|
7.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/169
tas-6 ta’ Frar 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tirrevoka l-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja, jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja, kif ukoll projbizzjoni fuq l-importazzjoni, ix-xiri u t-trasport ta’ faħam mis-Somalja. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Novembru 2019, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2498 (2019). Dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid embargo ġenerali u komplet fuq l-armi fuq is-Somalja, u temenda l-eżenzjonijiet, approvazzjonijiet bil-quddiem u n-notifiki dwar it-twassil ta’ armi u materjali relatati lis-Somalja. Barra minn hekk, dik ir-Riżoluzzjoni tafferma mill-ġdid il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-faħam mis-Somalja u tintroduċi restrizzjonijiet fuq komponenti ta’ apparat splussiv improvviżat. |
|
(3) |
Fis-6 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2020/170 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK f’konformità mal-UNSCR 2498(2019). |
|
(4) |
Xi wħud minn dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2a huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:
jekk dawn l-attivitajiet ikunu ġew innotifikati minn qabel u għall-informazzjoni tiegħu biss, lill-Kumitat stabbilit bil-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) mill-Istat Membru, l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali fornituri.”. |
|
(3) |
Fl-Artikolu 3a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tkun ipprovduta informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom ikunu rrispettati u d-data meħtieġa, għandhom ikunu kif determinati fid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll dikjarazzjonijiet doganali fil-leġislazzjoni doganali. (*1) (*1) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1): ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).”." |
|
(4) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3c 1. Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, l-esportazzjoni, il-provvista jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ komponenti ta’ apparat splussiv improvviżat kif elenkati fl-Anness III lis-Somalja mit-territorji tal-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri barra mit-territorji tal-Istati Membri, jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness I, ma tkunx tat awtoritazzjoni minn qabel. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m’għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li turi li l-oġġett(i) ser jintużaw, jew ikun hemm riskju sinifikanti li jistgħu jintużaw, fil-manifattura ta’ apparat splussiv improvviżat fis-Somalja. |
|
(5) |
L-Anness III huwa sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
A. METELKO-ZGOMBIĆ
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ĠU L 24, 29.1.2003, p. 2)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/170 tas-6 ta’ Frar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
“ANNESS III
LISTA TA’ PUNTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3C
1.
Tagħmir u apparat, mhux speċifikat fil-punt 2 fl-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK (1), iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).
2.
“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma fil- Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (2)).
3.
Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkun fihom waħda jew aktar minn dawn:|
L-isem tas-sustanza |
Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (3) |
|
Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO) |
6484-52-2 (nitrat tal-ammonju) |
3102 30 3102 40 |
|
Nitroċellulożju (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu skont il-piż) |
9004-70-0 |
|
|
Nitroglikol |
55-63-0 |
ex 2920 90 70 |
|
Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN) |
78-11-5 |
ex 2920 90 70 |
|
Klorur tal-pikril |
88-88-0 |
ex 2904 99 00 |
|
2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT) |
118-96-7 |
2904 20 00 |
4.
Prekursuri ta’ splussivi:|
L-isem tas-sustanza |
Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) |
Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) |
|
Nitrat tal-ammonju |
6484-52-2 |
3102 30 |
|
Nitrat tal-potassju |
7757-79-1 |
2834 21 00 |
|
Klorat tas-sodju |
7775-09-9 |
2829 11 00 |
|
Aċidu nitriku |
7697-37-2 |
ex 2808 |
|
Aċidu sulfuriku |
7664-93-9 |
ex 2807 |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).
(3) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura jittieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati mil-leġiżlazzjoni sussegwenti.