5.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/355
tas-26 ta’ Frar 2020
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) f’ emulsjonijiet likwidi taż-żejt veġetali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Din il-lista tista’ tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni. |
(3) |
Skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa addittiv tal-ikel diġà awtorizzat fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi” (f’livell massimu ta’ 4 000 mg/kg), iżda awtorizzat biss għal xaħmijiet li jiddellku kif definiti fl-Artikolu 115 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u l-Anness XV tiegħu, li għandhom kontenut ta’ xaħam ta’ 41 % jew inqas u prodotti simili li jiddellku b’kontenut ta’ xaħam inqas minn 10 %. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
Fis-27 ta’ Mejju 2017, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant fiż-żejt veġetali likwidu li jinbiegħ lill-konsumatur finali, li jkollu kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas. Imbagħad, il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008. |
(5) |
Il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) huwa emulsjonant taż-żejt fl-ilma li jista’ jifforma emulsjonijiet taż-żejt stabbli ħafna b’kontenut għoli ta’ ilma. Fi studji mwettqa mill-applikant li jqabblu l-effettività ta’ emulsjonanti differenti għall-produzzjoni tal-emulsjonijiet likwidi taż-żejt veġetali b’kontenut imnaqqas ta’ xaħam, il-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) ta l-aħjar riżultati kemm f’termini tal-proprjetajiet fiżiċi kif ukoll ta’ dawk organolettiċi tal-prodott miksub. L-emulsjoni tista’ tintuża bl-istess mod bħaż-żjut veġetali għat-tħejjija ta’ platti kesħin u sħan. Madankollu, l-emulsjoni għandha kontenut ta’ xaħam aktar baxx (70 % jew inqas), u għalhekk kontenut kaloriku aktar baxx miż-żejt veġetali użat għall-produzzjoni tagħha. Il-livell tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) meħtieġ biex tinkiseb il-funzjoni teknoloġika intiża kien ta’ 4 000 mg/kg. |
(6) |
Fl-24 ta’ Marzu 2017, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ressqet opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) (5) u stabbiliet doża aċċettabbli ta’ kuljum (acceptable daily intake, ADI) ta’ 25 mg ta’ poliriċinoleat tal-poligliċerol/kg ta’ piż tal-ġisem/jum. Meta wieħed iqis li l-istimi tal-esponiment ma qabżux l-ADI, l-Awtorità kkonkludiet li l-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala addittiv tal-ikel mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza jekk jintuża bl-użu u fil-livell tal-użu permessi u rrappurtati. |
(7) |
Fl-applikazzjoni l-applikant stima l-esponiment bl-użu tal-Mudell ta’ Konsum tal-Addittivi tal-Ikel (6) żviluppat mill-Awtorità. L-istimi pprovduti jindikaw li l-użu addizzjonali tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) fil-livell massimu ta’ 4 000 mg/kg f’emulsjonijiet likwidi ta’ żejt veġetali b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas, mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza, peress li dan ma jirriżultax f’esponiment totali għal din is-sustanza li taqbeż l-ADI stabbilita. |
(8) |
Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni trid titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni mhux mistenni li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. |
(9) |
Peress li l-użu estiż tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza, dan jirrikjedi aġġornament tal-lista tal-Unjoni, li mhux mistenni jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem u għalhekk mhuwiex meħtieġ li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità. |
(10) |
Għalhekk, huwa xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) bħala emulsjonant likwidu taż-żejt veġetali għall-bejgħ lill-konsumatur finali, b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas, fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi”. |
(11) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).
(5) EFSA Journal 2017;15(3):4743.
(6) https://www.efsa.europa.eu/en/applications/foodingredients/tools
ANNESS
Fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, fil-kategorija tal-ikel 02.2.2 “Emulsjonijiet oħra tax-xaħam u ż-żejt inklużi pejsts kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u emulsjonijiet likwidi”, l-entrata tal-poliriċinoleat tal-poligliċerol (E 476) tiġi sostitwita b’dan li ġej:
|
“E 476 |
Poliriċinoleat tal-poligliċerol |
4 000 |
|
xaħam li jiddellek biss kif definit fl-Artikoli 75(1)(h) u 78(1)(f) u fil-Parti VII u l-Appendiċi II tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013 (*1), b’kontenut ta’ xaħam ta’ 41 % jew inqas u prodotti simili li jiddellku b’kontenut ta’ xaħam inqas minn 10 %; emulsjonijiet likwidi ta’ żejt veġetali għall-bejgħ lill-konsumatur finali, b’kontenut ta’ xaħam ta’ 70 % jew inqas |