|
10.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/387
tad-9 ta’ Marzu 2020
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1302/2014 u (UE) 2016/919 fir-rigward tal-estensjoni taż-żona tal-użu u l-fażijiet tat-tranżizzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 54(2) u (3) tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-vetturi awtorizzati għat-tqegħid fis-servizz qabel il-15 ta’ Ġunju 2016 għandhom jirċievu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq f’konformità mal-Artikolu 21 ta’ dik id-Direttiva qabel ma jkunu jistgħu jitħaddmu fuq xi netwerk wieħed jew aktar li ma jkunx/jkunux kopert(i) mill-awtorizzazzjoni inizjali tagħhom. Għalhekk, dawn il-vetturi jeħtieġ jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (it-TSIs) fis-seħħ jew inkella jkunu intitolati biex ma japplikawx dawk it-TSIs skont l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva. Fl-istess ħin, wieħed mill-objettivi tad-Direttiva (UE) 2016/797 hu s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-vetturi. Għal dan il-għan, il-klawżola 7.6.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (2) u l-klawżola 7.5.2.3 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (3) jitolbu l-iżvilupp ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tat-TSIs. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jistabbilixxu liema livell ta’ flessibbiltà jista’ jingħata f’każ ta’ estensjoni taż-żona tal-użu tal-vetturi mqiegħda fis-servizz qabel il-15 ta’ Ġunju 2016, filwaqt li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali, jinżamm il-livell xieraq tas-sikurezza, u li dan jittejjeb meta jkun raġonevolment prattikabbli. Għalhekk dawk ir-Regolamenti jenħtieġ jiġu emendati skont dan. Id-dispożizzjoni relatata mal-“estensjoni taż-żona tal-użu” tkopri wkoll il-każ ta’ vetturi li jeħtieġu modifiki biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà teknika man-netwerk(s) il-ġdid/ġodda; f’dak il-każ, il-partijiet tal-vettura li ma jinbidlux jibqgħu validati skont l-awtorizzazzjoni preċedenti. Ir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-awtorizzazzjoni preċedenti jibqgħu japplikaw. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li din il-kjarifika tingħata wkoll għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (4). |
|
(2) |
Fost il-korpi notifikati u l-entitajiet awtorizzanti fis-settur ferrovjarju hemm approċċi diverġenti fejn tidħol l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali differenti stabbiliti fil-klawżoli 7.1.1.2 sa 7.1.1.8 u fil-klawżola 7.1.3.1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014. Bl-istess mod, anki fis-settur ferrovjarju hemm approċċi diverġenti fejn jidħol il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip tal-KE jew tad-disinn f’każ ta’ bidliet f’tip ta’ vettura ferrovjarja eżistenti, kif stabbilit fil-klawżola 7.2.2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 u fil-klawżola 7.1.2.2 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014. Barra minn hekk, jeħtieġ ikun hemm aktar armonizzazzjoni li tnaqqas id-diverġenzi mis-sistema fil-mira biex tonqos l-ispiża ferrovjarja u jkunu żgurati l-interoperabbiltà u l-kompetittività tagħhom. Għalhekk jenħtieġ jiġu emendati d-dispożizzjonijiet elenkati hawn fuq biex tiġi evitata applikazzjoni diverġenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni u l-perjodi tal-validità taċ-ċertifikati, filwaqt li perjodi ta’ tranżizzjoni futuri jenħtieġ jiffukaw fuq rekwiżiti speċifiċi li jħallu impatt kbir fuq il-proġetti li jkun għadhom għaddejjin minflok ma jipprovdu eżenzjonijiet ġeneriċi, b’mod li jwasslu għal tnaqqis puntwali fid-diverġenzi mis-sistema fil-mira u jipprovdu l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali meħtieġa għas-settur. Dan jenħtieġ jinkiseb fil-qafas tal-pakkett ta’ reviżjoni tat-TSI tal-Merkanzija Ferrovjarja u Ekoloġika Diġitali (reviżjoni tal-2022) li għalih il-Kummissjoni bagħtet talba lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fl-24 ta’ Jannar 2020. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-Istati Membri u s-settur identifikaw xi erruri tekniċi u editorjali fi wħud minn dawn ir-Regolamenti, u r-Repubblika Slovakka identifikat li l-każ speċifiku ġenerali stabbilit fit-Taqsima 7.3.2.1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 (il-WAG TSI) jenħtieġ ikun japplika wkoll għan-netwerk tal-gejġ tal-linji ferrovjarji tagħha ta’ 1 520 mm. Dawn l-erruri jenħtieġ jiġu kkoreġuti. |
|
(4) |
Skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/1474, it-TSIs jenħtieġ jindikaw jekk hemmx bżonn li l-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità li kienu ġew notifikati abbażi ta’ verżjoni preċedenti tat-TSI, jiġu notifikati mill-ġdid, u jekk jenħtieġx jiġi applikat proċess ta’ notifika simplifikat. Dan ir-Regolament jagħmel bidliet limitati u jenħtieġ ma jintalabx li l-korpi notifikati abbażi ta’ verżjoni preċedenti tat-TSIs jerġgħu jiġu notifikati. |
|
(5) |
Dan ir-Regolament jemenda t-TSIs biex tinkiseb aktar interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, itejjeb u javvanza t-trasport ferrovjarju internazzjonali, jikkontribwixxi għall-ħolqien progressiv tas-suq intern u jissupplimenta lit-TSIs biex ikunu jkopru r-rekwiżiti essenzjali. Permezz tiegħu jistgħu jintlaħqu l-objettivi u li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva (UE) 2016/797. Għalhekk dan ir-Regolament jenħtieġ japplika direttament fl-Istati Membri kollha, inkluż fl-Istati Membri li nnotifikaw lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 li estendew il-perjodu ta’ traspożizzjoni u b’hekk se jibqgħu japplikaw id-Direttiva 2008/57/KE sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2020. Jenħtieġ li l-Korpi Notifikati li jwettqu dmirhom skont id-Direttiva 2008/57/KE fl-Istati Membri li estendew il-perjodu ta’ traspożizzjoni, ikunu jistgħu joħorġu ċertifikat “KE” f’konformità ma’ dan ir-Regolament diment li fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti tkun tapplika d-Direttiva 2008/57/KE. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għall-WAG TSI
Ir-Regolament (UE) Nru 321/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt (d) kif ġej:
|
|
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għal-LOC&PAS TSI
Ir-Regolament (UE) Nru 1302/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel kif ġej: “2. It-TSI ma tapplikax għall-vetturi ferrovjarji eżistenti tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni li fl-1 ta’ Jannar 2015 kienu diġà mqiegħda fis-servizz fin-netwerk kollu ta’ xi Stat Membru jew f’parti minn dan in-netwerk, għajr meta
|
|
(2) |
fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1), it-test introduttorju jinbidel b’dan li ġej: “Madankollu dawn għandhom jibqgħu japplikaw, mingħajr preġudizzju għall-klawżoli 7.1.1.4 sa 7.1.1.8 tal-Anness, għal:”; |
|
(3) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Emendi għas-CCS TSI
Ir-Regolament (UE) 2016/919 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel kif ġej: “2. It-TSI ma għandhiex tapplika għas-subsistemi eżistenti tal-“kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji” u tal-“kontroll-kmand u s-sinjalazzjoni abbord” tas-sistema ferrovjarja li diġà huma mqiegħda fis-servizz fin-netwerk ferrovjarju kollu ta’ xi Stat Membru jew f’xi parti minnu dakinhar meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, għajr meta
|
|
(2) |
l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 4
Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità
1. In-notifiki tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għall-finijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1302/2014 u (UE) 2016/919 għandhom jibqgħu validi abbażi ta’ dawk ir-Regolamenti, kif emendati b’dan ir-Regolament.
2. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità notifikati skont id-Direttiva 2008/57/KE jistgħu joħorġu ċertifikat “KE” ta’ verifika u ċertifikat “KE” ta’ konformità jew ta’ idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà f’konformità ma’ dan ir-Regolament diment li fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti tkun tapplika d-Direttiva 2008/57/KE, skont l-Artikolu 57(2) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2020.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “vetturi ferrovjarji — vaguni tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE (ĠU L 104, 12.4.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-“vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
ANNESS I
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 321/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-klawżola 4.2.2.2, jiżdied it-titolu “Saħħa ta’ unità”; |
|
(2) |
fil-klawżola 6.1.2.2, jiżdied il-paragrafu li ġej bejn l-ewwel u t-tieni paragrafi: “Dimostrazzjoni alternattiva ta’ konformità hi permessa f’konformità mal-punt 6.1.2.4a.”; |
|
(3) |
fil-klawżola 6.1.2.3, jiżdied il-paragrafu li ġej qabel il-punt (b): “Prova alternattiva ta’ konformità hi permessa skont il-punt 6.1.2.4a.”; |
|
(4) |
fil-klawżola 6.1.2.4, jiżdied il-paragrafu li ġej fi tmiem il-klawżola: “Prova alternattiva ta’ konformità hi permessa skont il-punt 6.1.2.4a.”; |
|
(5) |
bejn il-klawżola 6.1.2.4 u l-klawżola 6.1.2.5, tiżdied il-klawżola 6.1.2.4a li ġejja: “Meta l-istandards EN imsemmija fil-punti 6.1.2.2, 6.1.2.3 u 6.1.2.4 ma jkunux ikopru s-soluzzjoni teknika proposta, hu permess li jintużaw standards oħra biex tintwera l-konformità tal-imġiba mekkanika tal-assemblaġġ tas-sett tar-roti, il-karatteristiċi mekkaniċi tar-roti u l-karatteristiċi tar-reżistenza mekkanika u tar-reħja tal-fus rispettivament; f’dak il-każ, il-korp notifikat għandu jivverifika li l-istandards alternattivi jiffurmaw parti minn sett ta’ standards teknikament konsistenti applikabbli għad-disinn, għall-kostruzzjoni u għall-ittestjar tas-settijiet tar-roti, li jkun fihom rekwiżiti speċifiċi għas-sett tar-roti, għar-roti u għall-fusien li jkopru:
Standards li huma disponibbli pubblikament biss jistgħu jissemmew fid-dimostrazzjoni msemmija hawn fuq. Il-verifika mwettqa mill-korp notifikat għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-metodoloġija tal-istandards alternattivi, is-suppożizzjonijiet magħmula mill-applikant, is-soluzzjoni teknika maħsuba u ż-żona tal-użu maħsuba.”; |
|
(6) |
fil-klawżola 7.2.2.2, it-tliet paragrafi eżatt wara t-Tabella 11a huma sostitwiti b’dan li ġej: “Sabiex jistabbilixxi ċ-ċertifikat KE tal-eżami tat-tip jew tad-disinn, il-korp notifikat magħżul mill-entità li timmaniġġa l-bidla jista’ jirreferi għal:
Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat KE tal-eżami tat-tip jew tad-disinn għat-tip modifikat, varjant tat-tip jew verżjoni tat-tip għandu jkun limitat għal 10 snin mid-data tal-ħruġ, mingħajr ma jinqabżu l-14-il sena mid-data tal-ħatra ta’ korp notifikat mill-applikant għat-tip inizjali ta’ vetturi ferrovjarji (il-bidu tal-fażi A taċ-ċertifikat KE oriġinali tal-eżami tat-tip jew tad-disinn).”; |
|
(7) |
fil-klawżola 7.2.2.2, ir-ringiela “4.2.4.3.2.1 Brejk tas-servizz” tat-Tabella 11a hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(8) |
fil-klawżola 7.2.2.3, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-regoli li ġejjin japplikaw, flimkien mal-klawżola 7.2.2.2, għall-unitajiet eżistenti bl-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz qabel l-1 ta’ Jannar 2015, meta l-kamp ta’ applikazzjoni tal-bidla jħalli impatt fuq parametri bażiċi li mhumiex koperti mid-dikjarazzjoni KE”; |
|
(9) |
fil-klawżola 7.2.2.3, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-regola partikolari stabbilita fil-paragrafu ta’ hawn fuq mhix applikabbli meta l-bidliet ikunu jħallu impatt fuq il-parametri bażiċi u jkunu kklassifikati skont 21(12)a stabbilit fit-Tabella 11b. Għal dawk il-bidliet, il-konformità mar-rekwiżiti tat-TSI hija obbligatorja”; |
|
(10) |
tiżdied il-klawżola 7.2.2.4 li ġejja:
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30)." (*2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53)." (*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 360).” " |
|
(11) |
fil-klawżola 7.3.2.1, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: “Unitajiet li joperaw bejn Stat Membru u pajjiż terz permezz ta’ netwerk b’gejġ tal-linji ferrovjarji ta’ 1 520 mm: Każ speċifiku, il-Finlandja, il-Polonja, ir-Repubblika Slovakka u l-Iżvezja.”; |
|
(12) |
fil-klawżola 7.3.2.2(a), l-aħħar paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Unitajiet rikonoxxuti reċiprokament f’konformità mal-punt 7.1.2 u unitajiet mgħammra b’tagħmir tal-monitoraġġ għall-kundizzjoni tal-bering tal-fusien abbord huma eżentati minn dan il-każ speċifiku. L-eżenzjoni tal-unitajiet f’konformità mal-punt 7.1.2 mhix applikabbli meta jintużaw metodi oħra għall-valutazzjoni tal-konformità f’konformità mal-punt 6.1.2.4a.”; |
|
(13) |
fil-klawżola 7.3.2.5, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
Il-klawżola 7.6.1, “Ir-regoli għall-estensjoni taż-żona tal-użu għall-vetturi ferrovjarji eżistenti li mhumiex koperti minn dikjarazzjoni ta’ verifika ‘KE’” tiġi sostitwita bi:
(*4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).”;" |
|
(15) |
fl-Appendiċi C, “Kundizzjonijiet fakultattivi addizzjonali”, fi tmiem l-Appendiċi jiżdied il-punt li ġej:
|
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(*2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53).
(*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 360).”
(*4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).”;”
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1302/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-klawżola 4.2.2.5, il-punt (5), it-test “l-indiċi 8, it-Tabella 1, it-taqsima 5” huwa sostitwit bi “l-indiċi 8, it-Tabella 1, it-taqsima 4”; |
|
(2) |
fil-klawżola 4.2.2.5, il-punt (6), it-test “l-indiċi 8, it-Tabella 3 tat-taqsima 5” huwa sostitwit bi “l-indiċi 8, it-Tabella 2 tat-taqsima 5”; |
|
(3) |
fil-klawżola 4.2.2.5, il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Nota: dan l-isforz kbir ta’ trazzjoni hu meħtieġ għal-lokomottivi tqal tal-merkanzija bl-irmonk.”; |
|
(4) |
fil-klawżola 6.2.3.7, tiżdied din is-sentenza li ġejja fi tmiem il-punt (7): “Il-verifika mwettqa mill-korp notifikat għandha tiżgura l-konsistenza bejn il-metodoloġija tal-istandards alternattivi, is-suppożizzjonijiet magħmula mill-applikant, is-soluzzjoni teknika maħsuba u ż-żona tal-użu maħsuba.”; |
|
(5) |
fil-klawżola 7.1.2.2, il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:
Il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat KE tal-eżami tat-tip jew tad-disinn għat-tip modifikat, varjant tat-tip jew verżjoni tat-tip għandu jkun limitat għal 7 snin mid-data tal-ħruġ, mingħajr ma jinqabżu l-14-il sena mid-data tal-ħatra ta’ korp notifikat mill-applikant għat-tip inizjali ta’ vetturi ferrovjarji (il-bidu tal-fażi A taċ-ċertifikat KE oriġinali tal-eżami tat-tip jew tad-disinn).”; |
|
(6) |
fil-klawżola 7.1.3.1, il-punt (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
tiżdied il-klawżola 7.1.4 li ġejja:
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30)." (*2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53)." (*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 360).” " |
|
(8) |
Il-klawżola 7.5.2.3, “Ir-regoli għall-estensjoni taż-żona tal-użu għall-vetturi ferrovjarji eżistenti li mhumiex koperti minn dikjarazzjoni ta’ verifika ‘KE’” tiġi sostitwita bi:
(*4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).”;" |
|
(9) |
l-Appendiċi D huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi D Vagun ta’ referenza għal-lokomottivi mgħammra b’mezz ta’ akkoppjament awtomatiku tal-buffer taċ-ċentru u li kapaċi jagħmlu sforz ta’ trazzjoni tal-akkoppjament li jkun akbar minn 300 kN Għall-ħabtiet bejn unità ferrovjarja u vagun, li t-tnejn ikunu mgħammra b’mezz ta’ akkoppjament tqil, il-vagun għandu jkun rappreżentat b’massa ta’ 80 t li jkollha biss grad wieħed ta’ libertà fid-direzzjoni translazzjonali x. Il-ġeometrija tal-interfaċċja tal-vagun tidher fil-Grafika D.1. Għandu jkun preżunt li l-ġeometrija tal-ħajt tat-tarf u tar-ras tal-mezz ta’ akkoppjament hija riġida. Din għandha tkun mgħammra b’mezz ta’ akkoppjament taċ-ċentru b’tefgħa ta’ 110 mm u bil-karatteristika ta’ spjazzament sfurzat indikata fil-Grafika D.2. Il-kapaċità ta’ assorbiment totali tal-enerġija tal-mezz ta’ akkoppjament tal-vagun hija 77 kJ. Il-ġeometrija tar-ras tal-mezz ta’ akkoppjament u l-għoli fuq il-wiċċ tal-linja ferrovjarja għandhom ikunu daqs dik tal-unità ferrovjarja tal-impatt. Id-distanza lonġitudinali tal-pjan tal-mezz ta’ akkoppjament mal-ħajt tat-tarf tal-vagun għandha tkun 645 mm. Għal simplifikazzjoni, hu permess li l-irjus tal-mezzi ta’ akkoppjament jiġu mudellati skont il-ġeometrija u l-għoli mogħtija fil-Grafika D.1. Dimensjonijiet f’millimetri |
|
(10) |
Fl-Appendiċi J-1, l-indiċi 8 tat-Tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(11) |
Fl-Appendiċi J-1, l-indiċi 10 tat-Tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(12) |
Fl-Appendiċi J-1, l-indiċi 36 tat-Tabella huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(13) |
Fl-Appendiċi J-2, jitħassar l-indiċi 2 tat-Tabella. |
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(*2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53).
(*3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/779 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet inkarigati mill-manutenzjoni tal-vetturi skont id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 360).”
(*4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/776 tas-16 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013, (UE) Nru 1299/2014, (UE) Nru 1301/2014, (UE) Nru 1302/2014, (UE) Nru 1303/2014 u (UE) 2016/919 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE fir-rigward tal-allinjament mad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-implimentazzjoni tal-objettivi speċifiċi stipulati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (ĠU L 139 I, 27.5.2019, p. 108).”;”
ANNESS III
Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919, tiżdied il-klawżola 7.4.2.4 li ġejja:
|
“7.4.2.4. |
Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-vetturi operattivi eżistenti u rreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali tal-Vetturi f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (*1), jew fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 (*2), meta tintalab estensjoni taż-żona tal-użu:
|
(*1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).
(*2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1614 tal-25 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda u tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE (ĠU L 268, 26.10.2018, p. 53).
(*3) Kif stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797.”.”