|
6.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 34/22 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/159
tal-5 ta’ Frar 2020
dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ miftuma u għall-ħnieżer tat-tismin u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 538/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan Starterkulturen GmbH & Co)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Enterococcus faecium DSM 7134 kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ miftuma u għall-ħnieżer tat-tismin bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 (2). |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni mid-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf għad-driefeġ miftuma u għall-ħnieżer tat-tismin, fejn talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-27 ta’ Frar 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda d-data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet li Enterococcus faecium DSM 7134 għadu sikur fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati għall-annimali fil-mira, il-konsumaturi, l-utenti u l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala sensitizzatur potenzjali tal-ġilda u respiratorju. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-Enterococcus faecium DSM 7134 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. F’konformità ma’ dan, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv tiġi mġedda kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
B’konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 bħala addittiv tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 538/2007 jenħtieġ li jitħassar. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jaqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, u li huwa parti mill-grupp funzjonali “stabbilizzaturi tal-flora intestinali”, hija mġedda soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 538/2007 huwa mħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 538/2007 tal-15 ta’ Mejju 2007 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-Enterococcus faecium DSM 7134 (Bonvital) bħala addittiv tal-għalf (OJ L 128, 16.5.2007, p. 16).
(3) EFSA Journal 2019; 17(3):5650.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
|
CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzaturi tal-flora intestinali. |
|||||||||||||
|
4b1841 |
Lactosan Starterkulturen GmbH & Co |
Enterococcus faecium DSM 7134 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparat ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 li fih minimu ta’: Trab: 1x1010 CFU/g ta’ addittiv Granuli (mikroenkapsulati): 1x1010 CFU/g ta’ addittiv |
Driefeġ (miftuma) |
— |
0,5 x 109 |
4 x 109 |
|
is-26 ta’ Frar 2030 |
||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli vijabbli ta’ Enterococcus faecium DSM 7134 |
|||||||||||||
|
Metodu analitiku (1) Għall-enumerazzjoni: metodu tat-tifrix fuq l-agar bile esculin azide (EN 15788) Għall-identifikazzjoni: elettroforeżi b’gel f’kamp pulsat (PFGE) |
|||||||||||||
|
|
|
|
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
0,2 x 109 |
1 x 109 |
is-26 ta’ Frar 2030 |
|||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports