|
30.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/125
tad-29 ta’ Jannar 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 344(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġi żgurat li l-indiċi tal-borża elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 (2) ikomplu jissodisfaw il-kundizzjonijiet fejn ir-riskju speċifiku tagħhom jista’ jiġi injorat, l-indiċi rilevanti ġew ivvalutati mill-ġdid fid-dawl tal-aħħar data disponibbli, li hija dik tas-sena 2018. Fid-dawl ta’ din ir-rivalutazzjoni, huwa meħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-indiċi rilevanti diversifikati b’mod xieraq. |
|
(2) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
L-emendi neċessarji fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 ma jirriżultawx bħala l-eżitu ta’ bidliet sinifikanti fil-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata. L-awtorità Bankarja Ewropea ma wettqitx konsultazzjoni pubblika miftuħa jew analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji meta jitqies li tali konsultazzjoni jew analiżi tkun sproporzjonata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 945/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 945/2014 huwa sostitwit mit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 tal-4 ta’ Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ indiċi diversifikati b’mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
L-indiċi tal-borża li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013
|
Indiċi |
Pajjiż/Żona |
|
1. STOXX Asia/Pacific 600 |
L-Asja/Il-Paċifiku |
|
2. ASX100 |
L-Awstralja |
|
3. ASX200 |
L-Awstralja |
|
4. S&P All Ords |
L-Awstralja |
|
5. ATX |
L-Awstrija |
|
6. ATX Prime |
L-Awstrija |
|
7. BEL20 |
Il-Belġju |
|
8. SaoPaulo - Bovespa |
Il-Brażil |
|
9. TSX60 |
Il-Kanada |
|
10. CETOP20 Index |
L-Ewropa Ċentrali |
|
11. CSI 100 Index |
Iċ-Ċina |
|
12. CSI 300 Index |
Iċ-Ċina |
|
13. FTSE China A50 Index |
Iċ-Ċina |
|
14. Hang Seng Mainland 100 China |
Iċ-Ċina |
|
15. PX Global Prague |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
16. OMX Copenhagen 20 CAP |
Id-Danimarka |
|
17. OMX Copenhagen 25 |
Id-Danimarka |
|
18. OMX Copenhagen Benchmark |
Id-Danimarka |
|
19. FTSE RAFI Developed 1000 |
Swieq Żviluppati |
|
20. CECE Composite Index EUR |
L-Ewropa tal-Lvant |
|
21. FTSE RAFI Emerging Markets |
Swieq Emerġenti |
|
22. MSCI Emerging Markets 50 |
Swieq Emerġenti |
|
23. Bloomberg European 500 |
L-Ewropa |
|
24. DJ Euro STOXX 50 |
L-Ewropa |
|
25. FTSE Euro 100 |
L-Ewropa |
|
26. FTSE Eurofirst 100 |
L-Ewropa |
|
27. FTSE Eurofirst 300 |
L-Ewropa |
|
28. FTSE Eurofirst 80 |
L-Ewropa |
|
29. FTSE EuroMid |
L-Ewropa |
|
30. FTSE Eurotop 100 |
L-Ewropa |
|
31. MSCI Euro |
L-Ewropa |
|
32. MSCI Europe |
L-Ewropa |
|
33. MSCI Pan-Euro |
L-Ewropa |
|
34. NTX New Europe Blue Chip |
L-Ewropa |
|
35. S&P Euro |
L-Ewropa |
|
36. S&P Europe 350 |
L-Ewropa |
|
37. STOXX All Europe 100 |
L-Ewropa |
|
38. STOXX All Europe 800 |
L-Ewropa |
|
39. STOXX Europe 50 |
L-Ewropa |
|
40. STOXX Europe 600 |
L-Ewropa |
|
41. STOXX Europe 600 Equal Weight |
L-Ewropa |
|
42. STOXX Europe Enlarged TMI |
L-Ewropa |
|
43. STOXX Europe Lrg 200 |
L-Ewropa |
|
44. STOXX Europe Mid 200 |
L-Ewropa |
|
45. STOXX Europe Small 200 |
L-Ewropa |
|
46. STOXX Select Dividend 30 |
L-Ewropa |
|
47. OMXH25 |
Il-Finlandja |
|
48. CAC40 |
Franza |
|
49. SBF 120 |
Franza |
|
50. DAX |
Il-Ġermanja |
|
51. HDAX |
Il-Ġermanja |
|
52. MDAX |
Il-Ġermanja |
|
53. SDAX |
Il-Ġermanja |
|
54. FTSE RAFI All World |
Globali |
|
55. MSCI World Index |
Globali |
|
56. Athens General |
Il-Greċja |
|
57. FT ASE Large Cap |
Il-Greċja |
|
58. Hang Seng |
Hong Kong |
|
59. Hang Seng China Enterprises |
Hong Kong |
|
60. NIFTY 50 |
L-Indja |
|
61. ISEQ 20 |
L-Irlanda |
|
62. FTSE MIB |
L-Italja |
|
63. Nikkei225 |
Il-Ġappun |
|
64. Nikkei300 |
Il-Ġappun |
|
65. TOPIX 400 |
Il-Ġappun |
|
66. TOPIX Core 30 |
Il-Ġappun |
|
67. S&P Latin America 40 |
L-Amerka Latina |
|
68. FTSE Bursa Malaysia KLCI |
Il-Malasja |
|
69. FTSE Bursa Malaysia Top100 |
Il-Malasja |
|
70. MSE Share Index |
Malta |
|
71. INMEX Index |
Il-Messiku |
|
72. IPC Index |
Il-Messiku |
|
73. AMX |
In-Netherlands |
|
74. AEX |
In-Netherlands |
|
75. NZSE50 |
New Zealand |
|
76. OBX |
In-Norveġja |
|
77. OBXP |
In-Norveġja |
|
78. mWIG40 |
Il-Polonja |
|
79. WIG20 |
Il-Polonja |
|
80. MOEX |
Ir-Russja |
|
81. MSCI Russia Index |
Ir-Russja |
|
82. MSCI Singapore Free Index |
Singapore |
|
83. Straits Times Index |
Singapore |
|
84. FTSE JSE Top 40 |
L-Afrika t’Isfel |
|
85. IBEX35 |
Spanja |
|
86. OMX Stockholm 30 |
L-Iżvezja |
|
87. SMI |
L-Iżvizzera |
|
88. SMI MID |
L-Iżvizzera |
|
89. FTSE NASDAQ Dubai 20 |
L-Emirati Għarab Magħquda |
|
90. FTSE 100 |
Ir-Renju Unit |
|
91. FTSE AIM 100 |
Ir-Renju Unit |
|
92. FTSE AIM UK 50 |
Ir-Renju Unit |
|
93. FTSE Fledgling |
Ir-Renju Unit |
|
94. FTSE mid-250 |
Ir-Renju Unit |
|
95. FTSE Small Cap |
Ir-Renju Unit |
|
96. Dow Jones Ind. Av. |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
97. NASDAQ 100 |
L-Istati Uniti tal-Amerka |
|
98. S&P 500 |
L-Istati Uniti tal-Amerka |