|
20.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/420
tas-16 ta’ Marzu 2020
li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2016/919 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (2) fiha żball fil-paragrafu 2 tat-Taqsima 7.4.2.3 tal-Anness fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ fażi ta’ tranżizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tar-Regolament (UE) 2016/919 jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Minħabba l-iżball fil-paragrafu 2 tat-Taqsima 7.4.2.3 tal-Anness, l-operaturi ekonomiċi jgħaddu minn rekwiżiti restrittivi mhux meħtieġa dwar it-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji. Mis-16 ta’ Ġunju 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2020, jenħtieġ li jkun possibbli, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, li jinħarġu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi f’konformità mas-sett ta’ speċifikazzjonijiet #1 imsemmija fit-Tabella A 2 tal-Anness A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919. Il-kundizzjonijiet li jenħtieġ li jiġu ssodisfati jridu jipprevedu li l-vetturi jiġu awtorizzati f’konformità mat-tip ta’ vettura li tkun ġiet awtorizzata qabel il-1 ta’ Jannar 2019 f’konformità mas-sett ta’ speċifikazzjonijiet #1 imsemmija fit-Tabella A 2 tal-Anness A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919. Għalhekk, il-verżjoni lingwistika Ġermaniża jenħtieġ li tiġi kkoreġuta retroattivament. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika b’effett mis-16 ta’ Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).