18.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 44/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/219

tas-17 ta’ Frar 2020

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (2) jidentifika l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li għalihom għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 314/2004 jġib fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sa fejn hi meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitatjiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(3)

Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi l-entrata għal persuna waħda mejta mill-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK.

(4)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 huwa sostitwit bl-Anness f’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).


ANNESS

“ANNESS III

Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6

I.   Persuni

Isem (u psewdonimi possibbli)

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

(2)

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965

Passaport AD001159

ID 63-646650Q70

Eks Segretarja ta’ ZANU-PF (Zimbabwe African National Union — Patriotic Front) Lega tan-nisa, involuta f’attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb b’mod illeċtu profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

(5)

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta’ Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (ex-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral)

Imwieled fil-25.8.1956

Passaport AD000263

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta’ azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prinċipali tal-vjolenza assoċjata mal-proċess tal-ballottaġġ Presidenzjali.

(6)

Shiri, Perence (a.k.a. Bigboy) Samson Chikerema

Marixxall tal-Ajru (Forza tal-Ajru)

Imwieled fil-1.11.1955

ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika, inkluż waqt l-elezzjonijiet tal-2008 f’Mashonaland West f’Chiadzwa.

(7)

Sibanda, Phillip Valerio (a.k.a. Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral

Imwieled fil-25.8.1956 jew fl-24.12.1954

ID 63-357671H26

Membru anzjan tal-armata b’rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat.

II.   Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

Industriji tad-Difiża taż-Żimbabwe

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Zimbabwe

Assoċjati mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.