan, Jushi, Hengshi u mingħand l-ilmentatur. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda kumment. |
(95) |
Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet dwar in-Nota ta’ Marzu 2019 fit-tieni nota fil-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-4 ta’ Settembru 2019 (“in-Nota ta’ Settembru 2019”). Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll il-lista riveduta ta’ fatturi tal-produzzjoni u kkonkludiet li, f’dak l-istadju, it-Turkija kienet meqjusa pajjiż rappreżentattiv skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll il-lista ta’ kodiċijiet użati mit-Turkija u għamlet disponibbli l-istatistika doganali rilevanti Torka fil-fajl miftuħ. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi parti mill-grupp CNBM. Dan ir-Regolament jindirizza dawk il-kummenti fil-premessi (106), (177), minn (207) sa (211). |
3.3. Valur normali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw
(96) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
(97) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti” . Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, kien applikabbli l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.1. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.3.1.1. Introduzzjoni
(98) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi “distorsjonijiet sinifikanti bħala dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta l-prezzijiet jew il-kostijiet irrapportati, inklużi l-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles peress li dawn jiġu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
(99) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti, għandu jitqies l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew ta’ aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, m’hemmx bżonn li jitqiesu l-elementi kollha biex ikun hemm sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex juru l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
(100) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. |
(101) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (“ir-Rapport”) (20), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin ta’ produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol) kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Il-partijiet interessati kienu mistiedna biex jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li kienet inkluża fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
(102) |
B’mod partikolari, l-ilment kien fih informazzjoni li l-industriji Ċiniżi tal-GFF u tal-GFR huma promossi ħafna mill-GTĊ. Skont l-ilmentatur, it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin taċ-Ċina enfasizza l-importanza tal-industrija tal-materjali l-ġodda, li tinkludi l-GFF, bħala “industrija emerġenti strateġika” u jistipula li jenħtieġ li din tiġi żviluppata f’“pilastru ewlieni tal-industrija” permezz ta’ appoġġ u gwida ta’ politika komprensivi. Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għandu l-għan li jiżviluppa industriji oħra tal-materjali l-ġodda billi jsaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp u jtejjeb il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tal-manifattura (21). |
(103) |
L-ilment jiddikjara wkoll li l-industrija tal-materjali l-ġodda hija wkoll industrija mħeġġa bl-inizjattiva Made in China 2025, u għalhekk hija eliġibbli li tibbenefika minn finanzjament statali konsiderevoli. L-ilment jelenka għadd ta’ fondi maħluqa biex jappoġġjaw l-inizjattiva Made in China 2025 u b’hekk indirettament l-industrija tal-GFF (22). |
(104) |
Fl-aħħar nett, l-ilment jinnota li t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini jitlob li tiġi ottimizzata l-istruttura industrijali billi, fost l-oħrajn, jespandi industriji emerġenti bħal materjali bbażati fuq il-ħġieġ, ċeramika industrijali, lenti intraokulari, fibri u kompożiti ta’ prestazzjoni għolja, u materjali tal-grafen u modifikati. Dan għandu jinkiseb permezz ta’ politiki ta’ finanzjament mill-gvern, ta’ tassazzjoni, finanzjarji, tal-ipprezzar, tal-enerġija, u tal-ħarsien tal-ambjent, u appoġġ għall-kapital għall-parteċipazzjonijiet fil-fużjonijiet, fl-akkwiżizzjonijiet u fir-ristrutturar tal-intrapriżi tal-materjali tal-bini permezz ta’ mezzi varji, inkluż is-self (23). |
(105) |
Kif speċifikat fil-premessa (41), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-ilmentatur, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-każ inkwistjoni. |
(106) |
Waslu kummenti dwar id-distorsjonijiet ġejjin minn Hengshi, Jushi u CCCLA, li ddikjaraw li l-Unjoni hija marbuta bil-liġi tad-WTO sabiex tistabbilixxi l-kostijiet għall-bini tal-valur normali bl-għan li jiġu riflessi l-kondizzjonijiet prevalenti fir-RPĊ skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping u rreferew għar-Rapport DS 473 tal-Korp tal-Appell tad-WTO UE – Bijodiżil (l-Arġentina). |
(107) |
Għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (161) li huwa xieraq li jiġi applikat l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa applikabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li din id-dispożizzjoni hija konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Hija l-fehma tal-Kummissjoni li, kif iċċarat f’DS473 UE-Bijodiżil (l-Arġentina), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku li japplikaw b’mod ġenerali fir-rigward tal-Membri kollha tad-WTO, b’mod partikolari l-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku, jippermettu l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Il-Kummissjoni fl-aħħar fakkret li t-tilwima DS473 UE-Bijodiżil (l-Arġentina) ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, li huwa l-bażi ġuridika rilevanti għad-determinazzjoni tal-valur normali f’din l-investigazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni. |
(108) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza inkluża fir-Rapport, li tiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. |
3.3.1.2. Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ
(109) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (24). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda li tali interventi jsiru b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq is-sjieda privata hu mifrux fis-sistema legali sħiħa u hu enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet fundamentali kollha tal-leġiżlazzjoni. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ċarissimu: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li skontha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħra ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (25). |
(110) |
Barra minn hekk, skont il-leġiżlazzjoni Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istruttura tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbutin ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw superstruttura li fiha ma tkunx tista’ ssir distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “is-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tinqara: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hi t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (26) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem akbar tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali fil-pajjiżi l-oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu hemm forzi tas-suq ħieles. |
(111) |
L-Istat Ċiniż iwettaq politika ekonomika intervenzjonista biex isegwi għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stipulata mis-CCP, minflok ma jirrifletti l-kondizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (27). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi jinqasmu f’diversi friegħi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll fil-livell tal-ambjent regolatorju. |
(112) |
L-ewwel, fil-livell ta’ kontroll amministrattiv globali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li jaffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-output, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) skont il-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (aġġornament industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u tal-Istat kollha kemm huma għandhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anke minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.5) (28). |
(113) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplementaw il-politika tas-self tagħhom, jeħtieġ li jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma primarjament jivvalutaw il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8) (29). L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju għajr is-settur bankarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhuwiex xprunat biex itejjeb il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżgura l-kontroll u jippermetti l-intervent mill-Istat u mis-CCP (30). |
(114) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk idgħajfu l-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhix iddefinita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (31). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u fuq id-daqs tal-investiment tal-Istat u wkoll dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (32). |
(115) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jħeġġu diversi interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan iwassal għad-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (33). |
3.3.1.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni li hu servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur
(116) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
(117) |
Il-GTĊ u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-influwenza tagħhom fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (State-owned enterprises, SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anke s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.4 hawn taħt), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (34). Inkambju, l-SOEs igawdu status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (35). |
(118) |
Speċifikament fis-setturi tal-GFF u tal-GFR, għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ. L-Istat għandu ishma sinifikanti fiż-żewġ gruppi ta’ produtturi fil-kampjun, il-Grupp CNBM u l-Grupp Yuntianhua, li huma l-akbar produtturi tal-GFF u tal-GFR fiċ-Ċina. Dawn il-kumpaniji jkopru madwar 68 % tal-kapaċità totali tal-produzzjoni fiċ-Ċina tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ li tkopri kemm il-GFF kif ukoll il-GFR (36). |
(119) |
Minħabba l-livell għoli ta’ intervent mill-gvern fl-industrija tal-GFF u sehem kbir ta’ SOEs fis-settur, anki l-produtturi privati ma jitħallewx joperaw skont il-kondizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tal-GFF huma soġġetti wkoll għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-taqsima 3.3.1.5. L-istess jgħodd għas-settur tal-GFR, li jipproduċi l-materja prima ewlenija għall-GFF. |
3.3.1.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet
(120) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u mezzi oħra, il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u mal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri kruċjali tal-maniġment fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, (37) iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (38)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP teżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex tqiegħed il-“patrijottiżmu” bħala prijorità u ssegwi d-dixxiplina tal-partit (39). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fir-rigward tad-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (40). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-GFF u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
(121) |
Speċifikament fis-settur tal-GFF, kif diġà ġie indikat, ħafna mill-produtturi tal-GFF huma proprjetà tal-Istat. Hemm ukoll evidenza fil-fajl kunfidenzjali li hemm preżenza tal-Istat fil-produtturi esportaturi fil-kampjun li tista’ teżerċita influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-kumpanija u fl-aħħar mill-aħħar tinterferixxi fil-prezzijiet jew il-kostijiet. Minħabba li hemm elementi ta’ sostenn speċifiċi preżenti fl-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija jew dokumenti oħra li huma ta’ natura kunfidenzjali, dawn ġew divulgati separatament lill-parti kkonċernata. |
(122) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-taqsima 3.3.1.8 hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (41). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-GFF u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.3.1.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
(123) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata f’livell sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li l-gvernijiet ċentrali u lokali għandhom jiffokaw fuqhom. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jkunu allokati skont il-forzi tas-suq (42). |
(124) |
L-industrija tal-GFF titqies bħala industrija importanti appoġġata mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat f’għadd ta’ pjanijiet għall-iżviluppi tal-industrija, bħat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-RPĊ jew l-inizjattiva Made in China 2025 (43). |
(125) |
Barra minn hekk, sikwit issir referenza għall-GFF taħt l-umbrella ta’ “materjali ġodda”. Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (44) jiddeskrivi s-settur 9 “materjali ġodda” u s-sottokategoriji tiegħu, inklużi materjali fundamentali avvanzati (il-punt 9.1), materjali strateġiċi ewlenin (il-punt 9.2) inklużi fibri ta’ prestazzjoni għolja u materjali komposti, materjali ġodda tal-enerġija (45). |
(126) |
Barra minn hekk, wara l-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, f’Novembru 2016, il-lista ta’ 10 setturi strateġiċi ġiet irfinata f’Katalogu ta’ Erba’ Elementi Essenzjali ppubblikati mill-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali dwar l-Istrateġija tal-Manifattura (NMSAC), grupp konsultattiv għall-Grupp Nazzjonali Żgħir ta’ Tmexxija dwar il-Bini tas-Saħħa tal-Manifattura Nazzjonali. F’dan il-katalogu, kull wieħed mill-10 setturi strateġiċi huwa maqsum f’erba’ kapitoli: (i) spare parts ċentrali essenzjali, (ii) materjali essenzjali ewlenin, (iii) proċessi/teknoloġiji essenzjali avvanzati u (iv) pjattaformi tat-teknoloġija industrijali. Il-fibra tal-ħġieġ tista’ tinstab fis-settur 7: tagħmir elettriku, il-punt II materjal essenzjali ewlieni: is-subpunt 16 bords tal-iżolament tal-fibra tal-ħġieġ u s-settur 9: materjali ġodda, il-punt II materjali essenzjali ewlenin, is-subpunt 10. Materjali tal-fibra ta’ prestazzjoni għolja, monomeri u komposti u 24. Materjali abbażi ta’ ħġieġ. |
(127) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-RPĊ isemmi l-materjali l-ġodda f’xi każijiet: “Aħna se nħaffu l-pass biex nagħmlu rivoluzzjonijiet f’teknoloġiji ewlenin f’oqsma bħall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-enerġija l-ġdida, il-materjali l-ġodda […]” (46). Il-pjan barra minn hekk jipprevedi li se jitwettqu proġetti relatati mar-riċerka, l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ materjali ġodda ewlenin (47). |
(128) |
Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 jelenka 10 setturi strateġiċi li huma l-industriji ewlenin għall-GTĊ. Materjali ġodda, li huma wieħed mill-10 setturi strateġiċi, jibbenefikaw mill-vantaġġi li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ elenkati fid-dokument, inklużi, fost l-oħrajn, Politiki ta’ Appoġġ Finanzjarju, Politika Fiskali u tat-Tassazzjoni, Sorveljanza u Appoġġ mill-Kunsill tal-Istat (48). |
(129) |
Il-prodotti tal-fibra huma wkoll imsemmija espliċitament fil-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura tal-Industrija (NDRC) edizzjoni tal-2011, dokument li jelenka l-industriji eliġibbli għal finanzjament preferenzjali fil-kapitoli dwar il-materjali tal-bini u t-tessuti, kif ġej: “Materjali tal-bini: (…)
Tessuti: (…)
(…)
(…)
|
(130) |
Barra minn hekk, “Il-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura tal-Industrija 2011” (id-Deċiżjoni Nru 9) isemmi b’mod espliċitu bħala industrija mħeġġa: “Ġbid tal-fibra tal-ħġieġ-E fl-ifran[…], l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ fibra tal-ħġieġ ta’ prestazzjoni għolja u l-prodott tagħha.” |
(131) |
Il-GFF u l-GFR huma wkoll koperti mill-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Kostruzzjoni 2016-2020, li jipprevedi, fost l-oħrajn, it-tranżizzjoni tal-industrija tal-materjali tal-kostruzzjoni “minn industrija kbira għal industrija b’saħħitha” u l-ottimizzazzjoni tal-istrutturi tas-settur tal-kostruzzjoni, it-titjib tas-sigurtà tal-provvista ta’ materjali ewlenin, iż-żieda fil-livell ta’ konċentrazzjoni fl-industrija kif ukoll it-titjib tal-kompetittività internazzjonali (49). Il-pjan jipprovdi għal miri kwantitattivi ta’ żvilupp, kontroll governattiv fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni, miri dettaljati tal-produzzjoni, distribuzzjoni ġeografika tal-industriji fost il-provinċji fir-RPĊ, sigurtà tal-provvista, żvilupp ta’ industriji speċifiċi, kontroll tal-gvern u influwenza fuq l-intrapriżi u miżuri ta’ appoġġ għall-industrija (50). Dan juri l-preżenza u l-intervent qawwija tal-Istat fl-industrija tal-fibri tal-ħġieġ. |
(132) |
It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Fibra u Komposti (51) huwa pjan immirat b’mod speċifiku lejn l-industrija tal-materjali tal-fibra. Huwa jiggwida b’mod ċar l-iżvilupp tas-settur, pereżempju t-Taqsima III.3 tistabbilixxi l-għan li: “ Jintegra u jaġġorna b’mod attiv il-lati upstream u downstream tal-katina tal-industrija sabiex iżomm l-iżvilupp f’saħħtu u stabbli tal-industrija tal-materjali tal-fibra u komposti: Iħeġġeġ lill-intrapriżi ta’ fran għat-tidwib fuq skala kbira biex jimplimentaw b’mod kostanti l-istrateġija ta’ żvilupp “go global” u jimplimentaw mudelli ta’ kapaċità tal-produzzjoni globali. Fuq din il-bażi: - iżżomm livell baxx ta’ kontroll fuq ir-rata tat-tkabbir tal-volum tal-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ domestika; - fl-istess ħin, inaqqas il-proporzjon tal-esportazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u l-prodotti domestiċi; - jaġġusta b’mod attiv l-istrutturi tal-prodotti; […] - jaġġusta b’mod attiv l-istruttura tal-prodotti u jiggwida l-intrapriżi biex jimplimentaw żvilupp differenzjat, jiżviluppaw b’mod vigoruż l-ipproċessar f’livell għoli ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, jespandu d-daqs tas-suq tal-fibra u prodotti ta’ materjali komposti f’kampi ta’ applikazzjoni ta’ livell medju sa għoli, u jtejbu l-kwalità tal-prodott u l-valur miżjud. Jiżgura li r-rata ta’ tkabbir annwali tad-dħul ewlieni min-negozju tal-industrija tal-fibra u tal-materjali komposti tkun ogħla mir-rata ta’ tkabbir tal-PDG nazzjonali b’madwar 5 sa 6 punti perċentwali, jiġifieri, mill-2020, id-dħul totali tal-intrapriżi akbar mid-daqs indikat se jilħaq il-500 biljun yuan, jiġifieri li jirdoppja meta mqabbel mas-sitwazzjoni prevalenti fi tmiem it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin. ” (52) |
(133) |
Barra minn hekk, it-taqsima IV.3.4 ta’ dak il-pjan tistabbilixxi l-bażi għall-gwida governattiva tal-intrapriżi u l-industrija sħiħa: “Gwida għad-diversi tipi ta’ impriżi biex jinvolvu ruħhom f’operazzjonijiet differenzjati billi jitqiesu l-vantaġġi individwali tagħhom u s-segmenti speċifiċi tas-suq. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu ggwidati biex isegwu l-perkors tat-tkabbir li tikkonsisti fl-indirizzar ta’ lakuni speċifiċi, fil-komplimentarjetà tal-intrapriżi ż-żgħar għal dawk kbar, u fil-kunsiderazzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni bħala t-triq għas-suċċess. Bis-saħħa ta’ operazzjonijiet differenzjati, il-kompetizzjoni fuq skala kbira bejn intrapriżi kbar tiġi evitata, u l-kompetizzjoni bejn intrapriżi simili tiġi evitata, u b’hekk jiġi eliminat is-suq tal-kompetizzjoni b’kost baxx. Fl-istess ħin, bi produzzjoni speċjalizzata, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu wkoll jiksbu r-rispett u l-attenzjoni ta’ intrapriżi kbar, jistabbilixxu relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni mill-qrib ma’ intrapriżi kbar, u jappoġġaw u jippromwovu b’mod effettiv l-iżvilupp ta’ intrapriżi kbar.” |
(134) |
Kif spjegat fir-Rapport, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija huma marbuta mill-qrib mal-Istat, l-aktar permezz tal-importanza tal-bini tas-CCP f’dawk l-assoċjazzjonijiet (53). Għalhekk, id-dispożizzjonijiet tat-taqsima IV.3.6 tal-istess pjan jindikaw ukoll intervent mill-Istat fil-produzzjoni tal-fibra, inkluż is-settur tal-GFF: “[L-Assoċjazzjoni għandha]
|
(135) |
Ir-RPĊ ippromwoviet b’mod attiv l-industriji tal-GFF u tal-GFR fuq livelli differenti tal-gvern, eżempju ta’ inizjattiva lokali li tkopri waħda mill-kumpaniji fil-kampjun jista’ jinstab fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt tal-Jiujiang għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali: Taqsima III 2.2 L-implimentazzjoni effettiva ta’ pjan ta’ żvilupp għal industriji strateġiċi u emerġenti
|
(136) |
Fir-rigward tal-materja prima, għall-produttur li kkoopera mhux integrat vertikalment, il-materja prima ewlenija hija l-GFR, li tirrappreżenta ’l fuq minn 70 % tal-kost totali tal-produzzjoni. Diġà kien stabbilit fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti fil-GFR li din l-industrija hija ssussidjata b’mod sinifikanti mill-GTĊ u, għalhekk, hija distorta. Ġie stabbilit li l-industrija tal-GFR tibbenefika minn self preferenzjali, tnaqqis tat-taxxa fl-iskema tal-“Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida”, Programmi tat-Taxxa Indiretta u tat-Tariffa ta’ Importazzjoni u l-provvista tad-drittijiet tal-użu tal-art (55). |
(137) |
Il-produtturi integrati vertikalment jużaw numru kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni, li huma wkoll imfixkla. Bħala eżempju, il-gass, wieħed mill-fatturi importanti tal-produzzjoni huwa prodott primarjament minn SOEs (96 % tal-gass naturali huwa kkontrollat miċ-China National Petroleum Corporation (“CNPC”), China Petroleum & Chemical Corporation (“Sinopec”) u China National Offshore Oil Corporation (“CNOOC”)) u l-prezzijiet tal-gass tagħha huma rregolati mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) (56). Il-kwarz, il-kawlina u l-fluworit, materja prima importanti oħra fil-produzzjoni tal-GFF, huma koperti mit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għar-Riżorsi minerali u, barra minn hekk, il-kwarz u l-kawlina huma inklużi fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini. Dawk iż-żewġ pjanijiet jistabbilixxu kontroll governattiv fuq l-industrija b’mod ġenerali, jistabbilixxu standards ta’ volum tal-estrazzjoni applikabbli fost oħrajn speċifikament għall-kwarz, iħeġġu r-riforma tal-SOEs, jipprevedu għadd ta’ miżuri ta’ appoġġ u intervent governattiv f’inizjattivi privati. Instab li l-ossidu tal-aluminju kien soġġett għal intervent governattiv fil-provinċja ta’ Hebei, fejn kien parti mil-lista ta’ proġetti ewlenin ta’ investiment u tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali Ġodda tal-2016 ta’ Hebei li kien jistipula l-appoġġ tal-Istat biex tinkiseb produzzjoni definita (57). Il-karbonat tas-sodju huwa kopert mit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija Petrokimika u Kimika, fejn huwa stabbilit li l-Istat jenħtieġ li jżomm kontroll fuq il-kapaċità tal-produzzjoni: “kontroll strett fuq iż-żidiet ġodda fil-kapaċità fis-setturi tal-kapaċità żejda bħal […], il-karbonat tas-sodju, […].” (58). Id-dolomit huwa fattur ieħor tal-produzzjoni soġġett għall-appoġġ mill-Istat fir-RPĊ, pereżempju huwa wieħed mill-industriji mħeġġa għar-Reġjun Awtonomu tal-Mongolja Interna fil-Katalogu tal-Investiment Barrani taċ-Ċina Ċentrali u tal-Punent. Il-polipropilen ukoll jirċievi appoġġ mill-gvern, u huwa msemmi fil-Katalogu ta’ Gwida tal-NDRC għall-Aġġustament tal-Istruttura tal-Industrija: “il-kostruzzjoni l-ġdida tal-unitajiet ta’ produzzjoni tal-polipropilen bi produzzjoni annwali ta’ inqas minn 70000 tunnellata (permezz ta’ proċess kontinwu u proċess bil-lott” (59) u fil-provinċja ta’ Hebei, it-13-il Pjan Petrokimiku ta’ Ħames Snin: “Ottimizzazzjoni tal-industrija: Sal-2020, [Hebei għandha] […] tiżgura l-feġġa ta’ raggruppamenti tal-industrija tal-materjali sintetiċi li jiffokaw fuq il-PVC, il-kaprolattam (najlon), it-TDI, l-MDI (poliuretan), il-polipropilen, […]” (60). |
(138) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jappoġġaw lill-industriji mħeġġa, inkluża l-produzzjoni tal-GFR bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott ikkonċernat għall-manifatturi mhux integrati vertikalment kif ukoll numru ta’ materja prima użata għall-manifattura tal-GFF mill-produtturi integrati vertikalment. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod normali. |
3.3.1.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà
(139) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża tal-falliment ipproduċiet riżultati inadegwati fl-ilħuq tal-objettivi ewlenin tagħha stess, bħal dawk ta’ saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u ta’ salvagwardja tad-drittijiet u tal-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra l-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija karatterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu wieħed b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (61). |
(140) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (62). L-art kollha hi proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali ta’ proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u li huma mmirati lejn il-prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (63). Barra minn dan, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (64). |
(141) |
L-istess bħas-setturi l-oħra fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-GFF huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. L-investigazzjoni attwali ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, ibbażati fuq l-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-GFF. |
(142) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-GFF, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. |
3.3.1.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
(143) |
Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikax għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (65). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (66). Barra minn dan, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn lir-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (67). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet lavorattivi fir-RPĊ. |
(144) |
Il-ħaddiema jikkostitwixxu fattur importanti tal-produzzjoni fil-GFF. Matul l-investigazzjoni ġie stabbilit li l-ħaddiema jirrappreżentaw bejn 5 % u 25 % tal-kost totali tal-produzzjoni. |
(145) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-GFF mhuwiex soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk is-settur tal-GFF huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet lavorattivi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.3.1.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
(146) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
(147) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija karatterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (68), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ azzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (69) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (70). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (71). |
(148) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
(149) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu b’mod qawwi li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu għal klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (72). |
(150) |
Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jmexxu l-finanzi f’setturi li l-gvern jagħżel bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (73). Dan jirriżulta fi preġudizzju għas-self lil SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
(151) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir riċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-istat minkejja tnaqqis kbir fil-profitabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux tweġibiet kummerċjali normali. |
(152) |
It-tielet nett, minkejja li f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Tabilħaqq, is-sehem ta’ self bir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta 45 % tas-self kollu u r-rikors għal kreditu immirat jidher li żdied, billi dan is-sehem żdied notevolment mill-2015, minkejja l-kondizzjonijiet ekonomiċi li sejrin għall-agħar. Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi prezz aktar baxx, u sussegwentement fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
(153) |
It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin riċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. Konsegwentement, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ rifinanzjament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “zombie”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (pereżempju permezz ta’ fużjonijiet jew skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr neċessarjament ma titneħħa l-problema kumplessiva tad-dejn jew ma jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tagħha. |
(154) |
Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fil-r-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. |
(155) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li tgħid li s-settur tal-GFF ser ikun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Fil-fatt, is-sejbiet mill-investigazzjoni antisussidji f’GFR, li fil-biċċa l-kbira tagħha tkopri wkoll il-produtturi tal-GFF li huma integrati vertikalment, urew li l-produtturi ta’ GFR fir-RPĊ ibbenefikaw minn self preferenzjali, kemm minn banek tal-Istat kif ukoll minn banek privati (74). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kondizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jissellfu ammonti sinifikanti minn banek u għalhekk potenzjalment jibbenefikaw mill-politiki preferenzjali u dan it-tfixkil. |
3.3.1.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
(156) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport kienu karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritt hawn fuq fit-Taqsimiet minn 3.3.1.1 sa 3.3.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsimiet minn 3.3.1.6 sa 3.3.1.8. hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
(157) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-GFF, hemm bżonn firxa wiesgħa ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kisbu aktar minn 96 % tal-inputs tagħhom fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-GFF jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma kjarament esposti għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi kollha. |
(158) |
Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-GFF mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, ix-xogħol, eċċ.) huma wkoll ivvizzjati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li ġie prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
(159) |
Produttur esportatur minnhom inkluż fil-kampjun sostna li x-xiri tal-materjal u x-xiri tal-enerġija għall-produzzjoni tal-GFF kif ukoll prodotti oħra ma kinux distorti fiċ-Ċina, minħabba li l-prezzijiet tagħhom kienu determinati mill-forzi tas-suq. L-istess produttur esportatur talab lill-Kummissjoni biex jew tuża l-kostijiet reali tax-xiri tal-materjali u l-enerġija biex tibni valur normali jew tibbaża l-valur normali fuq il-prezzijiet attwali tal-bejgħ domestiku tal-GFF fiċ-Ċina. |
(160) |
Il-produttur esportatur ma bagħat l-ebda evidenza biex juri li l-materjal u x-xiri tal-enerġija tiegħu għall-produzzjoni tal-GFF ma kinux distorti. Għalhekk, fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni msemmija fil-premessi minn (98) sa (162), din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3.1.10. Konklużjoni
(161) |
L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.3.1.2. sa 3.3.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-GFF uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tax-xogħol, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dak, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
(162) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif stabbilit fit-taqsima li ġejja. |
(163) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Taishan qalet li ma kienet ġiet stabbilita l-ebda distorsjoni sinifikanti tas-suq fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat peress li ma kien hemm l-ebda kapitolu separat li jiddeskrivi t-tessuti tal-fibra tal-ħġieġ u s-setturi tal-fibra tal-ħġieġ fir-Rapport. Din il-parti ddikjarat ukoll li l-evidenza fir-Rapport kienet tmur lura għal Diċembru 2017 u sadanittant ma kien hemm l-ebda aġġornament tar-Rapport. |
(164) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li tagħti lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku mhijiex marbuta mal-eżistenza ta’ kapitolu settorjali speċifiku li jkopri l-prodott li qed jiġi investigat. Ir-rapport jiddeskrivi tipi differenti ta’ distorsjonijiet preżenti fir-RPĊ li huma trasversali u applikabbli fl-ekonomija Ċiniża kollha u li jaffettwaw il-prezzijiet u/jew il-materja prima u l-kostijiet tal-produzzjoni tal-prodott investigat. Kif spjegat fit-taqsima 3.3.1.5 hawn fuq, l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ hija soġġetta għal numru ta’ interventi governattivi deskritti fir-Rapport (kopertura mill-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u dokumenti oħra, distorsjonijiet fil-materja prima, distorsjonijiet finanzjarji, eċċ.), li huma espliċitament elenkati u referenzjati f’dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-premessi minn (124) sa (138) ta’ dan ir-Regolament għandhom ukoll għadd ta’ distorsjonijiet applikabbli għas-settur tal-fibra tal-ħġieġ u/jew għall-materji primi u l-inputs tiegħu lil hinn mid-distorsjoni sinifikanti li diġà tinsab fir-Rapport. Iċ-ċirkostanzi tas-suq u l-politiki u l-pjanijiet sottostanti li jwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti għadhom applikabbli għas-settur tal-fibra tal-ħġieġ u għall-kostijiet tal-produzzjoni tiegħu, minkejja li r-Rapport kien rilaxxat f’Diċembru 2017. L-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Barra minn hekk, l-evidenza addizzjonali ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jinsabu fil-premessi minn (98) sa (160) għadhom applikabbli u l-ebda parti ma ressqet xi evidenza li turi l-kuntrarju. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
(165) |
Waqt seduta li saret wara r-rivelazzjoni finali, il-grupp Yuntianhua sostna li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tiegħu. Il-kumpanija sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni separata tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għal kull kumpanija. Hija argumentat ukoll li bħala produttur integrat vertikalment il-proċess ta’ produzzjoni tiegħu ma tibdiex bil-GFR, iżda bil-materja prima għall-produzzjoni tal-GFR. Għalhekk, il-Kummissjoni kien imissha qieset dawn il-materji primi meta ħadmet il-valur normali. |
(166) |
Il-produttur esportatur ma ppreżenta l-ebda evidenza li turi li l-prezzijiet jew il-kostijiet tiegħu tal-GFF, inklużi l-kostijiet tal-materji primi, tal-enerġija u tax-xogħol ma kinux distorti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jagħtu lok għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) japplikaw għall-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ. Fi kwalunkwe każ, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti li l-produtturi esportaturi juru li l-kostijiet domestiċi tagħhom stess mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, f’liema każijiet jintużaw għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni msemmija fil-premessi minn (98) sa (162), u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li dawn is-sejbiet ma japplikawx għall-kostijiet domestiċi ta’ dan il-produttur esportatur, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni stabbilixxiet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet trażversali sinifikanti li jaffettwaw il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u/jew l-inputs tiegħu, u għalhekk huma fi kwalunkwe każ affettwati minn dawn id-distorsjonijiet sinifikanti irrispettivament minn jekk il-produtturi jibdewx il-produzzjoni mill-GFR jew għandhomx produzzjoni kompletament integrata. |
(167) |
Għalhekk, il-konklużjoni meħuda fil-premessa (162) ġiet ikkonfermata. |
3.3.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.2.1. Rimarki ġenerali
(168) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:
|
(169) |
Kif spjegat fil-premessi minn (93) sa (95), il-Kummissjoni għamlet żewġ noti għall-fajl (77) dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali disponibbli għall-partijiet interessati. |
(170) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tat-8 ta’ April 2019, produttur esportatur wieħed fil-kampjun iddikjara li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tibdiex tfittex sorsi alternattivi biex tiddetermina l-valur normali tal-produtturi esportaturi Ċiniżi billi kien għadu ma ġiex muri li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti tal-kostijiet u l-prezzijiet għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-GFF fir-RPĊ. |
(171) |
L-ilment kien fih biżżejjed evidenza li kellha t-tendenza tixhed l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont l-Artikolu 5(9) flimkien mal-Artikolu 2(6a)(a), (b) u (e) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(6a)(e), il-Kummissjoni hija meħtieġa tiġbor is-sorsi tagħha li jikkonċernaw il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jekk id-distorsjonijiet sinifikanti jiġu kkonfermati li jeżistu bħala riżultat tal-investigazzjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3.2.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
(172) |
Fin-Nota ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni identifikat id-disa’ pajjiżi li ġejjin: il-Brażil, il-Messiku, il-Federazzjoni Russa u t-Turkija, li huma meqjusa mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, jiġifieri kollha huma kklassifikati bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” abbażi tal-introjtu nazzjonali gross (“ING”). |
(173) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tat-8 ta’ April 2019, produttur esportatur wieħed fil-kampjun innota li skont il-bażi tad-data tal-Bank Dinji dwar l-ING, kemm il-Brażil kif ukoll il-Messiku kienu eqreb lejn ir-RPĊ f’termini tal-ING (introjtu gross nazzjonali) per capita. Barra minn hekk, huwa nnota li l-ING tat-Turkija huwa ferm ogħla mill-erba’ pajjiżi l-oħra (inkluża r-RPĊ) u l-Federazzjoni Russa għandha ING per capita ogħla mir-RPĊ iżda inqas mit-Turkija. Għalhekk, skont dan il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun, il-Brażil u l-Messiku dehru li kienu għażliet aħjar għal dan il-kriterju mill-Federazzjoni Russa u mit-Turkija. |
(174) |
Meta jkun qed jinbena l-valur normali f’każ ta’ pajjiżi b’distorsjonijiet sinifikanti, l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li l-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħala l-pajjiż esportatur. Il-Kummissjoni tista’ tuża wkoll prezzijiet, kostijiet jew parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni jew informazzjoni xierqa oħra. Sabiex jiġi definit liema pajjiżi huma f’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur f’kull każ, il-Kummissjoni tuża pajjiżi kklassifikati fl-istess kategorija ta’ introjtu mill-Bank Dinji. Din il-bażi tad-data ppermettiet lill-Kummissjoni jkollha għadd suffiċjenti ta’ pajjiżi potenzjalment xierqa b’livell simili ta’ żvilupp biex tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(175) |
Ir-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-pajjiż rappreżentattiv jkun l-eqreb tal-ING attwali tal-pajjiż esportatur. Għalhekk, il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING per capita eqreb għal dak tar-RPĊ minn ieħor mhuwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. F’dan il-każ, il-kategorija rilevanti tal-Bank Dinji kienet dik tal-pajjiżi b’introjtu medju superjuri, fejn ir-RPĊ hija kklassifikata. Filwaqt li huwa minnu li t-Turkija għandha l-ogħla ING, l-erba’ pajjiżi kollha għandhom livell simili ta’ żvilupp ekonomiku għar-RPĊ u tqiesu li jissodisfaw il-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(176) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-erba’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli identifikati kollha kienu komparabbli bl-istess mod f’termini ta’ żvilupp ekonomiku mar-RPĊ, kif iddikjarat fin-Nota ta’ Settembru 2019. |
(177) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2019, l-istess produttur esportatur inkluż fil-kampjun tenna l-argumenti tiegħu deskritti fil-premessa (173) u, barra minn hekk, semma żewġ investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti li jikkonċernaw importazzjonijiet ta’ planki tal-azzar illaminati bis-sħana mir-RPĊ u importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku mir-RPĊ (78) li fihom il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tagħżel pajjiżi b’ING per capita f’livell simili għal dak tar-RPĊ. |
(178) |
Ma hemm l-ebda differenza fil-metodoloġija użata bejn l-investigazzjoni kurrenti u ż-żewġ investigazzjonijiet preċedenti li għalihom jirreferi l-produttur esportatur. Fil-każijiet kollha, l-istandard applikat kien dak deskritt fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jiġifieri li l-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħala l-pajjiż esportatur. Kif imsemmi fil-premessa (175), ir-Regolament bażiku ma jirrikjedix li l-pajjiż rappreżentattiv ikollu ING simili għall-pajjiż esportatur iżda li għandu livell simili ta’ żvilupp ekonomiku. Għalhekk, il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING eqreb minn ieħor ma jistax ikun fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq jekk ikunu fl-istess kategorija ta’ pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħal dak tar-RPĊ. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3.2.3. Produzzjoni tal-prodott investigat fil-pajjiż rappreżentattiv u disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv
(179) |
Fin-Nota ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni indikat li l-produzzjoni tal-GFF kienet magħrufa li sseħħ fil-Brażil, fil-Messiku, fil-Federazzjoni Russa u fit-Turkija. Il-Kummissjoni investigat ukoll x’data finanzjarja disponibbli pubblikament għal dawk l-erba’ pajjiżi. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jidentifikaw produtturi oħra tal-prodott investigat. |
(180) |
Rigward il-Brażil, wara n-Nota ta’ Marzu 2019, fejn il-Kummissjoni indikat li ma kienet sabet l-ebda informazzjoni finanzjarja disponibbli pubblikament għall-kumpaniji Brażiljani, l-ilmentatur issottometta r-rapport annwali awditjat ta’ Owens Corning Fiberglas A.S. Ltda. għall-2017 u rapport tal-introjtu ta’ Saertex Tecidos Brasil Ltda allegatament estratt mir-rapport annwali tagħha. Dawn id-dokumenti kienu disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni. Fuq dik il-bażi, l-ilmentatur talab lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(181) |
Il-Kummissjoni qieset il-limitu tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur u wettqet riċerka addizzjonali fir-rigward tal-Brażil. Madankollu, ma nstabet l-ebda informazzjoni finanzjarja disponibbli pubblikament addizzjonali fil-bażi tad-data ta’ Orbis, Bloomberg jew sorsi pubbliċi oħra fir-rigward tal-produtturi Brażiljani tal-GFF jew prodotti relatati ma’ GFF. Wara li identifikat ċerti kwistjonijiet dwar il-fatturi tal-produzzjoni kif speċifikati fil-premessi minn (196) sa (198), u wara li qieset lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi tal-fatturi rilevanti kollha kif speċifikati fil-premessa (211), il-Kummissjoni qieset li ma kienx meħtieġ li tieħu pożizzjoni dwar il-possibbiltà li tintuża informazzjoni li ma tkunx disponibbli għall-pubbliku kollu iżda li tkun disponibbli għall-partijiet interessati kollha fil-fajl mhux kunfidenzjali. |
(182) |
Il-Kummissjoni indikat fin-Nota ta’ Marzu 2019 li lanqas il-Messiku ma seta’ jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni finanzjarja suffiċjenti għaż-żewġ kumpaniji identifikati (Oscar Alberto Torres Aguilar u Plásticos Reforzados de México, S.A). |
(183) |
Madankollu, aktar riċerka mwettqa wara li nħarġet din in-nota żvelat l-eżistenza ta’ żewġ produtturi addizzjonali tal-GFF u/jew tal-materja prima prinċipali tiegħu, il-GFR, fil-Messiku, jiġifieri Saint-Gobain Mexico S.A de C.V u Owens Corning Mexico S.A de C.V. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx issib informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar l-indikaturi finanzjarji rilevanti għal xi wieħed minn dawk il-produtturi. Il-Kummissjoni lanqas ma setgħet issib informazzjoni finanzjarja addizzjonali dwar Oscar Alberto Torres Aguilar u Plásticos Reforzados de México, S.A. |
(184) |
Fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, il-Kummissjoni indikat fin-Nota ta’ Marzu 2019 li identifikat tliet produtturi tal-GFF (P-D Tatneft-Alabuga Steklovolokno LLC (P-D Tatneft), OCV Steklovolokno OJSC (OC Russia), u Steklonit JSC (Steklonit)), li għalihom id-data tal-2017 kienet disponibbli fil-bażi ta’ data ta’ Orbis. Sadanittant, il-bażi ta’ data ta’ Orbis ipprovdiet data tal-2018 għal Steklonit, filwaqt li d-data finanzjarja għall-2018 għal P-D Tatneft u OC Russia kienet għadha mhix disponibbli (fil-bażi ta’ data ta’ Orbis jew kwalunkwe sors ieħor disponibbli pubblikament). Madankollu, kif spjegat fil-premessa (199), il-Kummissjoni identifikat ċerti kwistjonijiet li jikkonċernaw il-fatturi tal-produzzjoni. |
(185) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-Turkija, fin-Nota ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni indikat li kienet identifikat tmien produtturi tal-GFF. Riċerka addizzjonali mwettqa mill-Kummissjoni wriet li, minn dawn it-tmien produtturi, Metyx biss kienet produttur tal-GFF u li Cam Elyaf kienet produttur tal-GFR. Aktar riċerka kixfet ukoll li l-informazzjoni finanzjarja msemmija fin-Nota ta’ Marzu 2019 għal Metyx kienet fil-fatt ta’ kumpanija relatata, li ma kinitx timmanifattura l-GFF. Id-data finanzjarja ta’ Metyx ma kinitx disponibbli fil-bażi ta’ data ta’ Orbis, Bloomberg jew kwalunkwe sors ieħor disponibbli pubblikament għal kwalunkwe sena finanzjarja. Fil-każ ta’ Cam Elyaf, id-data finanzjarja għall-2018 kienet disponibbli fuq is-sit web tal-kumpanija f’forma konsolidata għall-Grupp Sisecam, li minnu tagħmel parti Cam Elyaf (79). Id-data finanzjarja tkopri s-segment tal-“Operat kimiku” tal-grupp, li jinkludi l-GFR. Barra minn hekk, skont prospett finanzjarju (80) ppubblikat mill-Grupp Sisecam, Cam Elyaf biegħet 28 985 tunnellata GFR fl-2018. Il-volumi tal-bejgħ fit-Turkija u barra minnha ammontaw għal 21 033 tunnellata u 7 952 tunnellata, rispettivament, fl-2018. Fl-2018, Cam Elyaf iġġenerat bejgħ ta’ TRY 190 miljun u EBITDA ta’ TRY 39 miljun. Għalhekk, fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li, biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni, hija kienet se tuża d-data finanzjarja tas-segment tal-Operat Kimiku tal-grupp Tork Sisecam għall-2018, li jinkludi l-GFR. |
(186) |
Wara n-Nota ta’ Settembru 2019, wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun argumenta li peress li Cam Elyaf, il-parti tal-produtturi tal-GFR tal-grupp Sisecam, ma tipproduċix u lanqas ma tbigħ il-GFF, iżda l-GFR, l-informazzjoni finanzjarja ta’ din il-kumpanija ma tistax titqies affidabbli fir-rigward tal-GFF. Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tagħhom tat-13 ta’ Settembru 2019, is-CCCLA u produttur esportatur ieħor fil-kampjun sostnew li l-Kummissjoni jenħtieġ li ma tużax id-data finanzjarja tas-segment tal-Operat Kimiku tal-grupp Sisecam peress li l-produzzjoni tal-GFR tirrappreżenta biss parti żgħira mill-attività tagħhom u ma kienx ċert jekk in-negozju tal-GFR kienx profittabbli. Ġie ddikjarat ukoll li fl-2017 Cam Elyaf ippreżentat ilment anti-dumping lill-awtoritajiet Torok li jindika li kienet qed iġġarrab dannu kkawżat minn importazzjonijiet tal-GFR oġġett ta’ dumping mill-Eġittu u, għalhekk, tista’ tkun inqas profittabbli mis-settur Kimiku kollu tal-grupp Sisecam. Is-CCCLA u l-produttur esportatur issuġġerew li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża d-data finanzjarja ta’ produtturi Torok oħra tal-GFF bħal Setex, il-Grupp Kivanc, Dost Kimya u Aytu Teknik. Ġie argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma spjegatx fin-Nota ta’ Settembru 2019 għaliex iddeċidiet li teskludi lil Istanbul Teknik u Sonmez Holding bħala sorsi possibbli għall-istabbiliment ta’ SG&A u profitt mingħajr distorsjoni peress li anki huma jipproduċu prodotti relatati mal-fibra tal-ħġieġ. |
(187) |
Kif iddikjarat fil-premessa (205), l-ebda informazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-GFF fit-Turkija ma kienet faċilment disponibbli. Barra minn hekk, la s-CCCLA u lanqas il-produttur esportatur ma ssottomettew xi informazzjoni finanzjarja għal kwalunkwe wieħed mill-produtturi tal-GFF fit-Turkija kif mitlub fl-Anness I tan-Nota ta’ Marzu 2019 biex jidentifikaw il-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx issib informazzjoni finanzjarja pubblikament disponibbli fil-bażi ta’ data ta’ Orbis, Bloomberg jew sorsi pubbliċi oħra għall-produtturi tal-GFF speċifikati mis-CCCLA u l-produttur esportatur fil-premessa (186). Barra minn hekk, fir-rigward ta’ Istanbul Teknik (81) u Sonmez Holding (82), skont l-informazzjoni fuq is-sit web tal-kumpanija tagħhom, dawn mhumiex qed jimmanifatturaw il-GFR jew prodotti relatati mal-GFF iżda prodotti tal-fibra tal-poliester. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet kollha li saru f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-data finanzjarja għall-produtturi tal-GFR, li tirrappreżenta aktar minn 70 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-GFF, tista’ titqies bħala rappreżentattiva wkoll għall-produtturi tal-GFF. |
(188) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni irrifjutat ukoll l-affermazzjoni ta’ Jushi/Hengshi li Cam Elyaf tkun inqas profittabbli mis-settur tal-operazzjonijiet kimiċi kollha tal-grupp ta’ Sisecam minħabba li CAM Elyaf fl-2017 ressqet ilment anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mill-Eġittu li jallega li hija kienet sofriet dannu materjali. L-evidenza ppreżentata minn Jushi/Hengshi fil-fatt ikkontradixxiet l-affermazzjoni tagħha li l-importazzjonijiet Eġizzjani kienu jnaqqru l-profitti ta’ CAM Eslyaf. Skont din l-evidenza, l-awtoritajiet Torok sabu li CAM Elyaf ma sofrietx dannu materjali u temmet l-investigazzjoni. Għalhekk, is-sottomissjoni ta’ Jushi/Hengshi kienet fattwalment inkorretta u għandha tkun irrifjutata. |
(189) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa mill-partijiet interessati u informazzjoni rilevanti oħra disponibbli fil-fajl, il-Kummissjoni stabbiliet lista inizjali tal-fatturi tal-produzzjoni u tas-sorsi relatati mal-GFF li kellha l-ħsieb li tuża għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi. Minbarra l-informazzjoni u l-evidenza li waslet mingħand il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, xi wħud mill-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (“kodiċijiet SA”) ippubblikati fin-Nota ta’ Marzu 2019 ġew riveduti (f’xi każijiet il-kodiċi SA oriġinali nżamm u ġie kompletat b’kodiċijiet SA addizzjonali filwaqt li f’każijiet oħra ġie ssostitwit b’kodiċi SA ġdid, ġew identifikati wkoll fatturi ġodda ta’ produzzjoni). Il-lista aġġornata tal-fatturi tal-produzzjoni u kodiċijiet SA ġiet ipprovduta fin-Nota ta’ Settembru 2019. |
(190) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tat-8 ta’ April 2019, produttur esportatur wieħed li kkoopera inkluż fil-kampjun innota li l-Kummissjoni elenkat kull materja prima fin-Nota ta’ Marzu 2019 fil-livell ta’ kodiċi SA b’sitt ċifri biss, li x’aktarx li kienet tkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti għajr il-materja prima speċifika li għaliha jeħtieġ li jiġi stabbilit valur. Għalhekk, sabiex titjieb il-preċiżjoni tad-data, dan il-produttur esportatur issuġġerixxa li minflok il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża kodiċijiet tal-prodott bi tmien ċifri. Il-Kummissjoni nnotat li huwa biss ladarba jintgħażel il-pajjiż rappreżentattiv, li jkunu jistgħu jiġu ddeterminati kodiċijiet tal-prodott tajba li jmorru lil hinn minn sitt ċifri bl-użu tal-kodiċijiet speċifiċi tal-pajjiż. Dan sar fin-Nota ta’ Settembru 2019, meta ġew ipprovduti kodiċijiet tal-prodott Torok li jinkludu sa 12-il ċifra fejn disponibbli. |
(191) |
L-istess produttur esportatur fis-sottomissjoni tiegħu tat-8 ta’ April 2019 iddikjara li d-data tal-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni ma tkunx sinifikattiva, billi l-prezzijiet tal-importazzjoni f’pajjiż terz la jirriflettu l-prezzijiet domestiċi attwali u lanqas il-prezzijiet tax-xiri f’dak il-pajjiż. Il-produttur esportatur inkwistjoni ddikjara li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjoni huwa affettwat minn fatturi bħall-kwantità tal-prodott importat, it-tip ta’ prodott, u d-disponibbiltà ta’ tali prodott fil-pajjiż importatur kif ukoll fil-pajjiż esportatur. Għalhekk, għal ċerti prodotti, il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ kien aktar baxx mill-bqija tad-dinja, filwaqt li għal prodotti oħra dan kien l-oppost. Fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ kienu sistematikament ogħla mill-bqija tad-dinja. Barra minn hekk, l-istess produttur esportatur iddikjara li r-ramel tas-siliċe kien disponibbli b’mod naturali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u għalhekk il-prezzijiet tal-importazzjoni jenħtieġ li jkunu simili għall-pajjiżi kollha. Minn dan joħroġ li kwalunkwe differenza bejn il-prezzijiet mir-RPĊ u dawk mill-bqija tad-dinja tista’ tiġi spjegata mid-differenzi fil-kwalità u l-grad tal-prodott. Għalhekk, il-produttur esportatur issuġġerixxa li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-prezz domestiku ta’ kull fattur ta’ produzzjoni f’kull pajjiż rappreżentattiv potenzjali u li, f’każ li ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni dwar il-prezzijiet domestiċi, il-Kummissjoni fi kwalunkwe każ jenħtieġ li tinjora l-prezzijiet ta’ importazzjoni “għoljin b’mod anormali”. |
(192) |
L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront.” Il-Kummissjoni m’għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha data dwar il-prezzijiet domestiċi fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli, u data bħal din mhijiex disponibbli fil-pront. B’kuntrast, id-data dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni hija disponibbli faċilment u l-Kummissjoni tuża l-Global Trade Atlas (GTA) bħala s-sors ta’ din id-data. Jekk l-evidenza miġbura tikkonferma l-bażi għall-applikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni taġġusta l-prezzijiet tal-importazzjoni (eż. billi żżid id-dazji doganali rilevanti) biex tasal għal indikatur raġonevoli li jirrappreżenta prezz domestiku mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv magħżul. Il-Kummissjoni vverifikat ukoll li hemm biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi mingħajr distorsjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet sabiex il-prezz medju użat inaqqas l-impatt ta’ kwalunkwe prezz potenzjalment anormali fil-limitu inferjuri u ogħla tal-firxa. Għalhekk, il-prezzijiet aġġustati ta’ ċertu input jirriflettu taħlita ta’ kwalitajiet differenti u d-disponibbiltà tagħha fis-swieq ikkonċernati. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni eskludiet wkoll id-data dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament (UE) 2015/755”) (83). Dment li l-kwantitajiet tal-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni jkunu rappreżentattivi biżżejjed u ma jkun hemm l-ebda ċirkustanza speċifika oħra li tagħmilhom mhux rappreżentattivi jew mhux xierqa, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva għaliex għandha tiġi eskluża data bħal din mill-analiżi. Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur ma indika l-ebda sors għall-prezzijiet domestiċi għall-ebda wieħed mill-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li d-data użata ma tkunx rappreżentattiva, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni. |
(193) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2019, produttur esportatur ieħor inkluż fil-kampjun argumenta li l-prezzijiet tal-elettriku fit-Turkija kienu disponibbli fuq is-sit web tal-Istitut Statistiku Tork, filwaqt li l-prezzijiet għall-elettriku tar-Russja ppubblikati mis-Servizz Federali Russu tal-Istatistika tal-Istat ma ġewx aġġornati għal bosta snin. |
(194) |
Il-Kummissjoni wettqet riċerka addizzjonali dwar il-prezzijiet tal-elettriku fil-Federazzjoni Russa. Din ir-riċerka kkonfermat li d-data disponibbli pubblikament rigward il-prezzijiet tal-elettriku fil-Federazzjoni Russa kienet skaduta. B’riżultat ta’ dan, kien hemm disponibbiltà aħjar ta’ data pubblika għall-prezzijiet tal-elettriku fit-Turkija milli fil-Federazzjoni Russa, minħabba li l-prezzijiet tal-elettriku tat-Turkija huma aktar riċenti. |
(195) |
L-istess produttur esportatur inkluż fil-kampjun u l-ilmentatur enfasizzaw li l-prezz tal-gass naturali, sors ta’ enerġija użat fil-produzzjoni tal-GFR u l-GFF, kien distort fil-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rigward, l-ilmentatur, filwaqt li argumenta li r-Russja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq, irrefera għal investigazzjoni anti-dumping preċedenti dwar l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa (84) u investigazzjoni anti-dumping dwar importazzjonijiet tas-siliċju li joriġinaw mir-RPĊ (85). Il-gass naturali huwa sors importanti ta’ enerġija użat fil-produzzjoni tal-GFF, li jirrappreżenta bejn 6 % sa 10 % tal-kost tal-produzzjoni tal-produttur esportatur integrat vertikalment inkluż fil-kampjun li kkoopera. Għalhekk, fuq din il-bażi, u meta wieħed iqis li l-prezzijiet tal-gass naturali jidhru distorti fil-Federazzjoni Russa, id-data dwar il-prezzijiet tal-gass naturali fil-Federazzjoni Russa ma tkunx adattata biex jiġi stabbilit xi parametru referenzjarju. |
(196) |
Peress li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda informazzjoni disponibbli dwar data finanzjarja għall-produtturi Messikani, kif indikat fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni wettqet analiżi tad-data tal-importazzjoni għall-fatturi kollha tal-produzzjoni għall-Brażil, il-Federazzjoni Russa u t-Turkija biss. Id-data dwar l-importazzjoni ġiet estratta bl-aktar kodifikazzjoni dettaljata tal-prodott disponibbli f’kull pajjiż rispettiv. Id-data dwar l-importazzjonijiet fil-pajjiż rappreżentattiv mir-RPĊ u minn dawk li mhumiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 ġiet eskluża wkoll. |
(197) |
Abbażi ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni sabet li fir-rigward tal-Brażil, GFR (il-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-GFF) kienet prinċipalment importata mir-RPĊ. Mill-importazzjonijiet totali tal-GFR, 9,35 % biss kienu ġejjin minn sorsi oħra u kienu mingħajr distorsjoni. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu ġew imminati b’mod sinifikanti. Il-Kummissjoni tinnota li l-GFR jirrappreżenta aktar minn 70 % mill-kost tal-produzzjoni għal GFF ta’ produtturi integrati mhux vertikalment, u għalhekk huma input sostanzjali li jaffettwa sehem sinifikanti tal-valur normali. Barra minn hekk, 50 % tal-importazzjonijiet tar-raden tal-fibra tal-ħġieġ, li jirrappreżentaw madwar 2 % tal-kost tal-produzzjoni għal GFF ta’ produtturi integrati mhux vertikalment, huma importati mir-RPĊ ukoll, u għalhekk ir-rappreżentattività ta’ dan l-input u l-valur sottostanti tiegħu huma mminati wkoll. |
(198) |
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, u kif iddikjarat fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil ma kienx jidher li huwa pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(199) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, is-sehem ta’ importazzjonijiet mingħajr distorsjoni mill-importazzjonijiet totali għall-fatturi ta’ produzzjoni kollha kien l-aktar wieħed baxx mit-tliet pajjiżi analizzati u, għalhekk, il-valuri ta’ importazzjoni tqiesu li huma influwenzati b’mod sinifikanti minn importazzjonijiet distorti mir-RPĊ u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. Fl-2018, f’termini ta’ volum, 2,32 % biss ta’ pirofilite (materja prima ewlenija użata minn produtturi integrati vertikalment, li tirrappreżenta aktar minn 5 % tal-kost tal-produzzjoni), 11,23 % ta’ GFR (il-materja prima ewlenija użata minn produtturi integrati mhux vertikalment, li tirrappreżenta aktar minn 70 % tal-kost tal-produzzjoni) u 39,78 % tar-raden sintetiċi (li jirrappreżenta madwar 2 % tal-kost tal-produzzjoni) kienu importati minn pajjiżi bi swieq mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (194), ma hemmx statistika aġġornata dwar il-prezzijiet tal-elettriku tar-Russja, u investigazzjonijiet reċenti jissuġġerixxu li l-prezzijiet tal-gass jistgħu jiġu distorti fil-Federazzjoni Russa. |
(200) |
Fir-rigward tat-Turkija, il-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet ta’ GFR u pirofilite (75,07 % u 81,96 % rispettivament mill-importazzjonijiet totali) ma kinux distorti. B’mod ġenerali, is-sehem ta’ inputs importati mingħajr distorsjoni kien ta’ 97,97 %. Għalhekk, ir-rappreżentattività ta’ importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fit-Turkija kienet għolja. |
(201) |
Fis-sottomissjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2019, l-ilmentatur iddikjara li d-deprezzament tar-rublu Russu kontra l-euro bejn l-2014 u l-2018 kellu effett distorsiv fuq il-kost tal-produzzjoni fil-Federazzjoni Russa. L-evoluzzjoni tar-rublu kontra l-euro indikata mill-ilmentatur mhijiex speċifikament rilevanti għall-perjodu ta’ investigazzjoni u lanqas ma kien rilevanti l-effett tagħha fuq il-kost tal-produzzjoni fil-Federazzjoni Russa sostanzjata b’kull forma ta’ evidenza. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(202) |
Barra minn hekk, fis-sottomissjoni tiegħu tat-8 ta’ April 2019, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun ikkontesta l-affidabbiltà tad-data konvertita f’euro fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, il-kost tal-produzzjoni u l-marġnijiet ta’ profitt għal pajjiżi bi żvalutazzjonijiet qawwija, b’mod partikolari l-lira Torka u r-rublu Russu bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u l-1 ta’ Jannar 2019. |
(203) |
Meta jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji abbażi tal-prezzijiet tal-importazzjoni għall-kalkolu tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valuri tal-importazzjoni fil-pajjiżi rappreżentattivi finalment jiġu kkonvertiti fil-munita tal-pajjiż esportatur. Il-Kummissjoni tinnota li l-produttur esportatur ma wriex jekk u kif id-devalwazzjoni tal-munita fil-Federazzjoni Russa u/jew fit-Turkija fis-snin 2017-2019 fil-fatt affettwat il-kostijiet tal-produzzjoni u l-marġnijiet tal-profitt għal dawn il-pajjiżi. Il-Kummissjoni sabet li din l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata u għalhekk, irrifjutata. |
(204) |
Fir-rigward tal-Federazzjoni Russa, fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-premessa (199), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ammont limitat ta’ importazzjonijiet mingħajr distorsjoni fil-Federazzjoni Russa b’mod ġenerali, u l-fatt li l-għadd ta’ materja prima ewlenija, li jirrappreżenta sehem sinifikanti mill-kostijiet tal-produzzjoni, kienu distorti (jiġifieri l-gass) jew li għalihom ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni aġġornata (jiġifieri l-elettriku), jagħmilhom rappreżentattivi b’mod insuffiċjenti għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, il-Federazzjoni Russa ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(205) |
Minħabba d-disponibilità limitata ta’ data ta’ importazzjoni rappreżentattiva fil-Brażil u l-Federazzjoni Russa b’kuntrast mal-kwalità għolja ta’ data dwar fatturi tal-produzzjoni disponibbli fit-Turkija kif spjegat fil-premessa (200), il-Kummissjoni qieset ukoll id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja pubblika ta’ kumpaniji li jipproduċu prodotti fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt investigazzjoni fit-Turkija. Kif spjegat fil-premessa (185), id-data disponibbli pubblikament tal-produtturi tal-GFF ma kinitx disponibbli. Speċifikament, il-Kummissjoni ffokat fuq il-produtturi ta’ GFR, peress li l-investigazzjoni wriet li GFR jirrappreżentaw aktar minn 70 % mill-kost totali tal-produzzjoni tal-GFF. Għalhekk, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kien ikkunsidrat li d-data finanzjarja għall-produtturi ta’ GFR tista’ titqies bħala rappreżentattiva wkoll għall-produtturi tal-GFF. |
(206) |
Fid-dawl tal-fatturi kollha msemmija hawn fuq, u kif iddikjarat fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħżel lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(207) |
Produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun tenna l-kummenti tiegħu kif diġà ddikjarat fil-premessa (191), iżda mingħajr ma pprovda informazzjoni ġdida. Għalhekk, il-kummenti pprovduti ma ġewx aċċettati għall-istess raġunijiet kif deskritt fil-premessa (192). |
(208) |
L-istess produttur esportatur tenna wkoll it-talba tiegħu stipulata fil-premessa (202). Barra minn hekk, il-fatt li l-iżvalutazzjoni ta’ kważi 35 % tal-Lira Torka matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkollha impatt kbir fuq il-kost u l-fatturat ta’ kumpanija fit-Turkija speċjalment minħabba li ħafna mill-prodotti importati tħallsu f’USD jew il-munita tal-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, il-produttur esportatur argumenta li r-rata tal-kambju għandha impatt dirett fuq il-marġni tal-profitt finali ta’ kumpanija u rrefera għal żewġ investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti fuq importazzjonijiet ta’ GFR mir-RPĊ (86) u fuq importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa mir-RPĊ (87) fejn il-Kummissjoni użat mira ta’ profitt ta’ 5 % u 12 % rispettivament. |
(209) |
F’dan ir-rigward, id-dikjarazzjoni ta’ dan il-produttur esportatur hija purament spekulattiva, minħabba li ma kinitx appoġġjata minn evidenza ta’ sostenn u la fuq il-munita tax-xiri tal-prodotti importati mill-kumpanija li ntużat biex jiġi ddeterminat il-livell tal-ispejjeż tal-bejgħ, amministrattivi ġenerali (“SG&A”) u l-profitt, u lanqas l-impatt allegat fuq iċ-ċifri tal-kostijiet u l-fatturat jew il-profitt tal-kumpanija. Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur ma indikax jekk l-iżvalutazzjoni għandhiex impatt b’mod pożittiv jew negattiv fuq il-kostijiet, il-fatturat u l-profitt. Instab li din l-affermazzjoni ma kinitx ċara u ma kinitx sostanzjata u, għalhekk, ġiet irrifjutata. |
(210) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti msemmija fil-premessa (208), jenħtieġ li jiġi nnotat li, il-profitt fil-mira u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv mhumiex komparabbli peress li jirreferu għal kunċetti differenti u għal pajjiżi differenti. B’mod partikolari, il-profitt mira li għalih tirreferi l-parti huwa l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ domestiku fl-Unjoni taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni u jintuża biex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ ħsara. Il-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv jintuża fil-kalkolu tal-valur normali b’referenza għall-pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Dan il-profitt irid jirrifletti l-profitt miksub minn kumpanija li tipproduċi l-prodott taħt investigazzjoni jew prodott simili, f’pajjiż rappreżentattiv. Billi dawn iż-żewġ profitti differenti mhumiex komparabbli, u d-dikjarazzjoni hija bbażata fuq il-profitt użat f’kuntest differenti mill-kostruzzjoni fuq valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, din id-dikjarazzjoni kienet irrilevanti u, għalhekk, ma ġietx aċċettata. |
(211) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(212) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Taishan iddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tanalizza l-akkuratezza u r-realtà kummerċjali tad-data tal-importazzjoni. Pereżempju, għad-data tal-importazzjoni użata biex ikun ikkalkulat il-valur ta’ referenza għal pyrophylitte, ma kienx possibbli li jiġi identifikat liema proporzjon ta’ importazzjonijiet taħt il-kodiċi tal-prodott Tork rispettiv kien rilevanti għal pyrophylitte. Barra minn hekk, hija żiedet li għal dan il-fattur ta’ produzzjoni, it-Turkija importat merkanzija taħt il-kodiċi tal-prodott rispettiva minn 33 pajjiż differenti u l-prezzijiet ta’ unità varjaw minn EUR 0,13/tunnellata għal EUR 207/tunnellata. Barra minn hekk, il-parametru referenzjarju użat mill-Kummissjoni għall-pyrophylitte kien ta’ 3,89 CNY/kg li kien kważi 10 darbiet ogħla mill-prezz reali tax-xiri għal kull unità. |
(213) |
Kif spjegat fil-premessa (192), il-Kummissjoni tuża l-GTA bħala sors ta’ data tal-importazzjoni biex tibni l-parametri referenzjarji meta l-investigazzjoni tistabbilixxi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jiskattaw l-applikazzjoni tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tivverifika wkoll li hemm biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi mingħajr distorsjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet sabiex il-prezz medju użat ma jkunx materjalment affettwat minn prezzijiet potenzjalment anormali fil-limitu inferjuri u ogħla tal-medda. Dan jiżgura li l-prezzijiet medji ta’ ċertu input jirriflettu t-taħlita ta’ kwalitajiet differenti u d-disponibbiltà tagħha fis-swieq ikkonċernati. Dment li l-kwantitajiet tal-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni jkunu rappreżentattivi biżżejjed u ma jkun hemm l-ebda ċirkustanza speċifika oħra li tagħmilhom mhux affidabbli jew mhux xierqa, ma hemm l-ebda raġuni oġġettiva għaliex għandha tiġi eskluża data mill-analiżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tuża d-data fl-aktar livell iddettaljat ta’ kodifikazzjoni tal-prodott disponibbli f’kull pajjiż rispettiv sabiex tinkiseb l-eqreb tqabbil possibbli għall-fatturi ta’ produzzjoni użati minn kull produttur esportatur fil-proċess tal-manifattura tiegħu. Dan biex jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji raġonevolment jirriflettu l-kost tal-materja prima/input. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li turi li d-data u l-metodoloġija użati ma jkunux jirrappreżentaw il-kost mingħajr distorsjoni għal kull input, il-Kummissjoni ċaħdet din id-dikjarazzjoni. |
(214) |
L-istess produttur esportatur iddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tivverifika u tikkunsidra r-realtà kummerċjali tal-parametru referenzjarju għall-profitt. B’appoġġ għat-talba tagħha, il-produttur esportatur qabbel il-parametru referenzjarju għal profitt li jammonta għal 39,26 %, mal-profitt fil-mira ta’ 6 % użat għall-kalkolu tal-prezz mhux dannuż għall-produtturi Ewropej, kif ukoll il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, li varja bejn 2,5 % u -3,4 %. Barra minn hekk, il-grupp Yuntianhua talab lill-Kummissjoni biex tuża, fil-bini tal-valur normali, marġni ta’ profitt ta’ 6 % (il-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni) minflok 39,26 % fuq il-bażi tal-pajjiż rappreżentattiv. Il-kumpanija argumentat li marġini ta’ profitt ta’ 39,26 % ma jkunx raġonevoli filwaqt li l-Artikolu 2(6a)(a) jeħtieġ li l-ammont ta’ profitt ikun raġonevoli. |
(215) |
Kif spjegat fil-premessa (210), il-profitt fil-mira, il-profitt tal-industrija tal-Unjoni u l-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv huma kunċetti differenti u jirreferu għal pajjiżi differenti u, għalhekk, mhumiex komparabbli. Il-profitt fil-mira huwa l-profitt miksub mill-industrija tal-Unjoni għall-bejgħ domestiku fl-Unjoni f’kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Dan jintuża biex jiġi kkalkulat il-marġni tad-dannu. Il-marġni ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni huwa l-profitt irreġistrat mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat (jiġifieri, profitt affettwat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mill-Eġittu). Huwa wieħed mill-indikaturi tad-dannu u użat fl-analiżi tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv huwa l-profitt reali ta’ kumpanija li nstab li kienet indikatur xieraq ta’ marġni ta’ profitt mhux distort għall-prodott ikkonċernat fil-pajjiż investigat. Għaldaqstant, u biex jiġi żgurat l-użu ta’ parametru referenzjarju xieraq, il-pajjiż rappreżentattiv irid ikun fl-istess livell ta’ żvilupp tal-pajjiż investigat kif previst fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Aktar importanti minn hekk, il-produttur esportatur naqas milli juri kif il-marġini ta’ profitt tal-kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq mhuwiex raġonevoli, u jekk iva, għaliex. Il-Kummissjoni fakkret li ma kien hemm xejn fil-fajl li jappoġġa n-nuqqas ta’ raġonevolezza tal-profitt ta’ din il-kumpanija. Fuq din il-bażi, dawn il-pretensjonijiet tqiesu bħala mhux sostanzjati u ġew miċħuda. |
(216) |
Barra minn hekk, Taishan iddikjarat li l-Kummissjoni għandha tiċċekkja u tivverifika t-talba rigward l-iżvalutar tal-munita fil-premessa (202). Il-kumpanija kkontestat iċ-ċaħda tat-talba fuq il-bażi li l-produttur esportatur ma kienx wera jekk u kif l-iżvalutar tal-munita fit-Turkija fis-snin 2017-2019 fil-fatt affettwa l-kostijiet tal-produzzjoni u l-marġnijiet tal-profitt għal dawn il-pajjiżi. |
(217) |
Għandu jiġi nnotat li żvalutazzjoni tal-munita tista’ taffettwa l-kost u l-profitt ta’ kumpanija b’mod pożittiv jew negattiv. Jekk l-istess munita tintuża fit-tranżazzjonijiet kollha, meta l-kostijiet jiġu affettwati b’mod negattiv, li tiżdied, il-kost tal-oġġetti mibjugħa u l-SG&A se jiżdied u, bħala konsegwenza, il-profitt se jonqos fir-rapporti finanzjarji tiegħu. Meta l-kostijiet jiġu affettwati b’mod pożittiv, iseħħ l-oppost. F’dan il-każ, il-produttur esportatur ma weriex kif l-iżvalutar tal-munita fil-fatt affettwa l-kost u/jew il-komponent tal-profitt fir-rapporti finanzjarji tiegħu, iżda sempliċiment ippreżenta dikjarazzjoni ġenerali ma kinitx sostanzjata. Għalhekk, mhuwiex korrett li wieħed jikkonkludi b’mod ġenerali li kwalunkwe varjazzjoni jkollha effett rilevanti u ovvju fl-affidabilità ta’ sett ta’ data. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ssostni l-konklużjoni li, fin-nuqqas ta’ talba komprensiva li turi kif l-iżvalutar tal-munita kien jaffettwa s-SG& u l-profitt biex b’hekk iwassal sabiex dawn ma jkunux xierqa għall-kostruzzjoni tal-valur normali fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, it-talba għandha tiġi miċħuda. |
3.3.2.4. Il-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
(218) |
Peress li ġie stabbilit li t-Turkija kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali skont l-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3.2.5. Konklużjoni
(219) |
Fid-dawl tal-analiżi t’hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
(220) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi sostnew li l-Kummissjoni ma kellhiex teskludi lil Kivanc Group, Dost Kimya, Istanbul Teknik u Sonmez Holding mill-konsiderazzjoni tagħha bħala sorsi possibbli għall-istabbiliment ta’ SG&A u profitt mhux distort kif iddikjarat fil-premessi (186) u (187) peress li huma produtturi tal-GFF jew prodotti relatati u d-data finanzjarja hija disponibbli pubblikament. Ġie ddikjarat li r-rapporti finanzjarji ta’ Kivanc Group li jkopru l-perjodu mill-2010 sal-2018 kif ukoll dawk ta’ Dost Kimya li jkopru l-perjodu mill-2008 sal-2015 kienu disponibbli fil-bażi tad-data Orbis. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li Sonmez Holding ipproduċiet prodotti relatati mal-fibra tal-ħġieġ u Instabul Tekknik użat prodotti tal-fibra tal-ħġieġ biex timmanifattura prodotti oħra, li jfisser li l-firxa ta’ produzzjoni taż-żewġ kumpaniji għandha titqies bħala “relatata mill-qrib” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(221) |
Għalkemm il-produttur esportatur sostna li d-data finanzjarja ta’ dawk il-produtturi tal-GFF kienet disponibbli fil-bażi tad-data Orbis ma ssottomettietx din id-data, la bil-kummenti tagħha għar-rivelazzjoni finali u lanqas bin-Nota ta’ Marzu 2019, li talbet lill-partijiet biex jidentifikaw il-produtturi tal-prodott investigat f’pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Wara s-sottomissjoni tal-kumpanija, madankollu, il-Kummissjoni reġgħet ikkonsultat il-bażi tad-data Orbis, sabiex tikkonferma jekk id-data msemmija minn Jushi/Hengshi kinitx disponibbli fil-bażi tad-data Orbis u għalhekk kellha tkun ikkunsidrata. Madankollu, dan il-kontroll addizzjonali (88) wera li, għall-kuntrarju ta’ dak li qalu Jushi/Hengshi, ma hemm l-ebda informazzjoni finanzjarja għal kumpanija li timmanifattura l-GFF jew prodotti simili disponibbli fil-bażi tad-data Orbis. Abbażi ta’ dan, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(222) |
Wara r-rivelazzjoni finali l-istess produttur esportatur iddikjara li kien probabbli ħafna li n-negozju tal-GFR tal-grupp Sisecam opera b’telf matul l-2018 minħabba li l-bejgħ ta’ karbonat tas-sodju kien jammonta għal 86 % tal-bejgħ totali u 94 % tal-profitti operatorji (valur) tas-segment tal-operazzjonijiet kimiċi ta’ Sisecam. Lanqas il-produttur esportatur ma pprovda xi evidenza li tappoġġa din id-dikjarazzjoni. |
(223) |
Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, ma hemm l-ebda bażi għall-konklużjoni li s-segment tan-negozju tal-GFR qed jagħmel telf. Anki jekk il-bejgħ tas-segment tal-GFR kien jirrappreżenta biss parti żgħira tal-bejgħ tas-segment tal-operazzjonijiet kimiċi u ġġenera wkoll parti żgħira mill-profitti operatorji, dan il-bejgħ seta’ fl-istess ħin ikun profittabbli b’mod sinifikanti (fil-fatt, saħansitra aktar profittabbli mill-bejgħ tal-karbonat tas-sodju). Għalhekk, l-affermazzjoni tqieset spekulattiva u ġiet irrifjutata. |
(224) |
Taishan iddikjarat li l-SG&A u l-profitt tas-segment ta’ operazzjonijiet kimiċi tal-grupp Sisecam ma setgħux jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali billi (i) parti biss mis-sussidjarji tal-grupp Sisecam kellha l-kapaċità li tipproduċi l-GFF, (ii) is-settur tal-fibra tal-ħġieġ tal-grupp Sisecam ġarrab kost għoli biex jibda faċilità ġdida u għalhekk il-Kummissjoni għandha tevalwa mill-ġdid il-kost, l-SG&A u l-profitt tal-prodott investigat u (iii) is-segment tal-operazzjonijiet kimiċi u s-settur tal-fibra tal-ħġieġ huma distorti minħabba għotjiet mill-gvern Tork. |
(225) |
Rigward l-ewwel affermazzjoni ta’ dan il-produttur esportatur, kif diġà ġie spjegat fid-dettall fil-premessa (185), fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni finanzjarja disponibbli pubblikament għall-produtturi tal-GFF fit-Turkija, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja tas-settur kimiku ta’ Sisecam Group għall-2018 kienet xierqa għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Dan għaliex fin-nuqqas ta’ data finanzjarja għall-prodott investigat, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott investigat biex taħdem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
(226) |
Fir-rigward tal-aġġustamenti għall-kostijiet tal-istabiliment, filwaqt li tali kost jista’ jaffettwa l-SG&A u l-profittabbiltà rrapportata skont ir-regoli tal-kontabbiltà applikati, il-produttur esportatur ma kkwantifikax l-effetti allegati u lanqas ma indika kif jenħtieġ li jsir l-allegat aġġustament. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe kost tal-istabiliment imdaħħal fl-2018 inaqqas il-marġini ta’ profitt reali. Għalhekk, anki jekk kien hemm xi impatt fuq l-SG&A u l-profittabbiltà tal-kumpanija, l-approċċ meħud mill-Kummissjoni kien wieħed konservattiv u favur il-produtturi esportaturi. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-kostijiet kienu rappreżentattivi għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni. Bl-istess mod, ma hemm l-ebda evidenza li l-għotjiet li l-kumpanija allegatament irċeviet irendu l-informazzjoni mhux affidabbli għall-fini ta’ din l-investigazzjoni. Il-produttur esportatur ma ta l-ebda informazzjoni dwar l-allegati għotjiet u b’liema mod kien se jkollhom effett ta’ distorsjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrifjuta l-affermazzjonijiet ta’ dan il-produttur esportatur. |
(227) |
Barra minn hekk, il-grupp Yuntianhua sostna li l-kalkolu tal-SG&A u tal-profitt tal-kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv ma għandhomx ikunu bbażati fuq id-dħul operatorju u l-ispejjeż operatorji biss iżda fuq id-dħul kollu, il-kost tal-prodotti mibjugħa (“COGS”) u l-ispejjeż. Il-produttur esportatur argumenta li l-ispejjeż tal-SG&A ġew definiti u kkwantifikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u ma jeħtieġu l-ebda żieda jew tnaqqis. Il-produttur esportatur sostna wkoll li d-dħul kien inklużiv tal-bejgħ lil partijiet relatati (“intergrupp”), filwaqt li l-SG&A u l-profitt użati biex jinħadem il-valur normali għandhom jirrigwardaw biss il-bejgħ lil partijiet mhux relatati. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur iddikjara li l-SG&A u l-profitt użati biex jinħadem il-valur normali għandhom ikopru biss il-bejgħ fis-suq domestiku Tork u mhux il-bejgħ totali tal-kumpanija inkwistjoni. |
(228) |
Meta jiġi kkunsidrat l-ewwel punt, biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitti xierqa, il-Kummissjoni ffokat fuq il-kostijiet direttament marbuta mal-produzzjoni, jiġifieri d-dħul u l-ispejjeż operatorji. Għaldaqstant, u minħabba li s-segmenti tal-operazzjonijiet kimiċi wasslu għal riżultat finanzjarju pożittiv, il-profitt finanzjarju tnaqqas mill-SG&A. Dan il-kalkolu renda SG&A u profitt affidabbli għas-segment kimiku tal-kumpanija sal-punt li ma tikkunsidraw b’mod mhux xieraq il-kostijiet li kompletament mhumiex relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ. Għall-kuntrarju ta’ dak li sostniet il-kumpanija, l-ispejjeż ġenerali kienu disponibbli fir-rapport annwali fil-livell tal-grupp kollu u mhux fil-livell tas-segmenti tan-negozju. Filwaqt li huwa korrett li l-bejgħ irrapportat jinkludi bejgħ intragrupp, biex jiġu żgurati t-trasparenza u d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati meta l-Artikolu 2(6a) ikun invokat, ir-Regolament bażiku jeħtieġ l-użu ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament, li mhux dejjem tiġi f’forma diżaggregata. Fl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni dejjem tiżgura li l-informazzjoni użata biex jinħadem il-valur normali tkun l-aħjar fost id-data disponibbli pubblikament. Hija tikkomunika lill-partijiet interessati kmieni fil-proċediment id-data li jkollha l-intenzjoni li tuża u tippermettilhom opportunitajiet suffiċjenti biex jipprovdu kummenti u jippreżentaw data aktar dettaljata. F’din l-investigazzjoni, filwaqt li bosta partijiet ikkritikaw l-informazzjoni użata mill-Kummissjoni, l-ebda waħda mill-partijiet ma ressqet data jew metodoloġija alternattiva aħjar u aktar dettaljata. Dan jappoġġa l-fehma li l-Kummissjoni rrikorriet għall-aħjar informazzjoni disponibbli pubblikament f’dan il-kuntest. F’dan il-każ partikolari, fil-fatt, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ (85 %) kienu lil partijiet mhux relatati u għalhekk, fil-biċċa l-kbira, jirriflettu r-riżultat tal-bejgħ lil dawn il-partijiet. Bl-istess mod, l-SG&A u l-profittabbiltà huma wkoll rappreżentattivi tal-bejgħ domestiku fil-pajjiż rappreżentattiv minħabba li 61 % sar fit-Turkija. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssostni li d-data użata biex jinħadem il-valur normali hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u hija l-aktar affidabbli u rappreżentattiva f’dan il-każ partikolari. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet dwar il-kwalità ta’ din l-informazzjoni għandhom jiġu rrifjutati. |
3.3.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mhux distorti
(229) |
Fin-Nota ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni ddikjarat li, biex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hi kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) biex tistabbilixxi l-kost mhux distort ta’ ħafna mill-fatturi tal-produzzjoni, filwaqt li għall-istabbiliment tal-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-ħaddiema, tal-enerġija u tal-iskart, is-sors użat ser ikun jiddependi mill-pajjiż rappreżentattiv magħżul. |
(230) |
Barra minn hekk, abbażi tad-deċiżjoni li t-Turkija tintuża bħala l-pajjiż rappreżentattiv kif iddikjarat fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li hija kienet se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi tal-produzzjoni, u l-Istitut tal-Istatistika tat-Turkija biex tistabbilixxi l-kostijiet tal-ħaddiema u l-enerġija mingħajr distorsjoni. |
(231) |
Barra minn hekk, l-istess produttur esportatur iddikjara li, jekk il-Kummissjoni tiddetermina li x-xiri ta’ materjali u enerġija fir-RPĊ jinbidel ma’ prezzijiet ta’ referenza, jenħtieġ li tuża l-prezzijiet attwali tax-xiri għal ħames tipi ta’ materja prima importati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba li dawk il-prezzijiet ma kinux distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Dan il-produttur esportatur talab ukoll lill-Kummissjoni biex tuża dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni bħala l-prezz ta’ referenza wkoll għall-materjali li xtrat fir-RPĊ. |
(232) |
Il-produttur esportatur ipprovda evidenza ta’ sostenn (jiġifieri fatturi tax-xiri, dokumenti tal-importazzjoni u kuntratti) għall-ħames tipi ta’ materja prima msemmija fil-premessa (231). Ix-xiri sar f’USD u mis-swieq fejn ma kien hemm l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet. Fid-dawl tal-fatt li l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda distorsjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima fir-RPĊ għal dan il-produttur esportatur partikolari matul il-perjodu ta’ investigazzjoni partikolari, il-Kummissjoni aċċettat din id-dikjarazzjoni. Madankollu, għall-materjali mixtrija fir-RPĊ, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċetta l-affermazzjoni tal-kumpanija. Kif imsemmi fil-premessa (219), it-Turkija ġiet stabbilita bħala l-pajjiż rappreżentattiv f’dan il-każ u, għalhekk, il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni jridu jkunu bbażati fuq il-prezzijiet ta’ importazzjoni korrispondenti mingħajr distorsjoni fit-Turkija. |
(233) |
L-istess produttur esportatur sostna li f’każ li l-Kummissjoni tiddetermina li għandhom jintużaw il-prezzijiet ta’ referenza, fi kwalunkwe każ jenħtieġ li l-Kummissjoni teskludi l-prezzijiet “anormali” kollha; bħal (i) il-prezzijiet għal kategorija ta’ oġġetti mhux użati mill-produttur esportatur, (ii) il-prezzijiet għall-materjali li ma kellhomx l-istess grad/purità/karatteristiċi fiżiċi bħall-materjali użati mill-produttur esportatur, jew (iii) il-prezzijiet li huma bbażati fuq volumi partikolarment baxxi ta’ bejgħ/importazzjoni. Barra minn hekk, il-produttur esportatur iddikjara li għall-aktar materjali bażiċi, bħar-ramel/trab tas-silika jew minerali oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tużax data dwar l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv magħżul. Il-produttur esportatur argumenta li dawn il-materjali tipikament ikunu importati biss għal għanijiet speċifiċi ħafna bi prezzijiet għoljin. F’dawn il-każijiet, il-prezzijiet domestiċi fil-pajjiż ta’ referenza jirriflettu b’mod aktar preċiż il-livell attwali tal-prezzijiet. |
(234) |
Il-Kummissjoni pprovdiet fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni l-volum u l-valuri tal-importazzjoni mill-GTA għall-fatturi kollha tal-produzzjoni tat-Turkija. Il-Kummissjoni vverifikat ukoll li kien hemm biżżejjed kwantitajiet rappreżentattivi mingħajr distorsjoni ta’ dawn l-importazzjonijiet sabiex il-prezz medju użat inaqqas l-impatt ta’ kwalunkwe prezz potenzjalment anormali fil-limitu inferjuri u ogħla tal-medda. Għalhekk, il-prezzijiet aġġustati ta’ ċertu input jirriflettu taħlita ta’ kwalitajiet differenti u d-disponibbiltà tagħha fis-swieq ikkonċernati. Barra minn hekk, ma tressqet l-ebda evidenza li turi li l-prezzijiet li huma bbażati fuq volumi baxxi ta’ bejgħ/importazzjoni mhumiex adattati u, għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni oġġettiva biex teskludi din id-data mill-analiżijiet. Barra minn hekk, fir-rigward tad-dikjarazzjoni li tirreferi għar-ramel tas-silika u l-minerali, ta’ min jinnota li din il-materja prima mhijiex inkluża fil-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni stabbilita fil-premessa (242). Għalhekk, l-affermazzjoni fi premessa (233) ġiet irrifjutata. |
(235) |
Kif imsemmi fil-premessa (185) biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitt mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni kienet se tuża d-data finanzjarja tas-segment tal-Operat Kimiku tal-grupp Tork Sisecam għall-2018, li jinkludi GFR. |
(236) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Taishan tenniet l-affermazzjoni tagħha deskritta fil-premessa (231) li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-ħames materji primi importati minn sorsi mhux distorti peress li l-prezz ta’ referenza wkoll għall-istess materjal mixtri fir-RPĊ. |
(237) |
Il-produttur esportatur naqas milli jissostanzja din l-affermazzjoni skont l-istandard legali meħtieġ jiġifieri sal-punt li huwa stabbilit b’mod pożittiv li mhumiex distorti. Il-produttur esportatur ma ssottometta l-ebda evidenza li l-prezz tal-importazzjoni (anki jekk meqjus bħala mhux distort) seta’ jkun rappreżentattiv bħala punt ta’ riferiment mhux distort. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3.4. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.3.4.1. Fatturi tal-produzzjoni
(238) |
Kif intqal fil-premessa (93), fin-Nota ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi lista inizjali tal-fatturi tal-produzzjoni u tas-sorsi relatati mal-GFF li kienu intenzjonati li jintużaw għall-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-GFF mill-produtturi esportaturi. |
(239) |
Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (95), fin-Nota ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni pprovdiet lista riveduta ta’ fatturi tal-produzzjoni u stabbiliet il-kodiċijiet tal-prodotti Torok li jikkorrispondu għall-fatturi tal-produzzjoni użati fil-manifattura tal-GFF fit-Turkija, il-pajjiż rappreżentattiv. |
(240) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-lista ta’ fatturi tal-produzzjoni wara n-Nota ta’ Marzu 2019 jew wara n-Nota ta’ Settembru 2019. |
(241) |
Il-Kummissjoni lanqas ma rċeviet xi kummenti dwar il-kodiċijiet tal-prodotti Torok speċifikati fin-Nota ta’ Settembru 2019. Madankollu, il-Kummissjoni għamlet riċerka addizzjonali sabiex tipprovdi tqabbil aħjar tal-kodiċijiet tal-prodotti Torok mal-fatturi tal-produzzjonijiet użati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u rrevediet il-kodiċijiet tal-prodotti Torok għal pirofilite u ħajt tal-poliester f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi esportaturi qed juża gass naturali likwifikat fil-proċess ta’ manifattura tiegħu. Madankollu, ma kien hemm l-ebda importazzjoni ta’ gass naturali likwifikat fit-Turkija fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, għall-bini ta’ parametru referenzjajru għall-gass naturali likwifikat, fin-nuqqas ta’ statistika tal-importazzjoni dwar il-gass naturali likwifikat, il-Kummissjoni minflok użat l-importazzjonijiet tal-propan likwifikat. Barra minn hekk, l-isem tal-materja prima rrapportata minn wieħed mill-produtturi esportaturi bl-isem aġent tal-akkoppjar tas-silan inbidel għal “prodotti tas-siliċju” sabiex tiġi żgurata l-konformità man-Nomenklatura Doganali. |
(242) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha sottomessa mill-partijiet interessati u miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika, fejn applikabbli, ġew identifikati l-fatturi tal-produzzjoni u l-kodiċijiet tal-prodotti Torok li ġejjin: Tabella 1
|
(1) Materja prima u ruttam
(243) |
Matul iż-żjarat ta’ verifika tagħha għand il-produtturi tal-GFF, il-Kummissjoni vverifikat il-materja prima użata u r-ruttam iġġenerat fil-manifattura tal-GFF. |
(244) |
Għall-materja prima kollha, fin-nuqqas ta’ informazzjoni dwar is-suq tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni. Prezz ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha eskluża r-RPĊ u pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq kif stipulat fil-premessa (196). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li kkonkludiet kif stipulat fil-premessi minn (98) sa (162) li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, jidher li l-prezz tal-importazzjoni tal-materja prima ewlenija esportata mir-RPĊ lejn it-Turkija huwa aktar baxx minn importazzjonijiet oħra. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet lejn it-Turkija mir-RPĊ u minn pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra baqgħu rappreżentattivi, minn 43 % sa 100 % tal-volumi totali importati lejn it-Turkija. |
(245) |
Il-Kummissjoni fittxet li tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima użata fil-produzzjoni tal-GFF, kif ikkonsenjati fil-fabbrika tal-produttur esportatur kif meħtieġ mill-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Biex tagħmel dan, hija applikat id-dazju tal-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv għal kull pajjiż tal-oriġini rispettiv u żiedet il-kostijiet tat-trasport domestiku mal-prezz tal-importazzjoni. Il-kostijiet tat-trasport domestiku għall-materja prima kollha ġew stmati fuq il-bażi tad-data vverifikata pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw u mhumiex inklużi fil-parametri referenzjarji msemmija fit-Tabella 1. |
(246) |
L-iskart/ir-ruttam prinċipali rrapportat mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kien ir-ruttam iġġenerat waqt il-proċess tal-manifattura ta’ GFR. Ir-ruttam inbiegħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku bi prezz li jirrappreżenta madwar 15 % tal-kost tal-manifattura ta’ GFR. Għalhekk, il-prezz mingħajr distorsjoni għar-ruttam kien stmat għal 15 % tal-prezz mingħajr distorsjoni ta’ GFR. |
(2) Ħaddiema
(247) |
L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija. Il-Kummissjoni użat il-pagi rrapportati fis-settur tal-manifattura tat-Turkija għall-2016, għall-attività ekonomika C.23 (Manifattura ta’ prodotti minerali mhux metalliċi oħra) (89) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2 (90). Il-valur medju ta’ kull xahar tal-2016 ġie aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi domestiċi (91) kif ġie ppubblikat mill-Istitut Statistiku Tork. |
(248) |
Wara r-rivelazzjoni finali, produttur esportatur wieħed u s-CCCLA sostnew li l-valur tal-parametru referenzjarju għall-kost tax-xogħol fit-Tabella 1 ma kienx realistiku. Waqt seduta li saret fit-16 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ċċarat li d-Dokument ta’ Rivelazzjoni Ġenerali kien jinkludi żball ċar rigward il-kejl tal-unità tax-xogħol, jiġifieri “CNY/kg” minflok “CNY/siegħa”. In-Nota għall-fajl tad-19 ta’ Diċembru 2019 bil-kalkoli tal-parametri kollha stabbiliti fit-Tabella 1, inkluż ix-xogħol, uriet l-unità korretta ta’ kejl, jiġifieri “CNY/siegħa”. |
(3) Elettriku u gass naturali
(249) |
Biex tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-elettriku u l-gass naturali, il-Kummissjoni użat l-istatistiki tal-prezzijiet tal-elettriku u tal-gass ippubblikati mill-Istitut tal-Istatistika Tork (92) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tiegħu. Minn dawn l-istatistiki, il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet industrijali tal-elettriku u tal-gass fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti f’Kuruș/kWh li tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(250) |
Il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-elettriku fit-Tabella 1 huma pprovduti bħala medda peress li tariffi differenti japplikaw għall-konsumaturi individwali skont il-konsum tagħhom. |
(4) Prodotti konsumabbli/kwantitajiet negliġibbli
(251) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, xi materja prima li kellha biss ponderazzjoni negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur kif ukoll fil-livell tal-PCN ġiet miġbura taħt l-oġġetti konsumabbli. |
(252) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-perċentwal tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta jintużaw il-prezzijiet stabbiliti mingħajr distorsjoni. |
(253) |
Wara r-rivelazzjoni finali, il-produttur esportatur li jesporta u s-CCCLA talbu lill-Kummissjoni biex tiżvela l-metodoloġija ta’ kalkolu għall-parametri referenzjarji fit-Tabella 1. |
(254) |
Matul seduta ta’ smigħ li saret fis-16 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ dawn il-partijiet li fil-jum ta’ rivelazzjoni, id-19 ta’ Diċembru 2019, żdidet Nota għall-fajl fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni li tispjega l-metodoloġija tal-kalkolu għall-parametri referenzjarji fit-Tabella 1. Il-partijiet interessati kollha ġew innotifikati bid-dokument il-ġdid dwar il-fajl awtomatikament permezz ta’ TRON fil-jum tar-rivelazzjoni finali. Peress li l-informazzjoni mitluba kienet diġà disponibbli għall-partijiet, ma kienet meħtieġa l-ebda rivelazzjoni addizzjonali. |
3.3.4.2. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti
(255) |
L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura li effettivament iġġarrbu mill-produtturi esportaturi. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
(256) |
Għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni użat id-data finanzjarja tas-segment tal-operat kimiku tal-grupp Tork Sisecam għall-2018 kif imħabbar fin-Nota ta’ Settembru 2019 u ddikjarat fil-premessa (185). |
(257) |
Wara r-rivelazzjoni finali, il-grupp Yuntianhua stqarr li l-Kummissjoni ma sabet l-ebda distorsjoni sinifikanti għall-kostijiet tal-SG&A tagħha u b’hekk injorat b’mod mhux xieraq il-valuri reali tal-SG&A rrapportati mill-kumpanija fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a)(a). Il-kumpanija sostniet li l-użu tal-SG&A reali huwa konformi mal-metodoloġija użata għall-istabbiliment tal-parametru referenzjarju għal skart/ruttam, prodotti konsumabbli u spejjeż ġenerali, li għalihom il-kumpanija ddikjarat li ntużaw valuri reali fil-forma ta’ proporzjonijiet tal-kostijiet reali tagħha. Il-kumpanija sostniet ukoll li din il-metodoloġija hija konformi mat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku dwar l-użu tal-kostijiet domestiċi reali stabbiliti b’mod pożittiv u mhux distorti. |
(258) |
Il-Kummissjoni tinnota mill-bidu nett li, għall-kuntrarju tal-fehim ta’ dan il-produttur esportatur, il-kostijiet li jikkonċernaw l-iskart/ir-ruttam, prodotti konsumabbli u spejjeż ġenerali ma kinux meqjusa bħala mhux distorti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat fil-premessi minn (251) sa (255) u fir-rivelazzjoni speċifika pprovduta lill-produtturi esportaturi inkwistjoni, il-proporzjonijiet ikkalkulati għal konsumabbli u għal spejjeż ġenerali bbażati fuq il-kostijiet reali tal-produttur esportatur ġew imbagħad espressi fuq il-kostijiet mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Din il-metodoloġija kienet applikata minħabba li d-data disponibbli ma kinitx tinkludi informazzjoni dwar l-ispejjeż ġenerali u minħabba l-impatt limitat tal-konsumabbli fil-kost kumplessiv. Rigward l-iskart/ir-ruttam, dawn ġew raggruppati taħt konsumabbli għall-kumpaniji li fihom kellhom biss piż negliġibbli fil-kost totali tal-produzzjoni, kif spjegat fil-premessa (251). Inkella l-Kummissjoni użat il-parametru referenzjarju elenkat fit-Tabella 1 u fil-premessa (246). |
(259) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li ladarba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għall-pajjiż esportatur hija stabbilita skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valur normali huwa maħdum b’referenza għal prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a). Il-Kummissjoni enfasizzat li din id-dispożizzjoni teħtieġ b’mod speċifiku wkoll li l-valur normali maħdum jinkludi ammont raġonevoli għall-kostijiet tal-SG&A mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Ladarba l-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prodott investigat fil-pajjiż esportatur, ma tħallietx tuża l-kostijiet realis tal-SG&A ta’ produtturi esportaturi individwali peress li, b’riżultat ta’ dan, instab li dawn kienu distorti. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur naqas milli jissostanzja din l-affermazzjoni skont l-istandard legali meħtieġ. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.3.4.3. Kalkolu tal-valur normali
(260) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur normali maħdum, il-Kummissjoni segwiet il-passi li ġejjin. |
(261) |
L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura tal-GFF. Applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni ta’ kull produttur esportatur li kkoopera. |
(262) |
It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni l-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura taL- GFF determinati kif deskritt fil-premessa (255) mal-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
(263) |
Fl-aħħar nett, għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa (261), il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt tas-segment tal-Operat kimiku tal-grupp Tork Sisecam għall-2018 kif spjegat fil-premessa (185). |
(264) |
L-SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (Costs of Goods Sold, “COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, laħqu l-20,57 %. |
(265) |
Il-profitt espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni laħaq il-39,26 %. |
(266) |
Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Valur normali għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun li ma kkooperawx
(267) |
Kif spjegat fil-premessi minn (68) sa (87), għall-produtturi esportaturi Hengshi u Jushi, parti mill-grupp CNBM, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam mal-kalkolu tal-valur normali. |
(268) |
B’mod partikolari, għal Hengshi, kif spjegat fil-premessi (275) u (276), il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod eċċezzjonali li taċċetta l-PCN mill-investigazzjoni kontra s-sussidji ddikjarata fil-premessa (3) bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-valur normali ma setax ikun ibbażat fuq id-data tal-kumpanija stess billi nstab li ma kienx korrett kif spjegat fil-premessi minn (75) sa (83). Għalhekk, għaż-żewġ produtturi esportaturi, Jushi u Hengshi, il-valur normali għal kull PCN jew simili għall-PCNs mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw ma’ proċessi tal-manifattura simili (integrazzjoni vertikali jew mhux vertikali) intużaw biex jiġi ddeterminat il-valur normali tagħhom. Fin-nuqqas ta’ PCN li jaqbel tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun li kkoopera ma’ proċess tal-manifattura simili, intużat id-data tal-produttur esportatur l-ieħor li kkoopera bi proċess tal-manifattura differenti. Fin-nuqqas ta’ PCN li jaqbel ta’ kwalunkwe wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, intuża l-aktar PCN simili mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw bi proċess tal-manifattura simili. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment minn xi partijiet interessati dwar l-approċċ segwit. |
3.5. Il-prezz tal-esportazzjoni għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun li kkooperaw
(269) |
Il-grupp inkluż fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala esportatur jew importatur. |
(270) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ magħmul direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u permezz ta’ kumpaniji tan-negozjar kien il-prezz attwalment imħallas jew li jrid jiġi mħallas għall-prodott ikkonċernat meta jkun mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, b’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(271) |
Il-prezz tal-esportazzjoni għall-bejgħ permezz tal-importaturi relatati ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u profitt raġonevoli. |
(272) |
Negozjant mhux relatat wieħed biss li importa kwantitajiet negliġibbli biss tal-GFF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-marġni tal-profitt tiegħu ma tqiesx rappreżentattiv. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-marġni ta’ profitt ta’ negozjant indipendenti attiv fis-settur tal-GFF kien stmat li hu ta’ 5 %. |
3.6. Il-prezz tal-esportazzjoni għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun li ma kkooperawx
(273) |
Kif iddikjarat fil-premessi minn (75) sa (84), parti mill-produtturi esportaturi tal-grupp CNBM ma kkooperatx fl-investigazzjoni u l-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-prezz tal-esportazzjoni bbażat fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. |
(274) |
Fil-kummenti tiegħu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produttur esportatur talab li, fir-rigward tal-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-informazzjoni (jiġifieri l-PCN) sottomessa fl-investigazzjoni parallela kontra s-sussidji msemmija fil-premessa (3). |
(275) |
Madankollu, skont l-Artikolu 19(6) tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni rċevuta għandha tintuża biss għall-għan li għalih intalbet. L-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (93) fih l-istess limitazzjoni. Għalhekk, id-data miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni anti-dumping jew antisussidji ma tistax tintuża għal skop differenti minn dak li għalih intalbet. |
(276) |
F’dan il-każ partikolari, żewġ investigazzjonijiet dwar il-prodott ikkonċernat kienu qed jitwettqu b’mod parallel, u waħda minnhom kienet bdiet madwar tliet xhur qabel l-oħra. Hengshi speċifikament talbet li l-informazzjoni korretta miġbura matul l-investigazzjoni antisussidji tintuża bħala l-aħjar informazzjoni disponibbli f’din l-investigazzjoni. Hengshi b’mod espliċitu rrinunzjat għall-garanzija prevista fl-Artikolu 19(6) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (UE) 2016/1037 li l-informazzjoni sottomessa fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ se tintuża biss għall-iskop li għalih tkun inġabret. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma imponietx miżuri anti-dumping proviżorji kif iddikjarat fil-premessi (54) sa (56) u, għalhekk, it-twaqqit taż-żewġ investigazzjonijiet ippermetta għall-ġbir u l-verifika tal-informazzjoni dwar il-prezz tal-esportazzjoni sottomessa fl-investigazzjoni antisussidji qabel l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi. B’riżultat ta’ dan, eċċezzjonalment il-Kummissjoni xorta kellha biżżejjed żmien biex tikkunsidra din l-informazzjoni f’din l-investigazzjoni mingħajr ma taffettwa d-drittijiet tal-partijiet interessati l-oħra u mingħajr ma tipperikola l-proċess intern tagħha għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet, eċċezzjonalment, li tuża d-data tal-PCN miġbura matul l-investigazzjoni antisussidji msemmija fil-premessa (3) bħala fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku. B’riżultat ta’ dan, ikkalkolat prezz tal-esportazzjoni għal kull PCN ibbażat fuq id-data tal-produttur esportatur stess bl-użu tal-metodoloġija deskritta fil-premessi (269) sa (272). |
(277) |
Għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra tal-grupp CNBM, il-prezz tal-esportazzjoni kien ikkalkolat kif iddikjarat fil-premessi minn (269) sa (272). |
3.7. Tqabbil
(278) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ta’ prezz mill-fabbrika. |
(279) |
Meta dan kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti, ibbażati fuq iċ-ċifri reali tal-kumpanija li kkooperat, għat-trattament tal-imposti, il-merkanzija, il-kostijiet tal-imballaġġ, il-kostijiet tal-kreditu, it-tariffi bankarji, id-dazji doganali, il-kummissjonijiet, u t-tariffi tal-importazzjoni u taxxi indiretti. Sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati. Instab li l-funzjonijiet tan-negozjanti f’Hong Kong kienu simili għal dawk ta’ aġent. Dawk l-operaturi tas-suq kienu qed ifittxu klijenti u stabbilew kuntatt magħhom. Huma ġarrew ir-responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ u rċevew mark-up għas-servizzi tagħhom. L-aġġustament kien jikkonsisti mill-SG&A tal-kumpaniji kummerċjali u profitt ta’ 5 %. Dan il-marġini ta’ profitt tqies raġonevoli fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra. |
(280) |
Wara r-rivelazzjoni finali, il-grupp Yuntianhua sostna li t-tqabbil bejn il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu u l-valur normali maħdum ikun inġust. Il-grupp sostna li, filwaqt li l-Kummissjoni għamlet aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni għall-ispejjeż diretti kollha tal-bejgħ, bħall-kostijiet tat-trasport u t-tariffi bankarji, l-SG&A tal-grupp Tork Sisecam, użata biex jinħadem il-valur normali, preżumibbilment inkluda xi spejjeż diretti tal-bejgħ li saru fis-suq domestiku tat-Turkija, bl-introduzzjoni ta’ assimetrija fil-paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali. |
(281) |
Dan il-produttur esportatur ma pprovda l-ebda evidenza ta’ sostenn li tindika li kull spiża diretta ta’ bejgħ kienet inkluża fl-SG&A użata biex jinħadem il-valur normali jew li d-data użata ma kinitx rappreżentattiva. |
(282) |
Huwa mfakkar li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku jeħtieġ l-użu ta’ data disponibbli faċilment. Il-Kummissjoni tfittex li tiżgura li l-informazzjoni użata biex jinħadem il-valur normali tkun l-aħjar fost id-data disponibbli pubblikament u tagħti lill-partijiet l-opportunità li jikkummentaw u jipprovdu data alternattiva li jqisu li tkun aktar rappreżentattiva. F’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni ddivulgat l-SG&A li kellha l-intenzjoni tuża fin-Nota ta’ Settembru 2019, iżda ma rċeviet l-ebda kumment jew data alternattiva aktar dettaljata. Għalhekk din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata |
(283) |
L-istess produttur esportatur iddikjara li, għalkemm il-valur normali ġie aġġustat għat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-esportazzjoni (“VAT”) mhux rimborżabbli, il-Kummissjoni ma wrietx li l-produtturi Torok iġarrbu VAT li tista’ titħallas lura kollha fuq il-bejgħ fis-suq domestiku. Għalhekk tali aġġustament ikun illegali. |
(284) |
Il-Kummissjoni għamlet aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għad-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni u l-valur normali fejn ġew esklużi taxxi indiretti bħall-VAT. Il-Kummissjoni ma għandhiex għalfejn turi li l-produtturi Torok fil-fatt iġarrbu VAT li tista’ tkun rimborżata kompletament fuq il-bejgħ fis-suq domestiku hekk kif il-produttur esportatur qed jissuġġerixxi, peress li dan huwa irrilevanti. Il-valur normali li nħadem kif stipulat fil-premessi minn (260) sa (266) ma kienx jinkludi l-VAT, minħabba li għall-kalkolu tal-valur normali fil-pajjiż esportatur nett mit-trattament tal-VAT tagħhom, jintużaw il-valuri mhux distorti fil-pajjiż rappreżentattiv. Is-sitwazzjoni reali li tikkonċerna t-trattament tal-VAT tal-bejgħ fis-suq domestiku u fil-mument tal-esportazzjoni sseħħ kollha kemm hi fir-RPĊ. L-investigazzjoni kkonkludiet li fir-RPĊ, il-produtturi esportaturi jġarrbu obbligazzjoni ta’ VAT ta’ 17 % jew 16 % mal-esportazzjoni, filwaqt li 5 % jew 10 % ikunu rifużi. |
(285) |
Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku, id-differenza fit-tassazzjoni indiretta, f’dan il-każ il-VAT li hija parzjalment rifuża fir-rigward ta’ bejgħ bl-esportazzjoni, il-Kummissjoni aġġustat kif xieraq biss il-valur normali. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.8. Marġni tad-dumping
(286) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-medja ponderata tal-valur normali ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. |
(287) |
Fuq dik il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping definittiv espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:
|
(288) |
Kif spjegat fil-premessa (43), wieħed mill-gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri l-grupp CNBM, ma kkooperax. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi stabbilit marġni medju ponderat tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha li kkooperaw u li ma ntgħażlux fil-kampjun kien stabbilit fl-istess livell tal-marġni tad-dumping tal-uniku grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw (Grupp Yuntianhua). |
(289) |
Għall-produtturi esportaturi potenzjali l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-kooperazzjoni għolja tal-produtturi esportaturi, li tkopri t-totalità tal-esportazzjonijiet tal-GFF mir-RPĊ lejn l-Unjoni abbażi tal-istatistika ta’ importazzjoni tal-Eurostat, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ogħla marġni tad-dumping tal-produtturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri l-grupp CNBM, li għandu jkun rappreżentattiv biex jiġi stabbilit il-livell tal-marġni tad-dumping residwu. |
(290) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
EGYPT
3.9. Produtturi esportaturi
(291) |
L-investigazzjoni żvelat li kien hemm grupp wieħed ta’ produtturi esportaturi fl-Eġittu li jirrappreżentaw 100 % tal-esportazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din kienet tikkonsisti f’żewġ produtturi esportaturi relatati: Jushi Egypt for Fiberglass Industry S.A.E (Jushi Egypt) u Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E. (“Hengshi Egypt”). Iż-żewġ kumpaniji huma parti mill-grupp CNBM u kkooperaw fl-investigazzjoni. |
3.10. Valur normali
(292) |
L-ilmentatur iddikjara li l-valur normali għall-Eġittu jenħtieġ li jinbena abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Huwa allega li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) ta’ dak ir-Regolament għar-raġunijiet li ġejjin: il-produtturi esportaturi kienu jinsabu f’żona ekonomika speċjali stabbilita taħt ftehim formali bejn il-gvernijiet taċ-Ċina u tal-Eġittu, amministrati u kkontrollati minn aġenzija tal-gvern Ċiniż (China-Africa TEDA Investment Co. Ltd). Barra minn hekk, skont l-ilmentatur, iż-żewġ produtturi esportaturi fl-Eġittu rċevew sussidji sostanzjali mill-gvern bis-saħħa tal-istabbiliment tagħhom f’din iż-żona ekonomika speċjali. |
(293) |
Bi tweġiba għal din it-talba, iż-żewġ produtturi esportaturi ddikjaraw li l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet tas-suq fl-Eġittu ma kinux sottomessi skont ir-rekwiżiti tar-Regolament bażiku u, jekk aċċettati, ikunu jiksru d-drittijiet tad-difiża tal-produtturi esportaturi. B’mod aktar speċifiku, il-produtturi esportaturi argumentaw li l-ilment ma għamel l-ebda allegazzjoni u ma ppreżenta l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-ekonomija Eġizzjana hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a). Il-produtturi esportaturi ddikjaraw ukoll li, fi kwalunkwe każ, l-allegazzjonijiet ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw l-istandard meħtieġ ta’ prova stabbilit biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-Regolament bażiku. |
(294) |
Kif jirriżulta mill-Artikolu 2(6a)(d) u (e) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe evidenza dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur jenħtieġ li tiġi sottomessa mill-ilmentatur meta jippreżenta l-ilment. Imbagħad il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk l-evidenza mressqa hijiex fil-fatt biżżejjed biex tiġġustifika l-valutazzjoni tal-allegazzjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti u biex tasal għall-konklużjonijiet xierqa matul l-investigazzjoni. |
(295) |
Madankollu, id-dikjarazzjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fl-Eġittu ġiet sottomessa biss diversi xhur wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu, meta l-iskadenza għat-tweġiba għall-kwestjonarji għall-partijiet interessati kienet skadiet u l-ġbir tad-data kien fi stadju avvanzat. |
(296) |
Bħala konklużjoni, it-talba għall-applikazzjoni tal-metodoloġija għall-bini tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-Eġittu ġiet irrifjutata. |
3.10.1. Kalkolu tal-valur normali
(297) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jitqies rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum tal-bejgħ totali tiegħu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(298) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni stabbiliet li l-bejgħ totali minn Jushi Egypt tal-prodott simili fis-suq dometstiku kien rappreżentattiv. Il-produttur esportatur l-ieħor, Hengshi Egypt ma kellu l-ebda bejgħ domestiku. |
(299) |
Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat għall-produttur esportatur b’bejgħ domestiku rappreżentattiv b’mod ġenerali (Jushi Egypt) dawk it-tipi ta’ prodott mibjugħa domestikament li kienu identiċi jew simili ħafna għat-tipi ta’ prodott mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. |
(300) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dak il-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil konsumaturi indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b’esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. |
(301) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt ta’ Jushi Egypt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku reali għall-kalkolu tal-valur normali, skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
(302) |
Il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv skont it-tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx profittabbli jew le, meta:
|
(303) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:
|
(304) |
Għal dawk it-tipi ta’ prodott li ma kellhom ebda bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku, il-Kummissjoni bniet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku. |
(305) |
Il-valur normali nbena billi ingħadd dan li ġej mal-kost medju tal-manifattura tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:
|
(306) |
Il-Kummissjoni oriġinarjament stabbiliet li, għal Jushi Egypt, f’każ ta’ ħames tipi ta’ prodotti minn tmienja, it-tipi ta’ prodotti esportati kienu identiċi jew simili ħafna għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku. |
(307) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Jushi Egypt oġġezzjonat għall-mod kif il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat tipi differenti ta’ klijenti fit-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Wara analiżi ulterjuri, il-Kummissjoni kkonfermat li ma kienx hemm differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta’ kummerċ fis-suq domestiku Eġizzjan li jiġġustifikaw distinzjoni fit-tip ta’ klijent. B’riżultat ta’ dan, hija aċċettat it-talba tal-kumpanija u kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tagħha mingħajr ma għamlet distinzjoni bejn it-tipi ta’ klijenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni rrevediet ukoll il-valur normali maħdum ta’ Hengshi Egypt. |
(308) |
L-analiżi tal-bejgħ domestiku ta’ Jushi Egypt għal kull tip ta’ prodott (b’bejgħ rappreżentattiv) kompliet turi li aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu ħalla profitt u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali għal dawn it-tipi ta’ prodott kien ikkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għat-tip ta’ prodott pendenti mingħajr bejgħ domestiku, il-valur normali nbena skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku kif deskritt hawn fuq fil-premessa (305). |
(309) |
It-tieni produttur esportatur, Hengshi Egypt biegħ il-produzzjoni tal-GFF tiegħu esklussivament għall-esportazzjoni u, għalhekk, ma kellu l-ebda bejgħ domestiku. Għalhekk, billi ma kien hemm ebda bejgħ ta’ prodott simili fis-suq domestiku, il-Kummissjoni bniet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. |
(310) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Hengshi Egypt xtrat il-materja prima ewlenija (GFR) użata fil-produzzjoni tal-GFF minn Jushi Egypt u minn fornitur relatat ieħor. |
(311) |
F’dan il-kuntest, il-produtturi esportaturi ddikjaraw li fid-dawl tal-profitt miksub minn Jushi Egypt mill-bejgħ tagħha ta’ GFR lil Hengshi Egypt, it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala li jsiru skont il-prezzijiet tas-suq. Il-produtturi rreferew ukoll għall-ġurisprudenza eżistenti, (94) li abbażi tagħha l-użu tad-data inkluża fir-rekords tal-kumpanija li qed tiġi investigata tikkostitwixxi r-regola, u l-adattament jew is-sostituzzjoni ta’ dik id-data huma l-eċċezzjoni. Huma rreferew ukoll għan-nuqqas ta’ miżuri governattivi distortivi, għall-fatt li l-kostijiet tal-produzzjoni kienu riflessi b’mod korrett fir-rekords ta’ Hengshi Egypt u li dawn ir-rekords jenħtieġ li jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-kost tal-produzzjoni u l-valur normali mibni sussegwenti ta’ Hengshi Egypt. |
(312) |
Għall-kuntrarju ta’ dak li jargumentaw il-produtturi esportaturi, ul-prezzijiet li bihom Hengshi Egypt xtrat GFR mingħand jushi Egypt instabu li ma kinux isiru f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta minħabba li kienu konsistentement u sostanzjalment anqas mill-prezzijiet mitluba minn Jushi Egypt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku Eġizzjan għall-istess prodott. Minħabba d-differenza sinifikanti bejn dawn il-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet imħallsa minn Hengshi Egypt lil Jushi Egypt ma setgħux jitqiesu bħala f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Minkejja l-fatt li dawk il-prezzijiet kienu profittabbli, dawn ma kinux jirriflettu l-prezzijiet tas-suq fl-Eġittu u, fin-nuqqas ta’ affiljazzjoni korporattiva, Hengshi Egypt kien ikollha tħallas prezz ħafna ogħla għal GFR. Barra minn hekk, ir-referenza għan-nuqqas ta’ miżura governattiva distortiva fl-iffissar tal-prezzijiet tal-materja prima nstabet li hija irrilevanti peress li, hija l-analiżi distakkata li hija deċiżiva f’dan il-każ. |
(313) |
Fit-tweġiba tagħhom għar-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi Egypt tennew l-affermazzjoni tagħhom li l-prezzijiet tal-GFR mitluba minn Jushi Egypt lil Hengshi Egypt kienu f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, u argumentaw li l-bejgħ bejn il-partijiet relatati kellu marġnijiet ta’ profitt komparabbli mal-profitt fil-mira ddeterminat mill-ilmentatur fl-ilment bħala suffiċjenti biex “jopera b’mod sostenibbli fit-tul fis-suq”. Il-Kummissjoni tinnota li l-profitt fil-mira huwa l-profitt li l-industrija tal-Unjoni tista’ tikseb b’mod raġonevoli fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u għalhekk mhuwiex parametru referenzjarju xieraq sabiex jiġi vvalutat jekk il-prezz miftiehem bejn il-partijiet relatati huwiex skont il-prinċipju ta’ kompetizzjoni ġusta. Il-kriterji rilevanti f’din il-valutazzjoni huma marbuta mal-livell tal-prezz li jista’ jinkiseb fl-Eġittu fin-nuqqas tar-relazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-livelli tal-prezzijiet (u tal-profitt) fis-suq Eġizzjan kienu tabilħaqq ogħla minn dak mitlub bejn dawn il-kumpaniji relatati. |
(314) |
Minħabba dak li ntqal hawn fuq u għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (312), l-affermazzjoni li l-prezzijiet kienu f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta ġiet irrifjutata. |
(315) |
Jushi/Hengshi Egypt sostnew ukoll li l-metodoloġija tal-Kummissjoni kif deskritta fil-premessi minn (309) sa (311) tmur kontra l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku li għandu jiġi interpretat b’mod strett, filwaqt li tirreferi wkoll għall-ġurisprudenza tal-Qrati tal-UE u tad-WTO. Skont Jushi/Hengshi Egypt, il-prezz tax-xiri tal-GFR bejn Hengshi Egypt u Jushi Egypt ma jistax jiġi injorat sempliċement minħabba li ma jkunx f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Jushi/Hengshi Egypt sostnew li, barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha turi sa liema punt ir-rekords ta’ Hengshi Egypt ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-GFF. |
(316) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-interpretazzjoni u tqis li l-ebda wieħed mill-każijiet ikkwotati minn Jushi/Hengshi Egypt ma jinvalida s-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan il-każ. Fil-fatt, il-korpi tad-WTO (95) konsistentement iddeċidew li r-rekords tal-produtturi esportaturi jistgħu jinstabu li ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkonsidrat fejn, pereżempju l-produttur ikun parti minn grupp ta’ kumpaniji (li huwa l-każ ta’ Jushi u Hengshi Egypt) u fejn it-tranżazzjonijiet li jinvolvu inputs assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat ma jkunx f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Bħala konsegwenza, din l-allegazzjoni kellha tiġi rrifjutata. |
(317) |
Jushi/Hengshi Egypt iddikjaraw ukoll li, b’referenza għall-ġurisprudenza, (96) il-metodoloġija tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta’ jekk il-prezz tax-xiri tal-GFR kienx f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta ma kinitx korretta. Jushi/Hengshi Egypt sostnew li l-Kummissjoni ma qabblitx prezzijiet komparabbli u li l-Kummissjoni kellha tqis il-fatturi rilevanti kollha relatati mal-bejgħ inkwistjoni, u b’mod aktar speċifiku: (i) termini tal-kunsenja; (ii) id-dazji doganali tal-importazzjoni fuq il-materja prima; (iii) kwantitajiet mhux komparabbli; (iv) il-politika li tistabbilixxi l-prezzijiet ta’ Jushi Egypt għal tranżazzjonijiet relatati. |
(318) |
Wara li analizzat l-elementi fil-fajl, il-Kummissjoni aċċettat it-talba għal aġġustament minħabba d-differenzi fit-termini ta’ konsenja u naqqset il-kostijiet tat-trasport mill-prezz tal-bejgħ tal-GFR fejn xieraq. Il-kostijiet tat-trasport ġew stmati abbażi tal-kost reali tat-trasport għall-GFF kif verifikat mill-Kummissjoni. |
(319) |
Wara r-rivelazzjoni finali addizzjonali Jushi/Hengshi Egypt affermaw li l-kostijiet tal-kreditu kellhom jitnaqqsu mill-kostijiet tat-trasport. Fir-rigward tal-allowance tal-kost tal-kreditu mitlub, tali kost imġarrab minn bejjiegħ huwa fil-fatt element intrinsiku tat-tranżazzjonijiet imwettqa f’suq miftuħ fuq il-bażi tal-kondizjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Għalhekk tali affermazzjoni għandha tiġi rrifjutata mill-Kummissjoni. |
(320) |
Fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni, mingħajr ma tittieħed pożizzjoni dwar jekk ikunx meħtieġ aġġustament f’din is-sitwazzjoni, ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li d-dazji tħallsu minn Jushi Egypt jew inġabru mill-awtoritajiet Eġizzjani. Il-kumpanija ma ppreżentat l-ebda evidenza fis-sottomissjoni tagħha li turi li hija ħallset dawk id-dazji u, fil-fatt, iddikjarat li d-dazju doganali jkun “normalment applikabbli” u “li Jushi Egypt għandha tħallas [dan]”. F’dak li għandu x’jaqsam mal-kwantitajiet, il-kumpaniji ma setgħux jipprovdu xi evidenza ta’ politika ta’ skont applikata b’mod ġenerali li tkun tista’ ssostni l-asserzjoni tagħhom li d-differenza fil-prezzijiet misjuba bejn il-partijiet relatati u dawk mhux relatati kienet dovuta għal skontijiet ta’ kwantità. Fil-fatt, l-uniku dokument ipprovdut mill-kumpanija jispjega li l-prezz mitlub mill-Jushi Egypt lil Hengshi Egypt huwa bbażat fuq il-prezz medju mitlub minn Jushi Egypt għall-klijenti mhux relatati fis-sena ta’ qabel, miżjud b’perċentwali partikolari skont it-tip ta’ faxxa tal-fibra. Ir-realtà tas-suq u differenzi konsiderevoli fil-prezzijiet lil Hengshi Egypt u klijent mhux relatati rispettivament juru, madankollu, li Jushi Egypt naqset milli timplimenta l-politika ta’ ffissar tal-prezzijiet imsemmija hawn fuq. Konsegwentement, il-politika tal-iffissar tal-prezzijiet ta’ Jushi Egypt ma tirriflettix il-prezz reali mħallas mill-parti relatata (Hengshi Egypt). Għalhekk, l-affermazzjonijiet li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-GFR għandhom jiġu aġġustati b’dawn l-elementi ġew irrifjutati. |
(321) |
Bl-istess mod, wara r-rivelazzjoni finali, il-Gvern tal-Eġittu qal li meta jiġi kkunsidrat jekk ir-rekords tal-esportaturi humiex f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, il-prezz huwa biss wieħed mit-termini u l-kondizzjonijiet ta’ tranżazzjoni u li r-rivelazzjoni finali ma kienx fiha xi evidenza li l-Kummissjoni kkunsidrat dawk it-termini u l-kondizzjonijiet l-oħra tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni. Il-Gvern tal-Eġittu sostna wkoll li l-Kummissjoni aġixxiet b’mod inkonsistenti mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-anti-dumping tad-WTO billi injorat data dwar il-kost li kienet tissodisfa ż-żewġ rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjoni ta’ dak l-Artikolu, jiġifieri, “f’konformità mal-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati” u “raġonevolment tirrifletti l-kostijiet”. |
(322) |
Kif imsemmi fil-premessi (318) u (319), il-Kummissjoni għamlet aġġustament għall-kost tat-trasport. Madankollu, abbażi tal-fatti ta’ dan il-każ, hija stabbiliet li l-ebda aġġustament ma kien ġustifikat għal elementi oħra u, għalhekk, irrilevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk il-prezzijiet kinux f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Barra minn hekk, kif stabbilit fil-premessa (312), il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet li bihom Hengshi Egypt xtrat il-GFR minn Jushi Egypt kienu b’mod konsistent u sostanzjali taħt il-prezzijiet mitluba minn Jushi Egypt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku Eġizzjan għall-istess prodott, anke wara l-aġġustamenti meħtieġa. Minħabba d-differenza sinifikanti bejn dawn il-prezzijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħux jitqiesu bħala f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kinux raġonevolment jirriflettu l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku li għandu l-istess kliem bħall-Artikolu 2.2.1.1. tal-Ftehim dwar l-Anti-dumping tad-WTO. Għaldaqstant, iż-żewġ argumenti ġew irrifjutati. |
(323) |
Barra minn hekk, Jushi/Hengshi Egypt sostnew li meta jitqiesu l-kodiċijiet tal-prodott interni tal-kumpanija għall-GFR, ir-riżultat tat-tqabbil bejn il-kwantitajiet mibjugħa lil klijenti relatati u mhux relatati fis-suq domestiku ma jkunx rappreżentattiv. Jushi/Hengshi Egypt minflok ipproponew tqabbil ibbażat fuq l-istruttura tal-PCN (Numru ta’ Kontroll tal-Prodott) stabbilita mill-Kummissjoni f’investigazzjoni anti-dumping oħra li tkopri prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fil-Bahrain u fl-Eġittu (97). Il-kumpaniji sostnew li dan l-approċċ iwassal għal riżultat aktar rappreżentattiv. Huma argumentaw ukoll li peress li l-PCNs tqiesu adegwati biex jitqabblu l-prezzijiet għall-fini tal-kalkoli tal-marġini tad-dumping u tad-dannu, dawn għandhom jitqiesu wkoll bħala xierqa biex jitqabblu l-prezzijiet tal-GFR mitluba minn Jushi Egypt lil Hengshi Egypt minn naħa waħda u lil konsumaturi mhux relatati fis-suq domestiku min-naħa l-oħra. |
(324) |
L-approċċ applikat mill-Kummissjoni ppermetta li jitqabbel il-bejgħ lil Hengshi Egypt ma’ dak lil partijiet mhux relatati abbażi ta’ kodiċijiet ta’ prodotti interni li jaqblu b’mod preċiż, li ppermetta tqabbil preċiż tat-tipi ta’ prodotti rilevanti mibjugħa liż-żewġ tipi ta’ klijenti. Jushi/Hengshi Egypt naqsu milli juru kif tqabbil skont il-PCNs maħluqa għal skop differenti jrendi tqabbil aktar xieraq minn dak li jirriżulta mit-tqabbil tal-prezzijiet tal-istess prodott eżatt. Il-Kummissjoni fil-fatt ikkonkludiet li l-approċċ alternattiv issuġġerit mill-Jushi/Hengshi Egypt jwassal għal riżultat inqas preċiż u rrifjutat it-talba. |
(325) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat is-sejba li l-kostijiet tal-GFR kif irreġistrati fil-kontijiet tal-kumpanija ma kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet ta’ Hengshi Egypt assoċjati mal-produzzjoni tal-GFF. Għalhekk, meta nħadem il-valur normali, dawn il-kostijiet kellhom jiġu aġġustati għal-livell tal-prezzijiet mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq domestiku, f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. |
(326) |
Kif imsemmi fil-premessa (548), fl-10 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ħarġet rivelazzjoni finali addizzjonali u stiednet lill-kumpaniji biex jikkummentaw dwar il-kontenut ta’ din l-informazzjoni addizzjonali. Jushi/Hengshi ssottomettew kummenti fit-13 ta’ Frar 2020, li madankollu ma kinux relatati mal-kontenut tar-rivelazzjoni finali addizzjonali. Minflok, il-kumpaniji tennew mill-ġdid l-oppożizzjoni tagħhom għall-metodoloġija tal-Kummissjoni meta ħadmet il-valur normali ta’ Hengshi, speċifikament l-affermazzjonijiet li ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni. |
(327) |
Il-Kummissjoni tenfasizza li din is-sottomissjoni, li kienet tirreferi għall-informazzjoni pprovduta lill-kumpanija fid-dokument ta’ rivelazzjoni ġenerali, ġiet wara l-iskadenza għall-kummenti għar-rivelazzjoni finali (jiġifieri, id-9 ta’ Jannar 2020). Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li tindirizzahom f’dan ir-Regolament. |
(328) |
L-ewwel nett, Jushi/Hengshi sostnew li huma jiffurmaw entità ekonomika waħda minħabba li l-prodotti li jipproduċu ma jikkoinċidux u li jinsabu fl-istess żona. It-tieni, huma sostnew li l-Kummissjoni qiegħda tikser l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku minħabba li dan l-artikolu ma jippermettix li l-Kummissjoni twettaq test għal kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Huma rreferew għal diversi panels u rapporti tal-Korp tal-Appell li allegatament jappoġġaw din id-dikjarazzjoni. Waqt seduta, ir-rappreżentanti tal-kumpanniji ddikjaraw li l-profitti ma setgħux jitqiesu bħala kost. Fl-aħħar nett, huma tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li bl-użu tal-prezz tas-suq għall-GRF fl-Eġittu (ibbażat fuq il-bejgħ mhux relatat minn Jushi fis-suq Eġizzjan), il-Kummissjoni rduppjat l-SG&A u l-profitt għal GFR. |
(329) |
Fir-rigward tal-ewwel talba, il-Kummissjoni tista’ biss tikkunsidra kumpaniji bħala entità ekonomika waħda meta l-informazzjoni fil-fajl turi li huma joperaw flimkien fl-aspetti kollha. Fin-nuqqas ta’ elementi oħra, il-post u t-tipi ta’ produzzjoni mhumiex indikattivi li l-kumpaniji joperaw bħala entità ekonomika waħda. Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li, filwaqt li Jushi u Hengshi huma parti mill-istess grupp, l-evidenza fil-fajl turi li ż-żewġ entitajiet legali joperaw b’mod indipendenti u għalhekk ma jistgħux jitqiesu li jikkostitwixxu entità ekonomika waħda. |
(330) |
Fir-rigward tat-tieni talba, l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li, meta l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott investigat ma jkunux riflessi b’mod raġonevoli fir-reġistri tal-parti kkonċernata, dawn għandhom jiġu aġġustati. Il-Kummissjoni tqis li prezz ta’ trasferiment jista’ jitqies li ma jirriflettix il-kost assoċjat mal-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat meta ma jkunx f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan il-fehim ġie kkonfermat mill-Korp tal-Appell tad-WTO (98). Il-ġurisprudenza tad-WTO, li ttieħdet barra mill-kuntest minn Jushi/Hengshi fis-sottomissjoni tagħhom (99), fil-fatt tappoġġa l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni f’dan il-każ. Tabilħaqq, f’dan il-kuntest, il-Korp tal-Appell ikkonferma li r-rekords li huma konsistenti mal-prinċipji tal-kontabbiltà ġeneralment aċċettati jistgħu madankollu jinstabu li ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat meta, pereżempju, l-esportatur jew il-produttur investigat huwa parti minn grupp ta’ kumpaniji li fih il-kostijiet ta’ ċerti inputs assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott ikkunsidrat huma mifruxa fuq rekords ta’ kumpaniji differenti, jew fejn it-tranżazzjonijiet li jinvolvu inputs bħal dawn mhumiex f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. Dan huwa preċiżament il-każ hawnhekk. |
(331) |
Dawn il-produtturi esportaturi jidhru wkoll li qed jifhmu ħażin il-kunċett ta’ kost fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Dan jirreferi għall-kost għall-produttur tal-prodott investigat (u mhux għall-produttur tal-input). Mill-perspettiva ta’ xerrej, il-profitt tal-bejjiegħ huwa kost, inkorporata fil-prezz imħallas għal input. Il-Kummissjoni vvalutat b’mod korrett jekk ir-rekords ta’ Hengshi kinux jirriflettu b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni tal-GFF u sabet li l-prezzijiet ta’ trasferiment għal xiri ta’ GFR kienu mnaqqsa b’mod sostanzjali fir-rigward tal-prezz tas-suq għall-istess tipi ta’ prodott fl-Eġittu, jiġifieri, ma kinux f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. B’riżultat ta’ dan, hija aġġustat il-kost tal-GFR fuq il-bażi tal-prezzijiet mitluba minn Jushi lil kumpaniji mhux relatati fis-suq Eġizzjan. |
(332) |
Fl-aħħar nett, id-dikjarazzjoni dwar l-għadd doppju hija indirizzata b’mod sħiħ fil-premessi minn (337) sa (345) ta’ dan ir-Regolament. |
(333) |
Fir-rigward tax-xiri ta’ GFR mill-fornitur relatat l-ieħor, dan il-fornitur ma biegħx GFR lill-klijenti indipendenti fl-Eġittu. Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet tax-xiri ta’ GFR minn dan il-fornitur mal-prezzijiet ta’ Jushi Egypt lil partijiet mhux relatati fis-suq domestiku. B’riżultat ta’ dan, il-prezzijiet għax-xiri ta’ GFR minn Hengshi Egypt mill-fornitur relatat l-ieħor instabu li kienu konsistenti mal-prezzijiet prevalenti fis-suq miftuħ domestiku Eġizzjan u, għalhekk, dan ix-xiri ta’ GFR instab li sar skont f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta. |
(334) |
Rigward l-ammonti għall-SG&A u l-profitt, billi Hengshi Egypt ma kellha l-ebda bejgħ domestiku, l-ammonti għall-SG&A u l-profitt kienu bbażati fuq bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju u oriġinarjament fl-istess livell ta’ negozju (jiġifieri għall-utenti aħħara biss), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni magħmul minn Jushi Egypt, il-produttur esportatur l-ieħor fl-Eġittu. |
(335) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi Egypt sostnew li l-approċċ tal-Kummissjoni li tapplika l-SG&A u l-profitt għall-bejgħ ta’ Jushi Egypt għalll-utenti finali għall-fini li jinħadem il-valur normali ta’ Hengshi Egypt biss mhuwiex konformi mal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku u mhuwiex appoġġat minn xi kunsiderazzjoni fattwali. Kif imsemmi fil-premessa (306), fil-fatt ma kienx hemm evidenza ta’ differenza konsistenti u distinta fil-funzjonijiet tal-bejjiegħ għad-diversi livelli ta’ kummerċ fis-suq domestiku Eġizzjan li jiġġustifikaw distinzjoni fit-tip ta’ klijent. B’riżultat ta’ dan, il-bejgħ domestiku ta’ Jushi Egypt għall-istazzjonijiet kollha tal-bejgħ fl-andament ordinarju tal-kummerċ jikkostitwixxi bażi għall-SG&A u l-profitt li għandu jintuża meta jinbena l-valur normali għal Hengshi Egypt. |
(336) |
Hengshi Egypt iddikjarat li l-profitt magħmul minn Jushi Egypt fuq il-bejgħ tagħha ta’ GFR jenħtieġ li jitnaqqas meta jinbena l-valur normali għal Hengshi Egypt. Hija bbażat id-dikjarazzjoni tagħha fuq il-fatt li (i) il-kumpaniji fformaw entità ekonomika waħda, u (ii) l-inklużjoni tal-profitt miksub minn Jushi Egypt, meta jinbena l-valur normali u meta jiġu kkalkolati l-kostijiet tal-produzzjoni, tkun twassal għal sitwazzjoni ta’ għadd doppju. |
(337) |
Il-Kummissjoni tqis li ż-żewġ produtturi esportaturi Eġizzjani ma jifformawx entità ekonomika waħda (għalkemm huma parti mill-istess grupp korporattiv, il-grupp CNBM) peress li huma entitajiet separati b’personalitajiet ġuridiċi distinti u operazzjonijiet indipendenti ta’ produzzjoni u bejgħ. |
(338) |
Barra minn hekk, meta inbena l-valur normali, il-kostijiet tal-produzzjoni ta’ Hengshi Egypt ġew aġġustati skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku sabiex jiġu riflessi l-prezzijiet prevalenti tas-suq li jkunu f’kondizzjonijiet normali tas-suq (għalhekk jiġi injorat il-bejgħ ta’ GFR bejn partijiet relatati). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(6) ta’ dak ir-Regolament, il-marġni ta’ profitt użat għall-bini tal-valur normali huwa bbażat fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili (jiġifieri GFF, u mhux GFR) lil klijenti indipendenti fil-perkors ordinarju tan-negozju. Dak il-marġni ta’ profitt jirrifletti wkoll il-livell ta’ profitt li normalment ikun jista’ jinkiseb minn produttur mill-bejgħ tal-GFF fis-suq Eġizzjan. Għaldaqstant, l-affermazzjoni deskritta fil-premessa preċedenti ġiet irrifjutata. |
(339) |
Wara r-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi Egypt tennew id-dikjarazzjoni li l-valur normali maħdum ta’ Hengshi Egypt kien minfuħ artifiċjalment b’riżultat tal-għadd doppju tal-SG&A u l-profitt fuq il-bejgħ tal-GFR ta’ Jushi Egypt. Il-kumpaniji rreferew għal żewġ investigazzjonijiet anti-dumping preċedenti fejn il-Kummissjoni naqqset l-ispejjeż SG&A mill-bejgħ ta’ prodotti nofshom lesti f’każ minnhom, u l-ispejjeż SG&A minn bejgħ minn fornitur ta’ materja prima fil-każ l-ieħor (100) waqt li affermaw li ċ-ċirkustanzi f’dawk il-każijiet kienu komparabbli ma’ dawk fl-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, il-kumpaniji argumentaw li l-Kummissjoni, f’konformità ma’ dawn il-każijiet preċedenti, għandha tnaqqas l-ispejjeż SG&A u l-profitt ta’ Jushi Egypt għall-bejgħ tal-GFR mill-SG&A u l-profitt użati biex jinħadem il-valur normali tal-GFF ta’ Hengshi Egypt. |
(340) |
Iċ-ċirkostanzi tal-każijiet li għalihom irreferew Jushi/Hengshi Egypt, madankollu, huma differenti minn dawk fl-investigazzjoni kurrenti. F’każ wieħed, il-kwistjoni ma tqajmitx meta kien qed jinħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku iżda meta kien qed jiġi ddeterminat jekk il-bejgħ domestiku sarx fl-andament normali tal-kummerċ abbażi tal-kost sħiħ tal-kumpanija inkwistjoni. F’dak il-każ il-kumpaniji relatati kkonċernati, it-tnejn li huma biegħu l-prodott investigat fis-suq domestiku u għalhekk l-SG&A taż-żewġ kumpaniji kienu relatati mal-bejgħ tal-prodott investigat, li mhuwiex il-każ fl-investigazzjoni attwali. |
(341) |
F’din l-investigazzjoni, il-prezz tal-GFR fis-suq ħieles intuża għall-kalkolu tal-kost tal-manifattura tal-GFF ta’ Hengshi Egypt. Dan il-prezz kien jinkludi l-SG&A u l-profitt (tal-bejgħ tal-GFR) u rriżulta fil-kost sħiħ tal-manifattura tal-GFF għal Hengshi Egypt. Madankollu, ma kien jinkludi l-ebda SG&A u profitt għall-bejgħ domestiku tal-GFF ta’ Hengshi Egypt peress li l-kumpanija ma kellha l-ebda bejgħ tal-GFF fis-suq domestiku. Sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali, ġie miżjud ammont raġonevoli ta’ SG&A u profitt mal-kost tal-manifattura skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Dan l-ammont raġonevoli rrifletta l-SG&A u l-profitt miksuba għall-bejgħ domestiku tal-GFF fis-suq Eġizzjan. |
(342) |
F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni investigazzjoni msemmija mill-Jushi/Hengshi Egypt, l-affermazzjoni li tqajmet mill-produtturi esportaturi kkonċernati, jiġifieri t-tnaqqis tal-SG&A mill-fornituri tal-materja prima mill-kost tal-produzzjoni tal-produttur esportatur ġiet irrifjutata abbażi tar-raġunijiet li “kull xirja ta’ materja prima tinkludi xi kostijiet SG&A fil-prezz imħallas, iżda dawn huma kostijiet tal-fornitur, u mhux l-SG&A tal-esportatur inkwistjoni.” L-istess kien japplika għall-każ preżenti. |
(343) |
Meta jitqies dak li ntqal hawn fuq, dawn il-preċedenti ma jistgħux jitqiesu bħala appoġġ għall-affermazzjoni tal-produtturi esportaturi li l-każ kurrenti mhuwiex konformi ma’ investigazzjonijiet preċedenti. |
(344) |
Jushi/Hengshi Egypt argumentaw ukoll li Jushi Egypt hija produttur integrat li jipproduċi GFR biex ikun ipproċessat aktar għal GFF u li għalhekk il-bejgħ tagħha tal-GFF jinkludi wkoll l-SG&A u l-profitt li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni tal-GFR. Għalhekk, Jushi/Hengshi Egypt ddikjaraw li l-SG&A u l-profitt li allegatament huma relatati mal-GFR għandhom jitnaqqsu mill-SG&A u l-profitt ta’ Jushi Egypt għall-bejgħ tal-GFF li għandhom jiżdiedu mal-kost tal-manifattura tal-GFF ta’ Hengshi Egypt meta jinħadem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku. Wara r-rivelazzjoni finali, tressaq argument simili wkoll mill-Gvern tal-Eġittu. |
(345) |
Il-Kummissjoni tinnota li kwalunkwe allokazzjoni ta’ profitt u SG&A mill-bejgħ tal-GFF għall-GFR tkun purament spekulattiva peress li l-profitt u l-SG&A jiġġarrbu mill-bejgħ tal-prodott li jirreferu għalih u ma jistgħux jiġu konnessi ma’ inputs upstream li jsiru minnhom. Għalhekk, l-SG&A u l-profitt allokati mill-kumpanija għall-bejgħ tal-GFF ma għandhomx jinkludu kostijiet relatati ma’ prodott ieħor. Barra minn hekk, fir-rekords kontabilistiċi tagħha, Jushi Egypt stess tagħmel distinzjoni ċara fid-dħul u l-ispejjeż imġarrba għal kull segment tal-operat fi ħdan il-kumpanija, jiġifieri l-GFF u prodotti oħra. Li kieku l-affermazzjoni tal-kumpaniji kienet vera, jitfa’ dubju fuq l-affidabbiltà tal-metodoloġija użata minn Jushi Egypt biex talloka l-kostijiet għall-prodott ikkonċernat għall-għan ta’ din l-investigazzjoni. |
(346) |
Għalhekk, l-affermazzjoni li l-SG&A u l-profitt ta’ Jushi Egypt relatati mal-GFF inkludew ukoll SG&A u profitt relatat mal-bejgħ tagħha tal-GFR u li konsegwentement l-SG&A u l-profitt tal-GFR kienu magħduda darbtejn meta nħadem il-valur normali skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku kienet fattwalment inkorretta u għalhekk ġiet irrifjutata. |
(347) |
Barra minn hekk, il-Gvern tal-Eġittu kkunsidra li l-mod kif inħadem il-valur normali għal Hengshi Egypt wassal għall-inflazzjoni tal-marġni ta’ dumping ikkalkulat għall-grupp. Skont il-Gvern tal-Eġittu, il-Kummissjoni qieset li ż-żewġ produtturi ma kinux jiffurmaw entità ekonomika waħda u, simultanjament injorat il-prezzijiet tal-bejgħ tal- GFR bejn iż-żewġ entitajiet fuq il-bażi li ż-żewġ entitajiet kienu relatati ma’ xulxin. F’dan ir-rigward huwa rrefera għall-prattika preċedenti fejn il-profitti bejn kumpaniji li jiffurmaw entità ekonomika waħda kienu tnaqqsu. |
(348) |
Madankollu, il-fatt li Jushi Egypt u Hengshi Egypt kienu jappartjenu għall-istess grupp ta’ kumpaniji u kienu relatati ma’ xulxin ma kienx jikkwalifikahom li jiffurmaw entità ekonomika waħda. Kif spjegat fil-premessa (329), iż-żewġ kumpaniji kienu entitajiet separati b’personalitajiet ġuridiċi distinti, operazzjonijiet indipendenti ta’ produzzjoni u ta’ bejgħ. Dawn il-fatti qatt ma ġew ikkontestati mill-kumpaniji kkonċernati. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
3.11. Prezz tal-esportazzjoni
(349) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti, permezz ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, jew permezz ta’ importaturi relatati li jinsabu fl-Unjoni. |
(350) |
Fil-każ li l-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala negozjant, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li tħallas realment jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
(351) |
Jekk il-produtturi esportaturi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dak il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A tal-importaturi relatati li jinsabu fl-Unjoni, u profitt raġonevoli. |
(352) |
Negozjant wieħed biss mhux relatat ikkoopera fl-investigazzjoni. Billi dan kien jimporta biss kwantitajiet negliġibbli tal-GFF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-marġni ta’ profitt tiegħu ma kienx ikkunsidrat rappreżentattiv. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra, il-marġni ta’ profitt ta’ negozjant indipendenti attiv fis-settur tal-GFF kien stmat li hu ta’ 5 %. |
3.12. Tqabbil
(353) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ta’ prezz mill-fabbrika. |
(354) |
Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kost tal-kreditu, u t-tariffi tal-bank. |
(355) |
Barra minn hekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, iż-żewġ produtturi li kkooperaw esportaw GFF lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra l-Unjoni, f’Hong Kong. In-negozjanti f’Hong Kong kienu qed ifittxu klijenti u kellhom kuntatt stabbilit magħhom. Huma ġarrew ukoll ir-responsabbiltà tal-proċess tal-bejgħ u rċivew mark-up għas-servizzi tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li l-funzjonijiet ta’ dawn in-negozjanti kienu simili għal dawk ta’ aġent. Konsegwentement, sar ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) għall-bejgħ permezz ta’ dawk il-kumpaniji kummerċjali relatati. L-aġġustament kien jikkonsisti mit-tnaqqis tal-SG&A ta’ dawk il-kumpaniji kummerċjali u profitt ta’ 5 %. Dan il-marġini ta’ profitt tqies raġonevoli fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra. |
3.13. Marġnijiet tad-dumping
(356) |
Sabiex jiġi stabbilit il-marġni tad-dumping għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, fuq bażi ta’ prezz tal-fabbrika, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
(357) |
Peress li ż-żewġ produtturi li kkooperaw kienu relatati, ġie stabbilit marġni tad-dumping uniku bbażat fuq il-medja ponderata tal-marġnijiet tad-dumping individwali tagħhom. |
(358) |
Wara r-rivelazzjoni finali, il-Gvern tal-Eġittu kkontesta l-mod li bih il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni ta’ dumping għall-grupp CNBM. Il-Gvern tal-Eġittu sostna li skont l-Artikolu 6.10 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-dumping, il-marġnijiet individwali għandhom jiġu kkalkolati għal kull produttur esportatur individwali li jikkoopera f’investigazzjoni. F’dan ir-rigward, il-prezzijiet reali tal-bejgħ domestiku ta’ Jushi Egypt kellhom jintużaw bħala bażi ta’ valur normali għall-grupp kollu tas-CNBM u l-prezz medju ponderat tal-esportazzjoni ta’ Hengshi Egypt u Jushi Egypt. |
(359) |
Kif imsemmi fil-premessa (34), l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku jippermetti lill-Kummissjoni tistabbilixxi dazju anti-dumping individwali uniku meta jeżistu rabtiet korporattivi bejn produtturi esportaturi. Il-fatt li Jushi Egypt u Hengshi Egypt huma kumpaniji relatati ġie stabbilit matul din l-investigazzjoni u ma ġiex ikkontestat. Għalhekk, il-Kummissjoni ikkalkulat marġini individwali tad-dumping uniku għal CNBM f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Il-marġnijiet ta’ dumping individwali tal-kumpaniji kkonċernati jiffurmaw il-bażi għall-kalkolu ta’ marġni uniku tal-grupp. F’dan ir-rigward, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għandhom jiġu stabbiliti għal kull kumpanija individwalment skont l-Artikolu 2 u 3 tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku jiddeskrivi l-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-valur normali f’każ li l-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ma jkunux rappreżentattivi, li ma jipprevedix li l-valur normali jkun sempliċiment ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku ta’ kumpanija oħra. Bl-istess mod, l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, lanqas ma jippermetti li l-marġni ta’ dumping jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-prezzijiet medji ponderati tal-esportazzjoni ta’ żewġ kumpaniji jew aktar. Għaldaqstant, l-affermazzjoni li saret f’dan ir-rigward ġiet irrifjutata. |
(360) |
Wara r-rivelazzjoni addizzjonali finali, il-Gvern tal-Eġittu osserva li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-biċċa l-kbira tal-kummenti u l-argumenti pprovduti minn Hengshi/Jushi Egypt wara r-rivelazzjoni finali u sostniet li dawn għandhom jiġu kkunsidrati. Il-Kummissjoni tinnota li l-kummenti kollha pprovduti minn Hengshi/Jushi Egypt wara r-rivelazzjoni finali u r-rivelazzjoni finali addizzjonali huma indirizzati bis-sħiħ f’dan ir-Regolament fil-premessi preċedenti tiegħu. Kif imsemmi wkoll fil-premessa (548), ir-rivelazzjoni addizzjonali finali kienet limitata għal fatti u kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom saru determinazzjonijiet finali, li nbidlu meta mqabbla mar-rivelazzjoni finali. |
(361) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli peress li l-produtturi esportaturi li kkooperaw mal-investigazzjoni essenzjalment kienu jirrappreżentaw it-totalità tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ibbażat fuq l-istatistiki dwar l-importazzjoni rreġistrati fil-Eurostat. Abbażi ta’ dak, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni ta’ sussidju residwu fil-livell tal-marġini ta’ dumping individwali stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw. |
(362) |
Il-marġnijiet tad-dumping definittivi, mogħtija bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. INJURY
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(363) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn 16-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
(364) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-GFF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal kważi 115 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, li ġiet kontroverifikata u, fejn xieraq, aġġornata bit-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (12), il-kampjun kien magħmul minn erba’ produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
(365) |
Il-Kummissjoni qagħdet fuq data aġġustata tal-Eurostat sabiex tistabbilixxi l-konsum tal-Unjoni u l-volumi tal-importazzjoni, wara l-metodoloġija mhux ikkontestati suġġerita mill-ilmentatur. Abbażi tad-data TARIC, porzjon żgħir tal-inputs tneħħa mill-istatistiki dwar l-importazzjonijiet użati. Il-Kummissjoni vverifikat u kkonfermat l-istimi tal-ilmentatur fir-rigward tal-proporzjon tal-prodott ikkonċernat fil-volumi importati skont il-kodiċijiet tan-NM (101) imsemmija fin-Notifika ta’ Bidu (102) fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Eġittu. |
(366) |
Il-volumi u l-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu stabbiliti matul l-investigazzjoni abbażi tal-għarfien dirett tal-kumpaniji li jipproduċu GFF f’pajjiżi terzi oħrajn u li jimportaw lejn l-Unjoni. Għall-pajjiżi terzi kollha, minbarra ċ-ċifri msemmija fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda informazzjoni aġġornata tal-intelligence tas-suq għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(367) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-bażi ta’ data Comtext tal-Eurostat, aġġustati kif deskritt fil-premessi (365) u (366). |
(368) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati metriċi)
|
(369) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn madwar 153 000 tunnellata fl-2015 għal madwar 168 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri b’9,8 %. |
(370) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi China u s-CCCLA talbu rivelazzjoni addizzjonali biex jiċċaraw id-data sottostanti dwar l-importazzjoni u l-konsum u l-metodoloġija dettaljata użata biex tiġi stabbilita. Huma argumentaw li dan kien meħtieġ billi ċ-ċifri użati fl-ilment huma differenti għaċ-ċifri żvelati. |
(371) |
L-allegazzjoni li ċifri rilevanti ma ġewx rivelati hija żbaljata. Iċ-ċifri użati biex jiġi stabbilit il-konsum tal-GFF fl-Unjoni ġew żvelati lill-partijiet interessati kollha fir-rivelazzjoni finali tad-19 ta’ Diċembru 2019. Differenzi fiċ-ċifri użati fl-ilment mhumiex riżultat ta’ bidla fil-metodoloġija iżda, minn naħa, minħabba l-perjodi ta’ żmien differenti bejn l-ilment u l-investigazzjoni kif spjegat hawn fuq u, min-naħa l-oħra, minħabba d-disponibbiltà ta’ data aktar dettaljata miġbura matul l-investigazzjoni. Filwaqt li l-ilmentatur kellu jiddependi fuq l-għarfien tas-swieq biex ineħħi l-importazzjonijiet skont il-kodiċijiet NM rilevanti li ma kinux GFF, il-Kummissjoni għandha aċċess għad-data tal-importazzjoni fil-livell tat-TARIC. Kif imsemmi fil-premessa (365), il-Kummissjoni użat din id-data biex tneħħi l-prodotti li kienu importati bil-kodiċijiet TARIC għal prodotti oħra. Minbarra d-differenza fil-perjodi, il-Kummissjoni kellha aċċess għad-data reali tal-produtturi Ewropej inklużi fil-kampjun, li f’ċerti każijiet il-verifika tagħha wasslet għal reviżjonijiet taċ-ċifri rrapportati. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.3.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
(372) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
(373) |
Id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed iridu jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
(374) |
Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti b’rabta mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu kienu ogħla mil-limiti de minimis stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet ma kienx negliġibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, l-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ta’ 22,3 % (37 558 tunnellata) għall-importazzjonijiet mir-RPĊ u 9,1 % (15 334 tunnellata) għall-importazzjonijiet mill-Eġittu. |
(375) |
Il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-Eġittu u bejn dawk l-importazzjonijiet u l-prodott simili fl-Unjoni kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u ma’ GFF prodott fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu bl-istess mezzi ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, it-tabella 4 turi li għalkemm il-livelli ġenerali tal-prezzijiet kienu differenti għal kull pajjiż ikkonċernat, ix-xejriet kienu fil-biċċa l-kbira l-istess, jiġifieri juru tnaqqis ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, bi stabbilizzazzjoni fl-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, bit-tnejn li huma li jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
(376) |
Għalhekk, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu kienu eżaminati b’mod kumulattiv għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tad-dannu. |
4.3.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
(377) |
Kif spjegat fil-premessi (365) u (366) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi ta’ data aġġustata tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi l-volum tal-importazzjonijiet ġie mqabbel mal-konsum tal-Unjoni. |
(378) |
L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u l-Eġittu żviluppaw kif ġej. Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq
|
(379) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 53 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn kważi 35 000 tunnellata fl-2015 għal kważi 53 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’hekk, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdied minn 22,6 % fl-2015 għal 31,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni bi kważi 9 punti perċentwali. Din iż-żieda kienet kontinwa matul il-perjodu kkunsidrat, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi. |
4.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
(380) |
Kif spjegat fil-premessa (365), il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejriet tal-prezzijiet tal-importazzjoni fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. |
(381) |
Fuq dik il-bażi, il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-Importazzjoni (EUR/kg)
|
(382) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kienu dejjem taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif muri fit-Tabella 8. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu minn 1,78 EUR/kg għal 1,54 EUR/kg fil-perjodu kkunsidrat, jiġifieri bi kważi 14 %. |
(383) |
Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
(384) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tipi individwali ta’ prodotti, bl-aġġustament xieraq fejn meħtieġ, u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontar. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ipotetiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan jinkiseb billi l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għal kull tip ta’ prodott jiġi mmoltiplikat bil-kwantitajiet tat-tip ta’ prodott komparabbli esportati lejn l-Unjoni. Dan wera marġnijiet ta’ twaqqigħ sinifikanti ta’ prezzijiet li jvarja minn 15,4 % għal 55,8 % għar-RPĊ u minn 30,5 % għal 54,9 % għall-Eġittu, li rriżulta f’marġni medju ponderat ta’ 15,4 % għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fir-RPĊ u ta’ 31,5 % għall-produtturi esportaturi fl-Eġittu li kkooperaw. |
(385) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi China u s-CCCLA nnotaw li l-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz żvelat tal-produtturi li kkooperaw (41,1 %) x’aktarx kien ħażin. |
(386) |
Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan il-kumment u ċċarat li dan huwa dovut għal żball klerikali. Fil-fatt, il-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet tal-produtturi li kkooperaw kien ta’ 15,4 % minflok ta’ 41,1 %. |
(387) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi China nnotaw li d-differenza bejn it-twaqqigħ tal-prezzijiet tagħha u l-marġnijiet ta’ bejgħ taħt il-prezz (42,4 % u 116,9 %, rispettivament) u mqabbla mad-differenza bejn dawn il-marġnijiet stabbilita għal Jushi/Hengshi Egypt (30,5 % u 61,4 %, rispettivament). Il-produttur esportatur innota wkoll li hemm differenza sostanzjali fir-riżultat ta’ dan il-paragun kemm f’termini tal-perċentwali assoluti għaż-żewġ tipi ta’ marġnijiet, kif ukoll f’termini tal-kobor taż-żieda fil-marġni ta’ bejgħ taħt il-prezz relattiv għall-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz. Il-produttur esportatur innota li dan huwa sorprendenti, speċjalment fid-dawl li l-prezzijiet medji ponderati unitarji CIF ta’ Jushi/Hengshi China u Jushi/Hengshi Egypt huma simili. |
(388) |
Il-Kummissjoni nnotat li dawn id-differenzi mhumiex rari jekk il-kumpaniji inkwistjoni jbigħu taħlitiet ta’ prodotti differenti lis-suq tal-Unjoni. Jekk it-taħlita tal-prodott tkun differenti, kif inhu f’dan il-każ, is-similarità fil-prezzijiet medji unitarji CIF ma jippermettix paragun sinifikanti tal-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet jew ta’ bejgħ taħt il-prezz taż-żewġ entitajiet u d-deltas bejn dawn il-marġnijiet. Għaldaqstant, il-kumment ġie rrifjutat. |
(389) |
Jushi/Hengshi China u Jushi/Hengshi Egypt innotaw li l-valur CIF għall-bejgħ li sar mill-produtturi esportaturi permezz ta’ importaturi relatati ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat inbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, aġġustat għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Il-produttur esportatur argumenta li l-użu ta’ dan il-valur CIF maħdum fil-kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ taħt il-prezz imur kontra l-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku billi mkien fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku ma jindika li l-Kummissjoni għandha tuża prezz tal-esportazzjoni CIF maħdum biex jiġi kkalkulat il-marġni tad-dannu. |
(390) |
Il-produtturi esportaturi argumentaw ukoll li l-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq valur CIF maħdum huwa difettuż. Skont dawn il-produtturi esportaturi, billi naqset milli tivvaluta l-effetti tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta’ dumping fuq il-prezzijiet ta’ prodotti simili mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni billi qabblet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mal-prezz tal-bejgħ finali tal-produtturi esportaturi lill-ewwel klijent indipendenti, il-Kummissjoni marret kontra l-Artikoli 3(2) u 3(3), u konsegwentement l-Artikoli 3(5), 3(6), 3(7) u 3(8) tar-Regolament Bażiku. |
(391) |
L-ewwel nett, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku jirreferi għall-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li setgħu jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u mhux il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta’ kumpanija (importatur relatat) fl-Unjoni lil klijent ieħor. |
(392) |
It-tieni nett, rigward il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, ir-Regolament bażiku ma jipprevedix xi metodoloġija speċifika ta’ dak il-kunċett. Il-Kummissjoni għalhekk tgawdi minn marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni fil-valutazzjoni ta’ dan il-fattur ta’ dannu. Dan il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa limitat mill-ħtieġa li l-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza pożittiva u eżami oġġettiv, kif mitlub mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
(393) |
Fir-rigward tal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt li fih isseħħ (jew tista’ sseħħ) kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat għaliex il-kumpanija fil-prinċipju għandha l-għażla li tagħmel l-akkwist tagħha jew mill-industrija tal-Unjoni jew minn klijenti barranin. B’kuntrast, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ importaturi mhux relatati ma jirriflettux il-punt li fih isseħħ il-kompetizzjoni reali. Dan huwa biss il-punt fejn l-istruttura tal-bejgħ stabbilita tal-esportatur tipprova ssib klijenti iżda diġà hija wara l-punt fejn tkun ittieħdet id-deċiżjoni li ssir l-importazzjoni. Tabilħaqq, ladarba l-produttur esportatur ikun stabbilixxa s-sistema tiegħu ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni, huma diġà jkunu ddeċidew li s-sors tal-merkanzija tagħhom se jkun minn barra l-pajjiż. Għalhekk, il-punt ta’ tqabbil jenħtieġ li jkun eżatt wara li l-oġġett jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereżempju meta jinbiegħ lill-utent finali tal-prodott. |
(394) |
Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f’każijiet fejn produttur esportatur qed ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk huwa importatur kif ukoll jekk huwa utent finali) minħabba li f’dan ix-xenarju, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ma jintużawx bħala regola. Approċċ differenti jista’ jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi abbażi biss tal-kanal tal-bejgħ li huma jużaw. |
(395) |
F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni ma jistax jittieħed b’mod superfiċjali peress li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit b’mod affidabbli l-prezz ta’ importazzjoni fuq bażi distakkata, dan il-prezz għandu jiġi maħdum mill-ġdid bl-użu tal-prezz tal-bejgħ tal-importatur relatat bħala punt ta’ tluq. Sabiex terġa’ taħdimhom mill-ġdid, ir-regoli dwar kif jinħadem il-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku huma pertinenti, bħalma huma pertinenti għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għal skopijiet ta’ dumping. L-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku tippermetti li wieħed jasal għal prezz li huwa għalkollox komparabbli għall-prezz CIF (fruntiera tal-Unjoni) li jintuża meta jiġi eżaminat il-bejgħ lil klijenti mhux relatati. |
(396) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li f’dan il-każ partikolari l-maġġoranza tal-bejgħ kemm min-naħa tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll min-naħa tal-produtturi esportaturi jsir direttament (jiġifieri mingħajr negozjanti jew importaturi). Dan il-bejgħ dirett jirrappreżenta aktar minn 95 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u aktar minn 95 % tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi. |
(397) |
Filwaqt li l-Kummissjoni ssostni r-raġunament spjegat hawn fuq, għall-finijiet ta’ kompletezza għamlet kalkoli addizzjonali tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz. |
(398) |
L-ewwel wieħed qies il-klijent aħħari, u b’hekk it-tipi ta’ prodotti ġew imqabbla fuq il-bażi tat-tip ta’ klijent aħħari, b’dan tal-aħħar jiżdied bħala karatteristika għan-numru ta’ kontroll tal-prodott. Abbażi ta’ dan il-kalkolu, il-prezzijiet tal-grupp CNBM fiċ-Ċina, il-grupp CNBM fl-Eġittu u l-grupp Yuntianhua nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 42,7 %, 32,1 % u 17,2 % rispettivament. |
(399) |
Fit-tieni kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni qieset biss il-bejgħ dirett li sar mill-industrija u mill-produtturi esportaturi tal-Unjoni, li kif imsemmi hawn fuq, jirrappreżenta l-maġġoranza vasta tal-bejgħ fuq iż-żewġ naħat. Abbażi ta’ dan il-kalkolu, il-prezzijiet tal-grupp CNBM fiċ-Ċina, il-grupp CNBM fl-Eġittu u l-grupp Yuntianhua nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 45,4 %, 30,8 % u 14,7 % rispettivament. |
(400) |
Bħala konklużjoni, il-marġn ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet ma jvarjawx b’mod sinifikanti irrispettivament mill-mod kif jiġi kkalkulat. Dan mhuwiex sorprendenti meta wieħed iqis li l-industrija tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi jbigħu tipi simili ta’ prodotti u b’mod predominanti direttament lil tipi simili ta’ klijenti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(401) |
Wara r-rivelazzjoni finali, il-grupp Yuntianhua talab għal rivelazzjoni addizzjonali dwar il-kalkoli dettaljati tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ taħt il-prezz għal kull tip ta’ prodott, fir-rigward tal-kumpanija tiegħu. Huwa talab li n-numri ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni għandhom jiġu żvelati lilu kif ukoll il-kwantitajiet medji mibjugħa għal kull PCN u l-prezzijiet medji tal-bejgħ. Matul is-seduta tas-17 ta’ Jannar 2020, il-grupp Yuntianhua żied, fost l-oħrajn, li ma kienx ċar mill-informazzjoni żvelata jekk il-Kummissjoni applikatx azzerar. Il-grupp Yuntianhua talab ukoll rivelazzjoni addizzjonali fuq il-kanali tal-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
(402) |
Il-Kummissjoni kkonfermat li l-azzerar ma ġiex applikat f’din l-investigazzjoni. Madankollu, f’konformità mal-prattika ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali, il-Kummissjoni ma setgħetx tiżvela d-data kollha mitluba għal kull tip ta’ prodott. Rivelazzjoni ta’ tali livell ta’ dettall tagħmilha possibbli li, jew b’mod dirett jew b’żieda ta’ għarfien tas-swieq, tinbena data kunfidenzjali dwar il-bejgħ jew il-produzzjoni ta’ produtturi individwali tal-Unjoni. F’konformità mal-prattika tagħha li tipproteġi informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju, il-Kummissjoni ddeċidiet li taċċetta parzjalment it-talba tal-kumpanija u tiżvela l-informazzjoni għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa minn tliet produtturi tal-Unjoni jew aktar fil-kampjun. Dawn ġew żvelati individwalment flimkien mar-rivelazzjoni finali addizzjonali għall-produtturi esportaturi kollha kkonċernati. |
(403) |
Wara t-talba tal-grupp Yuntianhua għal rivelazzjoni addizzjonali fuq il-kanali tal-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u fuq talba tal-Kummissjoni, il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun ipprovdew informazzjoni addizzjonali rigward il-kanali tal-bejgħ tagħhom. Din l-informazzjoni kienet disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati ftit wara li t-talba u l-partijiet interessati ġew infurmati b’dan. Il-produtturi tal-Unjoni talbu wkoll trattament kunfidenzjali għal informazzjoni aktar dettaljata fir-rigward tal-kanali tal-bejgħ tagħhom. Il-Kummissjoni vvalutat dawn it-talbiet u kkonkludiet li kienu ġġustifikati kif xieraq, u b’hekk kien jeħtiġilhom trattament kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. |
(404) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, il-grupp ta’ Yuntianhua argumenta li, peress li, għall-kuntrarju tal-grupp Yuntianhua, il-produtturi kollha tal-Unjoni fil-kampjun biegħu l-prodott ikkonċernat permezz ta’ negozjanti relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġusta ’l fuq il-valur tas-CIF tal-grupp Yuntianhua għall- SG&A u marġni ta’ profitt nozzjonali tal-kumpaniji kummerċjali relatati fil-kampjun tal-produtturi tal-UE, sabiex ikun żgurat li l-paragun mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jsir fl-istess livell ta’ kummerċ. |
(405) |
Kif imsemmi fil-premessa (396), aktar minn 95 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien bejgħ dirett. Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-premessi minn (397) sa (400), il-kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażati fuq il-bejgħ lill-utenti aħħara u fuq il-bejgħ dirett biss kollha juru marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz għall-produtturi esportaturi kollha inkluż il-grupp Yuntianhua. Għaldaqstant, il-kumment ġie rrifjutat. |
(406) |
Fil-kummenti tagħhom wara wara r-rivelazzjoni addizzjonali finali, il-grupp Yuntianhua tenna l-affermazzjoni tiegħu li r-rivelazzjoni tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu ma kinitx biżżejjed. Il-kumpanija ddikjarat li l-prezzijiet tal-bejgħ u l-kwantitajiet tat-tipi kollha tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu żvelati lilhom, irrispettivament minn kemm produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed ibigħu PCN speċifiku. Huma warbu l-fehma tal-Kummissjoni li jekk id-data dwar il-bejgħ relatata ma’ ċertu PCN tappartjeni biss lil żewġ produtturi tal-Unjoni jew inqas, parti terza tkun tista’ ssegwi d-data lura għal produttur individwali tal-industrija tal-Unjoni. Peress li l-grupp Yuntianhua ma jkollux l-għarfien rilevanti tas-suq biex jagħmel dan, huma affermaw ulterjorment, li ma hemmx għalfejn din id-data tinżamm kunfidenzjali. Inkella, il-grupp ta’ Yuntianhua argumenta li l-Kummissjoni jenħtieġ li tal-anqas tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali sinifikanti tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu billi tipprovdi firxiet ta’ data dwar il-bejgħ marbuta mal-PCNs li kienu prodotti minn żewġ produtturi tal-Unjoni jew anqas. |
(407) |
Il-Kummissjoni ttenni li d-data li tappartjeni għal produttur wieħed jew żewġ produtturi tal-Unjoni biss ma tistax tiġi żvelata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. L-istess trattament jingħata lill-produtturi esportaturi, li ma jkollhomx l-informazzjoni individwali tagħhom disponibbli, anki fuq bażi anonima. L-investigazzjoni wriet li s-suq GFF huwa relattivament trasparenti ma’ utenti ta’ kwantità kbira li jixtru minn numru limitat ta’ produtturi ċċertifikati fl-Unjoni u fiċ-Ċina. Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-produtturi tal-GFF fl-Unjoni u fil-pajjiżi kkonċernati ta’ spiss ikunu jafu min qed jipprovdi tip ta’ prodott partikolari. Għalhekk, l-iżvelar ta’ firxa ta’ data jkollha r-riskju għoli li jiżvela data kunfidenzjali, ta’ negozju, li l-Kummissjoni tfittex li tipproteġi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni żvelat kalkoli dettaljati għat-tipi kollha ta’ prodotti li ġew prodotti minn tliet produtturi tal-Unjoni jew aktar li kienu jkopru madwar 70 % tal-volum mibjugħ mill-grupp Yuntianhua lejn l-Unjoni u aktar minn 70 % tal-volum ta’ tipi ta’ prodotti korrispondenti mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Il-grupp Yuntianhua ma qajjem l-ebda kwistjoni fir-rigward ta’ dawn il-kalkoli. Il-kumpanija lanqas ma fittxet l-assistenza tal-Uffiċjal tas-Seduta, li offra li jwettaq il-verifiki meħtieġa fuq id-data li ma ġietx żvelata f’isem il-kumpanija. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(408) |
Fil-kummenti tagħhom wara r-rivelazzjoni addizzjonali finali, abbażi ta’ seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta, il-grupp Yuntianhua sostna li kull produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun jispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ tip wieħed jew aktar ta’ prodott ikkonċernat manifatturat speċifikament għal utent partikolari. Il-grupp Yuntianhua imbagħad argumenta li dawn kienu prodotti speċifiċi għall-klijenti OEM, li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda marġni tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Skont il-grupp Yuntianhua, għalhekk jenħtieġ li jkun hemm analiżi speċifika skont is-segment tad-dumping u d-dannu u l-ebda miżura ma għandha fil-fatt tiġi imposta fuq is-segment OEM. |
(409) |
Is-suppożizzjoni tal-produttur esportatur hija fattwalment żbaljata. L-investigazzjoni wriet li l-GFF ma kienx prodott fuq il-bażi OEM. Kif iddikjarat fil-premessa (61) hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet, il-GFF jiġu prodotti f’ordni skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti u, b’riżultat ta’ dan, il-maġġoranza vasta tal-bejgħ (kemm tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll tal-produtturi esportaturi) issir direttament lill-klijenti aħħara indipendenti. Għalhekk, il-bejgħ skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti huwa karatteristika tas-suq tal-GFF u bl-ebda mod ma jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ segment OEM separat. Dan huwa wkoll viżibbli mid-data żvelata lill-grupp Yuntianhua. Madwar 70 % tal-PCNs esportati mill-grupp Yuntianhua lejn l-Unjoni ġew prodotti minn tliet jew erba’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien hemm tqabbil ta’ 92 % bejn il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-grupp Yuntianhua. Dan jikkontradixxi wkoll li jkun hemm speċjalizzazzjoni partikolari fis-suq u li l-produtturi tal-UE jipproduċu tip wieħed jew aktar għal utent partikolari. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawk il-PCNs prodotti minn produttur wieħed biss jew minn żewġ produtturi tal-Unjoni ma kinux qed jwaqqgħu il-prezzijiet jew ibigħu taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni mhux korrett. Il-Kummissjoni sabet twaqqigħ fil-prezz għal erbgħa mis-seba’ PCNs li għalihom il-kalkolu dettaljat ma setax jiġi żvelat minħabba kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità. Dan ifisser li, mit-18-il PCNs li jaqblu, erbgħa biss (li jammontaw għal perċentwal baxx tal-volumi tal-esportazzjonijiet tal-grupp Yuntianhua) instabu li ma jwaqqgħux il-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Ovvjament, l-istabbiliment ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-livell tal-PCN huwa biss pass intermedjarju u preparatorju tal-paragun tal-prezzijiet meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri, id-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fl-intier tiegħu. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni li kellha ssir analiżi separata bbażata fuq segmenti differenti ġiet irrifjutata. |
(410) |
Fil-kummenti tagħhom wara r-rivelazzjoni addizzjonali finali, il-grupp Yuntianhua argumenta li l-Kummissjoni inkludiet prodotti li mhumiex prodotti kkonċernati fis-sejbiet ta’ dannu billi sostniet li wieħed mill-PCNs tagħhom kien esportat taħt Kodiċi NM li mhuwiex parti mill-investigazzjoni. |
(411) |
Kif ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fl-Avviż ta’ bidu ta’ din il-proċedura “[i] n-NM u l-kodiċijiet TARIC jingħataw biss għall-informazzjoni”. Dawn ma jikkostitwixxux id-deskrizzjoni tal-prodott investigat. Tabilħaqq, f’dan il-każ partikolari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/44 (104) kien diġà ġie nnotat li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, anki wara li nbeda l-proċediment ġew iddikjarati b’mod żbaljat. Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-produtturi esportaturi fil-kampjun intalbu jirrapportaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni tal-prodott li jaqbel mad-deskrizzjoni mogħtija fin-Notifika ta’ bidu tal-proċediment. F’dan il-qafas, il-grupp Yuntianhua rrapporta l-PCN speċifiku inkwistjoni bħala prodott ikkonċernat. Fi kwalunkwe każ, ġie vverifikat u kkonfermat matul il-verifika fuq il-post li l-PCNs kollha rrapportati fil-kwestjonarju kienu jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni. L-użu ta’ dan il-PCN fid-dumping, u fil-kalkoli tad-dannu ġew żvelati wkoll lill-grupp Yuntianhua fid-19 ta’ Diċembru 2019. Dan ma ġiex ikkontestat mill-grupp Yuntianhua. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
(412) |
B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt li għandhom l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
(413) |
Kif imsemmi fil-premessa (12), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(414) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data li kienet tinsab fl-ilment u t-tweġiba tal-ilmentaturi għal kwestjonarju speċifiku. Din id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, u ġiet aġġornata fejn meħtieġ wara l-verifiki tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni vvalutat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
(415) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping. |
(416) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ kull unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(417) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(418) |
Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni varjat iżda naqset b’8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-kapaċità tal-produzzjoni nżammet kważi fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat, l-użu tal-kapaċità naqas minn 63 % għal 59 %. |
4.4.2.2. Il-volum ta ’ bejgħ u s-sehem mis-suq
(419) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(420) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’5 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu akkumulati żdiedu bi 53 %. Meta wieħed iqis iż-żieda fil-konsum, din sarrfet fi tnaqqis tas-sehem mis-suq minn 73,7 % fl-2015 għal 63,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li r-RPĊ u l-Eġittu żiedu s-sehem tas-suq tagħhom minn 22,6 % fl-2015 għal 31,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri żieda ta’ kważi 9 punti perċentwali. |
4.4.2.3. Tkabbir
(421) |
Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, il-bejgħ, il-volum u s-sehem mis-suq juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber f’suq li kien qed jikber, la f’termini assoluti u lanqas fir-rigward tal-konsum, matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
(422) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
(423) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-Unjoni baqgħu relattivament stabbli b’żieda minuri biss ta’ 1 %. Tabilħaqq, it-tkabbir fil-konsum ma kienx akkumpanjat minn tkabbir korrispondenti fl-impjiegi minħabba tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni. Peress li l-produzzjoni naqqset b’8 %, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.5. Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti
(424) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(425) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni (EUR/kg)
|
(426) |
Filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar minħabba t-telf ta’ kuntratti ta’ volum għoli mill-industrija tat-turbini eoliċi, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ kull unità tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni naqas b’7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan juri t-trażżin sever tal-prezzijiet ikkawżat mill-volum li dejjem jiżdied b’mod sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Kif spjegat fil-premessi (431) u (439), dan kellu impatt sinifikanti fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni li kienet qed tagħmel it-telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
(427) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)
|
(428) |
Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdiedu b’6 %. |
4.4.3.3. Inventarji
(429) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
(430) |
Minkejja l-fatt li f’kondizzjonijiet normali tas-suq, GFF huwa prodott l-aktar skont l-ordni u ma jinħażinx, kien hemm żieda qawwija ta’ 26 % fl-istokk matul il-perjodu kkunsidrat. Din hija spjegata mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tikkumpensa għat-telf ta’ ordnijiet ta’ volum għoli għall-kompetituri tagħha mill-pajjiżi kkonċernati. F’tentattiv sabiex iżżomm il-kost unitarju medju f’livelli aktar baxxi, l-industrija tal-Unjoni żammet il-perjodi ta’ inattività tal-magni għall-minimu possibbli u pproduċiet GFF li ma setax jinbiegħ immedjatament lill-klijenti. |
4.4.3.4. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
(431) |
Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
(432) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabilità segwiet xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat u saret negattiva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(433) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-flussi tal-flus netti żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Dan juri deterjorament kostanti, b’mod partikolari lejn l-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(434) |
L-investimenti żdiedu bi ftit b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat, iżda juru xejriet li jinbidlu matul il-perjodu kkunsidrat. Ħafna mill-investiment kien jittratta l-manutenzjoni tal-linja tal-produzzjoni. Ma kien hemm l-ebda investiment f’kapaċità tal-GFF ġdida, li jirrifletti s-sehem mis-suq li qed jonqos. |
(435) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat u rriżulta f’valur negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(436) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi China talbu lill-Kummissjoni biex tispjega d-diskrepanza bejn il-profittabbiltà u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-ilment u fir-rivelazzjoni finali. |
(437) |
Is-sejbiet tal-Kummissjoni, li ġew żvelati lill-partijiet, huma bbażati fuq data mikroekonomika preċiża tal-produtturi fil-kampjun, ivverifikata fuq il-post mill-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, l-ilment, kif innotat mill-produtturi esportaturi fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, fil-fatt “ma jkoprix l-PI u lanqas mhuwa suġġett għall-istess livell ta’ obbligi ta’ evidenza u ta’ rivelazzjoni”. Elementi oħra li x’aktarx iwasslu għad-differenza huma reviżjonijiet tad-data tal-bejgħ wara ż-żjarat ta’ verifika, u l-inklużjoni fil-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni ta’ kumpanija li ma pparteċipatx fil-preparazzjoni tal-ilment. |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
(438) |
L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ naqsu b’madwar 8 % u 5 %, rispettivament. Meta wieħed iqis iż-żieda fil-konsum, it-telf fil-volum tal-bejgħ issarraf fi tnaqqis tas-sehem mis-suq minn 73,7 % fl-2015 għal 63,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali. |
(439) |
Bl-istess mod, l-indikaturi finanzjarji ewlenin urew ukoll tendenza negattiva li tirrifletti t-trażżin sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kif rifless fit-Tabella 8. Għalhekk, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità naqsu b’7 %, filwaqt li fl-istess ħin il-kost għal kull unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 %. Iż-żieda fil-kost unitarju medjukienet dovuta għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni minħabba li x-xiri, speċjalment dak ta’ volumi għoljin mill-industrija tat-turbini eoliċi,intilefgħall-produtturi Ċiniżi u Eġizzjani. B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni nbidlet minn profitt ta’ 2,5 % fl-2015 għal telf ta’ -3,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Effetti negattivi simili jidhru fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investiment. |
(440) |
Fuq din il-bażi, aħna nikkonkludu li huwa ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. |
5. KAWŻA
(441) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-Eġittu kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-Eġittu ma jiġix attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi kienu importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, tnaqqis fid-domanda tal-GFF fil-perjodu mill-2017 sal-2018, l-iżvilupp tal-kostijiet tal-materja prima, dannu kkawżat mill-industrija stess minħabba nuqqas ta’ flessibbiltà fil-provvista, u tnaqqis fl-installazzjoni ta’ turbini eoliċi bejn l-2017 u l-2018. |
5.1. L-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
(442) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu u s-sehem tas-suq akkumulat tagħhom żdied bi 53 % u 39 %, rispettivament, matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda taqbeż b’mod sostanzjali ż-żieda fil-konsum matul l-istess perjodu, li kienet kważi 9 %. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ tagħha u aktar minn 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu bħala medja naqsu bi kważi 14 % matul il-perjodu kkunsidrat, u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’bejn 15,4 % u 55,8 % u b’medja ta’ 32,3 %. Dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet flimkien mal-volumi dejjem jiżdiedu tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħhom aktar mill-kost medju tal-produzzjoni. Għall-kuntrarju, l-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi kważi 7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Konsegwentement, il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni kienet qed tonqos b’mod kostanti u laħqet telf ta’ -3,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(443) |
L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu fil-premessi minn (363) sa (440) turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat u dan ikkoinċida ma’ żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-Eġittu, li nstabu li kienu jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(444) |
Utent minnhom sostna li ma hemm l-ebda koinċidenza fiż-żmien bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u ż-żieda tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Dak l-utent argumenta li meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq tagħhom fil-fatt naqas. |
(445) |
Madankollu, kif jidher fit-Tabella 3 fil-premessa (378), l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu minn 50 370 tunnellata għal 52 892 tunnellata u s-sehem tagħhom fis-suq minn 27,8 % għal 31,4 % mill-2017 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġew irrifjutati. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħra
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(446) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(447) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu l-aktar minn żewġ pajjiżi, jiġifieri l-Indja u r-Russja. Dawn iż-żewġ pajjiżi individwalment kellhom sehem mis-suq ogħla minn 1 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li f’livell individwali, l-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi li kien fadal kienu jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ anqas minn 1 % u, flimkien, kienu jirrappreżentaw 1,9 %. |
(448) |
L-esportaturi Indjani huma relatati mal-industrija tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja gradwalment żdied matul il-perjodu kkunsidrat minn 0,7 % għal 1,8 %; madankollu, dan il-bejgħ fi ħdan il-kumpanniji ma xeħitx pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni peress li sar fil-livell tal-prezz tat-trasferiment. L-importazzjonijiet inkwistjoni huma prodotti nofshom lesti li jintużaw fil-manifattura tal-prodott finali, fuq il-bażi ta’ teknoloġija ta’ produttur speċifiku Ewropew u mhumiex mibjugħa fis-suq miftuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(449) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Russi baqa’ stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u saħansitra naqas bejn l-2015 u l-2017, qabel ma laħaq livelli simili fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħal fl-2015. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, meta jitqies is-sehem globali tas-suq u t-tendenza, huwa improbabbli li dawn kellhom xi impatt fuq id-dannu mġarrab. Minflok, il-prezzijiet kienu reazzjoni għall-pressjoni tal-prezzijiet mir-RPĊ u l-Eġittu. Għalhekk, l-importazzjonijiet Russi ma kkontribwewx għat-telf tal-ishma mis-suq mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-esportaturi Russi huma kumpaniji relatati mal-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma jixħtu l-ebda pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni peress li dawn kienu bejgħ intern għall-kumpaniji bi prezzijiet tat-trasferiment. |
(450) |
Għalhekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma kinux is-sors tad-dannu deskritt fil-premessi minn (412) sa (440) ta’ hawn fuq. |
5.2.2. Tnaqqis fid-domanda għal GFF fl-Unjoni bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni
(451) |
Utent wieħed iddikjara li d-dannu tal-industrija tal-Unjoni kienet ikkawżata mit-tnaqqis fil-konsum bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u utent ieħor iddikjara li d-dannu kien ikkawżat mit-tnaqqis fl-installazzjonijiet tat-turbini eoliċi matul dan l-istess perjodu. It-tnaqqis ta’ -7,3 % fil-konsum mill-2017 sal-2018 ma jispjegax it-telf ta’ -13,3 % fil-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fl-istess perjodu, speċjalment meta jitqies li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’5 % minn 50 370 tunnellata għal 52 892 tunnellata u s-sehem tagħhom mis-suq niżel minn 27,8 % għal 31,4 % fl-istess perjodu bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
(452) |
Il-fatt li d-dannu ma ġiex ikkawżat minn tnaqqis fil-konsum fl-2018 jidher aktar biċ-ċar meta wieħed iħares lejn il-perjodu kkunsidrat kollu u mhux biss meta wieħed iqabbel l-aħħar sentejn. Il-konsum fl-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas kontinwament matul l-istess perjodu u l-ishma mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdiedu kontinwament. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda ġenerali fil-konsum minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati li kienu konsistentement u sostanzjalment qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-snin l-oħra diġà kienu wrew tnaqqis kontinwu fil-profitti tagħha matul is-snin mill-2015-2017 kif muri fil-premessa (431). |
(453) |
Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
5.2.3. Iż-żieda fil-kost tal-materja prima
(454) |
Iż-żewġ utenti li kkooperaw argumentaw li ż-żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija (GFR) importata mir-RPĊ billi jiġu imposti dazji kumpensatorji definittivi fuq dawn il-prodotti kif ukoll iż-żieda fil-kost tal-enerġija kienu l-kawża għad-dannu. Il-kost unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni żdied biss bi ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu bi kważi 14 % u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni bi 32,3 %. Għalhekk, id-dannu mġarrab ma jistax jiġi attribwit għaż-żieda fil-kost iżda għall-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li żammew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha fid-dawl taż-żieda fil-kostijiet. |
(455) |
Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
5.2.4. Nuqqas ta’ flessibbiltà tal-industrija tal-Unjoni
(456) |
L-utenti argumentaw li l-industrija tal-Unjoni għandha nuqqas ta’ flessibbiltà u tipprovdi biss kwantitajiet kbar fuq impenji fit-tul li, madankollu, iġibu magħhom riskji finanzjarji sinifikanti għall-utenti (l-industrija eolika) li għażlu fornituri oħrajn minflok. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li l-industrija eolika għandha politika ta’ diversifikazzjoni tal-provvista tagħha u dejjem tintegra l-produtturi tal-GFF tal-Unjoni fil-katina ta’ provvista tagħha. L-investigazzjoni wriet ukoll li huwa possibbli għal produttur tal-enerġija eolika li jkollu strateġija ta’ b’diversi fornituri mal-produtturi tal-GFF tal-Unjoni biss. Dan juri li hemm produtturi tal-GFF tal-Unjoni li jipprovdu lill-industrija eolika bil-kwalità tal-prodott fil-kondizzjoni li teħtieġ l-industrija eolika kif elaborat aktar fil-premessa (471). |
(457) |
Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew irrifjutati. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
(458) |
Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-deterjorament tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni. |
(459) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll fatturi oħra ta’ dannu u ma sabet l-ebda fattur ieħor li kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra eżaminati, individwalment jew kollettivament, ma xeħet f’dubju li hemm relazzjoni ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-Eġittu u d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
(460) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, il-Gvern tal-Eġittu u s-CCCLA sostnew fuq bażi ġenerali, li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, it-tnaqqis fil-konsum bejn l-2017 u l-PI, l-iżvilupp tal-kostijiet tal-materja prima, in-nuqqas ta’ flessibbiltà tal-industrija tal-Unjoni rigward il-provvista u t-tnaqqis fl-installazzjoni tat-turbini eoliċi bejn l-2017 u l-2018, mingħajr, madankollu, ma ġie pprovdut l-ebda raġunament jew kwalunkwe informazzjoni jew evidenza biex issostni din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, l-ebda waħda mis-sejbiet speċifiċi kif spjegat fid-dettall hawn fuq fil-premessi minn (442) sa (458) ma kienet ikkontestata. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
6. L-INTERESS TAL-UNJONI
(461) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi biċ-ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja li ġie ddeterminat dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti, tal-fornituri u tal-industrija anċillari, jiġifieri cutters/kitters. |
6.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(462) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu materjali minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet filwaqt li jikkawżaw telf sinifikanti fis-sehem mis-suq u jwasslu għal telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif elaborat fil-premessi minn (412) sa (458) ta’ hawn fuq. |
(463) |
L-industrija tal-Unjoni se tibbenefika mill-miżuri, li probabbilment ikunu jipprevjenu żieda oħra fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu bi prezzijiet baxxi ħafna. Mingħajr miżuri, il-produtturi Ċiniżi u Eġizzjani ser ikomplu jdaħħlu GFF oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni u jeżerċitaw pressjoni ulterjuri fuq il-prezzijiet, b’tali mod li jipprevjenu lill-industrija tal-Unjoni milli tbigħ GFF bi profitt adegwat u, b’hekk, jikkawżaw aktar dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
6.2. L-interess tal-utenti
(464) |
Il-produtturi tat-turbini eoliċi huma l-akbar utenti tal-GFF hekk kif jirrappreżentaw madwar 60 - 70 % tad-domanda għal GFF fl-Unjoni. L-utenti l-oħra jinkludu l-produtturi tal-bastimenti (madwar 11 %), tat-trakkijiet (madwar 8 %) u tat-tagħmir sportiv (madwar 2 %), kif ukoll il-fornituri tas-sistemi tar-riabilitazzjoni tal-pajpijiet (madwar 8 %). |
(465) |
Għall-ewwel ġew ikkuntattjati 25 utent magħruf fl-Unjoni u dawn ġew mistiedna jikkooperaw. Żewġ produtturi tat-turbini eoliċi ppreżentaw ruħhom kontra miżuri potenzjali fuq GFF. Tliet produtturi tat-turbini eoliċi ippreżentaw ruħhom iżda ma esprimewx il-fehmiet tagħhom, minkejja li ġew mistiedna jagħmlu dan fin-notifika ta’ bidu u fil-kwestjonarji tal-utenti, li huma kineu wieġbu. Iż-żewġ produtturi tat-turbini eoliċi li jopponu l-miżuri kienu appoġġati minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tal-enerġija eolika. Madankollu, wieħed mill-membri tagħha, assoċjazzjoni Franċiża tal-enerġija eolika, esprima b’mod espliċitu li jibqa’ newtrali fir-rigward tad-dazji potenzjali. |
(466) |
Wara r-rivelazzjoni finali, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-industrija tal-enerġija eolika Ewropea ddikjarat b’mod ċar li bħala assoċjazzjoni hija topponi l-impożizzjoni ta’ miżuri. Huma ċċaraw ukoll li kienu qed jirrappreżentaw iż-żewġ produtturi ta’ turbini eoliċi li kkooperaw. Iż-żewġ produtturi tat-turbini eoliċi pprovdew tweġiba għall-kwestjonarju. It-tielet produttur tat-turbini eoliċi ddikjara li jġib GFF esklussivament minn diversi produtturi tal-Unjoni. Produtturi varji tat-tagħmir tal-iskijjar u kumpaniji varji tal-kitting ippreżentaw ruħhom favur il-miżuri potenzjali. |
6.2.1. Produtturi tat-turbini eoliċi
(467) |
Żewġ tipi ewlenin ta’ turbini eoliċi huma (i) fuq il-baħar, li ġeneralment ikunu ikbar u maħsuba biex joperaw ’il barra mil-linji kostali, u (ii) fuq l-art, li huma maħsuba biex joperaw fuq l-art. |
(468) |
Il-proġetti tal-parks eoliċi fl-Unjoni tradizzjonalment jitwettqu mill-iżviluppaturi tal-proġetti, li jkunu jew kumpaniji tal-enerġija jew investituri, u mhux mill-produtturi tat-turbini eoliċi nfushom. Billi oriġinarjament l-Istati Membri kienu jiggarantixxu prezz “feed-in” għall-enerġija prodotta mill-parks eoliċi, mill-2014 l-appoġġ mexa lejn proġetti bbażati fuq sejħiet għall-offerti, li fihom jikkompetu diversi żviluppaturi ta’ proġetti, l-aktar reċentement fuq bażi newtrali f’termini ta’ enerġija (jiġifieri l-enerġija eolika tista’ tikkompeti mal-enerġija solari). |
(469) |
Iż-żewġ utenti li kkooperaw huma fost l-akbar produtturi tat-turbini eoliċi fl-Unjoni, u flimkien jikkonsmaw aktar minn 20 % tad-domanda kollha tal-Unjoni tal-GFF. Flimkien jimportaw aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi kkonċernati. Iż-żewġ kumpaniji għamlu diversi dikjarazzjonijiet, jiġifieri rigward (i) it-telf tal-istabbiltà tal-provvista; (ii) it-telf tal-kompetittività tal-industrija tal-enerġija eolika; (iii) ir-riskju tar-rilokazzjoni ta’ parti mill-produzzjoni tagħhom, u (iv) il-kompatibbiltà mal-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, f’każ li jiġu imposti l-miżuri. |
(i) L-istabbiltà tal-provvista
(470) |
Il-produtturi tat-turbini eoliċi argumentaw li GFF użat fil-pali tat-turbini jgħaddu minn proċess ta’ ċertifikazzjoni sofistikat, b’fażijiet ta’ ttestjar intensi u twal. L-utenti argumentaw ukoll li l-produtturi Ċiniżi tal-GFF biss jistgħu jipprovdu volumi għoljin ta’ kwalità omoġenja fi żmien qasir minħabba l-integrazzjoni vertikali tagħhom. Huma argumentaw ukoll li l-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex biżżejjed peress li huwa inqas mill-konsum totali tal-Unjoni. Skont l-utenti, għal dawn ir-raġunijiet, l-industrija tat-turbini eoliċi ma tistax tbiddel malajr il-fornituri u anki li kieku tista’, ma jkunx hemm biżżejjed GFF prodott fl-Unjoni. |
(471) |
Filwaqt li l-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni mhijiex integrata vertikalment, l-investigazzjoni wriet li, biex jiġu evitati diffikultajiet fil-provvista, il-produtturi tat-turbini eoliċi normalment ikollhom strateġija b’diversi fornituri, li jixtru regolarment l-istess tip tal-GFF minn produttur tal-Unjoni u produttur Ċiniż jew Eġizzjan. Madankollu, il-Kummissjoni rċeviet ukoll data mingħand produttur terz ta’ turbini eoliċi, li juża diversi fornituri li huma esklussivament produtturi tal-Unjoni. Il-fatt li d-diversi fornituri tal-GFF speċifiku jinkludu regolarment produtturi tal-Unjoni, kemm integrati vertikalment kif ukoll mhux integrati, juri li l-produtturi mhux integrati jistgħu jipprovdu bl-istess mod GFF meħtieġ għall-produzzjoni tat-turbini eoliċi. |
(472) |
Fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-Unjoni, kif muri fit-tabella 5, filwaqt li l-produzzjoni tal-Unjoni bħalissa hija aktar baxxa mill-konsum kif muri fit-tabella 2, il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-Unjoni taqbeż din il-kapaċità. L-investigazzjoni wriet li bħalissa hemm kapaċità żejda għolja disponibbli ta’ aktar minn 40 %, li hija dovuta għaż-żieda ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u bi prezz baxx mir-RPĊ u l-Eġittu li ħadu sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni. Dik il-kapaċità żejda hija mifruxa bejn 16-il produttur tal-Unjoni, u b’hekk l-Unjoni ssir suq kompetittiv b’sorsi interni varji ta’ provvista. Barra minn hekk, il-kapaċità addizzjonali tista’ tinbena faċilment peress li jkunu meħtieġa biss investimenti baxxi. L-industrija tal-Unjoni diġà qed tforni lill-industrija tat-turbini eoliċi u, għalhekk, diġà hija fornitur iċċertifikat, u għalhekk faċilment tista’ żżid il-provvista tagħha f’kondizzjonijiet tas-suq ġusti. |
(473) |
Barra minn hekk, fit-terminu medju sa fit-tul, il-produtturi tat-turbini eoliċi jkunu jistgħu jiċċertifikaw produtturi addizzjonali tal-GFF mill-Unjoni jew minn sorsi oħra mhux oġġett ta’ dumping. Kif imsemmi fil-premessa (465), wieħed mill-produtturi tat-turbini eoliċi żviluppa strateġija b’diversi fornituri bbażata fuq diversi produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, hemm biżżejjed kapaċità żejda fl-Unjoni biex isir hekk fuq skala meħtieġa minn produtturi kbar tat-turbini eoliċi. |
(474) |
Wara r-rivelazzjoni finali, wieħed mill-produtturi tat-turbini eoliċi sostna li l-Kummissjoni ma waslitx għall-konsegwenzi tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u li kkonkludiet ħażin li jkun possibbli li wieħed jaqleb faċilment bejn il-fornituri tal-GFF. L-istess produttur tat-turbini eoliċi wera li l-kapaċità żejda tal-produtturi tal-Unjoni hija mifruxa bejn 16-il produttur tal-Unjoni, u li ma jkunx fattibbli li s-16-il produttur tal-Unjoni kollha jiġu ċċertifikati. L-istess parti argumentat li minħabba l-proċess twil u għali ta’ ċertifikazzjoni u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni mhijiex kapaċi tipprovdi kwantitajiet kbar tal-prodott bi kwalità omoġenja, ma tkunx kummerċjalment vijabbli li tibdel il-fornituri jew li tixtri biss minn produtturi tal-Unjoni. Dan il-produttur tat-turbini eoliċi argumenta wkoll li l-utenti ma setgħux jiddependu fuq il-fatt li l-kapaċità addizzjonali tista’ tinbena faċilment mill-produtturi tal-Unjoni. |
(475) |
L-ewwel nett, kif deskritt fil-premessi (472) u (473) u b’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat, il-Kummissjoni qieset il-fatt li l-produtturi tal-GFF jeħtieġ jgħaddu minn proċess ta’ ċertifikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jfornixxu lill-industrija tat-turbini eoliċi fl-investigazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni rreferiet għall-possibbiltà li tiċċertifika produtturi addizzjonali tal-GFF fuq perjodu ta’ żmien medju u twil u ma kkonkludietx li bidla ta’ fornituri kienet neċessarjament “faċli”. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni kkunsidrat sew it-tul taż-żmien twil tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni u l-fatt li mhuwiex fattibbli li jiġu ċċertifikati l-produtturi kollha tal-Unjoni għat-tipi kollha tal-GFF. Madankollu, kif diġà ġie stabbilit fil-premessa (472), l-investigazzjoni żvelat li huwa fattibbli li l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ produttur speċifiku tiġi estiża, jekk produttur tat-turbini eoliċi jixtieq jixtri volumi kbar minn produttur wieħed tal-Unjoni ċċertifikat. Wara r-rivelazzjoni finali, il-parti interessata inkwistjoni ma ppreżentat l-ebda informazzjoni addizzjonali li setgħet twaqqa’ dawn is-sejbiet. |
(476) |
It-tieni, kif stabbilit f’aktar dettall fil-premessi (472) u (473) l-investigazzjoni żvelat li fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul ir-riskju ta’ nuqqas ta’ provvista huwa pjuttost baxx. Bl-istess mod, il-parti interessata ma ressqet l-ebda informazzjoni addizzjonali li setgħet treġġa’ lura dawn is-sejbiet. |
(477) |
Fl-aħħar nett, huwa nnotat li l-miżuri anti-dumping għandhom l-għan li jerġgħu jistabbilixxu kompetizzjoni ġusta u kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni iżda ma għandhomx l-għan li jipprevjenu l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. F’dan il-każ speċifiku, l-investigazzjoni stabbiliet li d-dazji anti-dumping mhux se jwaqqfu lill-produtturi tat-turbini eoliċi milli jkomplu jakkwistaw bi prezz ġust mill-fornituri tagħhom attwalment iċċertifikati mill-pajjiżi kkonċernati. Dan huwa appoġġat b’mod partikolari mis-sejbiet deskritti fil-premessi minn (481) sa (484), jiġifieri li d-dazji jkollhom biss impatt minimu fuq il-kost u l-profittabbiltà tal-produtturi tat-turbini eoliċi. |
(478) |
Għaldaqstant, b’konsegwenza ta’ dan, l-affermazzjonijiet relatati mal-istabbiltà tal-provvista ġew irrifjutati. |
(ii) Il-kompetittività tal-industrija tal-enerġija eolika
(479) |
Il-produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw argumentaw li kwalunkwe żieda fil-prezz tal-GFF tkun taffettwa ħafna l-kompetittività tagħhom. Huma ddikjaraw li l-proporzjon tal-kostijiet tal-GFF irid ikun ivvalutat fil-livell tal-produzzjoni tal-pali u mhux fil-livell ta’ park eoliku sħiħ. Huma argumentaw ukoll li ż-żieda fil-kostijiet minħabba d-dazji potenzjali ma setgħetx tingħadda lill-iżviluppaturi tal-parks eoliċi minħabba t-tul ta’ żmien li jgħaddi bejn meta ssir offerta għal proġett ta’ park eoliku u l-implimentazzjoni attwali. Skont il-produtturi tat-turbini eoliċi, iż-żieda fil-kostijiet minħabba d-dazji se taffettwa s-sopravivenza teknoloġika fit-tul tal-industrija eolika kollha fl-Unjoni, peress li l-investimenti importanti fir-riċerka u l-iżvilupp huma essenzjali biex tinżamm il-pożizzjoni fuq quddiem għat-teknoloġija l-aktar effiċjenti. |
(480) |
L-investigazzjoni wriet li l-pali tat-turbini ma jinbigħux separatament, iżda bħala parti minn turbina eolika. Barra minn hekk, l-iżviluppaturi tal-proġetti għall-parks eoliċi jixtru b’mod regolari infrastruttura addizzjonali tal-parks eoliċi mingħand il-produtturi tat-turbini eoliċi. Għalhekk, fir-rigward tal-kompetittività tal-produtturi tat-turbini eoliċi, jenħtieġ li l-kost għal GFF ikun stabbilit b’rabta mat-turbina eolika kollha jew mat-teknoloġija sħiħa tal-park eoliku mibjugħa mill-produtturi tat-turbini eoliċi u mhux biss b’rabta mal-manifattura tal-pali kif iddikjarat, peress li dan ma jkunx jirrifletti r-realtajiet tas-suq. |
(481) |
GFF flimkien mar-reżina epossika huma ż-żewġ komponenti ewlenin użati fil-produzzjoni tal-pali għat-turbini eoliċi. Għalhekk, GFF jirrappreżenta [minn 10 % sa 35 %] tal-kostijiet tal-materja prima ta’ pala skont il-proporzjon tal-GFF minn naħa u materjali oħra użati min-naħa l-oħra. Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-manifattura tal-pali teħtieġ ħafna ħaddiema u, għalhekk, il-proporzjon tal-GFF fil-kostijiet totali ta’ manifattura ta’ pala huwa ferm inqas u jirrappreżenta [minn 4 % sa 14 %] biss. Dan il-proporzjon ikompli jonqos għal bejn [0,1 % u 2 %] fil-kost totali ta’ turbina eolika u fil-kostijiet totali tal-bini ta’ park eoliku sħiħ. |
(482) |
Minħabba l-unika parti żgħira tal-GFF fil-prezz ta’ park eoliku [0,1 % sa 2 %], l-impatt tad-dazji definittivi fuq il-GFF fil-kost totali ta’ park eoliku huwa kkunsidrat bħala negliġibbli; Speċjalment peress li parti kbira mill-GFF tinkiseb mill-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi tal-Unjoni tat-turbini eoliċi għandhom ukoll setgħa konsiderevoli ta’ negozjar biex jgħaddu l-kost addizzjonali għall-iżviluppaturi tal-parks eoliċi peress li kollettivament huma l-fornituri ewlenin tat-turbini eoliċi fis-suq tal-Unjoni. Jekk tittieħed il-parti ż-żgħira tal-GFF fil-prezz ta’ park eoliku, il-profittabbiltà jenħtieġ li tibqa’ f’livell li jżomm il-livell ta’ investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, li huma essenzjali biex wieħed jibqa’ fuq quddiem fit-teknoloġija l-aktar effiċjenti. |
(483) |
Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li n-natura kompetittiva tal-parteċipazzjoni indiretta fil-proċess tal-offerti tista’ tagħmel tali passaġġ diffiċli, jenħtieġ li jitqies li għall-kuntrarju tal-produtturi tal-GFF, il-produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw huma f’kondizzjoni finanzjarja b’saħħitha b’marġnijiet ta’ profitt fejn l-impatt żgħir tad-dazji jkun assorbit faċilment. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw mhumiex qed ibigħu t-turbini eoliċi biss iżda anki servizzi ta’ manutenzjoni ta’ segwitu assoċjati lill-iżviluppaturi tal-parks eoliċi. Dawn il-kuntratti jħallu ħafna qligħ. L-attrazzjoni tal-parti tas-servizz tan-negozju hija riflessa wkoll mill-akkwist riċenti tad-dipartiment tas-servizz ta’ kompetitur insolventi (105) minn wieħed mill-utenti li kkooperaw. |
(484) |
Għalhekk, kwalunkwe żieda fil-kost minħabba dazji anti-dumping li ma tistax tingħadda lill-iżviluppaturi tal-parks eoliċi tista’ faċilment tiġi assorbita mill-produtturi tat-turbini eoliċi. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (473), il-produtturi tat-turbini eoliċi jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu l-fornituri tagħhom għal sors tal-GFF li mhux affettwat mid-dumping, kemm jekk ikun fl-Unjoni kif ukoll jekk ikun xi mkien ieħor. |
(485) |
Wara r-rivelazzjoni finali, żewġ produtturi tat-turbini eoliċi tennew l-argument tagħhom li l-effett tad-dazji fuq il-kompetittività tal-industrija tat-turbini eoliċi ma għandux jiġi vvalutat b’rabta ma’ park eoliku jew turbina eolika, iżda biss fir-rigward tax-xafra eolika. Wieħed minnhom argumenta li x-xfafar ma jiġux prodotti flimkien mal-komponenti l-oħra tat-turbini eoliċi u li l-valutazzjoni tal-effett tad-dazji bbażati fuq il-park eoliku kollu ma tagħtix kas tar-realtà tan-negozju. |
(486) |
Il-produttur l-ieħor tat-turbini eoliċi kkuntesta li l-industrija tat-turbini eoliċi ġeneralment tkun f’kondizzjonijiet ta’ solidità finanzjarja. Huma sostnew li n-negozju tas-servizz tat-turbini eoliċi ma għandux jiġi inkluż fil-valutazzjoni peress li din tkun unità tan-negozju differenti fi ħdan il-kumpanija. |
(487) |
L-istess parti tenniet li fil-proġetti, l-industrija eolika tikkompeti direttament ma’ produtturi ta’ sorsi oħra ta’ enerġija, b’mod partikolari l-enerġija solari. Il-pannelli solari huma, madankollu, fil-biċċa l-kbira prodotti barra mill-Unjoni Ewropea b’kostijiet tax-xogħol aktar baxxi. Huma sostnew li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra dan fl-analiżi. |
(488) |
L-istess parti argumentat ukoll li ma għandhom l-ebda setgħa ta’ negozjar biex jitrasferixxu l-kostijiet minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet. |
(489) |
Produttur wieħed tat-turbini eoliċi argumenta wkoll li n-negozju tas-servizz kien ikun parti minn unità tan-negozju differenti u li l-kompetittività għandha tiġi analizzata għal kull unità tan-negozju. L-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija eolika argumentat ukoll li l-industrija ma kinitx f’sitwazzjoni ta’ solidità f finanzjarja kumplessivament li tista’ tassorbi ż-żieda fil-prezz tal-materja prima hekk kif xi produtturi tat-turbini eoliċi qegħdin f’sitwazzjoni ta’ telf u l-marġnijiet tal-profitt kumplessivi naqsu matul l-aħħar snin. |
(490) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-investigazzjoni żvelat li x-xfafar ma jinbigħux separatament, iżda flimkien ma’ turbini eoliċi jew anki bħala parti minn park eoliku sħiħ. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu analizzati l-effetti tad-dazji relatati max-xfafar eoliċi fir-rigward tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-produzzjoni tax-xafra, iżda mhux fl-analiżi tal-kompetittività tal-produtturi tat-turbini eoliċi. Il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tat-turbini eoliċi inklużi fil-kampjun, li wriet li hija b’saħħitha. Minkejja l-organizzazzjoni interna f’unitajiet differenti ta’ negozju, is-servizz ta’ turbini eoliċi huwa marbut mill-qrib mal-bejgħ ta’ turbini eoliċi. Għalhekk, l-unità interna tan-negozju maqsuma ma għandha l-ebda effett fuq l-analiżi tal-kompetittività li trid tqis il-mudell tan-negozju kollu kemm hu. |
(491) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-enerġija eolika qed tikkompeti ma’ sorsi oħra ta’ enerġija bħall-enerġija solari, anki fil-proċessi ta’ sejħa għall-offerti newtrali fl-enerġija u li l-pannelli solari issa huma prodotti l-aktar barra mill-Unjoni. L-enerġija eolika tikkompeti ma’ sorsi oħra tal-enerġija fuq il-bażi tal-kost tat-teknoloġija kollha tal-park eoliku u l-investigazzjoni wriet l-impatt żgħir li d-dazji fuq il-GFF ikollhom fuq il-kost tat-teknoloġija kollha tal-park eoliku. Barra minn hekk, matul l-aħħar għaxar snin il-kapaċità tal-enerġija eolika li għadha kif ġiet installata saret aktar kosteffiċjenti. Għalhekk, id-dazji ma għandhomx iħallu impatt fuq il-kompetittività tal-enerġija eolika ma’ sorsi oħra ta’ enerġija. |
(492) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat il-pressjoni fuq il-prezzijiet, li nħolqot fuq il-produtturi tat-turbini eoliċi mis-sistema tal-offerti. Madankollu, il-pożizzjoni b’saħħitha tas-suq tal-produtturi tal-Unjoni tat-turbini eoliċi tiżgura ċerta saħħa ta’ negozjar. |
(493) |
Il-fatt li xi produtturi tat-turbini eoliċi huma f’sitwazzjoni ta’ telf u l-marġnijiet ta’ profitt ġenerali naqsu matul l-aħħar snin ma jikkontradixxix l-istampa kumplessiva li l-industrija tinsab f’kondizzjoni finanzjarjament b’saħħitha. It-tnaqqis tal-marġnijiet ta’ profitt f’dawn l-aħħar snin mhuwiex marbut ma’ żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, iżda l-aktar ma’ bidla fis-sistema biex jinħarġu l-kuntratti għall-parks eoliċi. Din il-bidla wasslet għal fażi ta’ konsolidazzjoni tas-suq, li fiha xi produtturi tat-turbini eoliċi joperaw b’telf. Madankollu, mhuwiex rari li matul il-fażi ta’ konsolidazzjoni tas-suq, xi parteċipanti fis-suq joperaw b’telf. |
(494) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, is-CCCLA argumentat li, jekk il-Kummissjoni timponi dazji anti-dumping għoljin fuq il-GFF importat miċ-Ċina u mill-Eġittu, l-industrija tal-Unjoni tall-GFF tista’ tikseb profitt ogħla iżda l-kost tal-GFF għall-manifatturi tat-turbini eoliċi Ewropej se jiżdied b’riżultat ta’ dan. Is-CCCLA argumentat ukoll li, il-materjali komposti, inkluż il-GFF, jammontaw għal aktar minn 90 % tal-kostijiet tal-manifattura ta’ xafra tat-turbina eolika. Skont is-CCCLA, il-Kummissjoni ma jagħmel l-ebda sens li l-kost tal-GFF jiġi mqabbel mal-kost totali ta’ park eoliku. Is-CCCLA enfasizzat li l-produtturi Ewropej tat-turbini eoliċi iridu jkunu kompetittivi fuq il-kost. F’dan ir-rigward, is-CCCLA sostniet li wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-industrija eolika tikkompeti wkoll ma’ tipi oħra ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (inklużi, pereżempju, il-pannelli fotovoltajċi solari manifatturati barra mill-Unjoni Ewropea). |
(495) |
Il-Kummissjoni tinnota li, kif imsemmi fil-premessa (481), il-GFF jikkostitwixxi [minn 4 % sa 14 %]% tal-kost tal-manifattura ta’ xafra. Dan ma ġiex ikkontestat mill-manifatturi tat-turbini eoliċi, li pprovdew din id-data. Barra minn hekk, is-CCCLA ma tiċċarax għaliex “ma jagħmel l-ebda sens […] li l-kost tal-GFF jiġi mqabbel mal-kost totali ta’ park eoliku” meta ssir valutazzjoni tal-kompetittività ta’ entitajiet li jbigħu t-teknoloġiji kollha tal-park eoliku. Din id-dikjarazzjoni ma kinitx sostanzjata aktar. F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa (480), l-investigazzjoni wriet li x-xfafar tat-turbini ma jinbiegħux separatament, iżda bħala parti minn turbina eolika. Għaldaqstant, il-kummenti tas-CCLA f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
(496) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet kollha fir-rigward tal-kompetittività tal-produtturi tat-turbini eoliċi ġew irrifjutati. |
(iii) Rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-pali
(497) |
L-utenti li kkooperaw iddikjaraw ukoll li kwalunkwe żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-pali tkun twassal għar-rilokalizzazzjoni ta’ dan l-istadju tal-produzzjoni barra l-Unjoni b’eluf ta’ impjiegi mitlufa fl-Unjoni. |
(498) |
Sa fejn hija kkonċernata l-produzzjoni tal-pali ta’ fuq l-art, l-investigazzjoni wriet li r-rilokazzjoni ta’ din il-produzzjoni diġà qiegħda sseħħ mingħajr l-applikazzjoni tal-miżuri fuq GFF. Dan huwa minħabba t-tkabbir tas-suq tal-proġetti tal-parks eoliċi barra mill-Unjoni, flimkien ma’ tnaqqis fl-iżvilupp ta’ proġetti ġodda tal-enerġija eolika fl-Unjoni li, pereżempju, laħqu l-anqas livell f’20 sena fil-Ġermanja. Raġuni oħra hija l-kost għoli tal-ħaddiema involuti fil-produzzjoni tal-pali. L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-pali tirrikjedi ħafna ħaddiema u li l-kostijiet lavorattivi jaqbżu l-kost tal-GFF bi [300 % sa 700 %]. Għalhekk, il-kostijiet lavorattivi aktar baxxi f’pajjiżi terzi huma inċentiv għoli biex il-produzzjoni tal-pali tiġi rilokata. Jekk fil-fatt l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq GFF ikollha rwol, dan ikun wieħed minuri. |
(499) |
L-investigazzjoni żvelat ukoll li għall-pali ta’ fuq l-baħar, il-kostijiet tat-trasport għandhom rwol aktar importanti mill-kostijiet tal-materja prima tal-pali, bħal GFF. Il-pali ta’ fuq il-baħar huma itwal u itqal mill-pali ta’ fuq l-art, u dan jagħmel it-trasport aktar kumpless u għali. Għalhekk, ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-pali ta’ fuq il-baħar x’aktarx li ma tkunx ikkawżata minn dazji anti-dumping fuq il-prodott ikkonċernat. |
(500) |
Wara r-rivelazzjoni finali, produttur wieħed tat-turbini eoliċi tenna li l-impożizzjoni tal-miżuri se twassal għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni tax-xfafar u li l-analiżi tal-Kummissjoni hija bbażata fuq suppożizzjonijiet żbaljati. |
(501) |
Madankollu, kif deskritt fil-valutazzjoni spjegata fil-premessi (498) u (499), l-investigazzjoni identifikat diversi fatturi oħra li għandhom rwol ewlieni għad-deċiżjoni fejn għandhom jiġu lokalizzati l-produzzjoni tax-xafra u li żieda fil-kost tal-GFF x’aktarx ma tkunx il-fattur deċiżiv għal rilokazzjoni. Il-fatt li diġà saret rilokazzjoni tal-produzzjoni minħabba fatturi msemmija fil-premessi (498) u (499) jissottolinja din il-valutazzjoni. Anki l-fatt li l-produzzjoni fl-Unjoni kompliet minkejja kost lavorattiv aktar baxx u kapaċità ta’ produzzjoni kbira, jenfasizza l-importanza tal-kostijet tat-trasport, li jipprevjenu rilokazzjoni bbażata biss fuq il-vantaġġ uniku tal-kost tal-manifattura. |
(502) |
Għalhekk, l-affermazzjonijiet fir-rigward tar-rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-pali għal pajjiżi terzi oħra ġew irrifjutati. |
(iv) Il-politika dwar l-enerġija rinovabbli
(503) |
Utent wieħed argumenta li l-impożizzjoni tal-miżuri tkun tikkontradixxi l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni fil-politiki tal-enerġija rinnovabbli tagħha, billi tkun iżżid b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-produzzjoni tat-turbini eoliċi. Hija rreferiet b’appoġġ tal-Inizjattiva Industrijali Ewropea tal-Kummissjoni dwar l-enerġija eolika li tinkludi l-objettiv li jitnaqqsu l-kostijiet tal-manifattura tat-turbini eoliċi u l-komponenti tagħhom b’20 % sal-2020. |
(504) |
Kif jidher fil-premessi minn (480) sa (484), l-investigazzjoni ma tappoġġjax din id-dikjarazzjoni, peress li nstab li kwalunkwe miżura anti-dumping ikollha biss impatt negliġibbli fuq il-kostijiet tal-produtturi tat-turbini eoliċi. Barra minn hekk, dak l-utent naqas ukoll milli juri kif il-miżuri anti-dumping fuq GFF, li jirrappreżentaw biss frazzjoni mill-kostijiet tat-teknoloġija tal-parks eoliċi, ikunu jipprevjenu t-tkabbir kostanti tal-proporzjon tal-enerġija eolika fl-Ewropa jew jipprevjenu l-ilħuq tal-għan tal-2020. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata. |
(505) |
Produttur wieħed tat-turbini eoliċi tenna li d-dazji jmorru kontra l-objettivi stabbiliti mill-UE fil-politika tal-enerġija rinnovabbli u ddikjara li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza jew argument li jirribattu l-pożizzjoni. |
(506) |
Kif iddikjarat fil-premessa (504), il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq l-analiżi tal-impatt tal-kost fuq it-teknoloġija tal-parks eoliċi, li tqies mhux sostanzjali u li x’aktarx ma kellux impatt negattiv sinifikanti fuq l-industrija eolika kollha kemm hi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-produtturi tal-Unjoni tal-GFF għandhom rwol importanti fl-iżgurar ta’ strateġija ta’ provvista għal terminu ta’ żmien twil għall-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija rinnovabbli mingħajr ma tinħoloq dipendenza tal-provvista minn pajjiżi terzi biss. Il-produtturi Ewropej tal-GFF huma meħtieġa sabiex il-produtturi tat-turbini eoliċi bħala parti mill-politika tal-enerġija rinnovabbli jkollhom sieħeb affidabbli biex jiżviluppaw materja prima ġdida u jibqgħu fuq quddiem fil-kompetizzjoni minn produtturi minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar nett, huwa meqjus li l-politika ta’ kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni dejjiema fl-UE ma tikkontradixxix l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija rinnovabbli. |
(507) |
Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-partijiet interessati f’dan ir-rigward ġew irrifjutati. |
6.2.2. Produtturi tal-iskis u utenti oħra
(508) |
Bosta utenti mill-industrija tal-iskijjar argumentaw li l-eżistenza tal-produtturi tal-GFF fl-Unjoni kienet essenzjali għall-istabilità tal-provvista tagħhom, peress li dawn kienu jeħtieġu sieħeb lokali għal koperazzjoni msaħħa u GFF magħmul apposta f’volumi aktar baxxi li bħalissa mhumiex prodotti barra l-Unjoni. Barra minn hekk, huma enfasizzaw li l-industrija tal-GFF fl-Unjoni kienet sieħba essenzjali fit-titjib tal-prodotti tagħhom u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda. Il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp mal-produtturi tal-GFF f’dawn l-aħħar snin wasslet għal ħafna titjib fl-effiċjenza, prestazzjonijiet imtejba tal-prodotti u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u aktar ekoloġiċi. Dawk l-utenti argumentaw li l-produtturi tal-iskis tal-Unjoni ma jistgħux jidħlu fl-istess livell ta’ kooperazzjoni mal-fornituri Ċiniżi jew Eġizzjani tal-GFF, peress li jitilfu l-kapaċità li jibqgħu fuq quddiem nett fl-innovazzjonijiet (ekoloġiċi u sostenibbli) u huma stess isiru aktar esposti għal importazzjonijiet li jikkompetu b’mod inġust. |
(509) |
Il-Kummissjoni sabet li l-argumenti mressqa huma konvinċenti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mar-riċerka u l-iżvilupp f’industrija mmexxija mir-R&Ż. Ma daħal l-ebda kontroargument dwar il-punti mqajma mill-produtturi esportaturi. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-produtturi tal-iskis jagħmlu użu anqas voluminuż tal-GFF mill-produtturi tat-turbini eoliċi. |
(510) |
L-ebda utent ieħor tal-Unjoni ma ppreżenta ruħu fl-investigazzjoni. |
(511) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti mill-utenti sabiex ma timponix miżuri anti-dumping, iżda pjuttost li s-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija importanti għal diversi gruppi ta’ utenti. |
6.3. Il-fornituri
(512) |
Żewġ produtturi tal-Unjoni ta’ GFR, l-input ewlieni għal GFF, kif ukoll assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-produtturi ta’ GFR tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom u argumentaw favur l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping. Huma ddikjaraw li jkun ta’ detriment għall-produtturi ta’ GFR tal-Unjoni li jitilfu l-klijenti ewlenin tagħhom billi dan ikun jhedded is-sopravivenza tagħhom fl-Unjoni. |
(513) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri hija b’mod ċar fl-interess tal-produtturi ta’ GFR tal-Unjoni bħala fornituri għall-produtturi tal-GFF. |
6.4. L-importaturi
(514) |
Kif imsemmi fil-premessa (16), importatur indipendenti wieħed biss ippreżenta ruħu, iżda kien jimporta biss volumi negliġibbli taħt il-25 tunnellata tal-GFF mir-RPĊ. Peress li ħafna mill-utenti ta’ volum għoli jirrikjedu GFF speċifiku magħmul skont l-ordni, mhuwiex prodott li jkun regolarment importat f’volumi kbar minn negozjanti indipendenti. |
(515) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti mingħand importaturi mhux relatati sabiex ma timponix miżuri peress li huma jimportaw biss volumi negliġibbli tal-GFF. |
6.5. Il-fornituri tas-servizzi ta’ qtugħ u ta’ kitting
(516) |
L-utenti, speċjalment l-industrija tat-turbini eoliċi, saru jitolbu dejjem aktar GFF fil-forma ta’ kits (ara l-premessi minn (58) sa (66)), li jkunu maqtugħin f’forma u mwaħħlin flimkien billi jinħietu diversi saffi tal-GFF, u b’hekk jippermettu produzzjoni aktar mgħaġġla tal-industrija downstream. Matul l-aħħar snin, dan ħoloq suq għall-fornituri tas-servizzi fl-Unjoni. Kumpanija tal-qtugħ waħda ppreżentat ruħha u argumentat favur l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping. Billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani saru jintegraw dejjem aktar dawn is-servizzi addizzjonali, għall-kuntrarju tal-industrija tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi jitilfu parti sostanzjali min-negozju tagħhom jekk il-produtturi tal-Unjoni jisparixxu mis-suq. Skont stimi mill-cutters, l-industrija tal-qtugħ tal-Unjoni timpjega aktar minn 2 000 ruħ. |
(517) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni tal-miżuri hija b’mod ċar fl-interess tal-produtturi tal-Unjoni tas-servizzi ta’ kitting u ta’ qtugħ għall-produtturi tal-GFF. |
6.6. Konklużjoni dwar l-interessi tal-Unjoni
(518) |
L-impożizzjoni tal-miżuri hija biċ-ċar fl-interess tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni, li s-sopravivenza tagħha hija mhedda mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. Is-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija importanti għall-istabbiltà tal-provvista tal-klijenti tagħhom fl-Unjoni, speċjalment għall-utenti li jiddependu minn kooperazzjoni lokali msaħħa u li jeħtieġu volumi aktar baxxi tal-GFF speċifiku, li ma jistax jinxtara mir-RPĊ jew mill-Eġittu. Għal xi utenti huwa essenzjali wkoll li jinżamm l-iżvilupp tal-GFF ġdid fl-Unjoni sabiex huwa stess ma jkunx f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ meta jikkompeti mal-importazzjonijiet minn barra l-Unjoni. Barra minn hekk, is-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija essenzjali wkoll għas-sopravivenza tal-fornituri tagħhom ta’ GFR tal-Unjoni u tal-fornituri tas-servizzi tal-Unjoni għall-qtugħ u l-kitting. |
(519) |
Madankollu, l-impożizzjoni tal-miżuri, kif murija fil-premessi minn (467) sa (504) ta’ hawn fuq ma jkollhiex effetti negattivi sinifikanti għall-produtturi tat-turbini eoliċi. |
(520) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi l-miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mir-RPĊ u l-Eġittu. |
7. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
(521) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex jiġi evitat li jiġi kkaġunat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
7.1. Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu (marġni tad-dannu)
(522) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(523) |
F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kost tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku, u tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”). |
(524) |
L-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi l-mira minima tal-profitt għal 6 %. F’konformità ma’ dak l-Artikolu, biex tkun stabbilita l-mira tal-profitt, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profitabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Eġittu, il-livell ta’ profittabilità meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, il-kostijiet għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u għall-innovazzjoni, u l-livell ta’ profitabbiltà li jista’ jkun mistenni taħt kondizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
(525) |
Kif muri fit-Tabella 3, l-importazzjonijiet akkumulati mir-RPĊ u l-Eġittu żdiedu b’mod konsistenti matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk l-ebda sena minn dawn ma tikkwalifika biex jingħata profitt fil-mira skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. L-ebda produttur fil-kampjun ma għamel dikjarazzjoni sostanzjata dwar investimenti mitlufa jew dwar kostijiet ta’ R&Ż u ta’ innovazzjoni. Fid-dawl ta’ dawk il-fatti, il-Kummissjoni rrikorriet għall-użu tal-profitt minimu fil-mira ta’ 6 % li ġie miżjud mal-kost reali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni biex jiġi stabbilit il-prezz mhux dannuż. |
(526) |
Peress li ma saret ebda dikjarazzjoni skont l-Artikolu 7(2d) dwar il-kostijiet attwali jew futuri li jirriżultaw minn ftehimiet ambjentali multilaterali u l-protokolli tagħhom jew mill-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati, ma żdied l-ebda kost ieħor mal-prezz mhux dannuż b’hekk stabbilit. |
(527) |
Imbagħad il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun fir-RPĊ mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz riżultanti kien ta’ 79,5 %. |
(528) |
Il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” Ċiniżi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament ġie stabbilit fl-istess livell tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu tal-uniku grupp ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun li kkoopera (il-grupp Yuntianhua) kif spjegat fil-premessa (288), jiġifieri 37,6 %. |
(529) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħra kollha” għar-RPĊ huwa definit, skont il-metodoloġija użata għall-iffissar tal-marġni tad-dumping residwu kif spjegat fil-premessa (289), fil-livell tal-ogħla marġni individwali ta’ bejgħ taħt il-prezz li nstab, jiġifieri 109,3 %. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dannu fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-kooperazzjoni għolja tal-produtturi esportaturi, li tkopri t-totalità tal-esportazzjonijiet tal-GFF mir-RPĊ lejn l-Unjoni abbażi tal-istatistika ta’ importazzjoni tal-Eurostat, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ogħla marġni tad-dannu misjub tal-produtturi/gruppi ta’ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri l-grupp CNBM, li għandu jkun rappreżentattiv biex jiġi stabbilit il-marġni tad-dannu residwu. |
(530) |
Imbagħad il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fil-kampjun fl-Eġittu mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kull differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz riżultanti kien ta’ 63,9 %. |
(531) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“kumpaniji l-oħra kollha” għall-Eġittu huwa definit, skont il-metodoloġija użata għall-iffissar tal-marġni tad-dumping residwu kif spjegat fil-premessa (361), fil-livell tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz individwali stabbilit għall-kumpaniji li kkooperaw, jiġifieri 63,9 %. |
(532) |
Fil-kummenti tagħhom dwar ir-rivelazzjoni finali, Jushi/Hengshi China argumentaw li l-bejgħ tagħhom ta’ kittijiet jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara biex jiġi żgurat tqabbil ġust għall-finijiet tal-kalkolu tal-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet u ta’ bejgħ taħt il-prezz. Skont il-produttur esportatur, dawn il-kittijiet fihom varjetà ta’ tessuti ta’ kwalitajiet forom, piż skont l-erja u densità differenti, li jinġabru flimkien skont l-ispeċifikazzjonijiet uniċi. B’hekk dawn ma kinux komparabbli ma’ kittijiet mibjugħa mill-produtturi tal-Unjoni. |
(533) |
Il-Kummissjoni qieset l-argument tal-produtturi esportaturi u qablet li minħabba l-kombinazzjoni unika tal-kittijiet, it-tqabbil x’aktarx li jirriżulta fi tqabbil ta’ kittijiet differenti. Il-Kummissjoni tinnota li kemm il-produtturi esportaturi kif ukoll il-produtturi tal-industrija tal-Unjoni esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-klassifikazzjoni ta’ kittijiet b’biżżejjed preċiżjoni għall-finijiet ta’ din l-investigazzjoni. Filwaqt li ma hemm l-ebda kwistjoni li l-kittijiet huma parti mill-prodott ikkonċernat u li kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni sabet li huwa raġonevoli li ma tinkludix il-kittijiet fil-kwantifikazzjoni tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, kif mitlub mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni għalhekk ikkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet il-bejgħ taħt il-prezz u t-twaqqigħ tal-prezz skont dan. Tali kalkolu mill-ġdid affettwa biss bi ftit il-kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz imsemmija fil-premessa (384), peress li l-bejgħ/l-importazzjonijiet ta’ kittijiet ma kinux sinifikanti. It-twaqqigħ tal-prezz stabbilit għall-uniku produttur esportatur affettwat minn dan il-kalkolu mill-ġdid niżel minn 42,4 % għal 42,1 %. |
7.2. Miżuri definittivi
(534) |
Għandhom jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mir-RPĊ u l-Eġittu, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont tad-dazju jenħtieġ li jkun stabbilit skont l-inqas wieħde mill-marġni tad-dumping u dak tad-dannu. |
(535) |
Għaldaqstant, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv, espressi bil-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġejjin:
|
(536) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, huma kienu jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u l-Eġittu u prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmijin b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
(537) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (106). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar it-tibdil tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(538) |
Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. |
(539) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE) 2018/1046 (107), meta ammont irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
(540) |
Wara r-rivelazzjoni finali l-Gvern tal-Eġittu irrefera għall-Artikolu 15 tal-Ftehim anti-dumping tad-WTO u argumenta li bħala pajjiż li qed jiżviluppa, skont l-Artikolu msemmi s-sitwazzjoni speċjali fl-Eġittu għandha tjingħata attenzjoni speċjali mill-Kummissjoni, meta tikkunsidra l-applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping. Il-Kummissjoni tinnota li hija espliċitament stiednet lill-produtturi esportaturi fl-Eġittu biex jissottomettu offerta ta’ impenn skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku, iżda li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma ssottometta proposta fuq din il-bażi. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li hija aġixxiet b’mod sħiħ f’konformità mal-Artikolu 15 tal-Ftehim anti-dumping tad-WTO biex tesplora “il-possibbiltajiet ta’ rimedji kostruttivi”. |
7.3. Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ
(541) |
Sabiex jiġu mminimizzati kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, jenħtieġu miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn din il-fattura se jkunu suġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpanniji l-oħra kollha”. |
(542) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li l-awtoritajiet doganali għandhom iqisu. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jenħtieġ li, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bil-għan li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u li jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
(543) |
Jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jibbenifikaw minn rati individwali aktar baxxi ta’ dazju jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fil-mudell ta’ kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkustanzi bħal dawn u diment li jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost affarijiet oħra, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju nazzjonali. |
8. ŻVELAR
(544) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mir-RPĊ u l-Eġittu. |
(545) |
Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar. L-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, iż-żewġ utenti li kkooperaw li jipproduċu turbini eoliċi, l-assoċjazzjoni Ewropea tal-enerġija eolika, tliet produtturi esportaturi li wieġbu mill-pajjiżi kkonċernati (Jushi/Hengshi, Taishan u l-grupp Yuntianhua), is-CCCLA u l-Gvern tal-Eġittu ssottomettew kummenti dwar ir-rivelazzjoni. |
(546) |
Fuq talba, saru seduti ta’ smigħ ma’ Jushi/Hengshi China u Jushi/Hengshi Egypt u mal-grupp Yuntianhua. L-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ġie mitlub mill-grupp Yuntianhua. Is-seduta ta’ smigħ saret fis-17 ta’ Jannar 2020. |
(547) |
Il-Gvern tal-Eġittu sostna li, bħala parti interessata, ma ġiex infurmat bil-fatti essenzjali kkunsidrati li ffurmaw il-bażi għad-deċiżjoni li jiġu applikati miżuri definittivi. Il-Kummissjoni tinnota li fid-19 ta’ Diċembru 2019 hija pprovdiet lill-Gvern tal-Eġittu l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li jiffurmaw il-bażi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni billi pprovdiet Dokument ta’ Rivelazzjoni Ġenerali skont l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Kif imsemmi fil-premessa (545), il-Gvern tal-Eġittu ssottometta kummenti wara din ir-rivelazzjoni. |
(548) |
Fl-10 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni qieset ċerti pretensjonijiet li waslu wara r-rivelazzjoni finali li kellha impatt fuq l-eżitu tal-investigazzjoni, żvelat dawk il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li wasslu biex il-Kummissjoni timmodifika s-sejbiet finali bħala preċedentament żvelati. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din ir-rivelazzjoni addizzjonali. Jushi/Hengshi Egypt, il-Gvern tal-Eġittu u l-grupp Yuntianhua ppreżentaw kummenti. Fuq talba, saret seduta ta’ smigħ ma’ Jushi/Hengshi Egypt. L-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta ntalab minn Jushi/Hengshi Egypt. Is-seduta ta’ smigħ saret fil-25 ta’ Frar 2020. |
(549) |
Il-kummenti sottomessi mill-partijiet kienu kkunsidrati sew, u, fejn kien xieraq, is-sejbiet kienu modifikati kif meħtieġ. |
(550) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Huwa impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ materjali tar-raden u/jew tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu, minsuġa u/jew meħjuta, flimkien ma’ elementi oħrajn jew mingħajrhom, minbarra prodotti li jiġu impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli ta’ daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u b’piż ta’ aktar minn 35 g/m2, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 39 00, ex 7019 40 00, ex 7019 59 00 u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019390080, 7019400080, 7019590080 u 7019900080).
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping definittiv |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Jushi Group Co. Ltd; Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd; Taishan Fiberglass Inc. |
99,7 % |
C531 |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
PGTEX China Co. Ltd; Chongqing Tenways Material Corp. |
37,6 % |
C532 |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun elenkati fl-Anness |
37,6 % |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
99,7 % |
C999 |
L-Eġittu |
Jushi Egypt For Fiberglass Industry S.A.E; Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E. |
20,0 % |
C533 |
L-Eġittu |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
20,0 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta’ dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Fejn produttur esportatur ġdid mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni, l-Anness jista’ jiġi emendat billi jiżdied dak il-produttur esportatur il-ġdid mal-lista ta’ kumpaniji li jikkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun u, għalhekk, huma soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa tad-dazju anti-dumping, jiġifieri 37,6 %. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
(a) |
ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018); |
(b) |
mhuwiex relatat ma’ xi esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u |
(c) |
li effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 68, 21.2.2019, p. 29).
(3) In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 167, 16.5.2019, p. 11).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(5) WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).
(7) http://cnbm.wsfg.hk/index.php?SectionID=FinancialReports&PageID=2019&Language=eng (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019).
(8) https://www1.hkexnews.hk/listedco/listconews/sehk/2017/0908/ltn20170908865.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019).
(9) https://img3.gelonghui.com/pdf/3a1a2-2862061c-769f-43a8-823e-ebbf7ac6de94.pdf (il-paġna 4, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019 )
(10) WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005.
(11) WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005, il-paragrafu 7.162.
(12) WT/DS397AB/R tal-15 ta’ Lulju 2011, il-paragrafu 376. L-istess lingwaġġ issa huwa riprodott fl-Artikolu 9(5), it-tieni paragrafu, tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-dumping.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).
(14) Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2385
(15) In-Notifika li tiċċara n-notifiki ta’ bidu ta’ proċedimenti anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 314, 18.9.2019, p. 6).
(16) Kif iċċarat fl-Avviż ta’ Kjarifika.
(17) In-Notifika ta’ Bidu kif iċċarata permezz tan-Notifika ta’ Kjarifika.
(18) Verżjoni Limitata tal-Kumpanija tar-rapport tal-missjoni mibgħuta fl-4 ta’ Ottubru 2019.
(19) Ara t-taqsima 3.1
(20) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2.
(21) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, il-paġni 23 u 24
(22) Ara US – China Economic and Security Review Commission: The 13th Five-Year Plan, il-paġna 12.
(23) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini.
(24) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(25) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.
(26) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019 ).
(27) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(28) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(29) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(30) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6. p. 122 -135.
(31) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(32) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(33) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(34) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(35) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.
(36) Id-dokument datat 25 ta’ April 2019 miktub minn Essence Securities Dan id-dokument ma għadux disponibbli fuq l-Internet. Madankollu, hemm kopja disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni (ara l-grafika 23, p. 16).
(37) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(38) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26.
(39) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(40) Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019 ).
(41) Ir-Rapport – il-Kapitoli 14.1 sa 14.3.
(42) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(43) https://urldefense.com/v3/__http://english.www.gov.cn/policies/latest_releases/2015/05/19/content_281475110703534.htm__;!!DOxrgLBm!Qx1Y6Etr7MfxDwEJQzueGBrq8htyy6lrbQbZQQR0llcNIGCyZoVG9l2erto3XU0UWMag-g$; u http://www.gov.cn/zhengce/content/2015/05/19/content_9784.htm.
(44) https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf
(45) Ara l-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, p. 142, 152.
(46) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-parti II, il-Kapitolu 6, it-Taqsima 1.
(47) Ibid., il-parti II, il-Kapitolu 6, it-taqsima 4.
(48) Ara Made in China 2025, il-Kapitolu 4: Appoġġ strateġiku u Salvagwardji.
(49) It-13-il Pjan ta’ Ħames snin għall-Materjali tal-Bini, it-Taqsimiet III-1 u III-3.
(50) Ir-Rapport – il-Kapitolu 12.3.1.4, p. 283-286.
(51) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Fibra u Komposti ppubblikat mill-assoċjazzjoni tal-industrija tal-Fibra tal-ħġieġ taċ-Ċina u l-assoċjazzjoni tal-materjali komposti taċ-Ċina fit-2 ta’ Ġunju 2015
(52) Ibid. it-taqsima III.3
(53) Ara r-Rapport, p. 33-34.
(54) Jiujiang City It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
(55) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas- 16 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
(56) Ara r-Rapport, p. 219, in-nota 757 f’qiegħ il-paġna u p. 221.
(57) Ara r-Rapport, p. 64 u 294.
(58) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija Petrokimika u Kimika, it-taqsima III.2.
(59) Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament tal-Istruttura tal-Industrija: (Rivedut fl-2013), l-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma, Proġetti ta’ Restrizzjoni tal-Kategorija II, Taqsima IV.
(60) It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ta’ Hebei Petrochemical, it-Taqsima II-3.
(61) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(62) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.
(63) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(64) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(65) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(66) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.
(67) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(68) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(69) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.
(70) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.
(71) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(72) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan Yu u Longmei Zhang, Ottubru 2016, WP/16/203.
(73) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(74) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-paragrafu 138 (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22).
(75) World Bank Open Data – Upper Middle Income, disponibbli fuq https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019 ).
(76) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt investigazzjoni.
(77) In-Nota ta’ Marzu 2019 u n-Nota ta’ Settembru 2019.
(78) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1146 tal-4 ta’ Lulju 2019 li ttemm il-proċediment anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ planki tal-azzar illaminati bis-sħana li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 181, 5.7.2019, p. 89) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/687 tat-2 ta’ Mejju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 116, 3.5.2019, p. 5).
(79) http://www.sisecam.com.tr/en/investor-relations/presentations-and-bulletins/annual-reports
(80) https://www.ise.ie/debt_documents/Prospectus%20-%20Standalone_c5b7db48-30e0-4939-8773-1d0e744aa7cc.pdf
(81) https://www.istanbulteknik.com/en/
(82) https://www.sonmezholding.com.tr/en/
(83) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).
(84) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1722 tal-14 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 999/2014 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tan-nitrat tal-ammonju li joriġinaw mir-Russja wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 287, 15.11.2018, p. 3).
(85) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1077 tal-1 ta’ Lulju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ siliċju li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) u ta’ rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 179,5.7.2016, p. 1).
(86) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad-9 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1).
(87) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 tat-3 ta’ Awwissu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1).
(88) Mistoqsija fil-bażi ta’ data Orbis bl-użu tal-kliem ewlieni “Kivanc”, “Dost Kimya”, “Istanbul Teknik” u “Sonmez” żvelat 91 entità fit-Turkija. Dawn il-kumpaniji huma attivi f’diversi setturi ewlenin bħall-manifattura, il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, l-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, it-trasport u l-ħżin, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, il-kostruzzjoni, l-attivitajiet ta’ proprjetà immobbli eċċ. Barra minn dawn il-91 kumpanija, 25 kumpanija huma attivi fis-settur tal-manifattura, madankollu għal prodotti differenti bħat-tessuti u l-manifattura tal-ħwejjeġ, il-makkinarju industrijali, elettriku u elettroniku, is-sustanzi kimiċi, iż-żejt, il-gomma, u l-plastik, eċċ. Tmien kumpaniji huma attivi fil-prodotti kimiċi, fis-settur tal-pitrolju, fis-settur tal-plastik u l-gomma, fis-settur tal-manifattura mixxellanja u fil-prodotti tal-ġilda, tal-ġebel u tat-tafal. Għal tliet kumpaniji, minn dawn it-tmienja, Orbis fiha data finanzjarja għall-2018. Madankollu, dawn it-tliet kumpaniji jimmanifatturaw prodotti tal-plastik u siment li mhumiex relatati mal-GFF.
(89) http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2090, kif ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Diċembru 2019.
(90) Din hi klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi użati mill-Eurostat, https://ec.europa.eu/eurostat/web/nace-rev2, (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Diċembru 2019 ).
(91) http://www.turkstat.gov.tr/PreIstatistikTablo.do?istab_id=2104, (ikkonsultat l-aħħar fit-2 ta’ Diċembru 2019 ).
(92) http://www.turkstat.gov.tr => Press releases => agħżel Electricity and Natural Gas prices
(93) Ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55).
(94) Kawża T-121/14, PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill, EU:T:2016:500, il-punti 47-49.
(95) Ara r-Rapport tal-Korp tal-Appell, EU-Biodiesel (l-Arġentina), WT/DS473/AB/R, il-paragrafu 6.33; Ir-Rapport tal-bord, UE – Bijodiżil (l-Arġentina), WT/DS473/R, in-nota 400 f’qiegħ il-paġna; Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, l-Ukraina – Nitrat tal-Ammonju (Russja), WT/DS493/AB/R, il-paragrafi 6.94 u 6.96. Ara wkoll T-607/15, Yieh United Steel Corp, ECLI:EU:T:2019:831, il-punti 62 – 67 u 83.
(96) Il-Kawża C-393/13 P, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Alumina d.o.o., EU:C:2014:2245, il-punt 30.
(97) Il-Proċedimenti anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mill-Bahrain u mill-Eġittu mnedija permezz ta’ Avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 151, 3.5.2019, p. 4).
(98) Il-korp tal-Appell, UE – Bijodiżil (l-Arġentina).
(99) Il-korp tal-Appell, UE – Bijodiżil (l-Arġentina), ir-Rapport tal-Bord, UE – Bijodiżil (l-Indoneżja), ir-Rapport tal-Bord, UE – Bijodiżil (l-Arġentina).
(100) Jiġifieri ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1295 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1469 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 22), il-premessi 32 u 33, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2006 tal-5 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 397/2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU L 121, 6.5.2006, p. 14), il-premessa 44.
(101) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda.
(102) Kodiċijiet tan-Nomenklatura 7019 39 00, 7019 40 00, 7019 59 00 u 7019 90 00.
(103) GFF huwa prodott l-aktar fuq domanda skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti; għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ saret direttament lil klijenti finali indipendenti. Il-bejgħ lill-bejjiegħa bl-ingrossa kien jirrappreżenta [minn 1 sa 5 %] tal-bejgħ totali tal-pajjiżi kkonċernati (filwaqt li l-bqija sar lill-utenti finali). [95 sa 99 %] tal-bejgħ magħmul mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produtturi esportaturi Eġizzjani sar direttament fl-Unjoni (il-bqija sar permezz ta’ importaturi relatati). Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ukoll ibigħu b’mod predominanti direttament lill-istess tip ta’ klijenti finali li jirrappreżentaw [minn 90 sa 95 %] tal-bejgħ tagħhom u [minn 5 sa 10 %] biss tal-bejgħ tagħhom lill-bejjiegħa bl-ingrossa.
(104) ĠU L 16, 21.1.2020, p. 1.
(105) Akkwist ta’ assi magħżula ta’ Senvion minn Siemens Gamesa f’Ottubru 2019.
(106) European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.
(107) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd |
B995 |
Changzhou Pro-Tech Industry Co., Ltd |
C534 |
Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; |
C535 |
Jiangsu Jiuding New Material Co., Ltd |
C536 |
Neijiang Huayuan Electronic Materials Co., Ltd |
C537 |
NMG Composites Co., Ltd |
C538 |
Zhejiang Hongming Fiberglass Fabrics Co., Ltd |
C539 |