3.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 105/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/488
tat-2 ta’ April 2020
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/932/PESK tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1352/2014 (2). |
(2) |
Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2511 (2020). |
(3) |
Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2511 (2020) tenfasizza l-importanza li tiġi ffaċilitata l-għajnuna umanitarja. Barra minn hekk, il-UNSCR 2511 (2020) tistipula li l-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2140 (2014) jista’, skont il-każ, jawtorizza attivitajiet li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti u ta’ organizzazzjonijiet umanitarji oħra fil-Jemen jew għal kwalunkwe skop ieħor konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2140 (2014) u l-UNSCR 2216 (2015). |
(4) |
L-UNSCR 2511 (2020) tispeċifika wkoll li l-vjolenza sesswali fil-kunflitt armat, u r-reklutaġġ jew l-użu tat-tfal f’kunflitt armat bi ksur tal-liġi internazzjonali, huma atti li jistgħu jiġu sanzjonati. |
(5) |
Fit-2 ta’ April 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/490 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK f’konformità mal-UNSCR 2511 (2020). |
(6) |
Xi wħud minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom minn operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 huwa emendat kif gej:
(1) |
l-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 3a B’deroga mill-Artikoli 1a u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw:
|
(3) |
fl-Artikolu 13(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) ĠU L 365, 19.12.2014, p. 147.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1352/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2014 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ĠU L 365, 19.12.2014, p. 60).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/490 tat-2 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/932/PESK rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Jemen (ara paġna 7 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).